EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2031

Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE

OJ L 317, 23.11.2016, p. 4–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj

23.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/4


REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta' Ottubru 2016

dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta' att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (3) tistabbilixxi reġim tas-saħħa tal-pjanti.

(2)

Fil-21 ta' Novembru 2008, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tipproċedi bl-evalwazzjoni ta' dak ir-reġim tas-saħħa tal-pjanti.

(3)

Fid-dawl tal-eżitu ta' dik l-evalwazzjoni u l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/29/KE, dik id-Direttiva għandha tiġi sostitwita. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli l-ġodda, l-att li jissostitwixxi lil dik id-Direttiva għandu jieħu l-għamla ta' Regolament.

(4)

Is-saħħa tal-pjanti hija importanti ħafna għall-produzzjoni tal-pjanti, il-foresti, iż-żoni naturali u mħawla, l-ekosistemi naturali, is-servizzi tal-ekosistemi u l-bijodiversità fl-Unjoni. Is-saħħa tal-pjanti hija mhedda minn speċijiet noċivi għall-pjanti u l-prodotti mill-pjanti li issa joħolqu riskju akbar li jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni minħabba l-globalizzazzjoni tal-kummerċ u t-tibdil fil-klima. Fil-ġlieda kontra din it-theddida, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-determinazzjoni tar-riskji fitosanitarji maħluqa minn dawk il-pesti u t-tnaqqis ta' dawk ir-riskji għal livell aċċettabbli.

(5)

Il-ħtieġa għal dawn il-miżuri ilha li ġiet rikonoxxuta. Dawn kienu s-suġġett ta' ftehimiet internazzjonali u konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) tas-6 ta' Diċembru 1951 konkluża fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll it-test rivedut ġdid tagħha approvat mill-Konferenza tal-FAO fid-29 sessjoni tagħha f'Novembru 1997. L-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet kontraenti għall-IPPC.

(6)

Sar jidher li għad-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa importanti li jittieħed kont tal-fatturi bijoġeografiċi biex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid fit-territorju Ewropew tal-Unjoni ta' pesti mhux preżenti f'dak it-territorju. Konsegwentement, Ceuta, Melilla u, minbarra Madeira u l-Azores, ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandhom jiġu esklużi mill-ambitu territorjali ta' dan ir-Regolament. Ir-referenzi għal pajjiżi terzi għandhom jinqraw bħala referenzi wkoll għal dawk it-territorji esklużi.

(7)

Id-Direttiva 2000/29/KE tistabbilixxi regoli dwar il-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti rigward il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti mill-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità. Din tirrikjedi lill-Istati Membri jwettqu miżuri ta' kontroll adegwati u effiċjenti. Tali miżuri ta' kontrolli uffiċjali adegwati u effiċjenti għandhom ukoll jinżammu fil-futur. Bħala parti mill-pakkett ta' “Regoli Aktar Intelliġenti għal Ikel Aktar Sikur”, dan ir-Regolament jipprevedi biss għadd limitat ta' dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali peress li dawk ir-regoli għandhom jiġu previsti fil-qafas tal-leġiżlazzjoni orizzontali dwar il-kontrolli uffiċjali.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti kriterji sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati pesti, li għalihom tkun meħtieġa l-adozzjoni ta' miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju kollu tal-Unjoni u t-tixrid tagħhom fi ħdanu. Dawn il-pesti jissejħu “pesti ta' kwarantina fl-Unjoni”. Għandhom ukoll jiġu stabbiliti kriterji għall-identifikazzjoni ta' pesti li għalihom ikun meħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' kontroll fir-rigward biss ta' parti waħda jew aktar ta' dak it-territorju. Dawn il-pesti jissejħu “pesti ta' kwarantina f'żona protetta”. Fejn dawk il-pesti jkunu pjanti, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiffoka b'mod partikolari fuq pjanti li huma parassiti għal pjanti oħrajn, meta jkunu l-aktar ta' ħsara għas-saħħa tal-pjanti.

(9)

Sabiex l-isforzi għall-kontroll ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq dawk il-pesti li l-impatti potenzjali ekonomiċi, ambjentali jew soċjali tagħhom ikunu l-aktar severi għat-territorju tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita lista ristretta ta' dawn il-pesti (“pesti ta' prijorità”).

(10)

Sabiex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni effettiva u f'waqtha fil-każ tal-preżenza jew is-suspett tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni, għandhom japplikaw obbligi ta' notifika għall-Istati Membri, l-operaturi professjonisti u l-pubbliku.

(11)

Fejn dawk l-obbligi ta' notifika jimplikaw li data personali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandha tiġi żvelata lill-awtoritajiet kompetenti, dan jista' jikkostitwixxi limitazzjoni tal-Artikolu 8 (Il-protezzjoni tad-Data Personali) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). Madankollu tali limitazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq l-objettiv tal-interess pubbliku ta' dan ir-Regolament.

(12)

Operatur professjonist jew persuna oħra li jissuspettaw jew li jsiru konxji tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni fi pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li huma jew li kienu taħt il-kontroll tagħhom għandhom ikunu taħt obbligu li jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar dak is-suspett jew l-għarfien, li jieħdu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu xierqa b'rabta mal-qerda tal-pest, l-irtirar jew is-sejħa lura tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, u li jipprovdu lill-awtorità kompetenti, il-persuni l-oħra fil-katina kummerċjali u l-pubbliku b'informazzjoni.

(13)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri fitosanitarji kollha meħtieġa biex jeqirdu l-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, meta dawn jinstabu preżenti fit-territorji tagħhom. Jixraq li jiġu stabbiliti miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Istati Membri f'tali każ. Huwa wkoll xieraq li jiġu stabbiliti l-prinċipji li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri meta jiddeċiedu liema miżuri għandhom jittieħdu. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-istabbiliment ta' żoni ddemarkati, li huma magħmulin minn żona infestata u żona ta' lqugħ u, fejn applikabbli, id-determinazzjoni ta' azzjonijiet li għandu jieħu operatur professjonist jew persuna oħra sabiex jinqered il-pest ta' kwarantina jew sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' dak il-pest.

(14)

F'ċerti każijiet, l-Istati Membri għandhom jimponu miżuri għall-qerda tal-pesti ta' kwarantina fuq pjanti f'binjiet privati, peress li l-qerda tal-pesti tista' biss tkun ta' suċċess jekk jitneħħew is-sorsi kollha ta' infestazzjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess legali għal dawk il-binjiet. Dan jista' jikkostitwixxi limitazzjoni tal-Artikolu 7 (Ir-rispett għall-Ħajja Privata u tal-Familja) u l-Artikolu 17 (Id-dritt għall-Proprjetà) tal-Karta. Dik il-limitazzjoni għandha tkun meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq l-objettiv ta' interess pubbliku ta' dan ir-Regolament.

(15)

Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija tal-preżenza ta' pesti hija estremament importanti għall-qerda f'waqtha u effettiva. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu stħarriġ għall-preżenza ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni fiż-żoni fejn ma kienx magħruf li dawn il-pesti kienu preżenti. Minħabba l-għadd ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u l-ħin u r-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq dan l-istħarriġ, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' stħarriġ pluriennali.

(16)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri f'każ ta' suspett jew konferma tal-preżenza ta' pesti ta' kwarantina speċifiċi fl-Unjoni, li jikkonċernaw b'mod partikolari l-qerda u t-trażżin tagħhom, u l-istabbiliment ta' żoni ddemarkati, stħarriġ, pjanijiet ta' kontinġenza, eżerċizzji ta' simulazzjoni u pjanijiet ta' azzjoni.

(17)

Fejn, fi ħdan żona ddemarkata, ikun ġie stabbilit pest ta' kwarantina fl-Unjoni u dan ma jkunx jista' jinqered, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri tal-Unjoni biex dak il-pest jiġi mrażżan għal dik iż-żona.

(18)

Sabiex tiġi żgurata azzjoni rapida u effettiva kontra l-pesti li ma jkunux pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li madankollu l-Istati Membri jikkunsidraw li jistgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, għandhom jiġu previsti miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri fil-każ li dawn isiru konxji mill-preżenza ta' dawn il-pesti. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet simili għall-Kummissjoni.

(19)

Taħt ċerti kondizzjonijiet, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jadottaw miżuri aktar stretti minn dawk meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(20)

Dispożizzjonijiet speċjali għandhom japplikaw għal pesti ta' prijorità fir-rigward, b'mod partikolari, tal-għoti ta' informazzjoni mogħtija lill-pubbliku, l-istħarriġ, il-pjanijiet ta' kontinġenza, l-eżerċizzji ta' simulazzjoni, il-pjanijiet ta' azzjoni għall-qerda u l-kofinanzjament ta' miżuri mill-Unjoni.

(21)

Il-pesti ta' kwarantina li huma preżenti fit-territorju tal-Unjoni iżda assenti minn partijiet speċifiċi ta' dak it-territorju ddeżinjati bħala “żoni protetti”, u li l-preżenza tagħhom ikollha impatt ekonomiku, soċjali jew ambjentali inaċċettabbli f'dawk iż-żoni protetti biss, għandhom ikunu identifikati b'mod speċifiku u elenkati bħala “pesti ta' kwarantina f'żona protetta”. L-introduzzjoni u r-rilaxx fiż-żoni protetti rispettivi u l-movimenti fi ħdanhom ta' pesti ta' kwarantina f'żona protetta għandhom ikunu pprojbiti.

(22)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rikonoxximent, il-modifika jew ir-revoka tar-rikonoxximent ta' żoni protetti, obbligi ta' stħarriġ għal żoni protetti, azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-każ li jinstab li jkunu preżenti pesti ta' kwarantina f'żona protetta fiż-żoni protetti rispettivi, kif ukoll l-istabbiliment ta' żoni protetti temporanji. Fejn xi pest ta' kwarantina f'żona protetta jinstab preżenti ġewwa ż-żona protetta rispettiva, għandhom japplikaw regoli stretti għall-emendar tad-daqs, u għar-revoka tar-rikonoxximent, ta' żoni protetti.

(23)

Pest, li ma jkunx pest ta' kwarantina fl-Unjoni, għandu jissejjaħ “pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni” jekk dak il-pest jiġi trasmess prinċipalment permezz ta' pjanti speċifiċi għat-tħawwil, il-preżenza tiegħu fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil ikollha impatt ekonomiku mhux aċċettabbli b'rabta mal-użu maħsub ta' dawk il-pjanti u jkun elenkat bħala pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni. Biex tiġi limitata l-preżenza ta' tali pesti, l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni jew il-movimenti tagħhom fi ħdanu fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati għandhom ikunu pprojbiti fejn dawk il-pesti jkunu preżenti f'inċidenza ogħla minn ċertu limitu massimu.

(24)

Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra joħolqu riskju inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà tagħhom li jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni. Għal xi wħud minn dawn, huma disponibbli miżuri aċċettabbli ta' mitigazzjoni tar-riskju, filwaqt li dawn mhumiex disponibbli għal oħrajn. Skont id-disponibbiltà ta' miżuri aċċettabbli ta' mitigazzjoni tar-riskju, l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni jew il-moviment tagħhom fi ħdanu għandhom ikunu pprojbiti jew soġġetti għal rekwiżiti speċjali. Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu elenkati.

(25)

Minbarra l-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju inaċċettabbli tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra tagħhom, dan ir-Regolament għandu jipprevedi miżuri bbażati fuq ir-riskju u preventivi għall-protezzjoni tat-territorju tal-Unjoni minn pesti li jistgħu jiġu introdotti minn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġina minn pajjiż terz, abbażi ta' valutazzjoni preliminari ta' dan ir-riskju għoli. Dik il-valutazzjoni preliminari għandha tieħu kont tal-kriterji speċifiċi kif xieraq għall-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat. Għal dak il-għan għandu jittieħed kont tal-opinjonijiet jew l-istudji xjentifiċi tal-IPPC, l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (OEPP), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jew l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Fuq il-bażi ta' dik il-valutazzjoni preliminari, għandha tiġi stabbilita l-lista ta' dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli u għandha tiġi pprojbita l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, sakemm issir valutazzjoni tar-riskju f'konformità mal-istandards tal-IPPC. Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ma għandhomx jinkludu dawk li l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni hija pprojbita jew soġġetta għal rekwiżiti speċjali u ekwivalenti, fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju tal-pesti, jew li huma soġġetti għall-projbizzjonijiet temporanji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(26)

Għandhom ikunu previsti derogi mill-projbizzjonijiet jew ir-rekwiżiti speċjali rigward l-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrikonoxxi ċerti miżuri ta' pajjiżi terzi bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati.

(27)

Dawk il-projbizzjonijiet jew ir-rekwiżiti ma għandhomx japplikaw għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, għajr għal pjanti għat-tħawwil, għal għanijiet mhux kummerċjali u mhux professjonali, u lanqas, f'ċerti każijiet, ma għandhom japplikaw għall-introduzzjoni f'żoni fil-fruntiera u l-moviment fi ħdanhom ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.

(28)

Jixraq li jkunu previsti eżenzjonijiet mill-projbizzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni jew il-moviment fi ħdanu ta' pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li huma soġġetti għal dawk il-projbizzjonijiet u li huma maħsuba għal ċerti finijiet bħal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil. Għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa u għandha tingħata informazzjoni lil dawk ikkonċernati.

(29)

Pjanti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi u li jgħaddu mis-servizzi postali huma f'ħafna każijiet mhux konformi mar-rekwiżiti fitosanitarji tal-Unjoni. Biex ikun hemm aktar għarfien, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lil min jivvjaġġa u lill-klijenti tas-servizzi postali.

(30)

Għandha tkun prevista deroga mir-regoli tal-Unjoni għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi transitu fitosanitarju, soġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(31)

Il-kummerċ internazzjonali ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li fir-rigward tagħhom hemm esperjenza fitosanitarja limitata, potenzjalment jista' jinvolvi riskji inaċċettabbli tal-istabbiliment ta' pesti ta' kwarantina li għadhom ma ġewx elenkati bħala pesti ta' kwarantina tal-Unjoni u li għalihom ma tkun ġiet adottata l-ebda miżura skont dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata azzjoni rapida u effettiva kontra dawk ir-riskji li jkunu għadhom kemm ġew identifikati jew riskji ta' pesti suspettati assoċjati ma' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti permanenti jew projbizzjonijiet, iżda li jistgħu jikkwalifikaw għal tali miżuri permanenti, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tadotta miżuri temporanji f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni u tidentifika dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra b'kont meħud tal-elementi oġġettivi u stabbiliti.

(32)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti projbizzjonijiet u rekwiżiti speċjali, simili għal dawk stabbiliti għat-territorju tal-Unjoni, fir-rigward tal-introduzzjoni f'żoni protetti u l-moviment fi ħdanhom ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jistgħu joħolqu riskju ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw il-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv.

(33)

Għandhom jiġu adottati rekwiżiti ġenerali rigward vetturi, makkinarju u materjal ta' imballaġġ użati għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra biex jiġi żgurat li huma ħielsa minn pesti ta' kwarantina.

(34)

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-faċilitajiet għat-trażżin u l-postijiet ta' kwarantina. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti li jikkonċernaw id-deżinjazzjoni, l-awtorizzazzjoni, it-tħaddim u s-superviżjoni ta' dawk il-faċilitajiet għat-trażżin u l-postijiet ta' kwarantina u li jikkonċernaw ir-rilaxx ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra minn dawk il-faċilitajiet jew il-postijiet. Fejn dawk ir-rekwiżiti jinkludu ż-żamma ta' listi ta' persunal u viżitaturi li jidħlu fil-faċilitajiet u postijiet, dan jista' jikkostitwixxi limitazzjoni tal-Artikolu 8 (il-Protezzjoni tad-data Personali) tal-Karta. Madankollu dik il-limitazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq l-objettiv tal-interess pubbliku ta' dan ir-Regolament.

(35)

Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki kollha li tkun irċeviet dwar pesti emerġenti f'pajjiżi terzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-pjanti fit-territorju tal-Unjoni.

(36)

Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, ċerti operaturi professjonisti soġġetti għall-obbligi skont dan ir-Regolament għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistri stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom ikunu previsti rekwiżiti għar-reġistrazzjoni, kif ukoll eżenzjonijiet minn dawk ir-rekwiżiti.

(37)

Biex tiġi ffaċilitata l-iskoperta tas-sors ta' infestazzjoni minn pest ta' kwarantina, jixraq li l-operaturi professjonisti jkunu meħtieġa jżommu reġistri fir-rigward tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jiġu pprovduti lilhom minn operaturi professjonisti u pprovduti minnhom lil operaturi professjonisti oħrajn. Fid-dawl tal-perijodi ta' latenza ta' xi pesti ta' kwarantina, u ż-żmien meħtieġ biex jiġi skopert is-sors tal-infestazzjoni, ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin.

(38)

L-operaturi professjonisti għandu wkoll ikollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri sabiex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni tal-movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan il-binjiet tagħhom stess u bejniethom.

(39)

Għandu jkun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni minn pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni, u f'żoni protetti ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra. Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu elenkati fl-interess tat-trasparenza.

(40)

Iċ-ċertifikati fitosanitarji għandhom ikunu meħtieġa wkoll għall-introduzzjoni ta' pjanti oħra minn pajjiżi terzi fit-territorju tal-Unjoni. Dan huwa importanti sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' sikurezza fitosanitarja kif ukoll bħala deskrizzjoni ġenerali effettiva tal-importazzjoni ta' dawk il-pjanti fl-Unjoni u r-riskji tagħhom. Madankollu, dawk il-pjanti ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali f'postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

(41)

Dawk iċ-ċertifikati fitosanitarji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-IPPC u għandhom jiċċertifikaw il-konformità mar-rekwiżiti u l-miżuri stabbiliti skont dan ir-Regolament. Sabiex tkun żgurata l-kredibbiltà taċ-ċertifikati fitosanitarji, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kondizzjonijiet tal-validità u l-invalidazzjoni tagħhom.

(42)

Il-moviment fit-territorju tal-Unjoni, u lejn u fi ħdan żoni protetti, ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandu biss ikun permess jekk ikun akkumpanjat minn passaport tal-pjanta, li jafferma l-konformità mar-rekwiżiti u l-miżuri stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu elenkati fl-interess tat-trasparenza.

(43)

Il-passaporti tal-pjanti ma għandhomx ikunu meħtieġa għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fornuti direttament lill-utenti finali, inklużi l-ġardinara tad-dar. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti eċċezzjonijiet.

(44)

Sabiex tkun żgurata l-kredibbiltà tal-passaporti tal-pjanti, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontenut u l-għamla tagħhom.

(45)

Il-passaporti tal-pjanti għandhom ġeneralment jinħarġu minn operatur professjonist awtorizzat. Għandu jkun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li joħorġu passaporti tal-pjanti.

(46)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti, l-eżamijiet meħtieġa għall-ħruġ, it-twaħħil ta' passaporti tal-pjanti, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' operaturi professjonisti li joħorġu l-passaporti tal-pjanti, l-obbligi ta' operaturi awtorizzati u l-irtirar ta' dik l-awtorizzazzjoni.

(47)

Sabiex jitnaqqas il-piż għall-operaturi awtorizzati, l-eżamijiet għall-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti għandhom, fejn meħtieġ, jiġu kkombinati mal-eżamijiet meħtieġa skont id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE (4), 66/402/KEE (5), 68/193/KEE (6), 2002/54/KE (7), 2002/55/KE (8), 2002/56/KE (9), 2002/57/KE (10), 2008/72/KE (11) u 2008/90/KE (12).

(48)

L-operaturi awtorizzati għandu jkollhom l-għarfien meħtieġ rigward il-pesti.

(49)

Ċerti operaturi awtorizzati jista' jkollhom ix-xewqa li jistabbilixxu pjan għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti, jiżguraw u juru livell għoli ta' kompetenza u għarfien fir-rigward tar-riskji ta' pesti b'rabta ma' punti kritiċi fl-attivitajiet professjonali tagħhom u jiġġustifikaw l-arranġamenti speċjali ta' kontroll mal-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-Unjoni dwar il-kontenut ta' dawk il-pjanijiet.

(50)

Jixraq li tkun prevista s-sostituzzjoni ta' passaporti tal-pjanti u ta' ċertifikati fitosanitarji.

(51)

F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Unjoni, il-passaporti tal-pjanti għandhom jitneħħew, jiġu invalidati u, għal raġunijiet ta' traċċabbiltà, jinżammu.

(52)

L-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15, ir-Regolamentazzjoni tal-Materjal ta' Imballaġġ magħmul mill-Injam fil-Kummerċ Internazzjonali (ISPM15) jeħtieġ li l-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam ikun immarkat b'marka speċifika, li tiġi applikata minn operaturi professjonisti awtorizzati u taħt superviżjoni. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi rekwiżiti dwar it-trattament, l-immarkar u t-tiswija ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam f'konformità ma' dak l-istandard. Dan ir-Regolament għandu wkoll jistabbilixxi regoli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' operaturi professjonisti fit-territorju tal-Unjoni li japplikaw dik il-marka.

(53)

Fejn ikun meħtieġ minn pajjiż terz, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra rispettivi għandhom jiġu trasferiti mit-territorju tal-Unjoni għal dak il-pajjiż terz b'ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni jew ir-riesportazzjoni. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-IPPC, dawn iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jiġi rrispettat il-kontenut taċ-ċertifikati mudell għall-esportazzjoni u r-riesportazzjoni, li ġew stabbiliti mill-IPPC. Għandha tiġi offruta l-protezzjoni lil pajjiżi terzi kontra l-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni minħabba n-natura ta' ħsara rikonoxxuta tagħhom, għajr meta pest ta' kwarantina fl-Unjoni huwa uffiċjalment magħruf li huwa preżenti fil-pajjiż terz ikkonċernat u mhux taħt kontroll uffiċjali, jew fejn jista' jiġi supponut b'mod raġonevoli li l-pest ta' kwarantina fl-Unjoni ma jissodisfax il-kriterji biex jikkwalifika bħala pest ta' kwarantina għall-pajjiż terz ikkonċernat.

(54)

Meta pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor jgħaddi minn iktar minn Stat Membru wieħed qabel ma jiġi esportat lejn pajjiż terz, huwa importanti li l-Istat Membru li fih kienu prodotti jew ipproċessati l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, jiskambja informazzjoni mal-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni. Dan l-iskambju ta' informazzjoni huwa importanti sabiex jippermetti l-attestazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-pajjiż terz. Għalhekk, għandu jkun stabbilit “ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni” armonizzat biex jiżgura li l-iskambju ta' dik l-informazzjoni jsir b'mod uniformi.

(55)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika għan-notifiki meħtieġa f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(56)

Sabiex jittieħed kont tal-aktar impatt ekonomiku, soċjali jew ambjentali sever għat-territorju tal-Unjoni ta' ċerti pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-elenkar ta' pesti ta' prijorità.

(57)

Sabiex jiġi żgurat li jiġu implimentati l-eċċezzjonijiet għall-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew territorji li huma pprojbiti milli jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni, użati għall-finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà u tnissil b'tali mod li ma joħloqx riskju għall-pesti fit-territorju tal-Unjoni jew partijiet minnu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tar-regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-introduzzjoni, iż-żamma, it-tkattir u l-użu fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fi ħdanu tal-pesti u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati, il-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni korrispondenti […], u l-monitoraġġ ta' konformità kif ukoll l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' nonkonformità.

(58)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-derogi mill-obbligu li jitwettaq stħarriġ annwali ta' żoni ddemarkati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE li jispeċifikaw ulterjorment il-pesti kkonċernati b'dawk id-derogi u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk id-derogi.

(59)

Sabiex jiġi żgurat li żoni protetti jkunu stabbiliti u jiffunzjonaw b'mod affidabbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli dettaljati għall-istħarriġ li għandu jsir għall-finijiet tar-rikonoxximent ta' żoni protetti u għat-tħejjija u l-kontenut ta' stħarriġ dwar pesti ta' kwarantina f'żona protetta.

(60)

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni proporzjonata u ristretta tal-eżenzjonijiet li jikkonċernaw il-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra lejn jew f'żoni tal-fruntiera, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jikkonċernaw il-wisa' massima taż-żoni tal-fruntiera tal-pajjiż terz u ż-żoni tal-fruntiera tal-Istat Membru, id-distanza massima tal-moviment tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra kkonċernati fi ħdan iż-żoni tal-fruntiera tal-pajjiż terz u ż-żoni tal-fruntiera tal-Istat Membru u l-proċeduri dwar l-awtorizzazzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni tal-fruntiera tal-Istat Membru ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.

(61)

Sabiex jiġi żgurat li r-reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti tkun proporzjonata mal-objettiv tal-ikkontrollar ta' riskju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu kategoriji oħra ta' operaturi professjonisti li għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jiġu rreġistrati, rekwiżiti partikolari għar-reġistrazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' operaturi professjonisti u n-numri massimi għal kwantitajiet żgħar li l-operaturi professjonisti jistgħu jfornu lill-utenti finali sabiex jiġu eżentati mill-obbliġu li jirreġistraw.

(62)

Sabiex tkun żgurata l-kredibbiltà taċ-ċertifikati fitosanitarji ta' pajjiżi terzi li ma jkunux partijiet kontraenti għall-IPPC, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jissupplimentaw il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati fitosanitarji minn dawk il-pajjiżi terzi.

(63)

Sabiex jiġu minimizzati kemm jista' jkun ir-riskji ta' pesti għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra trasferiti fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-każijiet fejn, għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari, l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti tapplika biss għal kwantitajiet żgħar.

(64)

Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' eżamijiet ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mwettqa għall-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli dwar l-eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar u l-frekwenza u l-ħin ippjanat tal-eżamijiet.

(65)

Sabiex tittejjeb il-kredibbiltà tal-passaporti tal-pjanti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jistipulaw kriterji li għandhom jiġu ssodisfati minn operaturi professjonisti sabiex ikunu jistgħu jiġu awtorizzati biex joħorġu passaporti tal-pjanti u proċeduri li jiżguraw li jintlaħqu dawk il-kriterji.

(66)

Sabiex jiġi żgurat immarkar tajjeb ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam u biex jittieħed kont tal-iżvilupp ta' standards internazzjonali, u b'mod partikolari tal-ISPM15, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex temenda u tissupplimenta r-rekwiżiti dwar il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, inkluża l-introduzzjoni tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, u tispeċifika r-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni ta' operaturi rreġistrati sabiex tapplika l-marka tal-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam fit-territorju tal-Unjoni.

(67)

Sabiex jittieħed kont tal-iżvilupp ta' standards internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli dwar l-attestazzjonijiet għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, minbarra materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, li jkunu jeħtieġu l-applikazzjoni ta' attestazzjoni speċifika ta' konformità mar-regoli ta' dan ir-Regolament.

(68)

Sabiex jiġu żgurati l-utilità u l-affidabbiltà tal-attestazzjonijiet uffiċjali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-kontenut tal-attestazzjonijiet uffiċjali, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-operaturi professjonisti li joħorġu dawk l-attestazzjonijiet, kif ukoll l-elementi taċ-ċertifikat ta' esportazzjoni, riesportazzjoni u ta' qabel l-esportazzjoni.

(69)

Sabiex ikun hemm adattament għall-iżviluppi tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali, b'mod partikolari l-istandards tal-IPPC u l-OEPP, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' regoli li jemendaw l-Annessi ta' dan ir-Regolament.

(70)

Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li huma inkarigati mill-preparazzjoni ta' atti delegati.

(71)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-elenkar tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni; l-istabbiliment ta' format ta' rapporti dwar l-istħarriġ, kif ukoll struzzjonijiet dwar kif jimtela dan il-format; l-istabbiliment tal-format ta' programmi ta' stħarriġ pluriennali u arranġamenti prattiċi relatati; l-istabbiliment ta' miżuri kontra pesti speċifiċi ta' kwarantina fl-Unjoni; u l-adozzjoni ta' miżuri għal perijodu limitat ta' żmien fir-rigward tar-riskji maħluqa minn pesti li mhumiex elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni.

