Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2282

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009, (KE) Nru 643/2009, (UE) Nru 1015/2010, (UE) Nru 1016/2010, (UE) Nru 327/2011, (UE) Nru 206/2012, (UE) Nru 547/2012, (UE) Nru 932/2012, (UE) Nru 617/2013, (UE) Nru 666/2013, (UE) Nru 813/2013, (UE) Nru 814/2013, (UE) Nru 66/2014, (UE) Nru 548/2014, (UE) Nru 1253/2014, (UE) 2015/1095, (UE) 2015/1185, (UE) 2015/1188, (UE) 2015/1189 u (UE) 2016/2281 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta' verifika (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/7767

OJ L 346, 20.12.2016, p. 51–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2282/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/51

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282

tat-30 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009, (KE) Nru 643/2009, (UE) Nru 1015/2010, (UE) Nru 1016/2010, (UE) Nru 327/2011, (UE) Nru 206/2012, (UE) Nru 547/2012, (UE) Nru 932/2012, (UE) Nru 617/2013, (UE) Nru 666/2013, (UE) Nru 813/2013, (UE) Nru 814/2013, (UE) Nru 66/2014, (UE) Nru 548/2014, (UE) Nru 1253/2014, (UE) 2015/1095, (UE) 2015/1185, (UE) 2015/1188, (UE) 2015/1189 u (UE) 2016/2281 fejn jidħol l-użu tat-tolleranzi fil-proċeduri ta' verifika

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Forum ta' Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Mill-esperjenza bl-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati abbażi tad-Direttiva 2009/125/KE ħareġ fid-dieher li t-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fil-miżuri ta' implimentazzjoni, li huma maħsuba biex jintużaw biss mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, intużaw minn xi manifatturi u importaturi biex jistabbilixxu l-valuri meħtieġa li jridu jingħataw fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jinterpretaw dawk il-valuri bil-għan li jiksbu l-konformità jew biex jikkomunikaw prestazzjoni aħjar tal-prodotti tagħhom.

(2)

It-tolleranzi tal-verifika tfasslu biex jippermettu varjazzjonijiet li jfeġġu fil-kejl li jsir waqt it-testijiet ta' verifika, li jiġru minħabba d-differenzi fit-tagħmir tal-kejl li jużaw il-manifatturi, l-importaturi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza madwar l-Unjoni. It-tolleranzi tal-verifika ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur biex jistabbilixxu l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jinterpretaw dawk il-valuri bil-għan li jiksbu konformità mar-regoli tal-ekodisinn jew biex jikkomunikaw prestazzjoni aħjar milli ġiet imkejla jew ikkalkulata effettivament. Il-parametri li jiddikjaraw jew jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika.

(3)

Biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta, biex jintlaħqu l-miri fl-iffrankar tal-enerġija li r-Regolamenti kienu maħsuba li jilħqu u biex il-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża fuq il-prestazzjoni ambjentali u funzjonali tal-prodotti, għandu jiġi ċċarat li t-tolleranzi tal-verifika stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jużawhom biss l-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-finijiet ta' verifika tal-konformità.

(4)

Għaldaqstant għandhom jiġu emendati r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (2), (KE) Nru 107/2009 (3), (KE) Nru 278/2009 (4), (KE) Nru 640/2009 (5), (KE) Nru 641/2009 (6), (KE) Nru 642/2009 (7), (KE) Nru 643/2009 (8), (UE) Nru 1015/2010 (9), (UE) Nru 1016/2010 (10), (UE) Nru 327/2011 (11), (UE) Nru 206/2012 (12), (UE) Nru 547/2012 (13), (UE) Nru 932/2012 (14), (UE) Nru 617/2013 (15), (UE) Nru 666/2013 (16), (UE) Nru 813/2013 (17), (UE) Nru 814/2013 (18), (UE) Nru 66/2014 (19), (UE) Nru 548/2014 (20), (UE) Nru 1253/2014 (21), (UE) 2015/1095 (22), (UE) 2015/1185 (23), (UE) 2015/1188 (24), (UE) 2015/1189 (25) u (UE) 2016/2281 (26) kif xieraq.

(5)

Id-dejta li pprovdew l-atturi tal-industrija tat-tidwil turi li bir-Regolamenti (KE) Nru 244/2009 (27), (KE) Nru 245/2009 (28) u (UE) Nru 1194/2012 (29), bosta tipi ta' bozoz maħsuba bħala alternattivi għall-inqas tipi effiċjenti u pprojbiti (bħal pereżempju l-bozoz tal-aloġenu b'vultaġġ tal-mejnijiet maħsuba biex jieħdu post il-bozoz inkandexxenti) se jkollhom jitneħħew għalkollox mis-suq, jekk il-manifatturi jiġu pprojbiti milli jużaw l-approċċ tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni u tad-dejta deskritt fl-istandards tal-kejl li jappoġġaw it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dawn ir-Regolamenti bil-mod kif inhu fil-prattika bħalissa fl-industrija kollha. Għaldaqstant jixraq li dawk it-tliet Regolamenti ma jiġux emendati b'dan ir-Regolament, iżda minflok jiġi ċċarat l-użu intiż tat-tolleranzi u ssir valutazzjoni mill-ġdid tar-rekwiżiti minimi relatati meta dawk ir-Regolamenti jkunu se jiġu riveduti.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 107/2009

