EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0344

Deċiżjoni (UE) 2017/344 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

OJ L 50, 28.2.2017, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/01/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/344/oj

28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/57


DEĊIŻJONI (UE) 2017/344 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2017

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari it-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2017 (3).

(3)

Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha bħala reazzjongħal ċirkostanzi mhux previstif fi ħdan il-limiti massimi tal-impenn għall-2017 għall-intestaturi 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li kkunsidraw il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont sħiħ ta' EUR 530 miljun disponibbli fl-2017, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, oltre l-limiti massimi tal-impenn għall-intestaturi 3 u 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali.

(4)

Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija ssodisfata.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien għall-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-bidu tas-sena finanzjarja 2017,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 176 030 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u ta' EUR 730 120 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn oltre l-limitu massimu ta' impenn tal-intestatura 4 (Ewropa Globali) tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

L-ammont totali ta' EUR 1 906 150 960 f'approprjazzjonijiet ta' impenn li jirriżultaw mill-Artikolu 1 għandu jiġi paċut kontra l-marġni skont il-limiti massimi tal-impenn għas-snin 2017 sa 2019 tal-intestaturi li ġejjin tal-qafas finanzjarju pluriennali:

(a)

2017:

(i)

intestatura 2 (Tkabbir SostenibbliRiżorsi Naturali): EUR 575 000 000;

(ii)

intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 507 268 804;

(b)

2018: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 570 000 000;

(c)

2019: intestatura 5 (Amministrazzjoni): EUR 253 882 156.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2016 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2017 f'konformità mal-varjazzjonijiet tal-ING (COM(2016) 311).


Top