(72)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' żoni protetti u tal-pesti ta' kwarantina rispettivi f'żoni protetti; u l-emendar tad-daqs, jew ir-revoka tar-rikonoxximent, ta' żoni protetti.

(73)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-elenkar ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina u l-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati; u l-istabbiliment ta' miżuri biex ma jkunx hemm il-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni dwar il-pjanti rispettivi għat-tħawwil.

(74)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li huma pprojbiti milli jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni, u l-pajjiżi terzi kkonċernati; l-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal rekwiżiti speċjali, u r-rekwiżiti speċjali kkonċernati għall-introduzzjoni u l-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni; l-elenkar proviżorju tal-pjanti b'riskju għoli, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni għandha tkun ipprojbita, u l-pajjiżi terzi kkonċernati; il-proċedura għall-valutazzjoni tar-riskju b'rabta ma' dak l-elenkar; l-istabbiliment għal pajjiżi terzi ta' rekwiżiti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra; l-istabbiliment ta' arranġamenti għall-preżentazzjoni u l-użu ta' posters u fuljetti dwar l-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni; l-istabbiliment ta' kondizzjonijiet jew miżuri speċifiċi dwar l-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra partikolari f'żoni tal-fruntiera tal-Istati Membri; l-adozzjoni ta' miżuri temporanji dwar pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati jew riskji fitosanitarji suspettati oħra; l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar miżuri temporanji meħudin mill-Istati Membri dwar periklu imminenti; l-elenkar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li huma pprojbiti milli jiġu introdotti f'ċerti żoni protetti; l-elenkar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal rekwiżiti speċjali, u r-rekwiżiti speċjali kkonċernati għall-introduzzjoni u l-moviment tagħhom f'ċerti żoni protetti; u l-istabbiliment ta' regoli rigward ir-rekwiżiti għall-istazzjonijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin, u r-rilaxx ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra minn dawk l-istazzjonijiet u l-faċilitajiet.

(75)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' perijodi minimi iqsar jew itwal għaż-żamma tar-rekords dwar it-traċċabbiltà mill-operaturi professjonisti, u rekwiżiti fir-rigward tal-aċċessibbiltà ta' dawk ir-rekords.

(76)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u l-pajjiżi terzi rispettivi ta' oriġini jew dispaċċ, li għalihom għandu jkun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni; l-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u l-pajjiżi terzi rispettivi ta' oriġini jew dispaċċ, li għalihom għandu jkun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni tagħhom f'ċerti żoni protetti minn dawk il-pajjiżi terzi; l-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, il-pajjiżi terzi kkonċernati, u l-kwantità massima soġġetta għall-eżenzjoni mir-rekwiżit għal ċertifikat fitosanitarju meta introdotta fit-territorju tal-Unjoni; u l-istabbiliment ta' arranġamenti tekniċi dwar l-invalidazzjoni taċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi.

(77)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li għalihom għandu jkun meħtieġ passaport tal-pjanti biex dawn jiċċaqilqu fit-territorju tal-Unjoni; l-elenkar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li għandu jkun meħtieġ passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni tagħhom f'ċerti żoni protetti u l-moviment tagħhom fi ħdanhom; u l-ispeċifikazzjoni tal-pesti f'żona protetta, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li għalihom huwa meħtieġ passaport tal-pjanti għal żoni protetti fil-każ ta' forniment dirett lil utent finali.

(78)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaport tal-pjanti; l-identifikazzjoni ta' tipi u speċijiet ta' pjanti għat-tħawwil li għalihom m'għandhomx japplikaw l-eżenzjonijiet mill-indikazzjoni tal-kodiċi tat-traċċabbiltà fil-format tal-passaport tal-pjanti; u l-istabbiliment ta' arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta' passaporti elettroniċi tal-pjanti.

(79)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' arranġamenti speċifiċi dwar il-materjal, it-trattament u l-immarkar fir-rigward tat-tiswija tal-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam; l-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format ta' attestazzjonijiet għajr il-marka tal-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam; l-istabbiliment tal-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni; u l-istabbiliment ta' regoli speċifiċi dwar il-preżentazzjoni ta' notifiki.

(80)

Is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(81)

Il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-miżuri li għandhom jiġu adottati kontra pesti ta' kwarantina speċifiċi fl-Unjoni jew pesti mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, mal-projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni jew żona protetta jew li tali introduzzjoni tkun soġġetta għal rekwiżiti speċifiċi u għal miżuri temporanji dwar pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati jew riskji fitosanitarji suspettati oħra, raġunijiet importanti ta' urġenza jirrikjedu hekk.

(82)

Id-Direttivi tal-Kunsill 74/647/KEE (15) u 2006/91/KE (16) jistabbilixxu miżuri dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla u tas-San José Scale. Wara d-dħul fis-seħħ ta' dawk id-Direttivi, il-pesti kkonċernati saru mifruxa b'mod wiesa' fit-territorju kollu tal-Unjoni, u għaldaqstant it-trażżin tagħhom ma għadux fattibbli. Għaldaqstant dawk id-Direttivi għandhom jitħassru.

(83)

Id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE (17), 93/85/KEE (18), 98/57/KE (19) u 2007/33/KE (20) għandhom jitħassru, peress li għandhom jiġu adottati miżuri ġodda dwar il-pesti kkonċernati minnhom f'konformità ma' dan ir-Regolament. Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex jiġu adottati dawk il-miżuri l-ġodda, dawk id-Direttivi għandhom jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2022.

(84)

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jipprovdi li l-għotjiet għall-miżuri kontra l-pesti għandhom jikkonċernaw ċerti pesti elenkati fl-Annessi għad-Direttiva 2000/29/KE, u ċerti pesti mhux elenkati f'dawk l-Annessi iżda soġġetti għal miżuri temporanji tal-Unjoni adottati b'rabta magħhom. Minbarra d-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kategorija ta' pesti ta' prijorità u huwa essenzjali li ċerti miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward, b'mod partikolari, tal-pesti ta' prijorità jkunu eliġibbli għal għotjiet tal-Unjoni, inkluż kumpens imħallas lil operaturi professjonisti għall-valur ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li jiġu soġġetti għall-qerda skont il-miżuri ta' qerda stabbiliti f'dan ir-Regolament. Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 għandu għalhekk jiġi emendat.

(85)

Jinħtieġ ukoll li jsiru emendi tekniċi fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (22) u (UE) Nru 1143/2014 (23) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(86)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward ta' miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jista', minħabba l-effett, il-kumplessità, u in-natura internazzjonali u transkonfinali tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(87)

Għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), dan ir-Regolament ma joħloqx piż amministrattiv jew impatt ekonomiku sproporzjonat. Skont dan ir-Regolament, abbażi ta' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, is-sitwazzjoni speċjali tal-SMEs ġiet ikkunsidrata, fejn possibbli. Ma ġietx ikkunsidrata eżenzjoni universali potenzjali għall-mikrointrapriżi, li jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-kumpanniji, minħabba l-objettiv ta' politika pubblika għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti.

(88)

Dan ir-Regolament jieħu kont tal-IPPC, il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji u l-linji gwida stabbiliti taħthom.

(89)

F'konformità mal-prinċipju tar-regolamentazzjoni “intelliġenti”, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi kkoordinata ma' dik tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 sabiex ikun żgurat li l-liġi tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti tapplika b'mod sħiħ u fl-intier tagħha.

(90)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta u b'mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-proprjetà, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-intrapriża u l-libertà tal-arti u x-xjenzi. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jiddeterminaw ir-riskji fitosanitarji maħluqa minn kwalunkwe speċi, varjant jew bijotip ta' aġenti patoġeniċi, annimali jew pjanti noċivi għall-pjanti jew prodotti mill-pjanti (“pesti”) u miżuri li jnaqqsu dawk ir-riskji għal livell aċċettabbli.

2.   Fejn ikun hemm provi li pjanti mhux parassitiċi, differenti minn dawk regolati taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, joħolqu riskji fitosanitarji li jkollhom impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali sever fuq it-territorju tal-Unjoni, dawk il-pjanti mhux parassitiċi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala pesti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għal pajjiżi terzi għandhom jinqraw bħala referenzi għal pajjiżi terzi, Ceuta, Melilla u għat-territorji li huma msemmija fl-Artikolu 355(1) TFUE bl-eċċezzjoni ta' Madeira u l-Azores.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għat-territorju tal-Unjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għat-territorju tal-Unjoni mingħajr Ceuta, Melilla u t-territorji li huma msemmija fl-Artikolu 355(1) TFUE, minbarra Madeira u l-Azores.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pjanti” tfisser pjanti ħajjin u l-partijiet ħajjin tal-pjanti li ġejjin:

(a)

iż-żrieragħ, fis-sens botaniku, apparti minn dawk li mhumiex maħsuba għat-tħawwil;

(b)

il-frott, fis-sens botaniku;

(c)

il-ħaxix;

(d)

it-tuberi, il-basal tuberuż, il-basal, ir-riżomi, l-għeruq, is-slavaġ, is-stolons;

(e)

in-nebbiet, iz-zkuk, il-friegħi;

(f)

il-fjuri maqtugħin;

(g)

il-fergħat bil-faxxina jew mingħajrha;

(h)

is-siġar maqtugħin bil-faxxina b'kollox;

(i)

il-weraq, il-faxxina;

(j)

il-kulturi tat-tessuti tal-pjanti, inkluż il-kulturi taċ-ċelloli, il-ġermoplażma, il-meristems, il-kloni kimeriċi, il-materjal mikropropagat;

(k)

it-trab tad-dakra ħaj u l-ispori;

(l)

l-għejun, ir-rimja bl-għejun, il-biċċiet, il-brokkijiet, it-tilqimiet;

(2)

“prodotti mill-pjanti” tfisser materjal mhux manifatturat li joriġina mill-pjanti u dawk il-prodotti manifatturati li, min-natura tagħhom jew in-natura tal-ipproċessar tagħhom, jistgħu joħolqu riskju għat-tixrid ta' pesti ta' kwarantina.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikoli 28, 30 u 41, l-injam għandu biss jitqies bħala “prodott mill-pjanti” jekk jikkonforma ma' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

iżomm il-wiċċ tond naturali kollu tiegħu, jew parti minnu biz-zokk jew mingħajru;

(b)

ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu minħabba s-serrar, il-qtugħ jew ix-xaqq tal-injam;

(c)

ikun fl-għamla ta' laqx, partikoli, serratura, fdalijiet tal-injam, ċana jew skart, u ma jkunx għadda mill-ipproċessar li jinvolvi l-użu ta' kolla, sħana jew pressa jew kombinazzjoni ta' dawn biex jipproduċi l-gerbub, il-briquettes, il-plajwudd jew iċ-ċippbord;

(d)

jintuża, jew huwa maħsub li jintuża bħala materjal ta' imballaġġ, sew jekk fil-fatt jintuża għat-trasport tal-merkanzija u sew jekk le;

(3)

“tħawwil” tfisser kwalunkwe operazzjoni għat-tqegħid ta' pjanti f'mezzi ta' tkabbir, jew b'tilqim jew operazzjonijiet simili, biex jiġi żgurat it-tkabbir, ir-riproduzzjoni jew il-propagazzjoni sussegwenti tagħhom;

(4)

“pjanti għat-tħawwil” tfisser pjanti maħsubin li jibqgħu mħawla, jitħawlu jew jitħawlu mill-ġdid.

(5)

“oġġett ieħor” tfisser kwalunkwe materjal jew oġġett, ħlief pjanti jew prodotti mill-pjanti, li jkun kapaċi jospita jew ixerred il-pesti, inklużi ħamrija jew xi materjal għat-tkabbir;

(6)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali ta' Stat Membru, jew, fejn applikabbli, ta' pajjiż terz, responsabbli għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra, jew kull awtorità oħra li fuqha ġiet ikkonferità dik ir-responsabbiltà, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kontrolli uffiċjali;

(7)

“lott” tfisser numru ta' unitajiet ta' prodott bażiku uniku, li jingħaraf mill-omoġeneità tal-kompożizzjoni, l-oriġini u elementi rilevanti oħra, li jifformaw parti minn kunsinna;

(8)

“unità tan-negozjar” tfisser l-iżgħar unità li tista' tintuża ta' natura kummerċjali jew oħra li tapplika għall-istadju tat-tqegħid fis-suq ikkonċernat, li tista' tkun is-subsett jew il-lott kollu kemm hu;

(9)

“operatur professjonist” tfisser kwalunkwe persuna, irregolata bil-liġi pubblika jew privata, involuta professjonalment f'waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin, dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u li tkun legalment responsabbli għalihom:

(a)

it-tħawwil;

(b)

it-tnissil;

(c)

il-produzzjoni, inkluż it-tkabbir, it-tkattir u ż-żamma;

(d)

l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fih, u 'l barra minnu;

(e)

id-disponibbiltà fis-suq;

(f)

il-ħżin, il-ġbir,id-dispaċċ u l-ipproċessar;

(10)

“operatur reġistrat” tfisser operatur professjonist reġistrat f'konformità mal-Artikolu 65;

(11)

“operatur awtorizzat” tfisser operatur reġistrat awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex joħroġ passaporti tal-pjanti f'konformità mal-Artikolu 89, biex japplika marka f'konformità mal-Artikolu 98, jew biex joħroġ attestazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 99;

(12)

“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna, li taġixxi għal finijiet li huma barra min-negozju ta' dik il-persuna, il-kummerċ jew il-professjoni tagħha, li takkwista pjanti jew prodotti mill-pjanti għal użu personali;

(13)

“test” tfisser eżami uffiċjali, ħlief viżwali, biex jiddetermina jekk humiex preżenti pesti jew biex jidentifika l-pesti;

(14)

“trattament” tfisser proċedura, kemm jekk uffiċjali kif ukoll jekk mhux uffiċjali, għall-qtil, l-inattivazzjoni jew it-tneħħija ta' pesti, jew biex dawk il-pesti ma jibqgħux fertili jew għall-indeboliment tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti;

(15)

“inċidenza” tfisser il-proporzjon jew in-numru ta' unitajiet li fihom ikun preżenti pest f'kampjun, kunsinna, għalqa jew popolazzjoni oħra definita;

(16)

“stabbiliment” tfisser il-kontinwazzjoni, għall-ġejjieni prevedibbli, ta' pest fi ħdan żona wara li jkun daħal fiha;

(17)

“qerda” tfisser l-applikazzjoni ta' miżuri fitosanitarji biex jinqered pest minn żona;

(18)

“trażżin” tfisser l-applikazzjoni ta' miżuri fitosanitarji fi ħdan u madwar żona infestata għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' pest;

(19)

“post ta' kwarantina” tfisser kwalunkwe post uffiċjali li jżomm pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra fi kwarantina;

(20)

“faċilità ta' trażżin” tfisser kwalunkwe faċilità, minbarra postijiet ta' kwarantina, fejn il-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jinżammu f'kondizzjonijiet ta' trażżin;

(21)

“kodiċi ta' traċċabbiltà” tfisser kodiċi magħmul minn ittri, numri jew ittri u numri li jidentifikaw kunsinna, lott jew unità tan-negozjar, li jintuża għal finijiet ta' traċċabbiltà, inklużi kodiċi li jirreferu għal lott, sett, sensiela, data ta' produzzjoni jew dokumenti ta' operatur professjonist;

(22)

“miżura fitosanitarja” tfisser kwalunkwe miżura uffiċjali li għandha l-għan li tipprevjeni l-introduzzjoni u/jew it-tixrid ta' pesti ta' kwarantina jew li tillimita l-impatt ekonomiku ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina.

KAPITOLU II

Pesti ta' kwarantina

Taqsima 1

Pesti ta' kwarantina

Artikolu 3

Definizzjoni ta' pesti ta' kwarantina

Pest ikun “pest ta' kwarantina”, fir-rigward ta' territorju definit, jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-identità tiegħu tkun ġiet stabbilita, fis-sens tal-punt (1) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;

(b)

ma jkunx preżenti fit-territorju, fis-sens tal-punt (2)(a) tat-Taqsima 1 tal-Anness I, jew, jekk preżenti, ma jkunx distribwit b'mod mifrux f'dak it-territorju, fis-sens tal-punti (2)(b) u (c) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;

(c)

ikun kapaċi jidħol, jistabbilixxi ruħu u jinxtered fit-territorju, jew, jekk preżenti fit-territorju, iżda mhux distribwit b'mod mifrux, ikun kapaċi jidħol, jistabbilixxi ruħu u jinxtered f'dawk il-partijiet ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, fis-sens tal-punt (3) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;

(d)

id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tiegħu, fis-sens tal-punt (4) tat-Taqsima 1 tal-Anness I, ikollhom impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali inaċċettabbli għal dak it-territorju, jew, jekk preżenti iżda mhux distribwit b'mod mifrux, għal dawk il-partijiet ta t-territorju fejn ma jkunx preżenti; u

(e)

ikunu disponibbli miżuri fattibbli u effettivi għall-prevenzjoni tad-dħul, l-istabbiliment jew it-tixrid ta' dak il-pest f'dak it-territorju u biex jittaffew ir-riskji u l-impatti tiegħu.

Taqsima 2

Pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

Artikolu 4

Definizzjoni ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

Pest ikun “pest ta' kwarantina fl-Unjoni” jekk it-territorju definit kif imsemmi fil-parti introduttorja tal-Artikolu 3 ikun it-territorju tal-Unjoni u jekk ikun inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 5(2).

Artikolu 5

Projbizzjoni tal-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir jew ir-rilaxx ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

1.   Pest ta' kwarantina fl-Unjoni ma għandux jiġi introdott, jiġi mċaqlaq, jinżamm, jiżdied jew jiġi rilaxxat fit-territorju tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' pesti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni (“lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni”).

Il-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni għandha tinkludi l-pesti elenkati fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE u t-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness II għal dik id-Direttiva.

Pesti li huma indiġeni għal kwalunkwe parti mit-territorju tal-Unjoni jew stabbiliti fih, kemm jekk naturali jew minħabba l-introduzzjoni tagħhom minn barra t-territorju tal-Unjoni, għandhom jiġu mmarkati fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni bħala pesti magħrufa li jitfaċċaw fit-territorju tal-Unjoni.

Pesti li mhumiex indiġeni għal kwalunkwe parti mit-territorju tal-Unjoni jew li mhumiex stabbiliti fih, għandhom jiġu mmarkati fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni bħala pesti mhux magħrufa li jitfaċċaw fit-territorju tal-Unjoni.

3.   Fejn ir-riżultati ta' evalwazzjoni turi li pest mhux inkluż fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, jew li pest inkluż fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni ma jkunx għadu jissodisfa wieħed jew aktar minn dawk il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu kif meħtieġ billi żżid, jew tneħħi, il-pest ikkonċernat minn dik il-lista.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dik il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissostitwixxi l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għall-fini li tikkonsolida emendi.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 6

Pesti ta' prijorità

1.   Pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jkunu “pest ta' prijorità” jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

huma jissodisfaw, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2) tat-Taqsima 1 tal-Anness I;

(b)

l-impatt potenzjal tagħhom ta' natura ekonomika, ambjentali jew soċjali jkun mill-aktar sever fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(c)

ikunu elenkati skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz tal-istabbiliment ta' lista tal-pesti ta' prijorità (“lista ta' pesti ta' prijorità”).

Fejn ir-riżultati ta' valutazzjoni juru li pest ta' kwarantina fl-Unjoni jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew pest ma għadux jissodisfa waħda jew aktar minn dawk il-kondizzjonijiet, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw il-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz taż-żieda tal-pest ikkonċernat f'dik il-lista, jew permezz tat-tneħħija minnha.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dik il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mingħajr dewmien.

Fejn, f'każ ta' riskju serju ta' pest, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu hekk, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 106 għall-atti delegati adottati f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Emenda tat-Taqsima 1 tal-Anness I

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw it-Taqsima 1 tal-Anness I sabiex jiġi adattat għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 8

Pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażliet tal-varjetà jew tnissil

1.   B'deroga mill-Artikolu 5(1), l-Istati Membri jistgħu, meta ssir applikazzjoni, jawtorizzaw temporanjament l-introduzzjoni, iż-żamma u t-tkattir fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi, għal finijiet ta' provi, għażliet tal-varjetà jew tnissil.

Awtorizzazzjoni għandha tingħata biss għall-attività kkonċernata jekk jiġu imposti restrizzjonijiet adegwati biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni, il-moviment, iż-żamma, it-tkattir u l-użu tal-pest ikkonċernat ma jirriżultawx fl-istabbiliment jew it-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, b'kont meħud tal-identità, il-bijoloġija u l-mezz ta' tixrid tal-pest, l-attività prevista, l-interazzjoni mal-ambjent u fatturi rilevanti oħrajn relatati mar-riskju maħluq minn dak il-pest.

2.   L-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pest għandu jinżamm f'post u f'kondizzjonijiet li:

(i)

l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw bħala xierqa; u

(ii)

jissemmew fl-awtorizzazzjoni;

(b)

l-attività li tinvolvi l-pest għandha titwettaq f'post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin iddeżinjati mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 60 u msemmija fl-awtorizzazzjoni;

(c)

l-attività li tinvolvi l-pest għandha titwettaq minn membri tal-persunal:

(i)

li l-kompetenza xjentifika u teknika tagħhom tkun ikkunsidrata adegwata mill-awtorità kompetenti; u

(ii)

li jissemmew fl-awtorizzazzjoni;

(d)

il-pest għandu jiġi akkumpanjat mill-awtorizzazzjoni meta jiġi introdott, jew jinżamm jew jitkattar fit-territorju tal-Unjoni jew jiċċaqlaq fi ħdanu.

3.   L-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati fir-rigward tal-kwantità tal-pest li jista' jiġi introdott, imċaqlaq, miżmum, imkattar jew użat u tat-tul ta' żmien li jkunu adegwati għall-attività kkonċernata. L-awtorizzazzjonijiet ma għandhomx jeċċedu l-kapaċità tal-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin iddeżinjati.

L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinkludu r-restrizzjonijiet meħtieġa għall-qerda b'mod adegwat tar-riskju ta' stabbiliment u tixrid tal-pest ta' kwarantina rispettiv fl-Unjoni jew il-pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).

4.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-limitazzjoni u r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tieħu l-azzjoni meħtieġa f'każ ta' non-osservanza. Fejn xieraq, dik l-azzjoni għandha tkun ir-revoka tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli dettaljati li jikkonċernaw:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fi, iż-żamma, it-tkattir u l-użu fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fi ħdanu tal-pesti kkonċernati;

(b)

il-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u

(c)

il-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, kif imsemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 9

Notifika ta' periklu imminenti

1.   Fejn Stat Membru jkollu provi li jeżisti periklu imminenti ta' dħul ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni fit-territorju tal-Unjoni jew f'parti minn dak it-territorju fejn ma jkunx diġà preżenti, l-Istat Membru għandu jinnotifika immedjatament u bil-miktub lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dawk il-provi.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal pest li ma jkunx inkluż fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, fejn:

(a)

il-pest ikun soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1); jew

(b)

l-Istat Membru kkonċernat iqis li l-pest jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni tiegħu fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni.

3.   L-operaturi professjonisti għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe prova li jista' jkollhom rigward periklu imminenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 dwar pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 10

Konferma uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni

Fejn awtorità kompetenti tissuspetta jew tkun irċeviet provi dwar il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni, jew ta' pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), f'parti mit-territorju tal-Istat Membru tagħha fejn preċedentement ma kienx magħruf li dak il-pest kien preżenti, jew f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju tal-Unjoni jew maħsuba li jiġu introdotti fih, din għandha immedjatament tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonferma jekk dak il-pest huwiex preżenti (“biex jiġi kkonfermat uffiċjalment”).

Dik il-konferma uffiċjali għandha tkun abbażi ta' dijanjosi minn laboratorju uffiċjali ddeżinjat mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kontrolli uffiċjali.

Sa meta tingħata l-konferma uffiċjali tal-preżenza tal-pest, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn ikun meħtieġ, jieħu miżuri fitosanitarji biex jelimina r-riskju tat-tixrid tal-pest.

Is-suspett jew il-provi msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati fuq kwalunkwe informazzjoni riċevuta skont l-Artikoli 14 u 15, jew kwalunkwe sors ieħor.

Artikolu 11

Notifika ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra

Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fejn l-awtorità kompetenti tiegħu jikkonferma uffiċjalment kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-preżenza fit-territorju tiegħu ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni li ma kienx magħruf li kien preżenti hemmhekk;

(b)

il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni f'parti mit-territorju tiegħu fejn ma kienx preżenti preċedentement;

(c)

il-preżenza fit-territorju tiegħu ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti, maħsuba li jiġu introdotti, jew li jiġu mċaqilqa fit-territorju tal-Unjoni.

In-notifika taħt l-ewwel paragrafu għandha ssir mill-awtorità unika, kif tidher fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kontrolli uffiċjali, tal-Istat Membru kkonċernat permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103.

Artikolu 12

Informazzjoni dwar pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li għandha tiġi pprovduta lill-operaturi professjonisti mill-awtoritajiet kompetenti

1.   Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operaturi professjonisti li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tagħhom jistgħu jiġu affettwati jiġu infurmati bil-preżenza tal-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat mingħajr dewmien.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornata lista disponibbli għall-pubbliku tan-notifiki kollha li rċeviet dwar pesti emerġenti f'pajjiżi terzi li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-pjanti fit-territorju tal-Unjoni.

Dik il-lista tista' tkun parti mis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 103.

Artikolu 13

Informazzjoni dwar pesti ta' prijorità li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku mill-awtoritajiet kompetenti

Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment fir-rigward tal-pest ta' prijorità, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-pubbliku dwar il-miżuri meħuda minnha jew dawk li għandha l-ħsieb tieħu u dwar kwalunkwe miżura li għandha tittieħed mill-kategoriji rilevanti ta' operaturi professjonisti jew persuni oħra.

Artikolu 14

Miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-operaturi professjonisti

1.   Fejn operatur professjonist jissuspetta jew isir konxju tal-fatt li pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ikun preżenti fi pjanti, prodotti minn pjanti jew oġġetti oħra li jkunu taħt il-kontroll ta' dak l-operatur, huwa għandu immedjatament jinnotifika dan lill-awtorità kompetenti, sabiex dik l-awtorità kompetenti tieħu azzjonijiet skont l-Artikolu 10. Fejn meħtieġ, l-operatur professjonist għandu wkoll immedjatament jieħu miżuri ta' prekawzjoni biex jipprevjeni l-istabbiliment u t-tixrid ta' dak il-pest.

2.   L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa fejn ikun magħruf li pest speċifiku jitfaċċa f'żona partikolari. F'dan il-każ, hija għandha tinforma lill-operaturi professjonisti kkonċernati dwar dik id-deċiżjoni.

3.   Fejn operatur professjonist jirċievi konferma uffiċjali dwar il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni fi pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jaqgħu taħt il-kontroll ta' dak l-operatur, huwa għandu jikkonsulta lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u għandu jipproċedi, kif applikabbli, bl-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7.

4.   L-operatur professjonist għandu immedjatament jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni t-tixrid ta' dak il-pest. Fejn l-awtorità kompetenti tkun ipprovdiet struzzjonijiet dwar dawk il-miżuri, l-operatur professjonist għandu jaġixxi f'konformità ma' dawk l-istruzzjonijiet.

5.   Fejn jirċievi struzzjoni dwar dan mill-awtorità kompetenti, l-operatur professjonist għandu wkoll jieħu l-miżuri meħtieġa biex jelimina lil dak il-pest mill-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati u mill-bini, l-art, il-ħamrija, l-ilma ta' dak l-operatur jew elementi infestati oħra li jaqgħu taħt il-kontroll tiegħu.

6.   Sakemm ma jirċevix struzzjoni oħra mill-awtorità kompetenti, l-operatur professjonist għandu, mingħajr dewmien, jirtira mis-suq il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li huma taħt il-kontroll ta' dak l-operatur u li fihom jista' jkun hemm il-preżenza tal-pest.