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 107/2009 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 278/2009

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 278/2009 huma emendati skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 640/2009

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 640/2009 huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 641/2009

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huwa emendat skont l-Anness V ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 642/2009

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 642/2009 huma emendati skont l-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Emendi fir-Regolament (KE) Nru 643/2009

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 643/2009 huwa emendat skont l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 1015/2010

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1015/2010 huwa emendat skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 1016/2010

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1016/2010 huwa emendat skont l-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 327/2011

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 327/2011 huwa emendat skont l-Anness X ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 206/2012

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 206/2012 huwa emendat skont l-Anness XI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 547/2012

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 547/2012 huwa emendat skont l-Anness XII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 932/2012

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 932/2012 huwa emendat skont l-Anness XIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 617/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 617/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tieni punt (e) tal-Artikolu 2(20) jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

id-diviżjoni b'1 000 taqleb il-Mega f'Giga;”

(2)

L-Annessi II u III huma emendati skont l-Anness XIV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 666/2013

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 666/2013 huwa emendat skont l-Anness XV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 813/2013

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 813/2013 huwa emendat skont l-Anness XVI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 814/2013

L-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 814/2013 huwa emendat skont l-Anness XVII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 66/2014

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 66/2014 huwa emendat skont l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 548/2014

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 548/2014 huwa emendat skont l-Anness XIX ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Emendi fir-Regolament (UE) Nru 1253/2014

L-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014 huwa emendat skont l-Anness XX ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Emendi fir-Regolament (UE) 2015/1095

L-Annessi IX, X u XI tar-Regolament (UE) 2015/1095 huma emendati skont l-Anness XXI ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Emendi fir-Regolament (UE) 2015/1185

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/1185 huwa emendat skont l-Anness XXII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 23

Emendi fir-Regolament (UE) 2015/1188

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/1188 huwa emendat skont l-Anness XXIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Emendi fir-Regolament (UE) 2015/1189

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/1189 huwa emendat skont l-Anness XXIV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Emendi fir-Regolament (UE) 2016/2281

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2016/2281 huwa emendat skont l-Anness XXV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju fil-modalitajiet standby u mitfi u fil-modalità standby ta' netwerk (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal-4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta' April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f'kundizzjoni ta' mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta' provvisti tal-elettriku esterni (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal muturi tal-elettriku (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 26).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 35).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 42).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 53).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1015/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 21).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 31).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 327/2011 tat-30 ta' Marzu 2011 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodisinn għal fannijiet b'muturi ta' potenza elettrika input bejn 125 W u 500 kW (ĠU L 90, 6.4.2011, p. 8).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta' Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7).

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2012 tal-25 ta' Ġunju 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-pompi tal-ilma (ĠU L 165, 26.6.2012, p. 28).

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2012 tat-3 ta' Ottubru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ (ĠU L 278, 12.10.2012, p. 41).

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta' Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).

(16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2013 tat-8 ta' Lulju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-vacuum cleaners (ĠU L 192, 13.7.2013, p. 24).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136).

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 162).

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 66/2014 tal-14 ta' Jannar 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-fran domestiċi, għall-ħobbs domestiċi u għall-estratturi tal-kukers domestiċi (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 33).

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa żgħira, medja u għolja (ĠU L 152, 22.5.2014, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2014 tas-7 ta' Lulju 2014 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti għall-ekodisinn tal-unitajiet ta' ventilazzjoni (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 8).

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 1).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).

(25)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta' Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta' proċessi ta' temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 3).

(28)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17).

(29)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat (ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1).

ANNESS I

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1275/2008

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

1.   IL-PROĊEDURA TAL-VERIFIKA

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-tabella ta' hawn taħt.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fil-punt 8 tal-Anness II u fil-Parti 2 ta' dan l-Anness. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

It-tolleranzi tal-verifika

It-tip tar-rekwiżit

Il-kategorija

It-tolleranza

L-Anness II, il-punti 1(a) u (b), jew il-punti 2(a) u (b)

Għar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ogħla minn 1,00 W

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Għar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija ta' 1,00 W jew inqas

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

L-Anness II, il-punti 3(c) u 4(a)

mhux applikabbli

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

2.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST GĦAL TAGĦMIR IMQABBAD MA' NETWERK

Sabiex jittestjaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3(c) u 4(a) tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura stabbilita fil-parti 1 ta' dan l-Anness, wara li jkunu diżattivaw u/jew skonnettjaw, kif applikabbli, il-portijiet tan-netwerk kollha tal-unità.

