Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0599

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/599 tat-22 ta' Marzu 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis” (notifikata bid-dokument C(2017) 2001)

C/2017/2001

OJ L 81, 28.3.2017, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/599/oj

28.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/599

tat-22 ta' Marzu 2017

dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis”

(notifikata bid-dokument C(2017) 2001)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Maqgħudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis” jirreferi għal dan li ġej: “In-natura u l-iskop taċ-Ċittadinanza tal-Unjoni, b'mod partikolari b'rabta man-nazzjonalità. L-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni u l-effetti tagħha. Id-Drittijiet taċ-Ċittadini ggarantiti mil-Liġi tal-UE”.

(2)

Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex. Iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija prerekwiżit għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni ta' persuna hija għalhekk kondizzjonali fuq sħubija fl-Unjoni ta' mill-inqas wieħed mill-Istati li tiegħu dik il-persuna hija ċittadina.

(3)

Din ir-rabta bejn in-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni u ċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija stabbilita fit-Trattati. Ma hemmx bażi legali fit-Trattati li tagħti s-setgħa lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jadottaw att legali tal-Unjoni biex jiġu implimentati t-Trattati sabiex tingħata ċ-ċittadinanza tal-Unjoni lil persuni li ma jkollhomx in-nazzjonalità ta' Stat Membru tal-Unjoni.

(4)

Madankollu, jista' jiġi adottat att legali tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati t-Trattati fil-qasam tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru, inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta' moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra tal-UE. Dan l-att legali jista' għalhekk jikkonferixxi ċerti drittijiet simili għal dawk marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni dwar ċittadini ta' Stat li rtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE.

(5)

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa (TUE) jsaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jkompli jtejjeb il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jistipula, inter alia, li kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini.

(6)

Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jinħtieġ li jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli.

(7)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn l-għan huwa li jkun hemm proposta għal att legali tal-Unjoni biex jimplimenta t-Trattati fil-qasam tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fi Stat Membru, inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-libertà tal-moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra tal-UE u li b'mod partikolari jikkonferixxu ċerti drittijiet simili għal dawk marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni liċ-ċittadini ta' stat li jkun irtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE, ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta' implimentazzjoni tat-Trattati skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament.

(8)

L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguini” jinħtieġ għalhekk li tiġi reġistrata. Jinħtieġ li jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn l-għan huwa li jkun hemm proposta għal att legali tal-Unjoni biex jimplimenta t-Trattati fil-qasam tad-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fi Stat Membru, inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-libertà tal-moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra tal-UE u li b'mod partikolari jikkonferixxu ċerti drittijiet simili għal dawk marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni liċ-ċittadini ta' stat li jkun irtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 TUE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguini” hija b'dan reġistrata.

2.   Jistgħu jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta, sa fejn l-għan huwa li jkun hemm proposta għal att legali tal-Unjoni li jiżgura li, wara l-irtirar ta' Stat Membru skont l-Artikolu 50 TUE, iċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż jkunu jistgħu jkomplu jibbenefikaw minn drittijiet simili għal dawk li kienu jgawdu minnhom meta pajjiżhom kienu għadu Stat Membru

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Marzu 2017.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata l-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Ċittadinanza tal-UE għall-Ewropej: Magħqudin fid-Diversità Minkejja l-jus soli u l-jus sanguinis” irrappreżentati minn [Data personali mħassra wara l-konsultazzjoni mal-organizzaturi] li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Frans TIMMERMANS

Viċi President


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.


Top