Fejn dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ma jkunux għadhom taħt il-kontroll tal-operatur professjonist ikkonċernat, l-operatur professjonist għandu, dment li ma jirċevix struzzjoni oħra mill-awtorità kompetenti, immedjatament:

(a)

jinforma lill-persuni fil-katina kummerċjali li lilhom ikunu ġew ipprovduti dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra bil-preżenza tal-pest;

(b)

jipprovdi lil dawk il-persuni linji gwida dwar il-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu matul it-trasport tal-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra rispettivi, biex jitnaqqas ir-riskju mit-tixrid jew ħarba tal-pesti kkonċernati; u

(c)

jirtira dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra.

7.   Fejn japplikaw il-paragrafi 1, 3, 4, 5 jew 6 ta' dan l-Artikolu, l-operatur professjonist għandu, fuq talba, jipprovdi lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha li hi rilevanti għall-membri tal-pubbliku. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, fil-każ li jkun meħtieġ li tittieħed azzjoni fir-rigward tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li fihom jista' jkun preżenti l-pest rispettiv, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-pubbliku malajr kemm jista' jkun b'dak il-fatt.

Artikolu 15

Miżuri li għandhom jittieħdu minn persuni li mhumiex operaturi professjonisti

1.   Fejn kwalunkwe persuna, li mhijiex operatur professjonist, issir konxja tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew ikollha raġuni biex tissuspetta tali preżenza, dik il-persuna għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti. Fejn in-notifika ma tiġix ippreżentata bil-miktub, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistraha b'mod uffiċjali. Fuq talba mill-awtorità kompetenti, dik il-persuna għandha tipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni li tkun fil-pussess tagħha fir-rigward ta' dik il-preżenza.

2.   L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx meħtieġa fejn ikun magħruf li pest speċifiku jkun preżenti f'żona partikolari.

3.   Il-persuna li tkun għamlet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u għandha, f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-awtorità kompetenti, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipprevjeni t-tixrid ta' dak il-pest u biex teliminah mill-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati u, fejn applikabbli, mill-bini ta' dik il-persuna.

Artikolu 16

Derogi għall-obbligi tal-għoti ta' notifiki

L-obbligi li tingħata notifika kif imsemmija fl-Artikoli 14 u 15 ma għandhomx japplikaw fejn:

(a)

pest ta' kwarantina fl-Unjoni jinstab preżenti fiż-żona infestata ta' żona ddemarkata stabbilita għat-trażżin ta' dak il-pest, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2);

(b)

pest ta' kwarantina fl-Unjoni jinstab preżenti fiż-żona infestata ta' żona ddemarkata u soġġetti għal miżuri ta' qerda li jeħtieġu tmien snin jew aktar, matul il-perijodu ta' dawk l-ewwel tmien snin.

Artikolu 17

Qerda ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

1.   Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tieħu l-miżuri fitosanitarji kollha meħtieġa biex teqred il-pest rilevanti ta' kwarantina fl-Unjoni miż-żona kkonċernata. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu f'konformità mal-Anness II.

Dak l-obbligu ta' qerda ma għandux japplika fejn jiġi speċifikat mod ieħor mill-att ta' implimentazzjoni li jikkonċerna dak il-pest, adottat skont l-Artikolu 28(2).

2.   L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinvestiga s-sors tal-preżenza tal-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat, b'mod partikolari fejn dik il-preżenza tista' tkun marbuta ma' movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, u l-possibbiltà li dak il-pest ikkonċernat ikun inxtered fost pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra b'dawk il-movimenti.

3.   Fejn il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jikkonċernaw l-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament dawk il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jittieħdu irrispettivament minn jekk il-pest ikunx preżenti f'bini pubbliku jew privat.

Artikolu 18

Stabbiliment ta' żoni ddemarkati

1.   Fejn waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tiġi kkonfermata uffiċjalment, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament tistabbilixxi żona, jew aktar, fejn għandhom jittieħdu l-miżuri ta' qerda msemmija fl-Artikolu 17(1) (“żona ddemarkata”).

Iż-żona ddemarkata għandha tkun magħmula minn żona infestata u żona ta' lqugħ.

2.   Fiż-żona infestata għandu, skont il-każ, ikun hemm:

(a)

il-pjanti kollha magħrufa li huma infestati mill-pest ikkonċernat;

(b)

il-pjanti kollha li juru sinjali jew sintomi li jindikaw infestazzjoni possibbli minn dak il-pest;

(c)

il-pjanti l-oħra kollha li setgħu kienu jew ġew kontaminati jew infestati minn dak il-pest, inklużi pjanti li jistgħu jiġu infestati minħabba s-suxxettibbiltà tagħhom għal dak il-pest u peress li jinsabu qrib pjanti infestati, jew is-sors komuni ta' produzzjoni, jekk dan ikun magħruf, ma' pjanti infestati, jew pjanti mkabbra minnhom;

(d)

art, ħamrija, kanali tal-ilma jew elementi oħra infestati, jew li jistgħu jiġu infestati, mill-pest ikkonċernat.

3.   Iż-żona ta' lqugħ għandha tkun qrib iż-żona infestata u għandha tiċċirkondaha.

Id-daqs tagħha għandu jkun xieraq fid-dawl tar-riskju li l-pest ikkonċernat jinxtered 'il barra miż-żona infestata b'mod naturali, jew minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona infestata u fl-inħawi qrib tagħha, u għandha tiġi deċiża f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

Madankollu, fejn kwalunkwe riskju ta' tixrid tal-pesti barra miż-żona infestata jiġi eliminat jew jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz ta' ostakli naturali jew artifiċjali, mhuwiex meħtieġ li tiġi stabbilita żona ta' lqugħ.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, fejn mal-ewwel analiżi tas-sitwazzjoni l-awtorità kompetenti tikkonkludi, minħabba n-natura tal-pest, il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat, u s-sit fejn instab, li l-pest ikkonċernat jista' jiġi eliminat immedjatament, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tistabbilixxix żona ddemarkata.

F'dan il-każ, għandha twettaq stħarriġ biex tiddetermina jekk hemmx iktar pjanti jew prodotti mill-pjanti li jkunu ġew infestati. Abbażi ta' dak l-istħarriġ, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina jekk hemmx ħtieġa li tiġi stabbilita żona ddemarkata.

5.   Fejn, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3, żona ddemarkata tkun ser tiġi estiża lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-Istat Membru fejn il-pest ikkonċernat instab li kien preżenti għandu immedjatament jikkuntattja lill-Istat Membru li ż-żona ddemarkata għandha tiġi estiża lejn it-territorju tiegħu sabiex dak l-Istat Membru jkun jista' jieħu l-azzjonijiet kollha adattati, kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 4.

6.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta' April ta' kull sena, bin-numru u l-postijiet taż-żoni ddemarkati stabbiliti, il-pesti kkonċernati, u l-miżuri rispettivi meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti.

Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta' notifika ta' żoni ddemarkati stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 104.

Artikolu 19

Stħarriġ u modifiki ta' żoni ddemarkati u tneħħija ta' restrizzjonijiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, tal-inqas kull sena, fi żminijiet adegwati, iwettqu stħarriġ dwar kull żona ddemarkata, fir-rigward tal-iżvilupp tal-preżenza tal-pest ikkonċernat.

Dan l-istħarriġ għandu jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 22(2).

2.   Fejn, b'riżultat ta' stħarriġ jew le, kif imsemmi fil-paragrafu 1, awtorità kompetenti ssib preżenza tal-pest ikkonċernat fiż-żona ta' lqugħ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra biha.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmodifikaw il-fruntieri ta' żoni infestati, żoni ta' lqugħ u żoni ddemarkati, fejn meħtieġ, fid-dawl tar-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jabolixxu żona ddemarkata u jtemmu l-miżuri ta' qerda rispettivi, fejn ikun ġie verifikat l-istatus ta' dik iż-żona bħala ħielsa mill-pesti. Dan ikun il-każ fejn ikunu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 juri li dik iż-żona nstabet bħala ħielsa mill-pest ikkonċernat; u

(b)

ma tkun instabet l-ebda preżenza tal-pest ikkonċernat f'dik iż-żona ddemarkata għal perijodu twil biżżejjed.

5.   Meta tiddeċiedi dwar il-modifiki msemmija fil-paragrafu 3 jew it-tneħħija taż-żona ddemarkata msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha mill-inqas tieħu kont tal-fatturi li ġejjin:

(a)

il-bijoloġija tal-pest u l-vettur ikkonċernat;

(b)

il-preżenza ta' pjanti ospitanti;

(c)

il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi; u

(d)

il-probabbiltà li l-miżuri ta' qerda kienu ta' suċċess.

6.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mhuwiex meħtieġ li jsir stħarriġ annwali fiż-żona infestata taż-żoni ddemarkati stabbiliti għal:

(a)

pesti soġġetti għal miżuri ta' qerda li jeħtieġu tmien snin jew iktar;

(b)

pesti soġġetti għall-miżuri ta' trażżin msemmija fl-Artikolu 28(2).

7.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw ulterjorment il-pesti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u fil-punt (b) tal-Artikolu 16 u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawk id-derogi.

Artikolu 20

Rapporti dwar miżuri meħuda f'konformità mal-Artikoli 17, 18 u 19

1.   Fejn jittieħdu miżuri minn Stat Membru f'żona ma' ġenb Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar għandu jiġi ppreżentat rapport dwar il-miżuri meħuda f'konformità mal-Artikoli 17, 18 u 19.

2.   Fejn jintalab jagħmel dan mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru ieħor, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport dwar miżuri speċifiċi meħuda f'konformità mal-Artikoli 17, 18 u 19.

Artikolu 21

Emenda tal-Anness II

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105, li jemendaw l-Anness II, sabiex tadattaha għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 22

Stħarriġ dwar il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ ibbażat fuq ir-riskju, matul perijodi ta' żmien speċifiċi, li jivverifikaw tal-inqas:

(a)

il-preżenza ta' kwalunkwe pest ta' kwarantina fl-Unjoni; u

(b)

sinjali jew sintomi ta' kwalunkwe pest soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 jew għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).

Dak l-istħarriġ għandu jsir f'kull żona fejn il-pest ikkonċernat ma kienx magħruf li kien preżenti.

Dak l-istħarriġ mhuwiex meħtieġ li jitwettaq għal pesti li fir-rigward tagħhom jiġi konkluż mingħajr ekwivoċi li ma jistgħux jiġu stabbiliti jew jinxterdu fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi tiegħu jew l-assenza tal-ispeċijiet ospitanti.

2.   Il-mod kif jitfassal l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju li l-pest jitfaċċa fiż-żona koperta minn kull stħarriġ. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, eżamijiet viżwali mill-awtorità kompetenti u, fejn xieraq, il-ġbir ta' kampjuni u twettiq ta' testijiet. Dan l-istħarriġ għandu jsir fil-postijiet xierqa kollha u għandu jinkludi, fejn ikun il-każ, bini, vetturi, makkinarju u imballaġġ li jintużaw minn operaturi professjonisti u persuni oħra. Dan għandu jkun ibbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u għandu jsir fi żminijiet xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi skopert il-pest ikkonċernat.

Dak l-istħarriġ għandu jqis il-provi xjentifiċi u tekniċi, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni adatta oħra, dwar il-preżenza tal-pesti kkonċernati.

3.   Sat-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti. Dawk ir-rapporti għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-post fejn twettaq l-istħarriġ, meta twettaq l-istħarriġ, il-pesti u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, in-numru ta' spezzjonijiet u kampjuni li ttieħdu u s-sejbiet ta' kull pest ikkonċernat.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format ta' dawk ir-rapporti, kif ukoll l-istruzzjonijiet dwar kif jimtela. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 23

Programmi ta' stħarriġ pluriennali u ġbir ta' informazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi pluriennali ta' stħarriġ li jistipulaw il-kontenut tal-istħarriġ li għandu jsir skont l-Artikolu 22. Dawk il-programmi għandhom jipprevedu l-ġbir u r-reġistrazzjoni tal-provi xjentifiċi u tekniċi u informazzjoni oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2).

Il-programmi pluriennali ta' stħarriġ għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin f'konformità mal-Artikolu 22(2):

(a)

l-objettiv speċifiku ta' kull stħarriġ;

(b)

l-ambitu ta' kull stħarriġ fir-rigward taż-żona kkonċernata u l-perijodu ta' żmien kopert, kif ukoll il-pesti, il-pjanti u l-prodotti bażiċi fil-mira;

(c)

il-metodoloġija u l-ġestjoni tal-kwalità tal-istħarriġ inkluża deskrizzjoni tal-proċeduri għall-eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar u l-ġustifikazzjoni teknika tagħhom;

(d)

iż-żmien ippjanat, il-frekwenza u n-numri ta' eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet skedati;

(e)

il-metodi ta' reġistrazzjoni u rappurtar tal-informazzjoni miġbura.

Il-programmi pluriennali ta' stħarriġ għandhom ikunu għal perijodu ta' bejn ħames u seba' snin.

2.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinnotifikaw il-programmi ta' stħarriġ pluriennali tagħhom, hekk kif jiġu stabbiliti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-programmi ta' stħarriġ pluriennali, u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-elementi li jinsabu fil-paragrafu 1 għar-riskji ta' pesti speċifiċi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 24

Stħarriġ ta' pesti ta' prijorità

1.   Għal kull pest ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ kull sena, kif stabbilit fl-Artikolu 22(1) u (2). Dak l-istħarriġ għandu jinkludi numru għoli biżżejjed ta' eżamijiet viżwali, teħid ta' kampjuni u testijiet, kif xieraq għal kull pest ta' prijorità, biex tiġi żgurata, sa fejn possibbli fir-rigward tal-bijoloġija rispettiva ta' kull pest ta' prijorità u l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi, f'livell għoli ta' fiduċja, li dawk il-pesti jiġu skoperti fi żmien opportun.

L-istħarriġ mhuwiex meħtieġ li jitwettaq għal pesti li fir-rigward tagħhom jiġi konkluż mingħajr ekwivoċi li ma jistgħux jiġu stabbiliti jew jinxterdu fl-Istat Membru kkonċernat minħabba l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi tiegħu jew l-assenza tal-ispeċijiet ospitanti.

2.   Sat-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jkun twettaq fis-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 25

Pjanijiet ta' kontinġenza għall-pesti ta' prijorità

1.   Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornat, għal kull pest ta' prijorità li jkun kapaċi jidħol fi ħdan u jistabbilixxi ruħu fit-territorju tiegħu, jew parti minnu, pjan separat li jkun fih informazzjoni dwar il-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-proċeduri u l-protokolli li għandhom jiġu segwiti, ir-riżorsi minimi li għandhom ikunu disponibbli u l-proċeduri biex isiru disponibbli aktar riżorsi f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata b'mod uffiċjali ta' dak il-pest (“pjan ta' kontinġenza”).

L-Istati Membri, fi stadju adatt, għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess ta' tfassil u aġġornament tal-pjanijiet ta' kontinġenza.

Mhuwiex meħtieġ li jitfasslu pjanijiet ta' kontinġenza għal pesti li, fir-rigward tagħhom, jiġi konkluż mingħajr ekwivoċi li ma jistgħux jiġu stabbiliti jew jinxterdu fl-Istat Membru kkonċernat, minħabba l-kondizzjonijiet ekoklimatiċi tiegħu jew l-assenza tal-ispeċijiet ospitanti.

2.   Kull pjan ta' kontinġenza għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan f'każ ta' preżenza kkonfermata jew suspettata b'mod uffiċjali tal-pest ta' prijorità kkonċernat, kif ukoll il-katina ta' kmand u l-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet pubbliċi oħra, korpi delegati jew persuni naturali involuti, laboratorji u operaturi professjonisti, inkluż il-koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u l-pajjiżi terzi ġirien, fejn meħtieġ;

(b)

l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għall-binjiet tal-operaturi professjonisti, operaturi rilevanti oħra u persuni fiżiċi;

(c)

l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, fejn meħtieġ, għal-laboratorji, it-tagħmir, il-persunal, l-għarfien espert estern u r-riżorsi meħtieġa għall-qerda rapida u effettiva jew, fejn xieraq, it-trażżin tal-pest ta' prijorità kkonċernat;

(d)

miżuri li għandhom jittieħdu rigward l-informazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri l-oħra, l-operaturi professjonisti kkonċernati u l-pubbliku, fir-rigward tal-preżenza tal-pest ta' prijorità kkonċernat u l-miżuri meħuda kontrih fil-każ li l-preżenza tal-pest ikkonċernat tkun ikkonfermata jew issuspettata uffiċjalment;

(e)

l-arranġamenti għar-reġistrazzjoni tas-sejbiet tal-preżenza tal-pest ta' prijorità kkonċernat;

(f)

il-valutazzjonijiet disponibbli kif stipulat fl-Artikolu 6(2) u kwalunkwe valutazzjoni tal-Istat Membru fir-rigward tar-riskju tal-pest ta' prijorità kkonċernat għat-territorju tiegħu;

(g)

il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju li għandhom jiġu implimentati fir-rigward tal-pest ta' prijorità kkonċernat, f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness II, u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti;

(h)

il-prinċipji għad-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni ddemarkati;

(i)

il-protokolli li jiddeskrivu l-metodi ta' eżamijiet viżwali, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju; u

(j)

il-prinċipji rigward it-taħriġ ta' persunal tal-awtoritajiet kompetenti u, kif adatt, il-korpi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-laboratorji, l-operaturi professjonisti u persuni oħra msemmija fil-punt (a).

Fejn xieraq, l-elementi msemmijin fil-punti (d) sa (j) tal-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu l-għamla ta' manwali ta' struzzjonijiet.

3.   Il-pjanijiet ta' kontinġenza jistgħu jiġu kkombinati għal diversi pesti ta' prijorità b'bijoloġija simili u firxa ta' speċijiet ospitanti. F'dawk il-każijiet, il-pjan ta' kontinġenza għandu jkun magħmul minn parti ġenerali li tkun komuni għall-pesti ta' prijorità kollha koperti minnu u minn partijiet speċifiċi għal kull pest ta' prijorità kkonċernat.

4.   Fi żmien erba' snin mid-data ta' stabbiliment tal-lista ta' pesti ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan ta' kontinġenza għall-pesti ta' prijorità inklużi f'dik il-lista.

Fi żmien sena mid-data tal-inklużjoni ta' kwalunkwe pest ieħor ikkonċernat fil-lista ta' pesti ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan ta' kontinġenza għal dak il-pest ta' prijorità.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu rieżami regolari u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom.

5.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jikkomunikaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, u għandhom jinfurmaw lill-operaturi professjonali rilevanti kollha billi jippubblikawhom fuq l-internet.

Artikolu 26

Eżerċizzji ta' simulazzjoni għal pesti ta' prijorità

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzji ta' simulazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kontinġenza f'intervalli stabbiliti skont il-bijoloġija tal-pest jew il-pesti ta' prijorità kkonċernati u r-riskju maħluq minn dak il-pest jew dawk il-pesti.

Dawk l-eżerċizzji għandhom jitwettqu fir-rigward tal-pesti ta' prijorità kkonċernati kollha f'perijodu ta' żmien raġonevoli u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Dawk l-eżerċizzji mhumiex meħtieġa fejn l-Istat Membru kkonċernat reċentement ħa miżuri għall-qerda tal-pest jew pesti rilevanti.

2.   Fir-rigward tal-pesti ta' prijorità li l-preżenza tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri jista' jkollha impatti għal Stati Membri ġirien, jistgħu jitwettqu eżerċizzji ta' simulazzjoni flimkien mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tal-pjanijiet ta' kontinġenza rispettivi tagħhom.

Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu iwettqu dawk l-eżerċizzji ta' simulazzjoni ma' pajjiżi terzi ġirien.

3.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jagħmlu disponibbli rapport dwar ir-riżultati ta' kull eżerċizzju ta' simulazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 27

Pjanijiet ta' azzjoni għal pesti ta' prijorità

1.   Fejn il-preżenza ta' pest ta' prijorità tkun ikkonfermata uffiċjalment fit-territorju ta' Stat Membru skont l-Artikolu 10, l-awtorità kompetenti għandha tadotta immedjatament pjan (“pjan ta' azzjoni”) li jistabbilixxi l-miżuri għall-qerda ta' dak il-pest, kif previst fl-Artikoli 17, 18 u 19, jew it-trażżin tiegħu, kif previst fl-Artikolu 28(2), kif ukoll skeda ta' żmien għall-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.

Il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi deskrizzjoni tad-disinn u l-organizzazzjoni tal-istħarriġ li għandu jitwettaq u jistabbilixxi n-numru ta' eżamijiet viżwali, il-kampjuni li għandhom jittieħdu u t-testijiet tal-laboratorju li għandhom jitwettqu, kif ukoll il-metodoloġija li għandha tiġi applikata għall-eżami, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar.

Il-pjan ta' azzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-pjan ta' kontinġenza rilevanti u għandu jiġi kkomunikat b'mod immedjat mill-awtorità kompetenti lill-operaturi professjonisti kkonċernati.

2.   Kull Stat Membru għandu, fuq talba, jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħra bil-pjanijiet ta' azzjoni adottati minnu.

Artikolu 28

Miżuri tal-Unjoni għall-pesti ta' kwarantina speċifiċi fl-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi miżuri kontra pesti ta' kwarantina speċifiċi fl-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jimplimentaw, speċifikament għal kull pest ikkonċernat, waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 10 dwar miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' suspett u konferma uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-preżenza ta' dak il-pest ta' kwarantina fl-Unjoni;

(b)

l-Artikolu 14 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-operaturi professjonisti;

(c)

l-Artikolu 15 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu minn persuni li mhumiex operaturi professjonisti;

(d)

l-Artikolu 17 dwar il-qerda tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni;

(e)

l-Artikolu 18 dwar l-istabbiliment ta' żoni ddemarkati;

(f)

l-Artikolu 19 dwar stħarriġ, modifiki ta' żoni ddemarkati u t-tneħħija ta' restrizzjonijiet;

(g)

l-Artikolu 22 dwar stħarriġ dwar il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni;

(h)

l-Artikolu 24 dwar l-istħarriġ għall-pesti ta' prijorità, fir-rigward tan-numru ta' eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet għal pesti ta' prijorità partikolari;

(i)

l-Artikolu 25 dwar pjanijiet ta' kontinġenza għal pesti ta' prijorità;

(j)

l-Artikolu 26 dwar eżerċizzji ta' simulazzjoni għal pesti ta' prijorità;

(k)

l-Artikolu 27 dwar il-pjanijiet ta' azzjoni għall-pesti ta' prijorità.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

2.   B'deroga mill-Artikolu 17, fejn jiġi konkluż, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 19 jew provi oħra, li l-qerda tal-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat f'żona ddemarkata ma tkunx possibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jistabbilixxu miżuri bl-uniku fini ta' trażżin.

Għall-fini li tintlaħaq dik il-konklużjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tieħu l-azzjonijiet meħtieġa wara li jiġu ppreżentati l-provi rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat jew kwalunkwe sors ieħor.

3.   Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri ta' prevenzjoni f'żoni li jinsabu barra miż-żoni ddemarkati jkunu meħtieġa biex jipproteġu parti mit-territorju tal-Unjoni fejn ma jkunx preżenti l-pest ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li jistabbilixxu tali miżuri.

4.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jittieħdu f'konformità mal-Anness II, b'kont meħud tar-riskji speċifiċi tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernati, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi speċifiċi u r-riskji rigward l-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.

5.   L-Istat Membru jista' jżomm kwalunkwe miżura li jkun ħa sa meta tiġi adottata miżura mill-Kummissjoni.

6.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pest, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3). Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Anness II, b'kont meħud tar-riskji speċifiċi tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni kkonċernati, il-kondizzjonijiet ekoklimatiċi speċifiċi u r-riskji fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġu implimentati l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu, li joħloq riskju ta' tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni.

Artikolu 29

Miżuri mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-pesti li mhumiex elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

1.   Fejn il-preżenza ta' pest li ma jkunx inkluż fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni tiġi kkonfermata uffiċjalment fit-territorju ta' Stat Membru, u l-Istat Membru kkonċernat ikun tal-fehma li dak il-pest jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, dan għandu immedjatament jivvaluta jekk dak il-pest jissodisfax il-kriterji tas-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 tal-Anness I. Jekk jikkonkludi li dawk il-kriterji jkunu ġew issodisfati, huwa għandu immedjatament jieħu miżuri ta' qerda f'konformità mal-Anness II. Għandhom japplikaw l-Artikoli 17 sa 20.

Fejn jiġi konkluż, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 19 jew provi oħra, li ma jkunx possibbli li l-pest ikkonċernat f'żona ddemarkata jinqered, għandu japplika l-Artikolu 28(2) mutatis mutandis.

Fejn il-preżenza ta' pest li jissodisfa l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi kkonfermata uffiċjalment f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju ta' Stat Membru, jew li jiġu mċaqilqa fih, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjeni d-dħul ta' dak il-pest, u l-istabbiliment u t-tixrid tiegħu, fit-territorju tal-Unjoni.

Fejn Stat Membru jissuspetta l-preżenza fit-territorju tiegħu ta' pest li jissodisfa l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu japplika l-Artikolu 10, mutatis mutandis.

Sa meta tingħata l-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' dak il-pest, l-Istat Membru fejn meħtieġ, għandu jieħu miżuri fitosanitarji biex jittaffa r-riskju tat-tixrid tiegħu.

2.   Wara li jieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jivvaluta jekk il-pest ikkonċernat jissodisfax il-kriterji għall-pesti ta' kwarantina stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-preżenza tal-pest msemmi fil-paragrafu 1. Huwa għandu wkoll jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-valutazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu, il-miżuri meħuda u l-provi li jiġġustifikaw dawk il-miżuri.

Huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien sentejn mill-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' dak il-pest.

In-notifiki tal-preżenza ta' dak il-pest għandhom jiġu ppreżentati permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103.

Artikolu 30

Miżuri mill-Unjoni li jikkonċernaw pesti mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni

1.   Fejn il-Kummissjoni tirċievi notifika kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(3), jew ikollha provi oħra dwar il-preżenza fit-territorju tal-Unjoni, jew il-periklu imminenti ta' dħul fit-territorju tal-Unjoni, jew it-tixrid fi ħdanu, ta' pest li ma jkunx inkluż fil-lista tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u tkun tal-fehma li dak il-pest jista' jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni f'dik il-lista, hija għandha immedjatament tivvaluta jekk, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, dak il-pest jissodisfax il-kriterji stabbiliti fis-Subtaqsima 2 tat-Taqsima 3 tal-Anness I.

Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li dawk il-kriterji ġew issodisfati, hija għandha immedjatament, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżuri għal perijodu ta' żmien limitat fir-rigward tar-riskji maħluqin minn dak il-pest. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Dawk il-miżuri għandhom, fejn meħtieġ, jimplimentaw, speċifikament għal kull pest ikkonċernat, waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1).

2.   Wara li tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-pest ikkonċernat jissodisfax, fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, il-kriterji għall-pesti ta' kwarantina stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness I.

3.   Fejn jiġi konkluż, abbażi tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikoli 19 u 22, jew provi oħra, li ma jkunx possibbli li l-pest ikkonċernat jinqered f'żona ddemarkata, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jistabbilixxu miżuri bl-uniku fini ta' trażżin.

4.   Fejn jiġi konkluż li jinħtieġu miżuri ta' prevenzjoni f'żoni barra miż-żoni ddemarkati biex jipproteġu l-parti mit-territorju tal-Unjoni fejn il-pest ikkonċernat ma jkunx preżenti, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu tali miżuri.

5.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu adottati f'konformità mal-Anness II, filwaqt li jittieħed kont tar-riskji speċifiċi tal-pesti kkonċernati u l-ħtieġa li l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.

6.   L-Istat Membru kkonċernat jista' jżomm il-miżuri li jkun ħa sa meta jiġu adottati miżuri mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 29.

7.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pest, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3). Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Anness II, filwaqt li jittieħed kont tar-riskji speċifiċi tal-pesti kkonċernati u l-ħtieġa li l-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati b'mod armonizzat fil-livell tal-Unjoni.