Sabiex jittestjaw il-konformità mar-rekwiżiti l-oħra stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda biss kif ġej:

Jekk kif turi d-dokumentazzjoni teknika, it-tagħmir ikollu tip wieħed ta' port tan-netwerk filwaqt jkunu disponibbli żewġ portijiet jew aktar ta' dak it-tip, għandu jintgħażel wieħed minn dawn il-ports b'mod aleatorju u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk ikun hemm bosta ports tan-netwerk mingħajr fili li jkollhom l-istess tip, il-ports l-oħra mingħajr fili għandhom jiġu diżattivati jekk dan ikun possibbli. Jekk għall-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, il-punt 3 ikun hemm bosta ports tan-netwerk bil-fili li jkollhom l-istess tip, il-ports tan-netwerk l-oħra għandhom jiġu diżattivati. Jekk ikun hemm biss port tan-netwerk wieħed, dak il-port għandu jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.

Tinxtegħel l-unità. Malli l-unità mixgħula tkun qed taħdem sew, din tkun tista' taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità standby tan-netwerk u jiġi mkejjel il-konsum tal-enerġija. Imbagħad it-tagħmir jingħata l-istruzzjoni meħtieġa permezz tal-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-tagħmir ikunx ġie riattivat.

Jekk kif turi d-dokumentazzjoni teknika, it-tagħmir ikollu aktar minn tip wieħed ta' port tan-netwerk, għal kull tip ta' port tan-netwerk għandha tittenna din il-proċedura li ġejja. Jekk ikun hemm żewġ tipi ta' ports tan-netwerk jew aktar, għandu jintgħażel port wieħed b'mod aleatorju għal kull tip ta' port tan-netwerk, u dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port.

Jekk għal xi tip ta' port tan-netwerk ikun hemm port wieħed biss, dak il-port jiġi kkonnettjat man-netwerk it-tajjeb li jkun konformi mal-ispeċifikazzjoni massima tal-port. Jekk possibbli, il-ports mingħajr fili li ma jkunux qed jintużaw għandhom jiġu diżattivati. Għall-verifika tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, jekk ikun possibbli, il-ports tan-netwerk bil-fili li ma jkunux qed jintużaw għandhom jiġu diżattivati.

L-unità tinxtegħel. Malli l-unità mixgħula tkun qed taħdem sew, din tkun tista' taqleb għall-kundizzjoni li tipprovdi modalità standby tan-netwerk u jiġi mkejjel il-konsum tal-enerġija. Imbagħad it-tagħmir jingħata l-istruzzjoni meħtieġa permezz tal-port tan-netwerk, u jiġi vverifikat jekk it-tagħmir ikunx ġie riattivat. Jekk xi port tan-netwerk fiżiku wieħed ikun qed jintuża minn żewġ tipi ta' ports tan-netwerk (loġiċi) jew aktar, fl-istess ħin, din il-proċedura għandha tittenna għal kull tip ta' port tan-netwerk loġiku, filwaqt li jiġu diżattivati l-portijiet tan-netwerk loġiċi l-oħra.”

ANNESS II

Emendi fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 107/2009

(1)

Fl-Anness I, jitħassar it-tieni paragrafu tal-punt 5.

(2)

L-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness I.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Id-dispożizzjonijiet fil-punti 1 u 2 tal-Anness I, kif applikabbli

It-tolleranzi tal-verifika

Għall-konsum tal-enerġija ogħla minn 1,00 W

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Għall-konsum tal-enerġija ta' 1,00 W jew inqas

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W”

ANNESS III

Emendi fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 278/2009

(1)

Fl-Anness I, jitħassar it-tieni paragrafu tal-punt 2.

(2)

L-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-tabella ta' hawn taħt.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness I.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Kundizzjoni ta' mingħajr tagħbija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

Il-medja aritmetika tal-effiċjenza f'kundizzjonijiet ta' tagħbija 1-4 kif definit fl-Anness I

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.”

ANNESS IV

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 640/2009

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl), inkluż it-telf totali (1-η) bħala kriterju deċiżiv għall-effiċjenza, ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 3.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx:

(a)

għal mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet inqas minn ħamsa fis-sena, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament;

(b)

għall-mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta' ħamsa jew aktar fis-sena, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti, inkluż it-telf totali (1 – η) bħala kriterju deċiżiv għall-effiċjenza, tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 3.

(5)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4(b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(6)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3, 4(a) u 5, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 3 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 6 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 3

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

Muturi bil-medda tal-potenza ta' 0,75-150 kW

Muturi bil-medda tal-potenza ta' 150-375 kW

It-telf totali (1 – η)

Massimu ta' 15 % aktar mill-valuri kif derivati mill-valuri dikjarati skont l-Anness I

Massimu ta' 10 % aktar mill-valuri kif derivati mill-valuri dikjarati skont l-Anness I”

ANNESS V

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 641/2009

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.”

ANNESS VI

Emendi fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 642/2009

(1)

Fl-Anness II, jitħassar ir-raba' inċiż tal-paragrafu (c) tal-parti 1.

(2)

It-titlu tal-Anness III jinbidel bi “Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq”.

(3)

Il-parti A tal-Anness III tinbidel b'dan li ġej:

“A.

