EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0016
Decision (EU) 2017/936 of the European Central Bank of 23 May 2017 nominating heads of work units to adopt delegated fit and proper decisions (ECB/2017/16)
Deċiżjoni (UE) 2017/936 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2017 li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)
Deċiżjoni (UE) 2017/936 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2017 li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)
OJ L 141, 1.6.2017, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020; Imħassar b' 32020D1331
. Latest consolidated version: 16/02/2018
1.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/26 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/936 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta' Mejju 2017
li tinnomina kapijiet ta' unità ta' xogħol biex jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità (BĊE/2017/16)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/935 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar id-delegazzjoni tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità u l-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta' kompetenza u adegwatezza (BĊE/2016/42) (2), u b'mod paritkolari l-Artikolu 2 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi kkunsidrat l-għadd konsiderevoli ta' deċiżjonijiet li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikollu jadotta fit-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu, ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi. |
(2) |
Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap jew kapijiet ta' unità biex jieħdu deċiżjonijiet fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' delega. |
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' destinatarji li lilhom ikollhom jintbagħtu deċiżjonijiet ta' delega għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv meta jinnominaw kapijiet ta' unità ta' ħidma. |
(4) |
Il-Presidenza tal-Bord Superviżorju tkun ġiet ikkonsultata dwar il-kapijiet tal-unità ta' ħidma li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Deċiżjonijiet iddelegati dwar kompetenza u idoneità
Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2017/935 (BĊE/2016/42) għandhom jiġu adottati mill-Viċi Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali IV li huwa responsabbli għal deċiżjonijiet dwar kompetenza u idoneità, jew jekk il-Viċi Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli mill-Kap tad-Diviżjoni tal-Awtorizzazzjoni, u wieħed mill-kapijiet ta' unità ta' ħidma li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II; jew |
(c) |
jekk Direttur Ġenerali ma jkunx disponibbli, mill-Viċi Direttur Ġenerali tiegħu. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta' Mejju 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Ara paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.