8.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mill-operaturi professjonisti jew persuni li mhumiex operaturi professjonisti mal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu, li joħloq riskju ta' tixrid tal-pesti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 31

Rekwiżiti aktar stretti adottati mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw fit-territorji tagħhom miżuri aktar stretti minn dawk adottati skont l-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30(1), (3) u (4), jekk dan ikun iġġustifikat mill-objettiv ta' protezzjoni fitosanitarja u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

Dawk il-miżuri aktar stretti ma għandhomx jimponu, jew jirriżultaw f'xi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, jew il-moviment fi ħdanu jew mit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li huma differenti minn dawk imposti mill-Artikoli 40 sa 58 u mill-Artikoli 71 sa 102.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar miżuri meħuda minnhom skont il-paragrafu 1.

L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra rapport annwali dwar il-miżuri meħuda f'konformità mal-paragrafu 1.

Taqsima 3

Pesti ta' kwarantina f'żona protetta

Artikolu 32

Rikonoxximent ta' żoni protetti

1.   Fejn pest ta' kwarantina jkun preżenti fit-territorju tal-Unjoni iżda mhux fit-territorju ta' Stat Membru, u ma jkunx pest ta' kwarantina fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista', b'segwitu għal applikazzjoni minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4, tirrikonoxxi tali territorju jew parti minnu bħala żona protetta f'konformità mal-paragrafu 3 fir-rigward ta' dak il-pest ta' kwarantina (“pest ta' kwarantina f'żona protetta”).

2.   Il-pest ta' kwarantina f'żona protetta ma għandux jiġi introdott fiż-żona protetta rispettiva jew jiġi mċaqlaq, jinżamm, jitkattar jew rilaxxat fiha.

L-Artikolu 8 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-introduzzjoni, il-moviment, u ż-żamma u t-tkattir f'żoni protetti ta' pesti ta' kwarantina.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' żoni protetti u l-pesti ta' kwarantina f'żona protetta rispettivi. Dik il-lista għandha tinkludi ż-żoni protetti rikonoxxuti f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u l-pesti rispettivi, elenkati fil-Parti B tal-Anness I u l-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE, u kodiċijiet attribwiti speċifikament għal dawk il-pesti.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni li jemendaw l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, tirrikonoxxi żoni protetti addizzjonali fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissostitwixxi l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għall-fini li tikkonsolida emendi.

L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

4.   Mal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta:

(a)

deskrizzjoni tal-fruntieri taż-żona protetta proposta, inklużi mapep;

(b)

ir-riżultati tal-istħarriġ li juru li matul, tal-inqas, it-tliet snin qabel l-applikazzjoni, il-pest ta' kwarantina kkonċernat ma kienx preżenti fit-territorju kkonċernat; u

(c)

provi li l-pest ta' kwarantina kkonċernat jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fir-rigward taż-żona protetta proposta.

5.   L-istħarriġ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jsir fi żminijiet xierqa u jkun ta' intensità xierqa fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi skoperta l-preżenza tal-pest ta' kwarantina kkonċernat. Dan għandu jkun ġie bbażat fuq prinċipji xjentifiċi u tekniċi tajba, u jieħu kont tal-istandards internazzjonali rilevanti.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli dettaljati għal dak l-istħarriġ. Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali applikabbli.

6.   Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi żoni protetti temporanji. Għal dak il-fini, għandhom japplikaw, mutatis mutandis, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4 u l-ewwel subparagrafu 1 tal-paragrafu 5. B'deroga mir-rekwiżit imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4, għandu jsir stħarriġ fuq perijodu ta' mill-inqas sena qabel l-applikazzjoni.

Ir-rikonoxximent ta' żona protetta temporanja ma għandux jibqa' validu għal aktar minn tliet snin wara r-rikonoxximent, u għandu jiskadi awtomatikament wara tliet snin.

7.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u jinformaw, permezz tal-pubblikazzjoni fil-website uffiċjali tal-awtorità kompetenti, lill-operaturi professjonisti dwar il-fruntieri taż-żoni protetti fit-territorju tagħhom, inkluż permezz ta' mapep.

Artikolu 33

Obbligi ġenerali rigward żoni protetti

1.   Fir-rigward ta' żona protetta, l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 19 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-pesti ta' kwarantina f'żona protetta.

2.   Pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn żona ddemarkata stabbilita f'żona protetta għall-pest ta' kwarantina kkonċernat f'żona protetta, ma għandhomx jiġu mċaqalqa minn dik iż-żona ddemarkata għall-parti li jkun fadal ta' dik iż-żona protetta, jew lejn kwalunkwe żona protetta oħra stabbilita għal dak il-pest ta' kwarantina f'żona protetta.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor jista' jiġi mċaqlaq 'il barra minn dik iż-żona ddemarkata miż-żona protetta kkonċernata u 'l barra minnha biss jekk jiġi ppakkjat u mċaqlaq b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju li l-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv jinxtered fi ħdan dik iż-żona protetta.

3.   Iż-żoni ddemarkati stabbiliti fi ħdan żona protetta u l-miżuri ta' qerda meħuda f'dawk iż-żoni skont l-Artikoli 17, 18 u 19 għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 34

Stħarriġ dwar pesti ta' kwarantina f'żona protetta

1.   L-awtorità kompetenti għandha twettaq stħarriġ annwali ta' kull żona protetta fir-rigward tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina f'żona protetta kkonċernat. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(2) għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal dak l-istħarriġ.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli dettaljati għat-tħejjija u l-kontenut ta' dak l-istħarriġ.

2.   Sat-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1 li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 35

L-emendar tad-daqs u r-revoka tar-rikonoxximent taż-żoni protetti

1.   Il-Kummissjoni tista' temenda d-daqs ta' żona protetta b'segwitu għal applikazzjoni mill-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat.

Fejn dik l-emenda tittratta l-estensjoni ta' żona protetta, għandu japplika, mutatis mutandis, l-Artikolu 32.

2.   Mal-applikazzjoni mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta jew tnaqqas id-daqs tagħha.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta jekk l-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 34 ma jkunx twettaq f'konformità ma' dak l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta jekk il-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv ikun instab li huwa preżenti f'din iż-żona u tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkun ġiet stabbilita l-ebda żona ddemarkata, f'konformità mal-Artikolu 33(1), fi żmien tliet xhur wara li tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta' dak il-pest;

(b)

il-miżuri ta' qerda meħuda f'żona ddemarkata skont l-Artikolu 33(1) ma kellhomx suċċess fi żmien 24 xahar wara li ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta' dak il-pest, jew fi żmien perijodu itwal minn 24 xahar fejn dan ikun iġġustifikat mill-bijoloġija tal-pest u dak il-perijodu jkun stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 32(3);

(c)

l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni turi, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-miżuri skont, bis-saħħa tal-Artikolu 33(1), l-Artikoli 17, 18 u 19, reazzjoni ta' negliġenza gravi għall-preżenza ta' dak il-pest fiż-żona protetta kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-rikonoxximent ta' żona protetta, skont il-paragrafi 2, 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, permezz ta' att ta' implimentazzjoni li jemenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 32(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

KAPITOLU III

Pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni

Artikolu 36

Definizzjoni ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni

Pest ikun “pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni” jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin u jiġi inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 37:

(a)

l-identità tiegħu tiġi stabbilita f'konformità mal-punt (1) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;

(b)

ikun preżenti fit-territorju tal-Unjoni;

(c)

ma jkunx pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);

(d)

ikun trasmess prinċipalment permezz ta' pjanti għat-tħawwil speċifiċi, f'konformità mal-punt (2) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;

(e)

il-preżenza tiegħu fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil ikollha impatt ekonomiku mhux aċċettabbli, fir-rigward tal-użu maħsub ta' dawk il-pjanti għat-tħawwil, f'konformità mal-punt (3) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;

(f)

ikunu disponibbli miżuri fattibbli u effettivi għall-prevenzjoni tal-preżenza tiegħu fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati.

Artikolu 37

Projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq pjanti għat-tħawwil

1.   L-operaturi professjonisti ma għandhomx jintroduċu pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fit-territorju tal-Unjoni jew iċaqalqu lil dak il-pest fi ħdanu, fuq il-pjanti għat-tħawwil li permezz tagħhom jinxtered, kif speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 2.

Il-projbizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tapplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

moviment ta' pjanti għat-tħawwil fil-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat jew minn bini għall-ieħor;

(b)

moviment ta' pjanti għat-tħawwil li jkun meħtieġ biex dawn jiġu diżinfettati.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista li tistipula l-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni u l-pjanti għat-tħawwil speċifiċi, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 36, fejn xieraq bil-kategoriji msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu u l-limiti msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi l-pesti u l-pjanti rispettivi għat-tħawwil kif stipulat fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2000/29/KE;

(b)

il-punti (3) u (6) tal-Anness I u l-punt (3) tal-Anness II għad-Direttiva 66/402/KEE;

(c)

l-Anness I għad-Direttiva 68/193/KEE;

(d)

l-atti adottati f'konformità mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE (24);

(e)

l-Anness II għad-Direttiva 2002/55/KE;

(f)

l-Anness I u l-punt B tal-Anness II għad-Direttiva 2002/56/KE, u l-atti adottati skont il-punt (c) tal-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva;

(g)

il-punt (4) tal-Anness I u l-punt (5) tal-Anness II għad-Direttiva 2002/57/KE;

(h)

l-atti adottati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/72/KE;

(i)

l-atti adottati f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/90/KE.

Il-pesti elenkati fl-Anness I u fit-Taqsima I tal-Parti A u fil-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE u elenkati bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni skont l-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx jiġu inklużi f'dik il-lista.

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, fejn meħtieġ, tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati, kif imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom, fejn meħtieġ, jikkonċernaw l-introduzzjoni u l-moviment ta' dawk il-pjanti fl-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE u 98/56/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE (25) u d-Direttivi 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE.

5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu fejn ir-riżultati ta' valutazzjoni juru li:

(a)

pest mhux elenkat fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36;

(b)

pest elenkat fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma jibqax jissodisfa waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36;

(c)

huma meħtieġa emendi għal dik il-lista fir-rigward ta' kategoriji msemmija fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu jew ta' limiti msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu; jew

(d)

huma meħtieġa emendi għal miżuri adottati taħt il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dik il-valutazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri mingħajr dewmien.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tissostitwixxi l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu għall-fini li tikkonsolida emendi.

6.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2, 4 u 5 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

7.   Fejn il-punt (e) tal-Artikolu 36 jiġi ssodisfat biss għal materjal, żerriegħa jew żerriegħa tal-patata waħda jew aktar prebażika, bażika jew iċċertifikata, jew materjal jew żerriegħa standard jew tal-Codex Alimentarius tal-Kummissjoni (CAC), kif imsemmi fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE, il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi dawk il-kategoriji filwaqt li tiddikjara li l-projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika biss għal dawk il-kategoriji.

8.   Fejn il-punt (e) tal-Artikolu 36 jiġi ssodisfat biss jekk il-pest ikkonċernat ikun preżenti f'inċidenza li taqbeż ċertu limitu li jkun ogħla minn żero, il-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi dak il-limitu filwaqt li tiddikjara li l-projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika biss 'il fuq minn dak il-limitu.

Tali limitu għandu jkun stabbilit biss jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ punti li ġejjin:

(a)

ikun possibbli għall-operaturi professjonisti li jiżguraw li l-inċidenza ta' dak il-pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil ma taqbiżx dak il-limitu;

(b)

ikun possibbli li jiġi vverifikat jekk dak il-limitu ma jinqabiżx f'lottijiet ta' dawk il-pjanti għat-tħawwil.

Għandhom japplikaw il-prinċipji għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

9.   L-Artikolu 31 għandu japplika mutatis mutandis għall-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri rigward pesti regolati mhux ta' kwarantina u l-pjanti rispettivi għat-tħawwil.

Artikolu 38

Emendar tat-Taqsima 4 tal-Anness I

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw it-Taqsima 4 tal-Anness I sabiex din tiġi adattata għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 39

Pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni użati għal finijiet xjentifiċi, tekniċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà, tnissil jew wirjiet

Il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 37 ma għandhiex tapplika għall-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni preżenti fuq pjanti għat-tħawwil li jintużaw għal finijiet xjentifiċi jew edukattivi provi, għażliet tal-varjetà, tnissil jew wirjiet.

KAPITOLU IV

Miżuri li jikkonċernaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Taqsima 1

Miżuri relatati mat-territorju kollu tal-Unjoni

Artikolu 40

Projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni

1.   Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra m'għandhomx ikunu introdotti fit-territorju tal-Unjoni jekk huma joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew it-territorji kollha jew uħud minnhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li jkun fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 li huma pprojbiti milli jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' pajjiżi terzi, grupp ta' pajjiżi terzi jew oqsma speċifiċi ta' pajjiżi terzi li għalihom tapplika l-projbizzjoni.

L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kif ukoll il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom kif elenkati fil-Parti A tal-Anness III għad-Direttiva 2000/29/KE.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.

Fil-lista stabbilita minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi rispettiv tagħhom f'konformità mal-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (26) (“Kodiċi NM”) fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jintużaw f'każ fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.

3.   Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li joriġinaw minn, jew li jintbagħtu minn, pajjiż terz, joħolqu riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, u dak ir-riskju ta' pesti ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li jinsabu fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, kif meħtieġ, biex jinkludi fih il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor u l-pajjiżi terzi, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew oqsma speċifiċi ta' pajjiżi terzi kkonċernati.

Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inklużi f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħolqux riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli, jew joħolqu tali riskju iżda dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li jinsabu fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni, kif meħtieġ.

L-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti għandha tiġi vvalutata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II fejn meħtieġ fir-rigward ta' pajjiż terz speċifiku wieħed jew aktar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-emendi permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni bi ksur tal-paragrafu 1.

Dik in-notifika għandha tingħata wkoll lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 41

Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal rekwiżiti speċjali u ekwivalenti

1.   Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jistgħu jiġu introdotti biss, jew imċaqilqa fit-territorju tal-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati rekwiżiti speċjali, jew ekwivalenti. Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jistgħu joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dik il-lista għandha, fejn applikabbli, tinkludi l-pajjiżi terz, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew l-oqsma speċifiċi fil-pajjiżi terzi kkonċernati.

L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, ir-rekwiżiti speċjali u, fejn applikabbli, il-pajjiż terz ta' oriġini tagħhom kif elenkati fil-Parti A tal-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.

Fil-lista stabbilita minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jintużaw f'każ fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.

3.   Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor joħolqu riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, u dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri li jinsabu fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, biex jinkludi fih lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett ieħor u l-miżuri li għandhom jiġu applikati għalihom. Dawk il-miżuri, u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jikkostitwixxu “rekwiżiti speċjali”.

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jieħdu l-għamla ta' rekwiżiti speċifiċi, adottati f'konformità mal-Artikolu 44(1), għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari, li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra (“rekwiżiti ekwivalenti”).

Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inklużi f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħolqux riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli, jew joħolqu tali riskju iżda dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tar-rekwiżiti speċjali, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni skont il-każ billi tneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor mil-lista jew billi tinkludihom fil-lista msemmija fl-Artikolu 40(2).

Għandha tiġi vvalutata l-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti, u għandhom jiġu adottati l-miżuri biex dak ir-riskju jitnaqqas għal livell aċċettabbli, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn meħtieġ, fir-rigward ta' pajjiż terz speċifiku wieħed jew aktar jew partijiet minnhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).

4.   F'każ li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni, jew ġew imċaqilqa fi ħdanu, bi ksur tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali u għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Fejn applikabbli, dik in-notifika għandha tingħata wkoll lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 42

Restrizzjonijiet fuq il-bażi ta' valutazzjoni preliminari għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli

1.   Pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn pajjiż terz u li mhumiex elenkati skont l-Artikolu 40 jew mhumiex koperti biżżejjed bir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 41 jew mhumiex soġġetti għall-miżuri temporanji tal-Artikolu 49, u li abbażi ta' valutazzjoni preliminari, joħolqu riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli għat-territorju tal-Unjoni, jikkostitwixxu “pjanta ta' riskju għoli”, “prodott mill-pjanti ta' riskju għoli” jew “oġġett ieħor ta' riskju għoli” (“pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli”).

Dik il-valutazzjoni preliminari għandha tieħu kont, kif xieraq għall-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat, tal-kriterji stabbiliti fl-Anness III.

2.   Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli elenkati fl-att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 3 ma għandhomx jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni mill-pajjiżi terzi, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew iż-żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi ta' oriġini kkonċernati minn dik il-lista.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jelenkaw b'mod proviżorju fil-livell tassonomiku adatt, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' riskju għoli msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, il-pajjiżi terzi, il-gruppi ta' pajjiżi terzi jew iż-żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi kkonċernati.

L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat sal-14 ta' Diċembru 2018.

Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, fejn applikabbli, għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jintużaw f'każ fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.

4.   Jekk jiġi konkluż, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw mill-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati msemmijin fil-paragrafu 2, fil-livell tassonomiku kif elenkat fl-att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 3 jew taħt dak il-livell, ma joħolqux riskju ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor mil-lista msemmija f'dak il-paragrafu għall-pajjiżi terzi kkonċernati.

Jekk jiġi konkluż, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li joriġinaw fil-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati msemmijin fil-paragrafu 2 joħolqu riskju inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni, u li dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor u l-pajjiżi terzi kkonċernati mil-lista msemmija fil-paragrafu 2 u jżidhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 40.

Jekk jiġi konkluż, abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju, li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li joriġinaw fil-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati msemmijin fil-paragrafu 2 joħolqu riskju inaċċettabbli, iżda dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jneħħi lil dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor u l-pajjiż terz, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żona speċifika ta' pajjiżi terzi kkonċernati mil-lista msemmija fil-paragrafu 2 u jżidhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 41.

5.   Dment li tiġi identifikata domanda għall-importazzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra elenkati previsti fil-paragrafu 3, il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4 għandha titwettaq f'perijodu ta' żmien xieraq u raġonevoli.

Fejn meħtieġ, dik il-valutazzjoni tista' tkun limitata għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ta' pajjiż terz partikolari ta' oriġini jew dispaċċ, jew grupp ta' pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ.

6.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 4.

7.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 3, 4 u 6 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 43

Kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam

1.   Il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, sew jekk jintuża fit-trasport ta' kull tip ta' oġġetti u sew jekk le, għandu biss jiġi introdott fit-territorju tal-Unjoni jekk jissodisfa kull wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun ġie soġġett għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati u jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, kif stabbilit fl-Anness 1 għall-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15, ir-Regolazzjoni tal-Materjal ta' Imballaġġ magħmul mill-Injam fil-Kummerċ Internazzjonali (ISPM15);

(b)

ikun immarkat b'marka msemmija fl-Anness 2 għall-ISPM15 li tattesta li jkun ġie soġġett għat-trattamenti msemmija fil-punt (a).

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li jkun soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-ISPM15.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex jittieħed kont tal-iżvilupp ta' standards internazzjonali, u partikolarment tal-ISPM 15.

Dawk l-atti delegati jistgħu wkoll jiddeterminaw li l-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li ma jkunx soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-ISPM15 jiġi eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew ikun soġġett għal rekwiżiti inqas stretti.

Artikolu 44

Stabbiliment ta' rekwiżiti ekwivalenti

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, fuq talba minn pajjiż terz partikolari, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pajjiż terz ikkonċernat jiżgura, permezz tal-applikazzjoni taħt il-kontroll uffiċjali tiegħu ta' miżura speċifika waħda jew aktar, livell ta' protezzjoni fitosanitarja li jkun ekwivalenti għar-rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati;

(b)

il-pajjiż terz ikkonċernat juri lill-Kummissjoni li l-miżuri speċifiċi msemmija fil-punt (a) jilħqu l-livell ta' protezzjoni fitosanitarja imsemmi f'dak il-punt.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

2.   Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel investigazzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat biex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 humiex issodisfati. Dawk l-investigazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti għall-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali.

Artikolu 45

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lil min jivvjaġġa u lill-klijenti tas-servizzi postali

1.   L-Istati Membri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u l-operaturi tat-trasport internazzjonali għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-passiġġieri l-informazzjoni dwar il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(2), ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 41(2) u 42(3) u l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 75(2) fir-rigward tal-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni.

Huma għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni fl-għamla ta' posters jew fuljetti u, fejn applikabbli, fuq is-siti tagħhom tal-internet.

Is-servizzi postali u l-operaturi professjonisti involuti fil-bejgħ permezz ta' kuntratti mill-bogħod għandhom jipprovdu wkoll lill-klijenti tagħhom dik l-informazzjoni fir-rigward tal-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-inqas permezz tal-internet.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti għall-preżentazzjoni u l-użu ta' dawk il-posters u l-fuljetti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

2.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport li jiġbor fil-qosor l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu.

Artikolu 46

Eċċezzjoni minn projbizzjonijiet u rekwiżiti għal żoni fil-fruntieri

1.   B'deroga mill-Artikolu 40(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu tkabbru jew ġew prodotti f'żoni ta' pajjiżi terzi fil-viċinanza tal-fruntiera tal-art tagħhom mal-Istati Membri (“żoni fil-fruntiera tal-pajjiż terz”);

(b)

jiġu introdotti f'żoni tal-Istati Membri immedjatament lil hinn minn dik il-fruntiera (“żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru”);

(c)

ikunu ser jiġu soġġetti għall-ipproċessar fiż-żoni f'dawk il-fruntieri tal-Istati Membri b'tali mod li jiġi eliminat kwalunkwe riskju ta' pesti;

(d)

ma joħolqu l-ebda riskju ta' tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ikkawżat minn movimenti fiż-żona fil-fruntiera.

Dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom biss jiġu mċaqilqa lejn u fi ħdan iż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru, u taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu dan li ġej:

(a)

il-wisa' massima taż-żoni fil-fruntiera ta' pajjiż terz u taż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru, kif xieraq għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi;

(b)

id-distanza massima tal-moviment tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati fi ħdan iż-żoni fil-fruntiera ta' pajjiż terz u ż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru; u

(c)

il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-introduzzjoni fiż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru u l-moviment fi ħdanhom, ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Il-wisa' ta' dawk iż-żoni għandha tkun tali li tiżgura li l-introduzzjoni u l-moviment ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni ma joħolqu l-ebda riskju ta' pesti għat-territorju tal-Unjoni jew partijiet minnu.

3.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi kondizzjonijiet jew miżuri speċifiċi li jikkonċernaw l-introduzzjoni fiż-żoni fil-fruntiera tal-Istat Membru ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra partikolari, u tiddetermina pajjiżi terzi speċifiċi li jkunu soġġetti għal dan l-Artikolu.

Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Anness II, u, fejn meħtieġ, b'kont meħud tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti, jew imċaqilqa fi ħdan, zoni fil-fruntieri tal-Istati Membri jew zoni fil-fruntieri ta' pajjiżi terzi bi ksur tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Dik in-notifika għandha tingħata wkoll lill-pajjiż terz li minnu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fiż-żona fil-fruntiera kkonċernata.

Artikolu 47

Rekwiżiti għal transitu fitosanitarju

1.   B'deroga mill-Artikolu 40(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 72(1) u l-Artikolu 73, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jistgħu jiġu introdotti fi, u jgħaddu minn, it-territorju tal-Unjoni lejn il-pajjiż terz, kemm fl-għamla ta' transitu kif ukoll dik ta' trasbord (“transitu fitosanitarju”), jekk huma jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni ffirmata tal-operatur professjonist fil-kontroll ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra li tiddikjara li dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra huma fi transitu fitosanitarju;

(b)

jiġu ppakkjati u mċaqilqa b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni matul l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, jew meta jkunu għaddejjin minnu.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu t-transitu fitosanitarju jekk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati ma jikkonformawx, jew ikun hemm provi raġonevoli li huma mhumiex ser jikkonformaw, mal-paragrafu 1.

Artikolu 48

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil

1.   B'deroga mill-Artikolu 40(1), l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42(2), l-Istati Membri jistgħu, b'segwitu għal applikazzjoni, jawtorizzaw b'mod temporanju l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi,provi, għażla tal-varjetà jew tnissil.

Dik l-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss għall-attività kkonċernata jekk jiġu imposti restrizzjonijiet adegwati biex jiġi żgurat li l-preżenza tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati ma tikkawżax riskju inaċċettabbli tat-tixrid ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), b'kont meħud tal-identità, il-bijoloġija u l-mezzi ta' tixrid tal-pesti kkonċernati, l-attività prevista, l-interazzjoni mal-ambjent u fatturi rilevanti oħra marbutin mar-riskju ta' pesti maħluq minn dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra.

2.   Fejn tingħata awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, din għandha tinkludi l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati għandhom jinżammu f'post u f'kondizzjonijiet li jiġi konkluż mill-awtoritajiet kompetenti li huma xierqa u li jissemmew fl-awtorizzazzjoni;

(b)

l-attività li tinvolvi lil dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tkun ser titwettaq f'post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 60 mill-awtorità kompetenti u msemmija fl-awtorizzazzjoni;

(c)

l-attività li tinvolvi lil dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għandha titwettaq minn persunal li jiġi konkluż mill-awtorità kompetenti li għandhom kompetenza xjentifika u teknika adegwata u li tissemma fl-awtorizzazzjoni;

(d)

dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għandhom jiġu akkumpanjati mill-awtorizzazzjoni meta jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni jew jiġu mċaqilqa fi ħdanu.

3.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-ammont u t-tul ta' żmien li jkunu adegwati għall-attività kkonċernata u ma għandhomx jeċċedu l-kapaċità tal-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin iddeżinjati.

Din għandha tinkludi r-restrizzjonijiet meħtieġa għall-eliminazzjoni b'mod adegwat tar-riskju ta' tixrid tal-pesti ta' kwarantina rilevanti fl-Unjoni jew il-pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).

4.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-limitazzjoni u r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tieħu l-azzjoni meħtieġa f'każ li dawk il-kondizzjonijiet, dik il-limitazzjoni jew dawk ir-restrizzjonijiet ma jiġux osservati.

Fejn meħtieġ, dik l-azzjoni għandha tkun ir-revoka tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw regoli dettaljati li jikkonċernaw:

(a)

l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati;

(b)

il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; u

(c)

ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-konformità u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 49

Miżuri temporanji dwar pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati jew riskji fitosanitarji suspettati oħra

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri temporanji dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, u l-moviment fi ħdanu, ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra minn pajjiżi terzi fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati li mhumiex koperti biżżejjed minn xi miżura tal-Unjoni u mhumiex marbuta mal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) jew ma tistax issir rabta magħhom;

(b)

hemm esperjenza fitosanitarja insuffiċjenti, bħal dik b'rabta ma' speċijiet jew mogħdijiet ġodda tal-pjanti, fir-rigward tal-kummerċ tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati li joriġinaw jew jintbagħtu mill-pajjiżi terzi kkonċernati;

(c)

ma tkun saret l-ebda valutazzjoni fir-rigward tar-riskji ta' pesti li għadhom kemm ġew identifikati għat-territorju tal-Unjoni b'rabta ma' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

2.   Il-miżuri temporanji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati b'kont meħud tat-Taqsima 2 tal-Anness II u l-Anness IV.

Huma għandhom jipprevedu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, kif meħtieġ fil-każ ikkonċernat:

(a)

spezzjonijiet u teħid tal-kampjuni sistematiċi u intensivi meta ssir l-introduzzjoni, ta' kull lott ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju tal-Unjoni u l-ittestjar ta' kampjuni;

(b)

perijodu ta' kwarantina, fi ħdan post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin kif imsemmi fl-Artikolu 60, biex tiġi vverifikata l-assenza tar-riskju kkonċernat ta' pesti li għadu kemm ġie identifikat f'dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra;

(c)

projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra fit-territorju tal-Unjoni.

Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu, l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista' wkoll jistabbilixxi miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu qabel l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra.

3.   Il-miżuri temporanji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perijodu ta' żmien xieraq u raġonevoli, sakemm jiġu kkaratterizzati l-pesti li x'aktarx jiġu assoċjati ma' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra minn dawk il-pajjiżi terzi u l-valutazzjoni sħiħa tar-riskji maħluqa minn dawk il-pesti f'konformità ma' Taqsima 1 tal-Anness I.

4.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti li għadu kemm ġie identifikat, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3). Dawk l-atti għandhom jiġu adottati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

5.   B'deroga mill-miżuri adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 48 għandu japplika għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fi ħdanu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħraużati għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil.