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura. Dawn għandhom japplikaw il-passi stabbiliti fil-punti 2(a), 2(b) u 3 ta' hawn taħt anki waqt il-proċedura tal-verifika stabbilita fil-parti B ta' dan l-Anness.

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness I u l-kundizzjonijiet tal-kejl stabbiliti fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul mogħti fl-Anness I, il-punti 1 u 2 tal-Parti 1

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

Il-kundizzjonijiet mitfi/standby, kif applikabbli, mogħtija fl-Anness I, il-punti 1(a) u (b) u l-punti 2(a) u (b) tal-Parti 2

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

Il-proporzjon tal-luminanza massima mogħti fl-Anness I, il-Parti 5

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas minn 60 % tal-luminanza massima tal-iktar kundizzjoni luminuża fil-modalità mixgħul mogħtija mit-televixin.”

(4)

Id-disa' (9) paragrafu, l-għaxar (10) paragrafu, il-ħdax-il (11) paragrafu u t-tnax-il (12) paragrafu tal-parti B tal-Anness III inbidlu b'dan li ġej:

“Il-mudell għandu jitqies konformi ma' dan ir-Regolament jekk ir-riżultati ta' kull tip ta' port tan-netwerk ma jaqbiżx il-valur dikjarat b'aktar minn 7 %.

Inkella jkollhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies konformi ma' dan ir-Regolament jekk il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti ma taqbiżx il-valur dikjarat b'aktar minn 7 %.

Inkella l-mudell ikollu jitqies li mhuwiex konformi.

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu r-riżultati tat-testijiet u kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.”

ANNESS VII

Emendi fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 643/2009

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell tat-tagħmir refriġeranti tad-dar ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III u fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-volum gross

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 % jew 1 l (litru), skont liema jkun l-akbar valur.

Il-volum tal-ħżin

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 % jew 1 l (litru), skont liema jkun l-akbar valur. Meta l-utent ikun jista' jibdel il-volumi tal-kompartiment b'temperatura moderata u tal-kompartiment għall-ħżin tal-ikel frisk, b'mod relattiv għal xulxin, il-volum għandu jiġi ttestjat meta l-kompartiment b'temperatura moderata jkun tnaqqas għall-minimu possibbli.

Il-kapaċità tal-iffriżar

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat (E24h ) b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija elettrika tat-tagħmir refriġeranti tad-dar li jkollu volum tal-ħżin inqas minn 10 litri

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

L-umdità tat-tagħmir għall-ħżin tal-inbid

Il-valur stabbilit tal-umdità relattiva ma għandux jaqbeż il-firxa dikjarata b'iktar minn 10 % fi kwalunkwe direzzjoni.”

ANNESS VIII

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1015/2010

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestika ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEC )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza fil-ħasil (IW )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur IW dikjarat b'aktar minn 4 %.

Il-konsum tal-enerġija (Et )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 10 %. Meta jkunu jridu jintgħażlu tliet unitajiet oħra, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti ta' dawn it-tliet unitajiet m'għandhiex taqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-ħin tal-programm (Tt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-ilma (Wt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Wt dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (Po u Pl )

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 10 %.”

ANNESS IX

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1016/2010

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' magna domestika tal-ħasil tal-platti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija (AEC)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza tat-tindif (IC)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur IC dikjarat b'aktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif (ID)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur ID dikjarat b'aktar minn 19 %.

Il-konsum tal-enerġija (Et)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 10 %. Meta jkunu jridu jintgħażlu tliet unitajiet oħra, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti ta' dawn it-tliet unitajiet m'għandhiex taqbeż il-valur E t dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-ħin tal-programm (Tt)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (P o u P l)

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija P o u P l akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri P o u P l dikjarati b'iktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija P o u P l ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri P o u P l dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 10 %.”

ANNESS X

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 327/2011

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 3.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx:

(a)

għal mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet inqas minn ħamsa fis-sena, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament;

(b)

għall-mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta' ħamsa jew aktar fis-sena, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Il-mudelli għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 3.

(5)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4(b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(6)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3, 4(a) u 5, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 3 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 6 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 3

It-tolleranzi tal-verifika

Parametru

Tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza ġenerali (ηe )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur li jirrapreżenta 90 % tal-valur dikjarat korrispondenti.”

ANNESS XI

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 206/2012

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġunali (SEER)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-koeffiċjent staġunali tal-prestazzjoni (SCOP)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-konsum tal-elettriku fil-modalità standby

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB(A).”

ANNESS XII

Emendi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 547/2012

L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 2.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 2.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 2 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 2

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza waqt BEP (ηΒΕΡ )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.

L-effiċjenza waqt PL (ηΡL )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.

L-effiċjenza waqt OL (ηΟL )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.”

ANNESS XIII

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 932/2012

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jħaddmu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali peżat tal-enerġija (AEC )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur AEC dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-konsum peżat tal-enerġija (Et )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Et dikjarat b'iktar minn 6 %.

