Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0632

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/632 tat-3 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

ĠU L 90, 4.4.2017, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/632/oj

4.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/632

tat-3 ta' April 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/129/PESK li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/129/PESK (1).

(2)

Id-Deċiżjoni 2014/129/PESK tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar għal proġetti li jkopru attivitajiet speċifiċi mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju konkluż bejn il-Kummissjoni u l-entità ta' implimentazzjoni (il-“Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni”).

(3)

Fid-9 ta' Diċembru 2016, il-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni talab l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-estensjoni ta' dak il-perijodu ta' implimentazzjoni sat-2 ta' Lulju 2017 sabiex tkun tista' titkompla l-implimentazzjoni tal-attivitajiet wara li jkun skada l-perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar

(4)

Il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet speċifiċi, kif mitlub mill-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni, tista' ssir mingħajr l-ebda implikazzjoni fuq ir-riżorsi.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2014/129/PESK għandha tiġi emendata sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet imsemmija fiha, permezz tal-estensjoni tal-perijodu ta' implimentazzjoni skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/129/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Il-punt (a) tal-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-provvediment ta' mezzi għall-organizzazzjoni ta' erba' laqgħat konsultattivi annwali u sa tmien seminars ad hoc għal esperti u prattikanti dwar il-firxa sħiħa ta' kwistjonijiet ta' nonproliferazzjoni u diżarm li jkopru kemm armi konvenzjonali kif ukoll dawk li mhumiex, bil-ħsieb li jitressqu rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet quddiem ir-rappreżentanti tar-RGħ;” .

(2)

l-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandha tiskadi fit-2 ta' Lulju 2017.”.

(3)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima 3.1 hija sostitwita b'dan li ġej:

“3.1.    Proġett 1: Organizzazzjoni ta' erba' laqgħat konsultattivi annwali u sa tmien seminars ad hoc għal diplomatiċi u esperti akkademiċi b'rapport u/jew rakkomandazzjonijiet”;

(b)

l-ewwel sentenza tat-Taqsima 3.1.3 hija sostitwita b'dan li ġej

“Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta' erba' laqgħat konsultattivi annwali u sa tmien seminars ad hoc tal-esperti bit-tħejjija ta' rapporti u/jew rakkomandazzjonijiet assoċjati.”;

(c)

fit-Taqsima 3.2.3, jinżied l-inċiż li ġej:

“—

Attivitajiet preparatorji biex jiżguraw il-loġistika tal-konferenza annwali li jmiss.”;

(d)

It-Taqsima 4 hija sostitwita b'dan li ġej:

“4.   Tul ta' żmien

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-2 ta' Lulju 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta' April 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/129/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 li tippromwovi n-netwerk Ewropew ta' gruppi ta' riflessjoni indipendenti dwar in-nonproliferazzjoni b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 3).


Top