6.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sat-30 ta' April ta' kull sena, dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (a) jew fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 matul is-sena kalendarja preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta, wara l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (a) jew fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, ikun instab pest li x'aktarx joħloq riskji ġodda ta' pesti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe każ fejn tkun ġiet irrifjutata l-introduzzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor fit-territorju tal-Unjoni, jew ikun ġie pprojbit il-moviment tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, peress li l-Istat Membru kkonċernat kien tal-fehma li kien hemm ksur tal-projbizzjoni msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2. Fejn applikabbli, dik in-notifika għandha tinkludi l-miżuri meħuda mill-Istati Membri dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kontrolli uffiċjali.

Fejn applikabbli, għandu jiġi nnotifikat ukoll il-pajjiż terz minn fejn ikunu ntbagħtu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 50

Rapport mill-Kummissjoni dwar l-infurzar u l-effettività tal-miżuri relatati mal-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni

Sal-14 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-infurzar u l-effettività tal-miżuri relatati mal-importazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni, li jinkludi analiżi bejn il-kost u l-benefiċċju, u fejn meħtieġ, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Artikolu 51

Emendar tal-Annessi III u IV

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw l-Annessi III u IV sabiex tadattahom għall-iżvilupp tal-għarfien tekniku u xjentifiku u ta' standards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 52

Miżuri temporanji mill-Istati Membri rigward periklu imminenti

1.   Fejn Stat Membru jkun tal-fehma li l-introduzzjoni jew il-moviment fit-territorju tiegħu ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra minn ċerti pajjiżi terzi jew ċerti Stati Membri oħra joħloq livell inaċċettabbli ta' riskju ta' pesti rigward id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tiegħu ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest li jiġi vvalutat li jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, u li r-riskju mhuwiex mitigat b'mod xieraq bil-miżuri msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 40(2) u (3), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 42(3), l-Artikolu 49(1) u l-Artikolu 53, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub dwar il-miżuri tal-Unjoni li jixtieq li jittieħdu, flimkien ma' ġustifikazzjoni teknika jew xjentifika għal dawk il-miżuri.

2.   Jekk Stat Membru jkun tal-fehma li l-miżuri tal-Unjoni msemmijin fil-paragrafu 1 mhumiex jittieħdu, jew ma jistgħux jittieħdu, fi żmien debitu biex ir-riskju msemmi f'dak il-paragrafu jiġi mitigat, huwa jista' jieħu miżuri temporanji għall-protezzjoni tat-territorju tiegħu kontra l-periklu imminenti. Dawk il-miżuri, u l-ġustifikazzjoni teknika għal dawk il-miżuri, għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

3.   Fejn il-Kummissjoni tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, hi għandha immedjatament tivvaluta jekk ir-riskju msemmi fil-paragrafu 1 huwiex mitigat adegwatament bil-miżuri msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 40(2) u (3), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 42(3),l-Artikolu 49(1) u l-Artikolu 53, jew jekk għandhiex tiġi adottata kwalunkwe miżura ġdida skont dawk l-Artikoli.

4.   Fejn, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riskju msemmi fil-paragrafu 1 mhuwiex mitigat b'mod adegwat mill-miżuri temporanji, meħuda mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2, jew jekk dawk il-miżuri mhumiex proporzjonati jew mhumiex ġustifikati b'mod adegwat, tista' tiddeċiedi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li dawk il-miżuri għandhom jitħassru jew jiġu emendati. L-Istat Membru jista' jżomm il-miżuri li jkun ħa sa meta tali att ta' implimentazzjoni jiġi adottat mill-Kummissjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Taqsima 2

Miżuri relatati ma' żoni protetti

Artikolu 53

Projbizzjoni tal-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fiż-żoni protetti

1.   Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni, m'għandhomx jiġu introdotti f'ċertu żoni protetti.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li jkun fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1 li huma pprojbiti milli jiġu introdotti f'ċertu żoni protetti. L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra u ż-żoni protetti rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, il-pajjiż tal-oriġini tagħhom kif elenkati fil-Parti B tal-Anness III għad-Direttiva 2000/29/KE.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.

Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.

3.   Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jiġi minn barra żona protetta joħloq riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw il-pest ta' kwarantina rispettiv fiż-żona protetta u dak ir-riskju ma jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda, kif meħtieġ, l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, biex tinkludi fih dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew dak l-oġġett l-ieħor u ż-żona jew żoni protetti kkonċernati.

Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inkluż f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħloqx riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli, jew joħloq tali riskju iżda dak ir-riskju jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni kif meħtieġ.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

L-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti għandha tiġi vvalutata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra bi kwalunkwe każ fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fiż-żona protetta kkonċernata jew jiġi mċaqilqa fi ħdanha, bi ksur tal-projbizzjonijiet adottati skont dan l-Artikolu.

Fejn applikabbli, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni, għandha tinnotifika lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kienu ġew introdotti fiż-żona protetta kkonċernata.

Artikolu 54

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal rekwiżiti speċjali għal żoni protetti

1.   Ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jistgħu jiġu introdotti biss, f'ċerti żoni protetti, jew imċaqilqa fi ħdanhom jekk jiġu ssodisfati rekwiżiti speċjali għal dawk iż-żoni protetti.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista li fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, iż-żoni protetti rispettivi tagħhom u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għal żoni protetti. L-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jinkludi l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, iż-żoni protetti rispettivi tagħhom u r-rekwiżiti speċjali għal żoni protetti kif elenkati fil-Parti B tal-Anness IV għad-Direttiva 2000/29/KE.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2) ta' dan ir-Regolament.

Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra għandhom ukoll jiġu identifikati permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor speċifiku.

3.   Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li ġej minn barra ż-żona protetta kkonċernata, joħloq riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli għal dik iż-żona protetta minħabba l-probabbiltà li dawn jospitaw pest ta' kwarantina f'żona protetta, u dak ir-riskju jkun jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tal-applikazzjoni ta' waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fil-punti 2 u 3 tat-Taqsima 1 tal-Anness II, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, biex tinkludi fih dik il-pjanta, dak il-prodott mill-pjanti jew dak l-oġġett l-ieħor u l-miżuri li għandhom jiġu applikati għalihom. Dawk il-miżuri, u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 jikkostitwixxu “rekwiżiti speċjali għal żoni protetti”.

Fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor inkluż f'dak l-att ta' implimentazzjoni ma joħloqx riskju ta' pesti ta' livell inaċċettabbli għaż-żona protetta kkonċernata, jew joħloq tali riskju iżda dak ir-riskju ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli permezz tar-rekwiżiti speċjali għal żoni protetti, il-Kummissjoni għandha temenda dak l-att ta' implimentazzjoni kif meħtieġ.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

L-aċċettabbiltà tal-livell ta' dak ir-riskju ta' pesti għandha tiġi vvalutata, u għandhom jiġu adottati l-miżuri biex dak ir-riskju jitnaqqas għal livell aċċettabbli, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex jiġi indirizzat riskju serju ta' pesti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 107(3).

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra meta pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fiż-żona protetta kkonċernata, jew jkunu ġew imċaqilqa fi ħdanha, bi ksur tal-miżuri adottati skont dan l-Artikolu.

Fejn applikabbli, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jinnotifikaw lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 55

Informazzjoni li għandha tingħata lil min jivvjaġġa u lill-klijenti tas-servizzi postali fir-rigward taż-żoni protetti

L-Artikolu 45 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-introduzzjoni fiż-żoni protetti, jew il-moviment fi ħdanhom, ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.

Artikolu 56

Eċċezzjoni minn projbizzjonijiet u rekwiżiti għal żoni fil-fruntiera rigward żoni protetti

L-Artikolu 46 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 53(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3) li jiġu introdotti miż-żona fil-fruntiera ta' pajjiż terz fiż-żoni protetti rispettivi li jmissu mal-fruntieri ta' dik iż-żona fil-fruntiera.

Artikolu 57

Rekwiżiti għal transitu fitosanitarju fir-rigward ta' żoni protetti

L-Artikolu 47 għandu japplika, mutatis mutandis, għat-transitu fitosanitarju tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 53(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3) minn żoni protetti.

Artikolu 58

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra użati għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi provi, għażla tal-varjetà jew tnissil fir-rigward ta' żoni protetti

B'deroga mill-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 53(1) u fl-Artikolu 54(1), l-Artikolu 48 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-introduzzjoni f'żoni protetti u l-movimenti fi ħdanhom ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 53(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3) u li jintużaw għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà jew tnissil.

Taqsima 3

Miżuri oħra dwar pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

Artikolu 59

Rekwiżiti ġenerali għal vetturi, makkinarju u materjal ta' imballaġġ

1.   Il-vetturi, il-makkinarju u l-materjal ta' imballaġġ li jintużaw għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, imsemmija fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 40(2), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 42(3) u l-Artikolu 49(1) u li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni jew jiġu mċaqilqa fi ħdanu, jew jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni skont l-Artikolu 47, għandhom ikunu ħielsa minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u mill-pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal żoni protetti fir-rigward tal-pesti ta' kwarantina rispettivi f'żoni protetti wkoll.

Artikolu 60

Deżinjazzjoni ta' postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin

1.   Għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 8, 48 u 49 u 58, l-Istati Membri għandhom jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin, b'kont meħud tar-riskju rilevanti ta' pesti:

(a)

id-deżinjazzjoni ta' postijiet ta' kwarantina[…] jew faċilitajiet ta' trażżin fit-territorju tagħhom;

(b)

l-awtorizzazzjoni tal-użu ta' postijiet ta' kwarantina jew faċilitajiet ta' trażżin iddeżinjati fi Stat Membru ieħor, dment li, fejn applikabbli, dak l-Istat Membru l-ieħor ikun qabel ma' tali awtorizzazzjoni;

(c)

id-deżinjazzjoni temporanja tal-bini tal-operaturi professjonisti jew persuni oħra bħala faċilitajiet ta' trażżin għall-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra u l-użi rilevanti tagħhom kif stipulat fl-Artikoli 8, 48 u 49.

2.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jikkomunikaw lista ta' postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin iddeżinjati fit-territorju tagħhom lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 61

Rekwiżiti għal postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin

1.   Il-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin imsemmijin fl-Artikolu 60 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni:

(a)

jipprovdu l-iżolament fiżiku tal-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jinżammu fi kwarantina jew trażżin u jiżguraw li l-aċċess għalihom jew it-tneħħija tagħhom minn dawk il-postijiet jew il-faċilitajiet ma tkunx tista' ssir mingħajr il-kunsens tal-awtorità kompetenti;

(b)

ikollhom sistemi, jew aċċess għal sistemi, għall-isterilizzazzjoni, id-dekontaminazzjoni jew il-qerda tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra infestati, l-iskart u t-tagħmir infestati qabel ma jitneħħew mill-postijiet jew il-faċilitajiet;

(c)

ikollhom l-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tal-kompiti ta' dawk il-postijiet u l-faċilitajiet, il-persuni responsabbli għat-twettiq ta' dawk il-kompiti u l-kondizzjonijiet li fihom għandhom iwettqu dawk il-kompiti;

(d)

ikollhom numru suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikati, imħarrġa u b'esperjenza xierqa; u

(e)

ikollhom pjan ta' kontinġenza biex tiġi eliminata b'mod effettiv kwalunkwe preżenza involontarja ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) u biex jiġi impedut it-tixrid tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli speċifiċi sabiex tipprovdi kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 marbuta mat-tip ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra u r-riskju attwali jew potenzjali, inklużi r-rekwiżiti speċjali għal finijiet ta' ttestjar uffiċjali, dawk xjentifiċi jew edukattivi, provi, għażla tal-varjetà, jew tnissil.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 62

Tħaddim ta' postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin

1.   Il-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina, jew il-faċilità ta' trażżin, għandha tissorvelja dak il-post jew dik il-faċilità u l-viċinanzi immedjati tagħhom għall-preżenza involontarja ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1).

2.   Fejn tinstab jew tkun suspettata preżenza involontarja ta' pest imsemmi fil-paragrafu 1, il-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin ikkonċernata għandha tieħu l-azzjoni xierqa, abbażi tal-pjan ta' kontinġenza msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 61(1). L-obbligi stabbiliti għal operaturi professjonisti fl-Artikolu 14 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin.

3.   Il-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin għandha żżomm rekords dwar dawn li ġejjin:

(a)

il-persunal impjegat;

(b)

il-viżitaturi li jaċċessaw il-post jew il-faċilità;

(c)

il-pesti, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jidħlu u jitilqu mill-post jew il-faċilità;

(d)

il-post tal-oriġini ta' dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra; u

(e)

osservazzjonijiet rigward il-preżenza ta' pesti fuq tali pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ġewwa l-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin u fil-viċinanzi immedjati tagħhom.

Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal tliet snin.

Artikolu 63

Superviżjoni tal-postijiet ta' kwarantina u faċilitajiet ta' trażżin u revoka tad-deżinjazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tispezzjona b'mod regolari l-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin, biex tivverifika jekk dawk jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 u l-kondizzjonijiet ta' tħaddim stabbiliti fl-Artikolu 62.

Hija għandha tiddetermina l-frekwenza ta' dawk l-ispezzjonijiet skont ir-riskju ta' pesti marbut mat-tħaddim tal-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin.

2.   Abbażi tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin timplimenta azzjonijiet korrettivi biex tkun żgurata l-konformità mal-Artikoli 61 u 62, jew immedjatament inkella f'perijodu ta' żmien speċifiku.

Fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-post ta' kwarantina jew il-faċilità ta' trażżin jew il-persuna rsponsabbli għall-post ta' kwarantina ma jikkonformawx mal-Artikoli 61 u 62, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li tintemm in-nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu r-revoka jew is-sospensjoni tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1).

3.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet miżuri f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu minbarra r-revoka tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 60(1), u jibqa' jkun hemm nuqqas ta' konformità mal-Artikoli 61 u 62, dik l-awtorità għandha, mingħajr dewmien, tirrevoka dik id-deżinjazzjoni.

Artikolu 64

Rilaxx ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mill-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin

1.   Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom iħallu l-postijiet ta' kwarantina jew il-faċilitajiet ta' trażżin biss, hekk kif jirċievu l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jekk ikun ikkonfermat li dawn huma ħielsa minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u pesti soġġetti għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), jew, fejn applikabbli, pesti ta' kwarantina f'żona protetta.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra infestati minn pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) minn post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin lejn post ta' kwarantina jew faċilità ta' trażżin oħra, jekk dak il-moviment ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' ttestjar uffiċjali jew dawk xjentifiċi u jsir bil-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

3.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli speċifiċi li jikkonċernaw ir-rilaxx ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mill-postijiet ta' kwarantina u l-faċilitajiet ta' trażżin, u, fejn xieraq, ir-rekwiżiti ta' tikkettjar marbutin ma' dak ir-rilaxx jew mal-moviment imsemmi fil-paragrafu 2.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

KAPITOLU V

Reġistrazzjoni tal-operaturi professjonisti u t-traċċabbiltà

Artikolu 65

Reġistru uffiċjali tal-operaturi professjonisti

1.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna reġistru li fih l-operaturi professjonisti li ġejjin li joperaw fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat:

(a)

operaturi professjonisti li jintroduċu fl-Unjoni pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, jew li jċaqalquhom fi ħdanha li għalihom jinħtieġ rispettivament ċertifikat fitosanitarju jew passaport tal-pjanti abbażi tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 72(1), l-Artikolu 73, l-Artikolu 74(1), l-Artikolu 79(1) u l-Artikolu 80(1);

(b)

operaturi professjonisti awtorizzati biex joħorġu passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 89;

(c)

operaturi professjonisti li jitolbu lill-awtorità kompetenti biex toħroġ iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 100, 101 u 102;

(d)

operaturi professjonisti awtorizzati biex japplikaw il-marki msemmija fl-Artikolu 98, awtorizzati biex joħorġu l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 99, li jipprovdu informazzjoni skont l-Artikolu 45 jew 55, li jintroduċu pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra f'żoni ta' fruntiera skont l-Artikolu 46(1) jew l-Artikolu 56, jew jeżerċitaw attivitajiet li jikkonċernaw il-pjanti rilevanti fiż-żoni ddemarkati, sakemm dawk l-operaturi ma jkunux elenkati f'reġistru uffiċjali ieħor li huwa aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti; u

(e)

operaturi professjonisti għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) ta' dan is-subparagrafu, jekk dan ikun meħtieġ minn att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 53(2) jew l-Artikolu 54(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiġu rreġistrati aktar kategoriji ta' kultivaturi jew operaturi professjonisti oħra jekk dan ikun iġġustifikat mir-riskju ta' pesti ppreżentat mill-pjanti li jkabbru jew minn kwalunkwe attività oħra tagħhom.

2.   Operatur professjonali jista' jiġi rreġistrat darba biss fir-reġistru ta' awtorità kompetenti. Fejn applikabbli, dik ir-reġistrazzjoni għandha titwettaq b'referenzi espliċiti għal kull wieħed mill-postijiet differenti, kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 66(2).

3.   Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal operatur professjonist li jissodisfa wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

jipprovdi b'mod esklużiv u dirett lill-utenti finali kwantitajiet żgħar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra permezz ta' mezzi għajr il-bejgħ b'kuntratti mill-bogħod;

(b)

jipprovdi b'mod esklużiv u dirett lill-utenti finali kwantitajiet żgħar ta' żrieragħ, għajr iż-żrieragħ soġġetti għall-Artikolu 72;

(c)

l-attività professjonali tiegħu li tikkonċerna l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra hija limitata għat-trasport tagħhom għal operatur professjonist ieħor;

(d)

l-attività professjonali tiegħu tikkonċerna esklużivament it-trasport ta' oġġetti ta' kull xorta li jużaw materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-eżenzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għall-kultivaturi kollha jew għal ċerti kultivaturi jew operaturi professjonisti oħra jekk dan ikun iġġustifikat mir-riskju ta' pesti ppreżentat mill-pjanti li jkabbru jew li jkunu kkonċernati minn kwalunkwe attività oħra tagħhom.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jikkonċernaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

l-emendar ta' dan ir-Regolament biż-żieda ta' kategoriji oħra ta' operaturi professjonisti li għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li dik ir-reġistrazzjoni tikkostitwixxi piż amministrattiv li għalihom ikun sproporzjonat għar-riskju baxx ta' pesti relatat mal-attivitajiet professjonali tagħhom;

(b)

l-issupplimentar ta' dan ir-Regolament bl-istipular ta' rekwiżiti partikolari għar-reġistrazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' operaturi professjonisti, filwaqt li jittieħed kont tan-natura tal-attività jew tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernat;

(c)

l-issupplimentar ta' dan ir-Regolament bl-istipular taċ-ċifri massimi għal kwantitajiet żgħar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3. Dawk iċ-ċifri għandhom jiġu stabbiliti kif meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati u r-riskji ta' pesti rispettivi.

Artikolu 66

Proċedura tar-reġistrazzjoni

1.   L-operaturi professjonisti li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 65(1) għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti għar-reġistrazzjoni.

2.   Dik l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-isem, l-indirizz fl-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u d-dettalji ta' kuntatt tal-operatur professjonist;

(b)

dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-operatur professjonist biex jeżerċita waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 65(1) dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti l-oħra;

(c)

dikjarazzjoni dwar l-intenzjoni tal-operatur professjonist biex iwettaq, kif applikabbli, waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)

il-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, skont l-Artikolu 84(1);

(ii)

it-tqegħid tal-marka fuq il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, imsemmija fl-Artikolu 96(1); jew

(iii)

il-ħruġ ta' kwalunkwe attestazzjoni oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 99(1);

(d)

l-indirizz tal-bini, u, fejn applikabbli, il-kolokazzjoni tal-irqajja' tal-art użati mill-operatur professjonist fl-Istat Membru kkonċernat biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 65(1) għall-finijiet tar-reġistrazzjoni; u

(e)

it-tipi ta' prodotti bażiċi, il-familji, il-ġeneri jew l-ispeċijiet tal-pjanti u l-prodotti mill-pjanti, u, fejn xieraq, in-natura ta' oġġetti oħra li huma kkonċernati mill-attivitajiet tal-operatur professjonist, kif imsemmi fl-Artikolu 65(1).

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw operatur professjonist mingħajr dewmien meta l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jkun fiha l-elementi stabbiliti fil-paragrafu 2.

4.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, awtorità kompetenti għandha tirreġistra operatur professjonist mingħajr il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jekk dak l-operatur ikun irreġistrat f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(5), l-Artikolu 6(6) jew mal-punt (b) tal-Artikolu 13c(1) tad-Direttiva 2000/29/KE jew regoli nazzjonali dwar is-saħħa tal-pjanti u jekk l-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jkunu disponibbli għal dik l-awtorità kompetenti. Fejn rilevanti, l-operatur professjonist ikkonċernat għandu jippreżenta aġġornament ta' dawk l-elementi sal-14 ta' Marzu 2020.

5.   L-operaturi rreġistrati għandhom, fejn rilevanti, jippreżentaw kull sena aġġornament dwar kwalunkwe bidla fid-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-paragrafu 2 u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2. Dik il-preżentazzjoni għandha titwettaq sat-30 ta' April ta' kull sena fir-rigward tal-aġġornament tad-data tas-sena ta' qabel.

Applikazzjoni għall-aġġornament tad-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-bidla f'dik id-data.

6.   Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-operatur reġistrat ma jibqax jeżerċita l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 65(1), jew li l-elementi inklużi fl-applikazzjoni ppreżentata mill-operatur reġistrat taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma baqgħux korretti, hija għandha titlob lil dak l-operatur sabiex jikkorreġi dawk l-elementi immedjatament jew f'perijodu ta' żmien speċifikat.

Fil-każ li operatur reġistrat ma jikkorreġix dawk l-elementi fil-perijodu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, l-awtorità kompetenti għandha, kif meħtieġ, temenda jew tirrevoka r-reġistrazzjoni ta' dak l-operatur.

Artikolu 67

Kontenut tar-reġistru

Ir-reġistru għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 66(2) u l-elementi li ġejjin:

(a)

in-numru uffiċjali ta' reġistrazzjoni, li għandu jinkludi l-kodiċi b'żewġ ittri indikat skont in-norma ISO 3166-1-alpha-2 (27) għall-Istat Membru li fih l-operatur professjonist huwa rreġistrat;

(b)

fejn applikabbli, indikazzjoni għal liema mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(2) l-operatur professjonist ikun awtorizzat, u, fejn applikabbli, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra speċifiċi kkonċernati.

Artikolu 68

Disponibbiltà tal-informazzjoni tar-reġistri uffiċjali

1.   L-Istat Membru li jżomm ir-reġistru għandu, jagħmel disponibbli, fuq talba motivata, l-informazzjoni li jkun fih lill-Istati Membri l-oħra jew lill-Kummissjoni, għall-użu proprju tagħhom.

2.   L-Istat Membru li jżomm ir-reġistru għandu jagħmel disponibbli, fuq talba ġustifikata, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 66(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 67 dwar operatur reġistrat wieħed partikolari lil kwalunkwe operatur professjonist stabbilit fl-Unjoni, għall-użu proprju tiegħu.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kunfidenzjalità, l-aċċess għall-informazzjoni u l-protezzjoni tad-data privata.

Artikolu 69

Traċċabbiltà

1.   Operatur professjonist li jiġi pprovdut bi pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu soġġetti għal rekwiżiti jew kondizzjonijiet skont l-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 28(2) u (3), l-Artikolu 30(1), (3) u (4), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 46(1) u (3), l-Artikolu 48(1) u (2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 54(2) u (3), l-Artikoli 56, 57 u 58 u l-Artikolu 79(1) għandu jżomm rekord li jippermetti lil dak l-operatur biex jidentifika, għal kull unità tan-negozjar ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ipprovdut, l-operaturi professjonisti li jipprovduh.

2.   Operatur professjonist li jforni pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu soġġetti għal rekwiżiti jew kondizzjonijiet skont skont l-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 28(2) u (3), l-Artikolu 30(1), (3) u (4), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 41(2) u (3), l-Artikolu 46(1) u (3), l-Artikolu 47(1), l-Artikolu 48(1) u (2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 54(2) u (3), l-Artikoli 56, 57 u 58 u l-Artikolu 79(1) għandu jżomm rekord li jippermetti lil dan l-operatur biex jidentifika, għal kull unità tan-negozjar ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jkun ipprovda, l-operaturi professjonisti li jkun ġie pprovdut lilhom.

3.   Fejn operatur awtorizzat joħroġ passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 84(1), u fejn l-awtorità kompetenti toħroġ passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 84(2) għal operatur reġistrat, dak l-operatur għandu jiżgura, għall-fini tal-iżgurar tat-traċċabbiltà skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, li jirreġistra l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' dak il-passaport tal-pjanti:

(a)

fejn applikabbli, l-operatur professjonist li pprovda l-unità tan-negozjar ikkonċernat;

(b)

l-operatur professjonist li lilu ġiet ipprovduta l-unità tan-negozjar ikkonċernata; u

(c)

informazzjoni rilevanti relattiva għall-passaport tal-pjanti.

4.   L-operaturi professjonisti għandhom iżommu r-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal mill-inqas tliet snin wara d-data li fiha l-pjanta, il-prodott mill-pjanta jew oġġett ieħor ikkonċernat kien ġie fornut lilu jew mingħandu.

5.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a)

perijodu minimu iqsar jew itwal għajr dak imsemmi fil-paragrafu 4 rigward il-pjanti speċifiċi, fejn dan ikun iġġustifikat mit-tul tal-perijodu ta' kultivazzjoni ta' dawk il-pjanti; u

(b)

rekwiżiti fir-rigward l-aċċessibbiltà tar-rekords li għandhom jinżammu mill-operaturi professjonisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

6.   Fuq talba, l-operaturi professjonisti msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni fir-rekords imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-awtorità kompetenti.

7.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-operaturi professjonisti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 65(3).

Artikolu 70

Movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan u bejn il-bini tal-operatur professjonist

1.   L-operaturi professjonisti li jkunu pprovduti jew li jipprovdu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 69(1) u (2) għandu jkollhom fis-seħħ sistemi jew proċeduri ta' traċċabbiltà biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-movimenti ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdanu u bejn il-bini proprju tagħhom.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-operaturi professjonisti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 65(3).

2.   L-informazzjoni identifikata mis-sistemi jew il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-moviment tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan u bejn il-bini tal-operaturi professjonisti msemmijin f'dak il-paragrafu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti fuq talba.

KAPITOLU VI

Ċertifikazzjoni ta' pjanti, ta' prodotti mill-pjanti u ta' oġġetti oħra

Taqsima 1

Ċertifikati fitosanitarji meħtieġa għall-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni

Artikolu 71

Ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni

1.   Ċertifikat fitosanitarju għall-introduzzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun dokument, maħruġ minn pajjiż terz, li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 76, ikollu l-kontenuti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness V, jew, fejn applikabbli, il-Parti B tal-Anness V, u jiċċertifika li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

huwa ħieles minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni u minn pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);

(b)

jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(1) dwar il-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq pjanti għat-tħawwil;

(c)

jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 41(2) u (3) jew, fejn applikabbli, fl-Artikolu 54(2) u (3);

(d)

fejn applikabbli, jikkonforma mar-regoli adottati f'konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 30(1).

2.   Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jispeċifika taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali” liema rekwiżit speċifiku huwa ssodisfat, kull meta l-att ta' implimentazzjoni rispettiv, adottat skont l-Artikoli 28(1) u (2), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3), jippermetti diversi għażliet differenti għal tali rekwiżiti. Dik l-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi l-formulazzjoni sħiħa tar-rekwiżit rilevanti.

3.   Fejn applikabbli, iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiddikjara li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati jikkonformaw ma' miżuri fitosanitarji rikonoxxuti bħala ekwivalenti, skont l-Artikolu 44, għar-rekwiżiti tal-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 41(3).

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jemendaw il-Partijiet A u B tal-Anness V biex jadattawhom għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rilevanti.

Artikolu 72

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u l-pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ rispettivi, li għalihom ċertifikat fitosanitarju huwa meħtieġ għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.