L-effiċjenza peżata tal-kondensazzjoni (Ct )

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur Ct dikjarat b'aktar minn 6 %.

Il-ħin peżat tal-programm (Tt )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tt dikjarat b'iktar minn 6 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi u fil-modalità mixgħul u inattiv (Po u Pl )

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl akbar minn 1,00 W, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 6 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta' 1,00 W jew inqas, m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Pl dikjarati b'iktar minn 0,10 W.

It-tul tal-modalità mixgħul u inattiv (Tl )

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Tl dikjarat b'iktar minn 6 %.”

ANNESS XIV

Emendi fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 617/2013

(1)

Fl-Anness II, il-punt 6.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“6.2.1

Il-kompjuter għandu jnaqqas il-veloċità ta' kull link attiv tan-netwerk eternet ta' 1Gb/s (Gigabyte waħda kull sekonda) meta jkun qed jgħaddi għall-modalità rieqed jew off-with-WOL.”

(2)

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-kejl mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

1.   IL-KEJL

Għall-finijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati li n-numru ta' referenza tagħhom ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew b'metodi oħrajn avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, u li jiksbu riżultati meqjusin li għandhom livell baxx ta' inċertezza.

Kompjuters li jitqiegħdu fis-suq mingħajr sistema operatorja kapaċi li tappoġġja sistema ta' Interfaċċja Avvanzata tal-Konfigurazzjoni u tal-Enerġija (ACPI) jew simili, għandhom jiġu ttestjati b'sistema operatorja li tappoġġja l-ACPI (jew sistema simili).

2.   IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODOTT MILL-AWTORITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell jew tal-konfigurazzjoni tal-mudell.

(2)

Il-mudell jew il-konfigurazzjoni tal-mudell għandhom jitqesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, jew il-konfigurazzjoni tal-mudell skont il-partijiet 3 sa 5 ta' dan l-Anness, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fil-partijiet 3 u 4 ta' dan l-Anness, u l-unità tkun tissodisfa r-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija mogħtija fil-parti 5 ta' dan l-Anness.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull konfigurazzjoni tal-mudell koperta mill-istess informazzjoni fuq il-prodott (skont l-Anness II, il-punti 7.1.2 u 7.3.2) għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu u jittestjaw tliet unitajiet oħra tal-istess mudell jew konfigurazzjoni tal-mudell waħda jew iktar li jkunu koperti mill-istess informazzjoni fuq il-prodott (skont l-Anness II, il-punti 7.1.2 u 7.3.2).

(5)

Il-mudell jew il-konfigurazzjoni tal-mudell għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fil-parti 3 u fil-parti 4 ta' dan l-Anness, u jekk l-unitajiet ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-attivazzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija mogħtija fil-parti 5 ta' dan l-Anness.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull konfigurazzjoni tal-mudell koperta mill-istess informazzjoni fuq il-prodott (skont l-Anness II, il-punti 7.1.2 u 7.3.2) għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija f' dan l-Anness.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fil-partijiet 3 u 4 ta' dan l-Anness u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra.

3.   ETEC, IL-MODALITÀ RIEQED, IL-MODALITÀ MITFI, L-AKTAR STAT BAXX TAL-ENERĠIJA:

(1)

Għal rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W, jew meta r-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija fformulati fit-TEC iwasslu biex ir-rekwiżit tad-domanda għall-enerġija jkun akbar minn 1,00 W tal-inqas f'waħda mill-modalitajiet tal-enerġija, il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 2.2 u 2.3 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test ma jkunux jaqbżu t-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.

It-tolleranzi tal-verifika għar-rekwiżiti ta' domanda għall-enerġija akbar minn 1,00 W

Ir-rekwiżiti stabbiliti

It-tolleranzi tal-verifika

Il-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 2.3 tal-Anness II

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

Il-punt 2.2 tal-Anness II (bl-indennizz addizzjonali elenkat fil-punt 2.4, jew mingħajru)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 %.

L-indennizzi addizzjonali previsti fil-punt 2.4 tal-Anness II jistgħu jiġu miżjuda mar-rekwiżit speċifikat fil-punt 2.2 jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fis-suq bil-funzjonalità WOL attivata fil-modalità rieqed. Il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha tiġi ttestjata bil-funzjonalità WOL attivata kif ukoll diżattivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni tal-mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità tal-eternet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-funzjonalità WOL attivata.

(2)

Għal rekwiżiti tad-domanda għall-enerġija ta' 1,00 W jew inqas, il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punti 3.1 u 4.1 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test ma jkunux jaqbżu t-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.

It-tolleranzi tal-verifika għar-rekwiżiti ta' domanda għall-enerġija ta' 1,00 W jew inqas

Ir-rekwiżiti stabbiliti

It-tolleranzi tal-verifika

Il-punt 3.1 tal-Anness II (bl-indennizz addizzjonali elenkat fil-punt 3.3, jew mingħajru)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

Il-punt 4.1 tal-Anness II (bl-indennizzi addizzjonali elenkati fil-punt 4.3, jew mingħajrhom)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,10 W.

