Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2337

Regolament (UE) 2016/2337 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

OJ L 354, 23.12.2016, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2337/oj

23.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 354/20


REGOLAMENT (UE) 2016/2337 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91 u 109 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1192/69 (4) jippermetti lill-Istati Membri li jikkumpensaw 40 intrapriża ferrovjarja enumerata għall-ħlas ta' obbligi li intrapriżi ta' modi oħra ta' trasport ma għandhomx għalfejn iġarrbuhom. L-applikazzjoni korretta tar-regoli għan-normalizzazzjoni tirriżulta fl-eżenzjoni għal Stati Membri mill-obbligi ta' notifika ta' għajnuna mill-Istat.

(2)

Sensiela ta' atti legali tal-Unjoni ġew adottati li fetħu għall-kompetizzjoni s-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u dak internazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri u stabbilixxew, fil-każ tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ċerti prinċipji fundamentali, li jinkludu li: l-intrapriżi ferrovjarji jkunu mmaniġġjati skont il-prinċipji li japplikaw għall-kumpaniji kummerċjali; li l-entitajiet responsabbli għall-allokazzjoni ta' kapaċità u l-impożizzjoni ta' tariffi għall-infrastruttura ferrovjarja jkunu separati minn entitajiet li jħaddmu servizzi ferrovjarji, u li għandu jkun hemm separazzjoni tal-kontijiet; li kull intrapriża ferrovjarja mogħtija liċenzja skont il-kriterji tal-Unjoni jrid ikollha aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fuq bażi ġusta u nondiskriminatorja; u li l-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament mill-Istat.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 huwa inkonsistenti u inkompatibbli ma' miżuri leġislattivi fis-seħħ attwalment. B'mod partikolari, fil-kuntest ta' suq liberalizzat, fejn l-intrapriżi ferrovjarji jikkompetu direttament mal-intrapriżi ferrovjarji enumerati, ma għadux xieraq li dawk iż-żewġ gruppi jiġu ttrattati f'mod differenti minn xulxin.

(4)

Sabiex jiġu eliminati l-inkonsistenzi fl-ordni ġuridika tal-Unjoni u bil-għan li jingħata kontribut għas-simplifikazzjoni billi jitneħħa att legali li ma għadux validu, huwa għaldaqstant xieraq li r-Regolament (KEE) Nru 1192/69 jitħassar.

(5)

L-Istati Membri jistgħu jħallsu kumpens għall-ispejjeż ta' faċilitajiet ta' qsim abbażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/34/UE. Huma jistgħu, madankollu, jeħtieġu żmien biex jemendaw il-liġi u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħhom biex jitqies it-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1192/69. Bħala konsegwenza, dan it-tħassir m'għandux ikollu effett immedjat għal każijiet koperti mill-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 1192/69,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 huwa mħassar, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament li japplikaw għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet għall-każijiet ta' Klassi IV, koperti mill-Anness IV għal dak ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.

(2)  ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.

(3)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-17 ta' Ottubru 2016 (ĠU C 430, 22.11.2016, p. 1). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferrovija (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 8).

(5)  Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).


Top