Dik il-lista għandha tinkludi:

(a)

il-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ;

(b)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-Punt I tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE;

(c)

pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom ġew adottati r-rekwiżiti skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) li jikkonċernaw l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni;

(d)

żrieragħ jew, kif applikabbli, patata taż-żrigħ elenkati skont l-Artikolu 37(2) ta' dan ir-Regolament u soġġetti għad-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza adottati skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 98/56/KE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE;

(e)

pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati skont l-Artikolu 41(2) u (3); u

(f)

pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra soġġetti għal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(2).

Il-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw u ma għandux ikun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju fejn l-att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1) jew l-Artikolu 41(2) u (3) jeħtieġ prova ta' konformità fil-forma ta' marka uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), jew attestazzjoni uffiċjali ieħor, kif imsemmi fl-Artikolu 99(1).

Fil-lista stabbilita b'dan l-att ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu identifikati wkoll permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor speċifiku.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, elenkati f'dan l-att ta' implimentazzjoni, ma jissodisfawx il-punt (c), (d) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jissodisfaw il-punt (c), (d) jew (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospita pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkat f'dan l-att, dan ir-riskju ma jibqax jeżisti.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

5.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda ċertifikat fitosanitarju ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li huma soġġetti għall-Artikoli 46, 47 u 48 u l-Artikolu 75(1).

Artikolu 73

Pjanti oħra li għalihom huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tipprovdi li għall-pjanti, għajr il-pjanti msemmija fil-lista msemmija fl-Artikolu 72(1), ikun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għal introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.

Madankollu, dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu li ċertifikat fitosanitarju mhuwiex meħtieġ għal dawk il-pjanti fejn valutazzjoni, ibbażata fuq evidenza dwar ir-riskji ta' pesti u esperjenza fil-kummerċ, turi li tali ċertifikat ma jkunx meħtieġ. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. Fejn meħtieġ, dik il-valutazzjoni tista' tikkonċerna biss pjanti ta' pajjiż terz ta' oriġini jew dispaċċ partikolari, jew grupp ta' pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ.

Fil-lista stabbilita permezz ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti għandhom jiġu identifikati wkoll permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli.

Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti lejn fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor speċifiku.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2). L-ewwel wieħed minn dawk l-atti għandu jiġi adottat sal-14 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 74

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom huma meħtieġa ċertifikati fitosanitarji biex jiġu introdotti f'żona protetta

1.   Ċertifikati fitosanitarji huma meħtieġa, barra mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 72(1), (2) u (3), għall-introduzzjoni ta' xi pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f'ċerti żoni protetti minn ċerti pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' dawk il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u l-pajjiżi terzi ta' oriġini jew dispaċċ rispettivi, imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dik il-lista għandha tinkludi:

(a)

fl-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-Punt II tal-Parti B tal-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE;

(b)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 54(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

Fil-lista stabbilita b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra għandhom jiġu identifikati wkoll permezz tal-kodiċi NM rispettiv tagħhom, fejn dak il-kodiċi jkun disponibbli. Barra minn hekk, kodiċijiet oħra, stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandhom jiġu riferiti fejn dawn jispeċifikaw aktar il-kodiċi NM applikabbli għal pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor speċifiku.

Ma għandux ikun meħtieġ ċertifikat fitosanitarju għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fuq dik il-lista fejn l-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 54(2) jew (3) jeħtieġ prova ta' konformità fil-forma ta' marka uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), jew attestazzjoni uffiċjali oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 99(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor, elenkati f'dak l-att ma jissodisfawx il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1;

(b)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dak l-att, jissodisfaw il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospitaw l-pest rispettiv ta' kwarantina f'żona protetta, jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkati f'dak l-att, dak ir-riskju ma jibqax jeżisti.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

5.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda ċertifikat fitosanitarju ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li huma soġġetti għall-Artikoli 56, 57 u 58 u l-Artikolu 75(1).

Artikolu 75

Eċċezzjonijiet għall-bagalji tal-vjaġġaturi

1.   Kwantitajiet żgħar ta' pjanti, għajr pjanti għat-tħawwil, u ta' prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra partikolari minn pajjiż terz jistgħu jkunu eżentati mir-rekwiżit ta' ċertifikat fitosanitarju stipulat skont l-Artikolu 72(1), l-Artikolu 73 jew l-Artikolu 74(1), jekk dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

huma jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni bħala parti mill-bagalji personali tal-vjaġġaturi;

(b)

huma ma jintużawx għal finijiet professjonali jew kummerċjali;

(c)

huma jkunu elenkati f'att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, telenka l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti oħra msemmija fil-paragrafu 1 u l-pajjiżi terzi kkonċernati, u tistabbilixxi l-kwantità massima, kif meħtieġ, tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta' oġġetti oħra kkonċernati li għandhom ikunu soġġetti għall-eżenzjoni ta' dan il-paragrafu u, fejn xieraq, waħda jew aktar mill-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness II.

Dak l-elenkar u l-istabbiliment tal-kwantità massima kkonċernata u, fejn xieraq, il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju għandhom ikunu deċiżi fuq il-bażi tar-riskju ta' pesti maħluq minn kwantitajiet żgħar ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 76

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn ċertifikat fitosanitarju

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC) u filwaqt li jittieħed kont ta' standards internazzjonali rilevanti, l-awtorità rilevanti għandha taċċetta ċertifikat fitosanitarju li jakkumpanja pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li għandhom jiġu introdotti minn pajjiż terz, biss jekk il-kontenut ta' dak iċ-ċertifikat jikkonforma mal-Parti A tal-Anness V. Fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għandhom jiġu introdotti minn pajjiż terz li ma joriġinawx minnu, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss ċertifikat fitosanitarju li jikkonforma jew ma' Parti A jew ma' Parti B tal-Anness V.

Hija ma għandhiex taċċetta dan iċ-ċertifikat fitosanitarju fejn id-dikjarazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 71(2), fejn applikabbli, tkun nieqsa jew mhux korretta, u fejn id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3), fejn applikabbli, tkun nieqsa.

Hija ma għandhiex taċċetta ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni jekk dak iċ-ċertifikat fitosanitarju ma jkunx akkumpanjat miċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali għall-esportazzjoni, jew kopja ċċertifikata taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali għall-esportazzjoni.

2.   L-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss ċertifikat fitosanitarju jekk dan jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun maħruġ f'mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

(b)

ikun indirizzat lill-organizzazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-pjanti ta' Stat Membru; u

(c)

ikun maħruġ mhux aktar minn 14 il-ġurnata qabel id-data li fiha l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra koperti minnu jkunu ħallew il-pajjiż terz, li fih ikun ġie maħruġ.

3.   F'każ ta' pajjiż terz li jkun parti kontraenti għall-IPPC, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss iċ-ċertifikati fitosanitarji maħruġa mill-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali għall-protezzjoni tal-pjanti ta' dan il-pajjiż terz jew, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, minn uffiċjal pubbliku li jkun teknikament ikkwalifikat u debitament awtorizzat minn din l-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali għall-protezzjoni tal-pjanti.

4.   F'każ ta' pajjiż terz li ma jkunx parti kontraenti għall-IPPC, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss iċ-ċertifikati fitosanitarji maħruġa mill-awtoritajiet li huma kompetenti f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz u nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-operaturi, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, tan-notifiki rċevuti.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' dawk iċ-ċertifikati.

5.   Ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għandhom jiġu aċċettati biss meta jiġu pprovduti permezz ta', jew fi skambju elettroniku ma', sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għal kontrolli uffiċjali fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 77

Invalidazzjoni taċ-ċertifikat fitosanitarju

1.   Fejn ċertifikat fitosanitarju jkun inħareġ f'konformità mal-Artikolu 71(1), (2) u (3), u l-awtorità kompetenti kkonċernata tikkonkludi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 76 ma ġewx issodisfati, hi għandha tinvalida dan iċ-ċertifikat fitosanitarju u tiżgura li ma jakkumpanjax aktar dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati. F'dak il-każ, u fir-rigward tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra kkonċernati, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' kunsinni mhux konformi li jidħlu fl-Unjoni minn terzi pajjiżi, imsemmija fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kontrolli uffiċjali.

Mal-invalidazzjoni, iċ-ċertifikat ikkonċernat għandu jkollu fin-naħa ta' fuq tiegħu u f'pożizzjoni prominenti timbru triangulari bl-aħmar, immarkat “ċertifikat ikkanċellat” mill-awtorità kompetenti rispettiva, flimkien mad-denominazzjoni tagħha u d-data tal-invalidazzjoni. Dan għandu jkun b'ittri kapitali, u tal-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fejn ċertifikat fitosanitarju jkun ġie invalidat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Il-pajjiż terz li jkun ħareġ dak iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jiġi nnotifikat ukoll mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti tekniċi dwar l-invalidazzjoni taċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 76(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Taqsima 2

Passaporti tal-pjanti meħtieġa għall-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni

Artikolu 78

Passaporti tal-pjanti

Passaport tal-pjanti għandu jkun tikketta uffiċjali għall-movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni u, fejn applikabbli, lejn u fi ħdan żoni protetti, li jattesta l-konformità mar-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 85 u, għall-moviment lejn u fi ħdan żoni protetti, l-Artikolu 86, u jkollu l-kontenut u l-format stabbiliti fl-Artikolu 83.

Artikolu 79

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom jinħtieġ passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni

1.   Il-passaporti tal-pjanti huma meħtieġa għall-moviment ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti għall-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni.

Dik il-lista għandha tinkludi:

(a)

il-pjanti kollha għat-tħawwil, għajr żrieragħ;

(b)

fl-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-punt (I) tal-Parti (A) tal-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE, sakemm ma jkunux diġà koperti mill-punt (a) ta' dan is-subparagrafu;

(c)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom ġew adottati rekwiżiti skont l-Artikolu 28(1), (2) jew (3) jew l-Artikolu 30(1), (3) jew (4) dwar il-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni;

(d)

iż-żrieragħ elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 37(2); u

(e)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 41(2) u (3) fir-rigward tal-moviment tagħhom fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta' pjanti għat-tħawwil, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jeħtieġu tikketta speċifika oħra jew tip ieħor ta' attestazzjoni skont dak l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'tali att, jissodisfaw il-punt (c), (d) jew (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1; jew

(b)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, elenkati f'dak l-att, ma jissodisfawx il-punt (c), (d) jew (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospitaw pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkati f'dan l-att, dan ir-riskju ma jibqax jeżisti.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

5.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li jkunu soġġetti għall-Artikoli 46, 47, 48 u 75.

6.   Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-14 ta' Diċembru 2021, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tippreżenta l-esperjenza miksuba mill-estensjoni tas-sistema tal-passaport tal-pjanti għall-moviment kollu tal-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni li jinkludi analiżi ċara bejn il-kosti u l-benefiċċji għall-operaturi, akkumpanjata jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

Artikolu 80

Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għalihom jinħtieġ passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żoni protetti

1.   Il-passaporti tal-pjanti huma meħtieġa għal ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li qed jiġu introdotti f'ċerti żoni protetti, jew imċaqilqa fi ħdanhom.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li għalihom jinħtieġ passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni tagħhom f'ċerti żoni protetti u l-moviment tagħhom fi ħdanhom.

Dik il-lista għandha tinkludi:

(a)

fl-ewwel wieħed minn dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fil-Punt (II) tal-Parti A tal-Anness V għad-Direttiva 2000/29/KE;

(b)

il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra elenkati fl-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 54(3) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dak l-att, jissodisfaw il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1; jew

(b)

fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, elenkati f'dak l-att ma jissodisfawx il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.   Barra mill-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, temenda l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness II, fejn jeżisti riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, mhux elenkati f'dan l-att, jospitaw il-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv, jew fejn, għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor elenkati f'dan l-anness, dan ir-riskju ma jibqax jeżisti.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

5.   B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li jkunu soġġetti għall-Artikoli 56, 57, u 58.

Artikolu 81

Eċċezzjoni għal forniment dirett lil utenti finali

1.   L-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra pprovduti direttament lil utent finali, inklużi l-ġardinara tad-dar.

Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għal:

(a)

utenti finali li jirċievu dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra permezz ta' bejgħ b'kuntratti mill-bogħod; jew

(b)

utenti finali ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li għalihom ikun meħtieġ passaport tal-pjanti għal żoni protetti skont l-Artikolu 80.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika li r-rekwiżiti tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandhom japplikaw biss għal pesti ta' żona protetta partikolari, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-każijiet fejn, għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari, l-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tapplika biss għal kwantitajiet żgħar. Dawk l-atti delegati għandhom jiddefinixxu dawk il-kwantitajiet f'kull perijodu ta' żmien kif xieraq għall-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat u r-riskji rispettivi ta' pesti.

Artikolu 82

Eċċezzjonijiet għal movimenti fi ħdan u bejn il-bini ta' operatur reġistrat

L-ebda passaport tal-pjanti ma għandu jkun meħtieġ għall-movimenti ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fi ħdan u bejn il-bini tal-istess operatur reġistrat, li jkunu qrib xulxin.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu aktar il-kunċett ta' “qrib xulxin” fit-territorji rispettivi tagħhom u jekk ikunx meħtieġ li jinħarġu xi dokumenti għal dawk il-movimenti minflok il-passaport tal-pjanti.

Fejn iseħħu tali movimenti f'żewġ Stati Membri jew aktar, l-eċċezzjoni mir-rekwiżit għal passaport tal-pjanti għandha teħtieġ l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 83

Kontenut u format tal-passaport tal-pjanti

1.   Il-passaport tal-pjanti għandu jieħu l-għamla ta' tikketta distinta, magħmula fuq kwalunkwe sottostrat adegwat, għall-istampar tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2, dment li l-passaport tal-pjanti jkun distint b'mod ċar minn kwalunkwe informazzjoni jew tikketta oħra li tista' tiġi indikata wkoll fuq dak is-sottostrat.

Il-passaport tal-pjanti għandu jkun faċilment viżibbli u leġġibbli b'mod ċar, u l-informazzjoni ta' fuqu ma għandhiex tkun tista' tinbidel u għandha tkun durabbli.

2.   Il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII.

B'deroga mill-punt 1(e) tal-Parti A tal-Anness VII, il-kodiċi ta' traċċabbiltà ma għandux ikun meħtieġ fejn pjanti għat-tħawwil jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikunu tħejjew b'tali mod li jkunu lesti għall-bejgħ lill-utenti finali mingħajr l-ebda tħejjija oħra u ma jkun jeżisti l-ebda riskju dwar it-tixrid ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);

(b)

ma jappartjenux għat-tipi jew l-ispeċijiet elenkati f'att ta' implimentazzjoni previst fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tidentifika t-tipi u l-ispeċijiet ta' pjanti għat-tħawwil li għalihom ma għandhiex tapplika l-eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżamiproċedura msemmija fl-Artikolu 107(2).

4.   Il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żona protetta għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII.

5.   Fil-każ ta' pjanti għat-tħawwil magħmula, jew magħmula disponibbli fis-suq, bħala materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat jew żerriegħa jew żerriegħa tal-patata prebażika, bażika jew iċċertifikata, kif rispettivament imsemmi fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE u 2008/90/KE il-passaport tal-pjanti għandu jiġi inkluż, f'forma distinta, fit-tikketta uffiċjali magħmula f'konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi ta' dawk id-Direttivi.

Fejn japplika dan il-paragrafu, il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Fejn japplika dan il-paragrafu, il-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żona protetta għandu jkun fih l-elementi stabbilit fil-Parti D tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

6.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 105 li jemendaw il-Partijiet A, B, C u D tal-Anness VII, biex tadatta l-elementi stabbiliti fihom, fejn applikabbli, għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku.

7.   Sal-14 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni u l-passaport tal-pjanti għall-introduzzjoni u l-moviment fiż-żona protetta, fir-rigward tal-passaporti tal-pjanti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 2 u fit-tieni u tielet subparagrafi tal-paragrafu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Fejn in-natura ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra partikolari tinħtieġ hekk, speċifikazzjonijiet tad-daqs speċifiku għall-passaport tal-pjanti jistgħu jiġu stabbiliti għal tali pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra.

8.   Passaport tal-pjanti jista' jinħareġ ukoll f'forma elettronika (minn hawn 'il quddiem “passaport elettroniku tal-pjanti”), dment li jkun fih l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 2, u li l-arranġamenti tekniċi jkunu ġew stabbiliti permezz tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi arranġamenti tekniċi għall-ħruġ ta' passaporti elettroniċi tal-pjanti, biex jiżguraw il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u mod xieraq, kredibbli u effettiv għall-ħruġ ta' dawk il-passaporti tal-pjanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Artikolu 84

Ħruġ ta' passaporti tal-pjanti minn operaturi professjonisti awtorizzati u awtoritajiet kompetenti

1.   Il-passaport tal-pjanti għandhom jinħarġu minn operaturi awtorizzati, taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

L-operaturi awtorizzati għandhom joħorġu passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li huma responsabbli għalihom biss.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu wkoll passaporti tal-pjanti.

3.   L-operaturi awtorizzati għandhom joħorġu passaporti tal-pjanti biss fil-bini, l-imħażen kollettivi u ċ-ċentri tad-dispaċċ li jkunu responsabbli għalihom u ddikjarati minnhom skont il-punt (d) tal-Artikolu 66(2) jew, fejn japplika l-Artikolu 94(1), f'post ieħor jekk ikun awtorizzat hekk mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 85

Rekwiżiti sostantivi għal passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni

Passaport tal-pjanti għandu jinħareġ għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huwa ħieles minn pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew mill-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);

(b)

jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(1) dwar il-preżenza ta' pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni fuq pjanti għat-tħawwil u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37(4) dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu;

(c)

jikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-movimenti tiegħu fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 41(2) u (3);

(d)

fejn applikabbli, jikkonforma mar-regoli adottati f'konformità mal-miżuri rilevanti adottati skont l-Artikolu 17(3), il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 30(1) u (3); u

(e)

fejn applikabbli, jikkonforma mal-miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti għall-qerda tal-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni skont l-Artikolu 17(1) jew il-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) u l-qerda tal-pesti li jikkwalifikaw b'mod proviżorju bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni skont l-Artikolu 29(1).

Artikolu 86

Rekwiżiti sostantivi għal passaport tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żona protetta

1.   Passaport tal-pjanti għandu jinħareġ għall-introduzzjoni lejn, u l-moviment f'żona protetta għal pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 85, u barra minn hekk, ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikun ħieles mill-pest ta' kwarantina f'żona protetta rispettiv; u

(b)

jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 54(2) u (3).

2.   Fejn japplika l-Artikolu 33(2), il-passaport tal-pjanti msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux jinħareġ għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li joriġinaw fiż-żona ddemarkata kkonċernata u li jistgħu jospitaw il-pest ikkonċernat taż-żona protetta.

Artikolu 87

Eżamijiet għal passaporti tal-pjanti

1.   Passaport tal-pjanti jista' jinħareġ biss għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra meta eżami metikoluż tagħhom f'konformità mal-paragrafi 2, 3, u 4 jkun wera li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 85, u, fejn applikabbli, l-Artikolu 86.

Il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jistgħu jiġu eżaminati individwalment jew permezz ta' kampjuni rappreżentattivi. L-eżami għandu jkopri wkoll il-materjal ta' imballaġġ tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra kkonċernati.

2.   L-eżami għandu jitwettaq mill-operatur awtorizzat. Madankollu, fil-każijiet li ġejjin, l-eżami għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti:

(a)

fejn japplika l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu dwar spezzjonijiet, teħid ta' kampjuni u ttestjar;

(b)

fejn japplika l-Artikolu 84(2);

(c)

fejn jitwettaq eżami fil-viċinanza immedjata kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u l-operatur awtorizzat ma jkollux aċċess għal dik il-viċinanza immedjata.

3.   L-eżami għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

għandu jitwettaq f'perijodi xierqa u filwaqt li jieħu kont tar-riskji involuti;

(b)

għandu jitwettaq fil-bini msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 66(2). Fejn ikun meħtieġ hekk mill-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 30(1), l-Artikolu 37(4), l-Artikolu 41(2), jew l-Artikolu 54(2), għandu jitwettaq eżami wkoll fil-viċinanza immedjata tal-post ta' produzzjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra kkonċernati;

(c)

għandu jsir mill-inqas permezz ta' eżami viżwali, ikkomplementat minn:

(i)

spezzjonijiet, teħid ta' kampjuni u ttestjar mill-awtorità kompetenti fil-każ ta' suspett tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), jew fil-każ tas-suspett tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fiż-żona protetta rispettiva; jew

(ii)

teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-każ ta' suspett tal-preżenza ta' pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni, fejn applikabbli 'l fuq mil-limiti rispettivi;

(d)

ir-riżultati tiegħu għandhom jiġi rreġistrati u maħżuna għal mill-inqas tliet snin.

Dak l-eżami għandu jitwettaq mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit jew miżura ta' eżami speċifika adottata f'konformità mal-Artikolu 28(1), (2) jew (3), l-Artikolu 30(1), (3) jew (4), l-Artikolu 37(4), l-Artikolu 41(2) jew (3), jew l-Artikolu 54(2) jew (3). Fejn dawk ir-rekwiżiti jew il-miżuri ta' eżami jeħtieġu li dak l-eżami jitwettaq mill-awtorità kompetenti, dak l-eżami ma għandux jitwettaq mill-operatur awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu miżuri dettaljati dwar l-eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar, u l-frekwenza u l-ħin ippjanat tal-eżamijiet, imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, fir-rigward ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi, abbażi tar-riskji ta' pesti partikolari li dawn jistgħu jippreżentaw. Dawk l-eżamijiet għandhom, fejn xieraq, jikkonċernaw ċerti pjanti għat-tħawwil li jappartjenu għal materjal, żerriegħa jew żerriegħa tal-patata prebażika, bażika, jew iċċertifikata, jew materjal jew żerriegħa standard jew tal-CAC, kif imsemmi rispettivament fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE, 2008/72/KE u 2008/90/KE.

Fejn il-Kummissjoni tadotta tali atti delegati għal pjanti għat-tħawwil speċifiċi, u dawk il-pjanti għat-tħawwil ikunu soġġetti għal skemi ta' ċertifikazzjoni skont id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE, 2002/57/KE u 2008/90/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-eżamijiet għall-preżenza ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta' dan ir-Regolament u pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni u l-eżamijiet għal karatteristiċi oħra tal-pjanti għat-tħawwil skont dawk id-Direttivi fi skema ta' ċertifikazzjoni unika.

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali.

Artikolu 88

Twaħħil tal-passaporti tal-pjanti

Il-passaporti tal-pjanti għandhom jiġu mehmuża mill-operaturi professjonisti kkonċernati mal-unità tan-negozjar tal-pjanti, il-prodott mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati qabel ma jiċċaqalqu fit-territorju tal-Unjoni skont l-Artikolu 79 jew lejn jew f'żona protetta skont l-Artikolu 80. Fejn tali pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu soġġetti għal moviment f'imballaġġ, f'sorra jew kontenitur, il-passaport tal-pjanti għandu jkun imwaħħal ma' dak l-imballaġġ, is-sorra jew il-kontenitur.

Artikolu 89

Awtorizzazzjoni tal-operaturi professjonisti biex joħorġu passaporti tal-pjanti

1.   L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni lil operatur professjonist biex joħroġ passaporti tal-pjanti (“l-awtorizzazzjoni biex joħroġ passaporti tal-pjanti”) għal familji, ġeneri jew speċijiet partikolari, u tipi ta' prodotti bażiċi ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra fejn dak l-operatur professjonist jikkonforma maż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jipposjedi l-għarfien meħtieġ biex iwettaq l-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 87 li jikkonċernaw il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew il-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), il-pesti ta' kwarantina f'żona protetta, u l-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni li jistgħu jaffettwaw lill-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati, u li jikkonċernaw is-sinjali tal-preżenza ta' dawk il-pesti, is-sintomi kkawżati minnhom, u l-mezzi biex tiġi evitata l-preżenza u t-tixrid ta' dawk il-pesti;

(b)

ikollu fis-seħħ sistemi u proċeduri li jippermettulu li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jikkonċernaw it-traċċabbiltà skont l-Artikoli 69 u 70.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-proċeduri biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati dawk il-kriterji.

Artikolu 90

Obbligi tal-operaturi awtorizzati

1.   Fejn operatur awtorizzat biħsiebu joħroġ passaport tal-pjanti, huwa għandu jidentifika u jimmonitorja l-punti tal-proċess ta' produzzjoni tiegħu, u l-punti li jikkonċernaw il-moviment ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li huma kritiċi fir-rigward tal-konformità mal-Artikolu 37(1), l-Artikolu 41(1), l-Artikoli 85 u 87 u, fejn applikabbli, mal-Artikolu 33(2), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 86, u mar-regoli adottati skont l-Artikolu 28(1), (2) u (3), l-Artikolu 30(1), (3) u (4), u, fejn applikabbli, l-Artikolu 37(4).

Huwa għandu jżomm rekords dwar l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn il-punti għal mill-inqas tliet snin.

2.   L-operatur awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżgura li jingħata t-taħriġ xieraq, fejn meħtieġ, lill-persunal tiegħu involut fl-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 87, biex jiġi żgurat li dak il-persunal ikollu l-għarfien meħtieġ biex iwettaq dawk l-eżamijiet.

Artikolu 91

Pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti

1.   L-operaturi awtorizzati jista' jkollhom fis-seħħ pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti. L-awtorità kompetenti għandha tapprova dawk il-pjanijiet, jekk dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

jistabbilixxu l-miżuri li jkunu xierqa biex dawk l-operaturi jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 90(1);

(b)

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

L-operaturi awtorizzati li jimplimentaw pjan approvat għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjonijiet bi frekwenza mnaqqsa.

2.   Il-pjanijiet għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti għandhom ikopru, fejn xieraq fl-għamla ta' manwali ta' proċedura operattiva standard, mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 66(2) dwar ir-reġistrazzjoni tal-operatur awtorizzat;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 69(4) u 70(1) dwar it-traċċabbiltà ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra;

(c)

deskrizzjoni tal-proċessi ta' produzzjoni tal-operatur awtorizzat u l-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-moviment u l-bejgħ ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra;

(d)

analiżi tal-punti kritiċi msemmija fl-Artikolu 90(1) u l-miżuri meħuda mill-operatur awtorizzat biex jitnaqqsu r-riskji ta' pesti assoċjati ma' dawk il-punti kritiċi;

(e)

il-proċeduri fis-seħħ u l-azzjonijiet previsti fejn pesti ta' kwarantina huma suspettati jew misjuba preżenti, ir-reġistrazzjoni ta' dawk is-suspetti jew sejbiet u r-reġistrazzjoni tal-azzjonijiet meħuda;

(f)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal involut fin-notifiki msemmija fl-Artikolu 14, l-eżamijiet imsemmija fl-Artikolu 87(1), il-ħruġ ta' passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 93(1) u (2) u l-Artikolu 94, u t-twaħħil ta' passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 88; u

(g)

it-taħriġ provdut għall-persunal imsemmi fil-punt (f) ta' dan il-paragrafu.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-operatur professjonist ikkonċernat ma japplikax il-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew li pjan għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti ma għadux aġġornat ma' kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li ma tkomplix in-nuqqas ta' konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-approvazzjoni ta' dak il-pjan.

Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet il-miżuri f'konformità mal-ewwel subparagrafu, għajr l-irtirar tal-approvazzjoni tal-pjan, u jkompli n-nuqqas ta' konformità, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tirtira dik l-approvazzjoni.

Artikolu 92

Spezzjonijiet u rtirar tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet mill-inqas darba fis-sena, u t-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar jekk ikun xieraq, biex tivverifika jekk l-operaturi awtorizzati jikkonformawx mal-Artikolu 83(1), (2), (4) jew (5), l-Artikolu 87, l-Artikolu 88, l-Artikolu 89(1), l-Artikolu 90 jew l-Artikolu 93(1), (2), (3) jew (5).

2.   Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li operatur awtorizzat ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, li għalihom dak l-operatur professjonist ikun ħareġ passaport tal-pjanti, ma jikkonformax mal-Artikolu 85 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 86, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li ma jitkompliex in-nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jinħarġu passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati.