L-indennizz addizzjonali previst fil-punt 3.3 tal-Anness II jista' jiġi miżjud mar-rekwiżit speċifikat fil-punt 3.1 jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fis-suq bi skrin tal-informazzjoni jew l-istatus.

L-indennizz addizzjonali previst fil-punt 4.3 tal-Anness II jista' jiġi miżjud mar-rekwiżit speċifikat fil-punt 4.1 jekk il-konfigurazzjoni tal-mudell titqiegħed fis-suq bil-funzjonalità WOL attivata fil-modalità mitfi. Il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha tiġi ttestjata bil-funzjonalità WOL attivata kif ukoll diżattivata u trid tkun konformi maż-żewġ rekwiżiti. Il-konfigurazzjoni tal-mudell li titqiegħed fis-suq mingħajr il-kapaċità tal-eternet għandha tiġi ttestjata mingħajr il-funzjonalità WOL attivata.

4.   L-EFFIĊJENZA TAL-PROVVISTA ELETTRIKA INTERNA

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness II jekk ir-riżultati tat-test ma jkunux jaqbżu t-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-tabella ta' hawn taħt.

It-tolleranzi tal-verifika għall-effiċjenza tal-provvista elettrika interna

Ir-rekwiżiti stabbiliti

It-tolleranzi tal-verifika

Il-medja aritmetika tal-effiċjenza f'kundizzjonijiet ta' tagħbija kif definit fl-Anness II hija inqas mir-rekwiżiti applikabbli għall-medja tal-effiċjenza tal-istat attiv.

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

Il-medja aritmetika tal-fattur tal-potenza kif definit fl-Anness II hija inqas mir-rekwiżiti applikabbli għall-fattur tal-potenza.

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

5.   L-ATTIVAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-ENERĠIJA

Meta jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.1 tal-Anness II, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom iħaddmu l-proċedura applikabbli biex ikejlu d-domanda għall-enerġija wara li l-funzjoni tal-ġestjoni tal-enerġija, jew xi funzjoni simili, tkun bidlet il-modalità tal-enerġija tat-tagħmir fil-modalità tal-enerġija applikabbli.

Meta tkun qed tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 6.2.1 sa 6.2.6 tal-Anness II, il-konfigurazzjoni tal-mudell għandha titqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fi:

il-punt 6.2.1, jekk il-veloċità ta' kull link attiv tan-netwerk eternet ta' 1Gb/s (Gigabyte waħda kull sekonda) ta' kompjuter desktop, ta' kompjuter desktop integrat jew ta' laptop titnaqqas meta l-kompjuter jgħaddi għall-modalità mitfi jew għall-modalità off-with-WOL;

il-punt 6.2.2, jekk il-kompjuter desktop, il-kompjuter desktop integrat jew il-laptop isiru utilizzabbli għalkollox, inkluż il-wiri fuq kwalunkwe unità tal-wiri konnessa, fi żmien 5 sekondi wara avveniment ta' attivazzjoni li jinbeda matul il-modalità rieqed;

il-punt 6.2.3, jekk unità tal-wiri konnessa ma' kompjuter desktop, ma' kompjuter desktop integrat jew ma' laptop taqleb għall-modalità rieqed fi żmien 10 minuti ta' inattività min-naħa tal-utent;

il-punt 6.2.4, jekk il-funzjoni WOL għall-modalità rieqed jew għall-modalità mitfi tista' tiġi attivata jew diżattivata;

il-punt 6.2.5, jekk il-kompjuter desktop, il-kompjuter desktop integrat jew il-laptop jaqilbu għall-modalità rieqed fi żmien 30 minuti ta' inattività min-naħa tal-utent;

il-punt 6.2.6, jekk l-utenti jkunu jistgħu jattivaw jew jiddiżattivaw kull konnessjoni tan-netwerk mingħajr fili u jekk l-utenti jintwerew b'mod ċar permezz ta' simbolu, dawl jew b'xi mod ekwivalenti meta xi konnessjoni tan-netwerk mingħajr fili tkun ġiet attivata jew diżattivata.”

ANNESS XV

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 666/2013

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' vacuum cleaner ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ta' vacuum cleaner ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti ta' vacuum cleaner, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum annwali tal-enerġija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.

It-trab miġbur minn fuq it-twapet

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 0,03.

It-trab miġbur minn fuq l-art iebsa

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 0,03.

L-emissjoni mill-ġdid tat-trab

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 15 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat.

Il-ħajja operattiva tal-mutur

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.”

ANNESS XVI

Emendi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 813/2013

L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 8.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar ekwivalenti differenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 8.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 8 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 8

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB(A).

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 %.”

ANNESS XVII

Emendi fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 814/2013

L-Anness V jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 7.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' ħiter tal-ilma jew tank tal-misħun ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punti 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ta' ħiter tal-ilma jew tank tal-misħun ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III u fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 7 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 7

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-konsum ta' kuljum tal-elettriku, Qelec

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA , ġewwa u/jew barra

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 2 dB.

Il-konsum ta' kuljum tal-fjuwil, Qfuel

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr ebda regolatur intelliġenti, Qfuel,week

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-konsum ta' kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr ebda regolatur intelliġenti, Qelec,week

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-volum tal-ħżin, V

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

L-ilma mħallat b'temperatura ta' 40 °C, V40

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 %.

L-erja ta' apertura tal-kollettur, Asol

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 2 %.

Il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby, solstandby

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

It-telf kostanti, S

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.”

ANNESS XVIII

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 66/2014

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 7.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 7.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 7 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 7

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-massa tal-forn domestiku, M

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur M dikjarat b'iktar minn 5 %.

Il-volum tal-kavità tal-forn domestiku, V

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar mill-valur V dikjarat b'aktar minn 5 %.

ECelectric cavity , ECgas cavity

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri ECelectric cavity u ECgas cavity dikjarati b'iktar minn 5 %.

ECelectric hob

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur ECelectric hob dikjarat b'iktar minn 5 %.

EEgas hob

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur EEgas hob dikjarat b'aktar minn 5 %.

WBEP , WL

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx jaqbżu l-valuri WBEP u WL dikjarati b'iktar minn 5 %.

QBEP , PBEP

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx ikun inqas mill-valuri QBEP u PBEP dikjarati b'aktar minn 5 %.

Qmax

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur Qmax dikjarat b'iktar minn 8 %.

Emiddle

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur Emiddle dikjarat b'aktar minn 5 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss, LWA

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur LWA dikjarat.

Po , Ps

Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps m'għandhomx jaqbżu l-valuri dikjarati Po u Ps b'aktar minn 10 %. Il-valuri stabbiliti tal-konsum tal-enerġija Po u Ps ta' 1,00 W jew inqas m'għandhomx jaqbżu l-valuri Po u Ps dikjarati b'aktar minn 0,10 W.”

ANNESS XIX

Emendi fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 548/2014

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-Annessi tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell. Minħabba l-limitazzjonijiet tal-piż u d-daqs fil-kuntest tat-trasport ta' transformers tal-elettriku ta' qawwa medja u għolja, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu l-proċedura ta' verifika fl-istabbilimenti tal-manifatturi, qabel ma t-transformers jiġu installati u mħaddma fid-destinazzjoni finali tagħhom.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punt 3, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness II.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 4 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Telf bit-tagħbija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

Telf mingħajr tagħbija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.

L-elettriku meħtieġ mis-sistema tat-tkessiħ biex titħaddem mingħajr tagħbija

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 5 %.”

ANNESS XX

Emendi fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 1253/2014

L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VI

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 1.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell ta' unità tal-ventilazzjoni ekwivalenti li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx:

(a)

għal mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet inqas minn ħamsa fis-sena, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament;

(b)

għall-mudelli li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta' ħamsa jew aktar fis-sena, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti. Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 1.

(5)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 4(b), il-mudell u kull mudell ta' unità tal-ventilazzjoni ekwivalenti li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(6)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3, 4(a) u 5, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII u fl-Anness IX.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 1 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 6 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 1

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

SPI

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 1,07 drabi tal-valur dikjarat.

L-effiċjenza termali RVU u NRVU

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas minn 0,93 drabi tal-valur dikjarat.

SFPint

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 1,07 drabi tal-valur dikjarat.

L-effiċjenza tal-fann UVU, mhux residenzjali

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas minn 0,93 drabi tal-valur dikjarat.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss RVU

Il-valur stabbilit m'għandux ikun aktar mill-valur dikjarat, b'żieda ta' 2 dB.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss NRVU

Il-valur stabbilit m'għandux ikun aktar mill-valur dikjarat, b'żieda ta' 5 dB.”

ANNESS XXI

Emendi fl-Annessi IX, X u XI tar-Regolament (UE) 2015/1095

(1)

L-Anness IX jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IX

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 8.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li ġew elenkati fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala prodotti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet oħra magħżula jistgħu jkunu ta' wieħed jew aktar mill-mudell differenti elenkati bħala prodotti ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 8.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li ġew elenkati fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala prodotti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III u fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 8 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 8

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Volum nett

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija (E24h)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.”

(2)

L-Anness X jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS X

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-unitajiet tal-kondensazzjoni

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 9.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VI.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 9

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġunali (SEPR) tal-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

Il-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPA) tal-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali inqas minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

Il-koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC u COPD tal-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx ikunu iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.”

(3)

L-Anness XI jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS XI

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għaċ-chillers tal-proċess

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 10.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 10.

(6)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 10 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 10

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġunali (SEPR)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

Il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERA)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.”

ANNESS XXII

Emendi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/1185

L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 4. L-unità għandha tiġi ttestjata b'wieħed jew aktar mill-fjuwils bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil(s) li uża l-manifattur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness III.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 4

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 5 %.