3.   Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet il-miżuri f'konformità mal-paragrafu 2, għajr l-irtirar tal-awtorizzazzjoni biex jinħarġu passaporti tal-pjanti għall-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati, u jitkompla n-nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 85 jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 86, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tirtira dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 93

Sostituzzjoni ta' passaport tal-pjanti

1.   Operatur awtorizzat li rċieva unità tan-negozjar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li għalihom ikun inħareġ passaport tal-pjanti, jew l-awtorità kompetenti li taġixxi fuq talba ta' operatur professjonist, tista' toħroġ passaport tal-pjanti ġdid għal dik l-unità tan-negozjar, li jissostitwixxi l-passaport tal-pjanti maħruġ inizjalment għal dik l-unità tan-negozjar, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3.

2.   Fejn unità tan-negozjar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, li għalihom passaport tal-pjanti jkun inħareġ, ikun maqsum f'żewġ unitajiet tan-negozjar ġodda jew aktar, l-operatur awtorizzat responsabbli għal dawk l-unitajiet tan-negozjar ġodda, jew l-awtorità kompetenti li taġixxi fuq talba ta' operatur professjonist, għandha toħroġ passaport tal-pjanti għal kull unità tan-negozjar ġdida li jirriżulta mid-diviżjoni, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. Dawk il-passaporti tal-pjanti għandhom jissostitwixxu l-passaport tal-pjanti maħruġ għall-unità tan-negozjar inizjali.

3.   Passaport tal-pjanti, kif previst fil-paragrafi 1 u 2, jista' jinħareġ biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' traċċabbiltà msemmija fl-Artikolu 69(3) dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;

(b)

kif applikabbli, il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 85 u 86; u

(c)

il-karatteristiċi tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra kkonċernati ma jkunux inbidlu.

4.   Fejn passaport tal-pjanti jinħareġ skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-eżami msemmi fl-Artikolu 87(1) ma għandux ikun meħtieġ.

5.   Wara s-sostituzzjoni ta' passaport tal-pjanti skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2, l-operatur awtorizzat ikkonċernat għandu jżomm il-passaport tal-pjanti sostitwit jew il-kontenut tiegħu għal mill-inqas tliet snin.

Fejn is-sostituzzjoni ta' passaport tal-pjanti skont il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 tkun twettqet mill-awtorità kompetenti, l-operatur professjonist, li fuq it-talba tiegħu tkun inħarġet, għandu jżomm il-passaport tal-pjanti sostitwit jew il-kontenut tiegħu għal mill-inqas tliet snin.

Dik iż-żamma tista' tieħu l-għamla ta' ħżin tal-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-pjanti f'bażi ta' data kompjuterizzata, dment li dan jinkludi l-informazzjoni li tinsab fi kwalunkwe barcode, ologramma, ċippa jew trasportatur ieħor ta' data bil-għan ta' traċċabbiltà, li jista' jissupplimenta l-kodiċi ta' traċċabbiltà, kif imsemmi fl-Anness VII.

Artikolu 94

Passaporti tal-pjanti li jissostitwixxu ċ-ċertifikati fitosanitarji

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 87, fejn pjanta, prodott mill-pjanta jew oġġett ieħor, introdotti fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz, li għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni jeħtieġu passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 79(1) u l-Artikolu 80(1), il-passaport għandu jinħareġ jekk il-verifiki permezz ta' kontrolli uffiċjali f'postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera dwar l-introduzzjoni tagħhom ikunu tlestew b'mod sodisfaċenti u wasslu għall-konklużjoni li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi għall-ħruġ ta' passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 85 u, fejn xieraq, l-Artikolu 86.

Is-sostituzzjoni ta' ċertifikat fitosanitarju minn passaport tal-pjanti tista' titwettaq fil-post ta' destinazzjoni tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat, minflok fil-post ta' dħul, fejn ikun permess l-ivverifikar fil-post ta' destinazzjoni, kif imsemmi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli uffiċjali.

2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissostitwixxu ċertifikat fitosanitarju fil-post ta' dħul tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat fit-territorju tal-Unjoni, permezz ta' kopja attestata taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali.

Dik il-kopja attestata taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti u għandha takkumpanja l-moviment tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernati biss sal-punt fejn jinħareġ il-passaport tal-pjanti u biss fit-territorju tal-Istat Membru rispettiv.

3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm iċ-ċertifikat fitosanitarju għal mill-inqas tliet snin. Dik iż-żamma tista' tieħu l-għamla ta' ħżin tal-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat fitosanitarju f'bażi ta' data kompjuterizzata.

Fejn japplika l-punt (a) tal-Artikolu 101(2), dak iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jkun sostitwit b'kopja attestata tiegħu.

Artikolu 95

Invalidazzjoni u tneħħija tal-passaport tal-pjanti

1.   L-operatur professjonist li jkollu taħt il-kontroll tiegħu unità tan-negozjar ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, għandu jinvalida l-passaport tal-pjanti u, fejn possibbli, ineħħih minn dik l-unità tan-negozjar, fejn isir konxju li ma jiġix issodisfat kwalunkwe rekwiżit tal-Artikoli 83 sa 87, 89, 90, 93 jew 94.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 14, dak l-operatur professjonist għandu jinforma lill-awtorità kompetenti li taħt il-kompetenza tagħha huwa jopera.

2.   Fejn l-operatur professjonist ma jikkonformax mal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinvalida l-passaport tal-pjanti u, fejn possibbli, tneħħih mill-unità tan-negozjar ikkonċernata.

3.   Fejn japplikaw il-paragrafi 1 u 2, l-operatur professjonist ikkonċernat għandu jżomm il-passaport tal-pjanti invalidat jew il-kontenut tiegħu għal mill-inqas tliet snin.

Dik iż-żamma tista' tieħu l-għamla ta' ħżin tal-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-pjanti invalidat f'bażi ta' data kompjuterizzata, dment li dan jinkludi l-informazzjoni li tinsab fi kwalunkwe barcode, ologramma, ċippa jew trasportatur ieħor ta' data bil-għan ta' traċċabbiltà, li jista' jissupplimenta l-kodiċi ta' traċċabbiltà kif imsemmi fl-Anness VII u dikjarazzjoni dwar dik l-invalidazzjoni.

4.   Fejn japplikaw il-paragrafi 1 u 2, l-operatur professjonist ikkonċernat għandu jinforma għaldaqstant lill-operatur awtorizzat, jew l-awtorità kompetenti, li ħarġet il-passaport tal-pjanti invalidat.

5.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra meta passaport tal-pjanti jitneħħa u jiġi invalidat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Taqsima 3

Attestazzjonijiet oħra

Artikolu 96

Immarkar ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam, jew ta' oġġetti oħra

1.   Il-marka applikata għall-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam jew ta' oġġetti oħra biex jiġi attestat li ġie applikat trattament f'konformità mal-Anness 1 għall-ISPM15 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 2 għall-ISPM15, fil-każijiet kollha li ġejjin:

(a)

materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam introdott fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz, kif imsemmi fl-Artikolu 43;

(b)

materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam immarkat fit-territorju tal-Unjoni, li joħroġ mit-territorju tal-Unjoni;

(c)

materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, injam jew oġġetti oħra li joħorġu mit-territorju tal-Unjoni, jekk jinħtieġ hekk minn att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikoli 28, 30, 41 jew 54.

(d)

kwalunkwe materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, injam jew oġġett ieħor immarkat fit-territorju tal-Unjoni.

Il-marka għandha tiġi applikata biss fejn materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam jew ta' oġġetti oħra jkunu ġew soġġetti għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati msemmija fl-Anness 1 għall-ISPM15, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KE) Nru 1005/2009 (28), (KE) Nru 1107/2009 (29) u (UE) Nru 528/2012 (30) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Għall-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, l-injam jew oġġetti oħra mmarkati fit-territorju tal-Unjoni, il-marka għandha tiġi applikata biss minn operatur reġistrat awtorizzat f'konformità mal-Artikolu 98.

Il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li jkun soġġett għall-eżenzjonijiet previsti fl-ISPM15.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sabiex tadattahom għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali u b'mod partikolari għall-ISPM15.

Artikolu 97

Tiswija ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam fit-territorju tal-Unjoni

1.   Materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam li jkun immarkat bil-marka msemmija fl-Artikolu 96 għandu jissewwa biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-persuna li twettaq dik it-tiswija tkun operatur reġistrat awtorizzat skont l-Artikolu 98;

(b)

il-materjal u t-trattament użati jkunu eliġibbli għat-tiswija;

(c)

il-marka tiġi applikata mill-ġdid, kif xieraq.

2.   Il-Kummissjoni tista' permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tistabbilixxi arranġamenti speċifiċi dwar il-materjal, it-trattament u l-immarkar imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jieħdu kont tal-istandards internazzjonali rilevanti u b'mod partikolari l-ISPM15.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fil-każ fejn operatur professjonist iħassar b'mod permanenti bi kwalunkwe mezz l-applikazzjonijiet preċedenti kollha ta' dik il-marka mill-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam.

Artikolu 98

Awtorizzazzjoni u superviżjoni ta' operaturi reġistrati japplikaw il-marka ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam fit-territorju tal-Unjoni

1.   Awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-marka msemmija fl-Artikolu 96 u biex jissewwa materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam skont l-Artikolu 97 għandha tingħata mill-awtorità kompetenti mal-applikazzjoni lil operatur reġistrat dment li l-operatur reġistrat jissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jipposjedi l-għarfien meħtieġ biex iwettaq it-trattament tal-materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam u ta' oġġetti oħra meħtieġ skont l-atti msemmija fl-Artikoli 96 u 97;

(b)

jopera faċilitajiet u tagħmir adatti biex iwettaq dan it-trattament (“faċilitajiet ta' trattament”);

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, fejn meħtieġ bil-ħsieb tal-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali.

2.   Awtorizzazzjoni biex tiġi applikata l-marka msemmija fl-Artikolu 96 u biex jissewwa materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam skont l-Artikolu 97 għandha tingħata mill-awtorità kompetenti mal-applikazzjoni lil operatur reġistrat, li juża' injam ittrattat f'faċilità ta' operatur ieħor, dment li dan jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin fir-rigward ta' materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam immarkat b'dik il-marka:

(a)

juża' esklużivament injam:

(i)

li jkun ġie soġġett għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati msemmija fl-Anness 1 għall-ISPM 15 u jkun ġie ttrattat f'faċilitajiet operati minn operatur reġistrat awtorizzat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; jew

(ii)

li jkun ġie soġġett għal wieħed jew aktar mit-trattamenti approvati msemmija fl-Anness 1 għall-ISPM15 f'faċilità tat-trattament f'pajjiż terz li jkun ġie approvat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti ta' dak il-pajjiż terz.

(b)

jiżgura li l-injam użat għal dak il-għan jista' jiġi ttraċċat lura għal dawk il-faċilitajiet ta' trattamenti fit-territorju tal-Unjoni jew għall-faċilitajiet ta' trattament tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(c)

fejn applikabbli skont l-Artikolu 28(1) u (2), l-Artikolu 30(1) u (3), l-Artikolu 41(2) u (3) u l-Artikolu 54(2) u (3), huwa juża esklużivament l-injam imsemmi fil-punt (a) ta' dan is-subparagrafu li jkun akkumpanjat minn passaport tal-pjanti jew kwalunkwe dokument ieħor li jipprovdi garanziji li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti ta' trattament imsemmija fl-Anness 1 għall-ISPM15.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja mill-inqas darba f'sena l-operaturi reġistrati awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2, biex tivverifika u tiżgura li dawn jittrattaw u jimmarkaw kif meħtieġ il-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, tal-injam u ta' oġġetti oħra f'konformità mal-Artikolu 96(1) u l-Artikolu 97 u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti ssir konxja li operatur professjonist ma jikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li ma jkunx hemm aktar nuqqas ta' konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

Fejn l-awtorità kompetenti tkun ħadet dawk il-miżuri, għajr l-irtirar tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, u jibqa' jkun hemm nuqqas ta' konformità, dik l-awtorità għandha mingħajr dewmien tirtira l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2.

Artikolu 99

Attestazzjonijiet għajr il-marka tal-materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-elementi li għandu jkun fihom attestazzjonijiet uffiċjali, speċifiċi għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, għajr materjal ta' imballaġġ magħmul mill-injam, li huma meħtieġa mill-istandards internazzjonali applikabbli bħala forma ta' prova tal-implimentazzjoni tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 28(1) jew (2), l-Artikolu 30(1) jew (3), l-Artikolu 41(2) jew (3), l-Artikolu 44, jew l-Artikolu 54(2) jew (3).

2.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jistabbilixxu wkoll ir-rekwiżiti li jikkonċernaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorizzazzjoni ta' operaturi professjonisti rigward il-ħruġ tal-attestazzjonijiet uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1;

(b)

is-superviżjoni mill-awtorità kompetenti tal-operaturi professjonisti awtorizzati skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu; jew

(c)

l-irtirar ta' dik l-awtorizzazzjoni msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-attestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

Taqsima 4

Esportazzjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mit-territorju tal-Unjoni

Artikolu 100

Ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni mill-Unjoni

1.   Fejn għall-esportazzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor mit-territorju tal-Unjoni għal pajjiż terz, ikun jinħtieġ ċertifikat fitosanitarju mir-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni ta' dak il-pajjiż terz (“ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni”), dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti, fuq talba tal-operatur professjonist, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-operatur professjonist ikun reġistrat minn dik l-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 65;

(b)

l-operatur professjonist ikollu taħt il-kontroll tiegħu il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor li għandu jiġi esportat;

(c)

ikun żgurat li dik il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor jikkonforma mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat.

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ukoll ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni fuq it-talba ta' persuni għajr l-operaturi professjonisti, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tiddelega l-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni lill-ebda persuna oħra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt l-IPPC, u filwaqt li jittieħed kont tal-istandards internazzjonali, iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni għandu jinħareġ fejn l-informazzjoni disponibbli tippermetti lill-awtorità kompetenti li tiċċertifika l-konformità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat. Dik l-informazzjoni tista' toriġina minn wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif applikabbli:

(a)

l-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, jew il-post ta' produzzjoni tagħhom u l-viċinitajiet tiegħu;

(b)

l-informazzjoni uffiċjali dwar l-istatus ta' pesti fis-sit ta' produzzjoni, il-post ta' produzzjoni, iż-żona jew il-pajjiż ta' oriġini tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;

(c)

passaport tal-pjanti, kif imsemmi fl-Artikolu 78, li jakkumpanja l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati, fejn dak il-passaport tal-pjanti jattesta r-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-awtorità kompetenti;

(d)

il-marka tal-materjal ta' imballaġġar magħmul mill-injam kif imsemmi fl-Artikolu 96(1), jew l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 99(1);

(e)

l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni msemmi fl-Artikolu 102;

(f)

l-informazzjoni uffiċjali inkluża fiċ-ċertifikat fitosanitarju kif imsemmi fl-Artikolu 71, fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz.

3.   Iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni għandu jikkonforma mad-deskrizzjoni u l-format tal-mudell stabbiliti fil-Parti A għall-Anness VIII.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Parti A tal-Anness VIII biex tadattahom għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rilevanti.

5.   Ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għall-esportazzjoni għandhom jiġu pprovduti permezz ta', jew fi skambju elettroniku b'sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għal kontrolli uffiċjali fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 101

Ċertifikat fitosanitarju għal riesportazzjoni mill-Unjoni

1.   Għar-riesportazzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġina f'pajjiż terz u jkun ġie introdott fit-territorju tal-Unjoni minn dak il-pajjiż terz, jew ieħor, ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni mill-Unjoni (“iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni”), għandu, fejn possibbli, jinħareġ minflok iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni.

Iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti fuq talba tal-operatur professjonist meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

dak l-operatur professjonist ikun reġistrat minn dik l-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 65;

(b)

l-operatur professjonist jkollu taħt il-kontroll tiegħu il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor li għandhom jiġu riesportati;

(c)

ikun żgurat li dik il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor jikkonforma mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat.

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ukoll ċertifikat fitosanitarju għal riesportazzjoni fuq it-talba ta' persuni għajr l-operaturi professjonisti, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tiddelega l-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni lill-ebda persuna oħra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt l-IPPC, u filwaqt li jittieħed kont tal-istandards internazzjonali, iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni għandu jinħareġ fejn l-informazzjoni disponibbli tippermetti li tiġi ċċertifikata konformità mar-rekwiżiti fitosanitarji għall-importazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat u li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

iċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali li jakkumpanja lill-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat mill-pajjiż terz ta' oriġini, jew kopja ċċertifikata tiegħu, tkun mehmuża maċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni;

(b)

il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat ma jkunx tkabbar, ġie prodott jew ipproċessat bl-għan li tinbidillu n-natura tiegħu mill-introduzzjoni tiegħu fit-territorju tal-Unjoni;

(c)

il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat ma jkunx ġie espost għal kwalunkwe riskju ta' infestazzjoni jew kontaminazzjoni ma' pesti ta' kwarantina jew pesti regolati mhux ta' kwarantina, elenkati bħala tali mill-pajjiż terz ta' destinazzjoni, matul il-ħżin fl-Istat Membru li minnu jkunu ser jiġi esportat lejn dak il-pajjiż terz;

(d)

l-identità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernati tkun inżammet.

3.   L-Artikolu 100(2) għandu japplika mutatis mutandis.

4.   Iċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni għandu jikkonforma mad-deskrizzjoni u l-format tal-mudell stabbiliti fil-Parti B għall-Anness VIII.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw il-Parti B tal-Anness VIII biex jadattawh għall-iżvilupp tal-istandards internazzjonali rilevanti.

6.   Ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għar-riesportazzjoni għandhom jiġu aċċettati biss meta jiġu pprovduti permezz ta', jew fi skambju elettroniku b'sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għal kontrolli uffiċjali fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 102

Ċertifikati ta' qabel l-esportazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra msemmija fl-Artikolu 100(1) jiġu esportati u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tkabbru, ġew prodotti, ġew maħżuna jew ġew ipproċessati, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni fitosanitarja meħtieġa bħala l-bażi għall-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni.

2.   L-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-għamla ta' dokument armonizzat (“ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni”), li fih l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li fih il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra jkunu tkabbru, ġew prodotti, ġew maħżuna jew ġew ipproċessati, jiċċertifikaw il-konformità ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra mar-rekwiżiti fitosanitarji speċifiċi li jikkonċernaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

in-nuqqas, jew il-preżenza taħt livell limitu speċifikat, ta' pesti partikolari fil-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra konċernati;

(b)

l-oriġini tal-pjanti, il-prodott mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati f'għalqa, sit ta' produzzjoni, post ta' produzzjoni jew żona speċifika;

(c)

l-istatus tal-pesti fl-għalqa, is-sit ta' produzzjoni, il-post ta' produzzjoni, jew iż-żona ta' oriġini jew il-pajjiż ta' oriġini tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;

(d)

ir-riżultati tal-ispezzjonijiet, it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati;

(e)

il-proċeduri fitosanitarji applikati għall-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati.

3.   Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jinħareġ, fuq talba tal-operatur professjonist, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu tkabbru, ġew prodotti, ġew maħżuna jew ġew ipproċessati, filwaqt li dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu fil-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat.

4.   Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jakkumpanja l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra kkonċernati matul il-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, għajr jekk l-informazzjoni li tinsab fih tiġi skambjata bejn l-Istati Membri kkonċernati permezz ta', jew fi skambju elettroniku b'sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għal kontrolli uffiċjali fil-livell tal-Unjoni.

5.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3, iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni jista' jinħareġ meta l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ħallew il-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat, dment li jkunu twettqu l-ispezzjonijiet u, fejn meħtieġ, it-teħid ta' kampjuni, li jikkonfermaw il-konformità ta' dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti fitosanitarji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 2.

6.   Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jkun fih l-elementi, u għandu jkun fil-format, stabbiliti fil-Parti C tal-Anness VIII.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 105 li jemendaw il-Parti C tal-Anness VIII sabiex din tiġi adattata għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku u ta' standards internazzjonali rilevanti.

7.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

KAPITOLU VII

Miżuri ta' appoġġ mill-Kummissjoni

Artikolu 103

Stabbiliment ta' sistema elettronika ta' notifika

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika għall-preżentazzjoni ta' notifiki mill-Istati Membri.

Dik is-sistema għandha tkun konnessa u kompatibbli ma' sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għal kontrolli uffiċjali fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 104

Punti ta' informazzjoni, format u skadenzi ta' notifiki, u notifiki fil-każ ta' preżenza suspettata ta' pesti

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli speċifiċi li jikkonċernaw il-preżentazzjoni ta' notifiki msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11, l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 18(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 28(7), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(1), l-Artikolu 40(4), l-Artikolu 41(4), l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 53(5), l-Artikolu 54(4), l-Artikolu 62(1), l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 95(5). Dawk ir-regoli għandhom jikkonċernaw wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)

il-punti ta' informazzjoni li għandhom jiġu inklużi f'dawk in-notifiki;

(b)

il-format ta' dawk in-notifiki u l-istruzzjonijiet dwar kif wieħed jimla dak il-format;

(c)

skadenzi għall-preżentazzjoni ta' punti ta' informazzjoni partikolari kif imsemmija fil-punt (a);

(d)

il-każijiet fejn il-preżenza suspettata ta' pest għandha tiġi nnotifikata minħabba l-ħtieġa li tittieħed azzjoni malajr fid-dawl tal-bijoloġija tiegħu u l-possibbiltà ta' tixrid rapidu u mifrux;

(e)

il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità li għandhom jiġu nnotifikati fejn in-nuqqas ta' konformità joħloq riskju għat-tixrid ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni jew pest li jikkwalifika b'mod proviżorju bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 107(2).

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 105

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 19(7), l-Artikolu 21, l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 46(2), l-Artikolu 48(5), l-Artikolu 51, l-Artikolu 65(4), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 83(6), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 98(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 100(4), l-Artikolu101(5) u l-Artikolu 102(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 19(7), l-Artikolu 21, l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 46(2), l-Artikolu 48(5), l-Artikolu 51, l-Artikolu 65(4), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 83(6), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 98(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 100(4), l-Artikolu101(5) u l-Artikolu 102(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skond il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 19(7), l-Artikolu 21, l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38, l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 46(2), l-Artikolu 48(5), l-Artikolu 51, l-Artikolu 65(4), l-Artikolu 71(4), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 83(6), l-Artikolu 87(4), l-Artikolu 89(2), l-Artikolu 96(2), l-Artikolu 98(1), l-Artikolu 99(1), l-Artikolu 100(4), l-Artikolu101(5) u l-Artikolu 102(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 106

Proċedura ta' urġenza

1.   L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2.   Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 105(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 107

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). Dak il-kumitat huwa kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew b'maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 108

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-14 ta' Diċembru 2019 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien ma' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 109

Tħassir

1.   Titħassar id-Direttiva 2000/29/KE, għajr id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Artikolu 1(4);

(b)

il-parti introduttorja u l-punti (g), (i), (j), (k), (l), (m), (n), (p), (q) u (r) tal-Artikolu 2(1);

(c)

Artikolu 11(3);

(d)

Artikolu 12;

(e)

Artikolu 13;

(f)

Artikolu 13a;

(g)

Artikolu 13b;

(h)

Artikolu 13c;

(i)

Artikolu 13d;

(j)

Artikolu 21(1) sa (5);

(k)

Artikolu 27a;

(l)

Anness VIIIa.

2.   Jitħassru d-Direttivi li ġejjin:

(a)

Direttiva 69/464/KEE;

(b)

Direttiva 74/647/KEE;

(c)

Direttiva 93/85/KEE;

(d)

Direttiva 98/57/KE;

(e)

Direttiva 2006/91/KE;

(f)

Direttiva 2007/33/EC.

3.   Ir-referenzi għall-atti mħassra taħt il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness IX.

Artikolu 110

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 228/2013

Fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-finanzjament mill-Unjoni tal-programmi għall-kontroll ta' pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*)

Artikolu 111

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 652/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti;”

(2)

Fl-Artikolu 5(2), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(c)

il-programmi għall-kontroll ta' pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 25;”

(3)

Fl-Artikolu 16(1), il-punti (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

il-miżuri biex jinqered pest minn żona infestata, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 29(1) jew l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**);

(b)

miżuri biex jitrażżan pest ta' prijorità, elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li kontrih ġew adottati miżuri ta' trażżin fl-Unjoni skont l-Artikolu 28(2) ta' dak ir-Regolament, f'żona infestata li minnha ma jistax jinqered il-pest ta' prijorità, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu t-territorju tal-Unjoni kontra tixrid ulterjuri ta' dak il-pest ta' prijorità. Dawk il-miżuri għandhom jikkonċernaw il-qerda ta' dak il-pest miż-żona ta' lqugħ madwar dik iż-żona infestata f'każ li dan jinstab preżenti f'dik iż-żona ta' lqugħ; u

(c)

miżuri ta' prevenzjoni meħuda kontra t-tixrid ta' pest ta' prijorità, elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li ġew adottati miżuri ta' trażżin fl-Unjoni kontrih skont l-Artikolu 28(3) ta' dak ir-Regolament, fejn dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu t-territorju tal-Unjoni kontra tixrid ulterjuri ta' dak il-pest ta' prijorità.

(**)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016., p. 4).”;"

(4)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Kondizzjonijiet

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 16 jistgħu jikkwalifikaw għall-għotjiet dment li jkunu ġew applikati immedjatament u d-dispożizzjonijiet applikabbli stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jkunu ġew imħarsa, u dment li jiġu ssodisfati waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma jikkonċernaw pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, elenkati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 bħala mhux magħrufa li jeżistu fit-territorju tal-Unjoni;

(b)

huma jikkonċernaw pesti, mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, li jkunu soġġetti għal miżura adottata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(c)

huma jikkonċernaw pesti, mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, li jkunu koperti b'miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(d)

huma jikkonċernaw pesti ta' prijorità elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031.

Għal miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031, jew imġarrba wara l-iskadenza ta' dik il-miżura. Għall-miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”

(5)

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 18, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

l-ispejjeż ta' kumpens lis-sidien ikkonċernati għall-valur tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra meqruda li jkunu soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 16, fil-limitu tal-valur tas-suq ta' tali pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kieku ma kinux intlaqtu minn dawk il-miżuri; il-valur tas-salvataġġ, jekk ikun il-każ, għandu jitnaqqas mill-kumpens; u”

(6)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati Membri għall-programmi ta' stħarriġ annwali u pluriennali li jwettqu fir-rigward tal-preżenza tal-pesti (“programmi ta' stħarriġ”), sakemm dawn il-programmi ta' stħarriġ jikkonformaw mill-inqas ma' waħda mit-tliet kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma jikkonċernaw pesti ta' kwarantina fl-Unjoni elenkati skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 bħala mhux magħrufa li jeżistu fit-territorju tal-Unjoni;

(b)

huma jikkonċernaw pesti ta' prijorità elenkati skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031; u

(c)

huma jikkonċernaw pesti mhux elenkati bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jkunu koperti b'miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”

(b)

it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għal miżuri li jissodisfaw il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel paragrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri l-ispejjeż imġarrba wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031.”

(7)

Fl-Artikolu 20 jiddaħħal punt ġdid qabel il-punt (a):

“(-a)

spejjeż għal eżamijiet viżwali;”

(8)

Fl-Artikolu 47, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(2)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull min ikun konxju mill-preżenza ta' pest elenkat fl-Anness I jew l-Anness II jew pest kopert minn miżura skont l-Artikolu 16(2) jew 16(3), jew għandu raġuni li jissuspetta tali preżenza, għandu jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti, u, jekk dan ikun mitlub minn dik l-awtorità kompetenti, għandu jipprovdi l-informazzjoni li tikkonċerna dik il-preżenza li tkun fil-pussess tiegħu. Fejn in-notifika ma tiġix ippreżentata bil-miktub, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistraha b'mod uffiċjali.””