L-emissjonijiet ta' materja partikulata

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar miftuħ, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw fjuwil solidu, ħlief injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits, u kukers meta mkejla bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)(i)(1) tal-Anness III.

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits meta mkejla bil-metodu deskritt fil-punt 4(a)(i)(1) tal-Anness III.

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 1 g/kg meta mkejjel bil-metodu deskritt fil-punt (4)(a)(i)(2) tal-Anness III.

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 0,8 g/kg meta mkejjel bil-metodu deskritt fil-punt (4)(a)(i)(3) tal-Anness III.

L-emissjonijiet ta' komposti gassużi organiċi

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 25 mgC/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar miftuħ, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw fjuwil solidu, ħlief injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits, u kukers.

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 15 mgC/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits.

L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 275 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar miftuħ, il-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw fjuwil solidu, ħlief injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits, u kukers.

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 60 mg/m3 bi 13 % O2 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi bil-fuklar magħluq li jużaw injam ikkompressat fl-għamla ta' pelits.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 30 mg/m3 espress bħala NO2 bi 13 % O2.”

ANNESS XXIII

Emendi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/1188

L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 9.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati, ħlief għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku, meta n-nuqqas ta' konformità jiġi stabbilit mingħajr aktar testijiet, u l-punti 6 u 7 ta' hawn taħt ikunu japplikaw minnufih.. Għall-mudelli l-oħrajn, inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 4 jew 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 9

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs , għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat waqt il-potenza termika nominali tal-unità.

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs , għall-ħiters tal-post lokali domestiċi tal-fjuwil gassuż u tal-fjuwil likwidu

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs , għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u bit-tubi

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post lokali domestiċi tal-fjuwil likwidu jew gassuż u għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u bit-tubi

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.”

ANNESS XXIV

Emendi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/1189

L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 2. L-unità għandha tiġi ttestjata b'wieħed jew aktar mill-fjuwils bil-karatteristiċi fl-istess medda bħal tal-fjuwil(s) li uża l-manifattur biex iwettaq il-kejl deskritt fl-Anness III.

(3)

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta' xi wieħed mill-mudelli jew aktar li tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudelli ekwivalenti.

(5)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 2.

(6)

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u kull mudell li ġie elenkat fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala mudell ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 2 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 2

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-ispazju, ηs

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 4 %.

L-emissjonijiet ta' materja partikulata

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 9 mg/m3.

L-emissjonijiet ta' komposti gassużi organiċi

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 7 mg/m3.

L-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 30 mg/m3.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 30 mg/m3.”

ANNESS XXV

Emendi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2016/2281

L-Anness IV jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS IV

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b)

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c)

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 30.

(3)

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) u (b) ma jinkisbux, il-mudell u kull tip ta' mudell ieħor li għalih it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament

(4)

Għall-prodott tat-tisħin tal-arja, għall-prodott tat-tkessiħ, għall-mudelli taċ-chillers tal-proċess b'temperatura għolja jew tal-fannijiet konvetturi, b'kapaċità tat-tkessiħ jew ta' refriġerazzjoni ≥ 70 kW jew li jiġu manifatturati fi kwantitajiet inqas minn ħamsa (5) fis-sena, jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c) ma jinkisibx, il-mudell jew kull mudell ieħor li għalih l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika tkun inkisbet bl-istess mod, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(5)

Għall-prodott tat-tisħin tal-arja, għall-prodott tat-tkessiħ, għall-mudelli taċ-chillers tal-proċess b'temperatura għolja jew tal-fannijiet konvetturi, b'kapaċità nominali tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tar-refriġerazzjoni < 70 kW jew li jiġu manifatturati fi kwantitajiet ta' ħamsa (5) jew aktar fis-sena, jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(6)

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 30.

(7)

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 6 ma jinkisibx, il-mudell u kull tip ta' mudell ieħor li għalih it-tagħrif inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jkun inkiseb bl-istess mod jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament

(8)

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3, 4 u 7, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 30 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 8 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

Tabella 30

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

Tolleranzi tal-verifika

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tisħin tal-post (ηs,h ) għall-prodotti għat-tisħin tal-arja fil-kapaċità tat-tisħin nominali tal-unità

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

L-effiċjenza enerġetika staġunali tat-tkessiħ tal-post (ηs,c ) għall-prodotti għat-tkessiħ fil-kapaċità tat-tkessiħ nominali tal-unità

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 8 %.

Il-livell tal-qawwa tal-ħoss (LWA ) għall-prodotti tat-tisħin tal-arja u għall-prodotti tat-tkessiħ

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 1,5 dB.

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-prodotti tat-tisħin tal-arja li jaħdmu bil-fjuwil u għall-prodotti tat-tkessiħ espressi f'diossidu tan-nitroġenu

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 20 %.

Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġunali (SEPR) taċ-chillers tal-proċess b'kapaċità ta' refriġerazzjoni nominali tal-unità

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 10 %.

Il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali (EERA ) taċ-chillers tal-proċess b'temperatura għolja b'kapaċità ta' refriġerazzjoni nominali tal-unità

Top