Artikolu 112

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1143/2014

Fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

il-pesti tal-pjanti elenkati skont l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 32(3), jew soġġetti għall-miżuri skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***);

Artikolu 113

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019. Madankollu:

(a)

il-punt 8 tal-Artikolu 111 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017;

(b)

l-Artikolu 100(3) u l-Artikolu 101(4) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

2.   L-atti msemmija fil-punti (a), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 109(2) jitħassru b'effett mill-1 ta' Jannar 2022. F'każ ta' kunflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn l-atti u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jipprevalixxu d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta' Ottubru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. LESAY


(1)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 104.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-18 ta' Lulju 2016 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa taċ-ċereali (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 fuq il-kummerċ ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, ta' l-20.7.2002, p. 33).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar it-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 28).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).

(13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 74/647/KEE tad-9 ta' Diċembru 1974 dwar il-kontroll tad-dudu li jdawwar il-weraq tal-qronfla (ĠU L 352, 28.12.1974, p. 41).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/91/KE tas-7 ta' Novembru 2006 dwar il-kontroll tas-San José Scale (ĠU L 312, 11.11.2006, p. 42).

(17)  Id-Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE tat-8 ta' Diċembru 1969 dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata (ĠU L 323, 24.12.1969, p. 1).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE tal-4 ta' Ottubru 1993 dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta' ċirku tal-patata (ĠU L 259, 18.10.1993, p. 1).

(19)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. (ĠU L 235, 21.8.1998, p. 1).

(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar il-kontroll ta' nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE (ĠU L 156, 16.6.2007, p. 12).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(24)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17).

(26)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(27)  ISO 3166-1:2006, Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-subdiviżjonijiet tagħhom — Parti 1: Kodiċijiet tal-pajjiżi. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, Ġinevra.

(28)  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(31)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


ANNESS I

KRITERJI GĦALL-KWALIFIKA TA' PESTI SKONT IR-RISKJU TAGĦHOM GĦAT-TERRITORJU TAL-UNJONI

TAQSIMA 1

Kriterji biex jiġu identifikati pesti li jikkwalifikaw bħala pesti ta' kwarantina, kif imsemmija fl-Artikolu 3, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7, l-Artikolu 29(2), l-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 49(3)

(1)   Identità tal-pest

L-identità tassonomika tal-pesti għandha tkun definita b'mod ċar jew, alternattivament, il-pest għandu jkun ġie muri li jipproduċi sintomi konsistenti u li jiġu mgħoddija.

L-identità tassonomika tal-pest għandha tiġi definita fil-livell tal-ispeċi jew, alternattivament, f'livell tassonomiku ogħla jew aktar baxx, fejn dan il-livell tassonomiku jkun xjentifikament adegwat ibbażat fuq il-virulenza, il-firxa ospitanti jew il-vettur tar-relazzjonijiet tiegħu.

(2)   Preżenza tal-pest fit-territorju inkwistjoni

Waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti fit-territorju kkonċernat;

(b)

il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti fit-territorju inkwistjoni, ħlief f'parti limitata tiegħu;

(c)

il-pest ma jkunx magħruf li huwa preżenti fit-territorju inkwistjoni, ħlief għal preżenzi skarsi, irregolari, iżolati u mhux frekwenti fih.

Fejn japplikaw il-punti (b) jew (c), il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala li mhuwiex distribwit b'mod mifrux.

(3)   Kapaċità ta' dħul, stabbiliment u tixrid tal-pest fit-territorju inkwistjoni

(a)   Kapaċità ta' dħul

Il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala kapaċi li jidħol fit-territorji inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifrux, fil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti (“parti rilevanti taż-żona f'periklu”), jekk permezz tat-tixrid naturali, jew jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikun assoċjat, fir-rigward tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra li jkunu soġġetti għall-moviment fit-territorju inkwistjoni, ma' dawn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju fejn dawn joriġinaw jew minn fejn ikunu soġġetti għall-moviment lejn it-territorju kkonċernat;

(ii)

dan jibqa' ħaj matul it-trasport jew il-ħażna;

(iii)

dan jista' jiġi trasferit lejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor ospitanti xierqa fit-territorju kkonċernat.

(b)   Kapaċità ta' stabbiliment

Il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala kapaċi li “jistabbilixxi ruħu” fit-territorju inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifrux,fil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ikunu disponibbli ospiti tal-pest u, fejn rilevanti, vetturi għat-trasmissjoni tal-pest;

(ii)

il-fatturi ambjentali deċiżivi jkunu favorevoli għall-pest ikkonċernat u, fejn applikabbli, għall-vettur tiegħu, li jippermettulu li jissoppravivi perjodi ta' stress klimatiku u jlesti ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

(iii)

il-prattiki ta' kultivazzjoni u l-miżuri ta' kontroll applikati f'dan it-territorju jkunu favorevoli;

(iv)

il-metodi ta' sopravivenza, l-istrateġiji riproduttivi, l-adattabbiltà ġenetika tal-pest u d-daqs tal-popolazzjoni viabbli minima jappoġġaw l-istabbiliment tiegħu.

(c)   Kapaċità ta' tixrid

Il-pest għandu jiġi kkunsidrat bħala kapaċi ta' tixrid territorjali fit-territorju inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifrux, fil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, jekk jiġi ssodisfat wieħed jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-ambjent ikun xieraq għat-tixrid naturali tal-pest;

(ii)

l-ostakli għat-tixrid naturali tal-pest ma jkunux biżżejjed;

(iii)

il-prodotti bażiċi jew il-mezzi tal-ġarr jippermettu l-moviment tal-pest;

(iv)

l-ospitanti u, fejn rilevanti, il-vetturi tal-pest ikunu preżenti;

(v)

il-prattiki ta' kultivazzjoni u l-miżuri ta' kontroll applikati f'dak it-territorju jkunu favorevoli; jew

(vi)

l-għedewwa u l-antagonisti naturali tal-pest ma jkunux preżenti jew ma jkunux kapaċi biżżejjed biex joħonqu l-pest.

(4)   Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali

Id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tal-pest fit-territorju inkwistjoni, jew, jekk preżenti iżda ma jkunx distribwit b'mod mifruxfil-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx preżenti, għandu jkollhom impatti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli għal dak it-territorju, jew il-parti ta' dak it-territorju fejn ma jkunx distribwit b'mod mifrux, fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:

(a)

it-telf tal-għelejjel tar-raba' f'termini ta' rendiment u kwalità;

(b)

l-ispejjeż tal-miżuri ta' kontroll;

(c)

l-ispejjeż ta' tħawwil mill-ġdid u/jew it-telf minħabba l-ħtieġa ta' tkabbir ta' pjanti ta' sostituzzjoni;

(d)

l-effetti fuq il-prattiki ta' produzzjoni eżistenti;

(e)

l-effetti fuq is-siġar tat-toroq, il-parks u ż-żoni naturali u mħawla;

(f)

l-effetti fuq il-pjanti indiġeni, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi;

(g)

l-effetti fuq l-istabbiliment, it-tixrid u l-impatt ta' pesti oħra, pereżempju minħabba l-kapaċità tal-pest ikkonċernat biex jaġixxi bħala vettur għal pesti oħra;

(h)

il-bidliet għall-ispejjeż tal-produtturi jew id-domanda tal-input, inklużi l-ispejjeż tal-kontroll u l-ispejjeż tal-qerda u t-trażżin;

(i)

l-effetti fuq il-profitti tal-produtturi li jirriżultaw minn bidliet fil-kwalità, l-ispejjeż tal-produzzjoni, ir-rendiment jew il-livelli tal-prezzijiet;

(j)

il-bidliet fid-domanda tal-konsumaturi domestiċi jew barranin għal prodott li jirriżultaw minn bidliet fil-kwalità;

(k)

l-effetti fuq is-swieq domestiċi u tal-esportazzjoni u l-prezzijiet imħallsa, inklużi l-effetti għall-aċċess tas-suq tal-esportazzjoni u l-probabbiltà ta' restrizzjonijiet fitosanitarji imposti mis-sħab kummerċjali;

(l)

ir-riżorsi meħtieġa għal aktar riċerka u pariri;

(m)

l-effetti ambjentali u oħrajn mhux mixtieqa tal-miżuri ta' kontroll;

(n)

l-effetti fuq Natura 2000 jew żoni oħra protetti;

(o)

il-bidliet fil-proċessi ekoloġiċi u l-istruttura, l-istabbiltà jew il-proċessi ta' ekosistema, inkluż aktar effetti fuq speċijiet tal-pjanti, l-erożjoni, il-bidliet fis-superfiċje tal-ilma ta' taħt l-art, il-periklu ta' nirien, iċ-ċikli tan-nutrijenti;

(p)

l-ispejjeż tar-restawr ambjentali u l-miżuri ta' prevenzjoni;

(q)

l-effetti fuq is-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel;

(r)

l-effetti fuq l-impjiegi; jew

(s)

l-effetti fuq il-kwalità tal-ilma, ir-rikreazzjoni, it-turiżmu, il-wirt tal-pajsaġġ, ir-rigħi tal-annimali, il-kaċċa, is-sajd;.

TAQSIMA 2

Kriterji biex jiġu identifikati l-pesti ta' kwarantina fl-unjoni li jikkwalifikaw bħala pesti ta' prijorità kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) U (2)

Il-pesti ta' kwarantina fl-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jkollhom l-impatti ekonomiċi, soċjali jew ambjentali l-aktar severi fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni jekk id-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tagħhom jissodisfaw wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:

(a)

Impatti ekonomiċi: il-pest ikollu l-potenzjal li jikkawża telfiet kbar ħafna f'termini tal-effetti diretti u indiretti msemmija fil-punt (4) tat-Taqsima 1 għal pjanti b'valur ekonomiku sinifikanti fit-territorju tal-Unjoni.

Il-pjanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu siġar li ma jkunux fi produzzjoni.

(b)

Impatti soċjali: il-pest ikollu l-potenzjal li jikkawża wieħed jew aktar mill-effetti li ġejjin:

(i)

tnaqqis sinifikanti ta' impjiegi fis-setturi kkonċernati tal-agrikoltura, l-ortikoltura jew il-forestrija jew industriji relatati ma' dawk is-setturi, inklużi t-turiżmu u r-rekreazzjoni;

(ii)

riskji sinifikanti għas-sigurtà tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel; jew

(iii)

l-għajbien ta', jew il-ħsara fuq skala kbira fit-tul lil, speċijiet importanti tas-siġar li jikbru jew jiġu kkultivati fit-territorju tal-Unjoni jew speċijiet tas-siġar ta' importanza kbira f'termini ta' pajsaġġ kif ukoll bħala patrimonju kulturali jew storiku għall-Unjoni.

(c)

Impatti ambjentali: il-pest ikollu l-potenzjal li jikkawża wieħed jew aktar mill-effetti li ġejjin:

(i)

effetti sinifikanti fuq is-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti fuq l-ispeċijiet u l-habitat elenkati taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (1) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(ii)

żidiet sinifikanti u fit-tul tal-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fuq il-pjanti kkonċernati;

(iii)

l-għajbien ta', jew il-ħsara fuq skala kbira fit-tul lil, speċijiet importanti ta' siġar li jikbru jew jiġu kkultivati fit-territorju tal-Unjoni jew speċijiet ta' siġar ta' importanza kbira f'termini ta' pajsaġġ kif ukoll bħala patrimonju kulturali jew storiku għall-Unjoni.

TAQSIMA 3

Kriterji għal valutazzjoni preliminari biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jeħtieġu miżuri temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 30(1)

Subtaqsima 1

Kriterji għal valutazzjoni preliminari biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pesti ta' kwarantina fl-Unjoni li jeħtieġu miżuri temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 29(1)

(1)   Identità tal-pest

Il-pest għandu jissodisfa l-kriterju definit fil-punt (1) tat-Taqsima 1.

(2)   Preżenza tal-pest fit-territorju tal-Istat Membru

Il-pest ma jkunx diġà magħruf li huwa preżenti fit-territorju ta' Stat Membru. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lil dak l-Istat Membru, il-pest ma jkunx diġà magħruf ukoll li huwa preżenti fit-territorju tal-Unjoni, jew jiġi kkunsidrat bħala li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2)(b) jew (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.

(3)   Probabbiltà ta' stabbiliment u tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni, jew il-parti(jiet) speċifika/ċi tat-territorju tal-Unjoni fejn ma jkunx preżenti

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru, il-pest jissodisfa l-kriterji definiti fil-punti (3)(b) u (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward tat-territorju tiegħu u, sa fejn ikun possibbli għall-Istat Membru biex jivvaluta dan, it-territorju tal-Unjoni.

(4)   Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-pest

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Istat Membru, il-pest ikollu impatti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli fir-rigward tat-territorju tiegħu u, sa fejn ikun possibbli għall-Istat Membru biex jivvaluta dan, it-territorju tal-Unjoni, jekk dan jiġi stabbilit u jinxtered f'dak it-territorju.

Dawk l-impatti għandhom jinkludu mill-inqas wieħed jew aktar mill-effetti diretti elenkati skont il-punt (4)(a) sa (g) tat-Taqsima 1.

Subtaqsima 2

Kriterji għal valutazzjoni preliminari biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw proviżorjament bħala pest ta' kwarantina fl-Unjoni li jeħtieġu miżuri temporanji kif imsemmi fl-Artikolu 30(1)

(1)   Identità tal-pest

Il-pest għandu jissodisfa l-kriterju definit fil-punt (1) tat-Taqsima 1.

(2)   Preżenza tal-pest fit-territorju tal-Unjoni

Il-pest ma jkunx diġà magħruf li huwa preżenti fit-territorju tal-Unjoni jew jiġi kkunsidrat bħala li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2)(b) jew (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni.

(3)   Probabbiltà ta' stabbiliment u tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni, jew il-parti(jiet) speċifika/ċi tat-territorju tal-Unjoni fejn ma jkunx preżenti

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Unjoni, il-pest jissodisfa l-kriterji definiti fil-punti (3)(b) u (c) tat-Taqsima 1 fir-rigward it-territorju tal-Unjoni.

(4)   Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-pest

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-Unjoni, il-pest ikollu impatti ekonomiċi, soċjali u/jew ambjentali inaċċettabbli fir-rigward tat-territorju tal-Unjoni, jekk dan jiġi stabbilit u jinxtered f'dak it-territorju.

Dawk l-impatti għandhom jinkludu mill-inqas wieħed jew aktar mill-effetti diretti elenkati skont il-punt (4)(a) sa (g) tat-Taqsima 1.

TAQSIMA 4

Kriterji biex jiġu identifikati l-pesti li jikkwalifikaw bħala pest regolat mhux ta' kwarantina fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 36 u 38

(1)   Identità tal-pest

Il-pest għandu jissodisfa l-kriterju definit fil-punt (1) tat-Taqsima 1.

(2)   Probabbiltà ta' tixrid tal-pest fit-territorju tal-Unjoni

It-trasmissjoni tal-pest għandu jiġi vvalutat li jseħħ primarjament permezz ta' pjanti speċifiċi għat-tħawwil, pjuttost milli permezz ta' tixrid naturali jew permezz ta' moviment ta' prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra.

Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi, kif xieraq, l-aspetti li ġejjin:

(a)

l-għadd ta' ċikli tal-ħajja tal-pest fuq l-ospitanti kkonċernati;

(b)

il-bijoloġija, l-epidemjoloġija u s-sopravivenza tal-pest;

(c)

il-mogħdijiet naturali, dawk assistiti mill-bniedem jew oħrajn għat-trasmissjoni tal-pest għall-ospitant ikkonċernat u l-effiċjenza tal-mogħdijiet, inklużi l-mekkaniżmi ta' tixrid u r-rata ta' tixrid;

(d)

infestazzjoni u t-trasmissjoni sussegwenti tal-pest mill-ospitant ikkonċernat għal pjanti oħra u viċi versa;

(e)

il-fatturi klimatoloġiċi;

(f)

il-prattiki kulturali qabel u wara l-ħsad;

(g)

it-tipi ta' ħamrija;

(h)

is-suxxettibbiltà tal-ospitant ikkonċernat u l-istadji rilevanti tal-pjanti ospitanti;

(i)

il-preżenza ta' vetturi għall-pest;

(j)

il-preżenza ta' għedewwa u antagonisti naturali tal-pest;

(k)

il-preżenza ta' ospitanti oħra suxxettibbli għall-pest;

(l)

il-prevalenza tal-pest fit-territorju tal-Unjoni;

(m)

l-użu maħsub tal-pjanti.

(3)   Impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali potenzjali tal-pest

L-infestazzjoni tal-pjanti għat-tħawwil imsemmija fil-punt (2) bil-pest għandhom ikollhom impatt ekonomiku inaċċettabbli fuq l-użu maħsub ta' dawn il-pjanti fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-punti li ġejjin:

(a)

it-telf tal-għelejjel tar-raba' f'termini ta' rendiment u kwalità;

(b)

l-ispejjeż żejda tal-miżuri ta' kontroll;

(c)

l-ispejjeż żejda tal-ħsad u l-klassifikazzjoni;

(d)

l-ispejjeż tat-tħawwil mill-ġdid;

(e)

telfiet minħabba l-ħtieġa li jiġu mkabbra pjanti ta' sostituzzjoni;

(f)

l-effetti fuq il-prattiki ta' produzzjoni eżistenti;

(g)

l-effetti fuq pjanti ospitanti oħrajn fil-post tal-produzzjoni;

(h)

l-effetti fuq l-istabbiliment, it-tixrid u l-impatt ta' pesti oħra, minħabba l-kapaċità tal-pest ikkonċernat biex jaġixxi bħala vettur għal dawn il-pesti l-oħra;

(i)

l-effetti għall-ispejjeż tal-produtturi jew id-domanda tal-input, inklużi l-ispejjeż tal-kontroll u l-ispejjeż tal-qerda u t-trażżin;

(j)

l-effetti fuq il-profitti tal-produtturi li jirriżultaw minn bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni, fir-rendiment jew fil-livelli tal-prezzijiet;

(k)

il-bidliet fid-domanda tal-konsumaturi domestiċi jew barranin għal prodott li jirriżultaw minn bidliet fil-kwalità;

(l)

l-effetti fuq swieq domestiċi u tal-esportazzjoni u l-prezzijiet imħallsa; jew

(m)

l-effetti fuq l-impjiegi.


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(2)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).


ANNESS II

MIŻURI U PRINĊIPJI GĦALL-ĠESTJONI TAR-RISKJI TA' PESTI

TAQSIMA 1

Miżuri għall-ġestjoni tar-riskji ta' pesti ta' kwarantina kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), l-Artikolu 21, l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28(4) u (6), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(5) u (7), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 46(3), l-Artikolu 53(3), l-Artikolu 54(3) u l-Artikolu 75(2)

Il-ġestjoni tar-riskji ta' pesti ta' kwarantina għandha tikkonsisti minn waħda jew aktar, kif ikun xieraq, mill-miżuri li ġejjin:

(1)

Miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni u l-eliminazzjoni ta' infestazzjoni ta' pjanti kkultivati u selvaġġi

(a)

Restrizzjonijiet rigward l-identità, in-natura, l-oriġini, ir-razza, il-provenjenza u l-istorja tal-produzzjoni tal-pjanti kkultivati.

(b)

Restrizzjonijiet tal-kultivazzjoni, il-ħsad u l-użu tal-pjanti.

(c)

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' prodotti mill-pjanti, il-bini, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta' tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju, it-tagħmir u oġġetti oħra.

(d)

Sorveljanza, eżami viżwali, it-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar fil-laboratorju tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti, il-bini, l-art, l-ilma, il-ħamrija, il-mezzi ta' tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju, it-tagħmir u oġġetti oħra għall-preżenza ta' pesti ta' kwarantina.

(e)

Sorveljanza għall-falliment jew il-bidla fl-effettività ta' speċi ta' pjanta jew varjetà ta' pjanta reżistenti li jkollha x'taqsam ma' bidla fil-kompożizzjoni tal-pest ta' kwarantina jew il-bijotip, patotip, ir-razza jew il-grupp tal-virulenza tiegħu.

(f)

Trattament fiżiku, kimiku u bijoloġiku ta' pjanti, prodotti mill-pjanti, bini, art, ilma, ħamrija, mezzi ta' tkabbir, faċilitajiet, makkinarju, tagħmir u oġġetti oħra, infestati jew potenzjalment infestati minn pesti ta' kwarantina.

(g)

Il-qerda tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, infestati jew potenzjalment infestati minn pesti ta' kwarantina jew għal finijiet ta' prevenzjoni.

(h)

Obbligi tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tad-data, il-komunikazzjoni u tar-rappurtar.

(i)

Reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti kkonċernati.

Għall-finijiet tal-punt (b), dawn il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti rigward l-ittestjar ta' speċi ta' pjanti u varjetajiet ta' pjanti għal reżistenza għall-pest ta' kwarantina kkonċernat u l-elenkar tal-ispeċi ta' pjanti u l-varjetajiet ta' pjanti li jkunu nstabu reżistenti għall-pest ta' kwarantina kkonċernat.

Għall-finijiet tal-punt (f), dawn il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti fir-rigward ta':

(i)

ir-reġistrazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni uffiċjali tal-operaturi professjonisti li japplikaw it-trattament ikkonċernat;

(ii)

il-ħruġ ta' ċertifikat fitosanitarju, passaport tal-pjanti, tikketta jew attestazzjoni uffiċjali oħra għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra ttrattati u t-tqegħid tal-marka msemmija fl-Artikolu 96(1) wara l-applikazzjoni tat-trattament ikkonċernat.

(2)

Miżuri mmirati lejn kunsinni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra

(a)

Restrizzjonijiet fuq l-identità, in-natura, l-oriġini, il-provenjenza, ir-razza, il-metodu ta' produzzjoni, l-istorja tal-produzzjoni u t-traċċabbiltà tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.

(b)

Restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni, il-moviment, l-użu, it-trattament, l-ipproċessar, l-imballaġġ, il-ħażna, id-distribuzzjoni u d-destinazzjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.

(c)

Sorveljanza, eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni, l-ittestjar fil-laboratorju tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra għall-preżenza ta' pesti tal-kwarantina, inkluż billi jkunu soġġetti għal proċeduri tal-kwarantina u spezzjonijiet qabel l-esportazzjoni f'pajjiżi terzi.

(d)

Trattament fiżiku, kimiku u bijoloġiku u, fejn xieraq, il-qerda tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, infestati jew potenzjalment infestati minn pesti ta' kwarantina.

(e)

Obbligi tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tad-data, il-komunikazzjoni u tar-rappurtar.

(f)

Reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti kkonċernati.

Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d), dawn il-miżuri jistgħu jinkludu rekwiżiti fir-rigward ta':

(i)

il-ħruġ ta' ċertifikat fitosanitarju, passaport tal-pjanti, tikketta jew attestazzjoni uffiċjali oħra, inkluż it-tqegħid tal-marka msemmija fl-Artikolu 96(1) biex tiġi kkonfermata l-konformità mal-punti (a) sa (d);

(ii)

ir-reġistrazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni uffiċjali tal-operaturi professjonisti li japplikaw it-trattament imsemmi fil-punt (d).

(3)

Miżuri mmirati lejn il-mogħdijiet għall-pesti ta' kwarantina, ħlief kunsinni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra

(a)

Restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni u l-moviment ta' pesti ta' kwarantina bħala prodott bażiku.

(b)

Sorveljanza, eżami viżwali, teħid ta' kampjuni u testijiet tal-laboratorju u fejn xieraq il-qerda ta' pesti ta' kwarantina bħala prodotti bażiċi.

(c)

Restrizzjonijiet fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jinġarru minn vjaġġaturi.

(d)

Sorveljanza, eżami viżwali, it-teħid ta' kampjuni u t-testijiet tal-laboratorju u fejn xieraq, it-trattament jew il-qerda ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jinġarru minn vjaġġaturi.

(e)

Restrizzjonijiet fuq vetturi, l-imballaġġ u oġġetti oħra użati fit-trasport tal-prodotti bażiċi.

(f)

Sorveljanza, eżami viżwali, teħid ta' kampjuni u testijiet tal-laboratorju u fejn xieraq it-trattament jew il-qerda ta' vetturi, l-imballaġġ u oġġetti oħra użati fit-trasport tal-prodotti bażiċi.

(g)

Obbligi tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tad-data, il-komunikazzjoni u tar-rappurtar.

(h)

Reġistrazzjoni ta' operaturi professjonisti kkonċernati.

TAQSIMA 2

Prinċipji għall-ġestjoni tar-riskji ta' pesti kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 21, l-Artikolu 28(4) u (6), l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 30(5) u (7), l-Artikolu 31(1), l-Artikolu 37(4) u (8), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 46(3), l-Artikolu 49(2) u (4), l-Artikolu 53(3), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 72(3), l-Artikolu 74(3), l-Artikolu 75(2), l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 80(3)

Il-ġestjoni tar-riskji ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni, il-pest ta' kwarantina f'żona protetta u l-pesti regolati mhux ta' kwarantina fl-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

(1)

Neċessità

Il-miżuri għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom jiġu applikati biss fejn tali miżuri jkunu meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta' dak il-pest.

(2)

Proporzjonalità

Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju maħluq mill-pest ikkonċernat u l-livell ta' protezzjoni li jkun meħtieġ.

(3)

Impatt minimu

Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom jirrappreżentaw il-miżuri l-inqas restrittivi disponibbli, u jirriżultaw fl-impediment minimu għall-moviment internazzjonali ta' nies, prodotti bażiċi u mezzi tal-ġarr.

(4)

Nondiskriminazzjoni

Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest ma għandhomx jiġu applikati b'tali mod li jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata jew restrizzjoni moħbija, b'mod partikolari fuq il-kummerċ internazzjonali. Huma ma għandhomx ikunu aktar stretti għall-pajjiżi terzi minn miżuri applikati għal dan l-istess pest jekk preżenti fit-territorju tal-Unjoni, jekk il-pajjiżi terzi jistgħu juru li għandhom l-istess status fitosanitarju u japplikaw miżuri fitosanitarji identiċi jew ekwivalenti.

(5)

Ġustifikazzjoni teknika

Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom ikunu teknikament ġustifikati fuq il-bażi ta' konklużjonijiet milħuqa bl-użu ta' analiżi tar-riskju xierqa jew, fejn applikabbli, eżaminazzjoni u evalwazzjoni komparabbli oħra ta' informazzjoni xjentifika disponibbli. Dawn il-miżuri għandhom jirriflettu, u, fejn xieraq, ikunu mmodifikati jew jitneħħew biex jirriflettu analiżi tar-riskju ġdida jew aġġornata jew informazzjoni xjentifika rilevanti.

(6)

Fattibbiltà

Il-miżuri meħuda għall-ġestjoni tar-riskju ta' pest għandhom ikunu tali li jippermettu li l-objettiv ta' dawn il-miżuri x'aktarx jinkiseb.


ANNESS III

KRITERJI BIEX JIĠU VVALUTATI PJANTI, PRODOTTI MILL-PJANTI JEW OĠĠETTI OĦRA TA' RISKJU GĦOLI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 42

Il-kriterji li għandu jittieħed kont tagħhom għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 42, huma dawn li ġejjin:

(1)

fir-rigward tal-pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ:

(a)

huma s-soltu jiġu introdotti fl-Unjoni fl-għamla ta' arbuxell jew siġra jew ikunu preżenti fit-territorju tal-Unjoni f'tali għamla jew ikunu tassonomikament relatati ma' tali pjanti;

(b)

huma jinġabru fis-selvaġġ jew jiġu mkabbra minn pjanti miġbura fis-selvaġġ;

(c)

huma jiġu mkabbra barra jew jiġu mkabbra minn pjanti mkabbra barra fil-pajjiżi terzi, il-grupp ta' pajjiżi terzi jew iż-żoni speċifiċi ta' pajjiżi terzi kkonċernati;

(d)

huma jkunu magħrufa li jospitaw pesti ospitati komunement magħrufa li għandhom impatt kbir ħafna għall-ispeċijiet ta' pjanti li jkunu ta' importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali kbira ħafna għat-territorju tal-Unjoni;

(e)

huma jkunu magħrufa bħala li jospitaw komunement pesti mingħajr sinjali u sintomi ta' dawk il-pesti, jew b'perijodu fejn l-espressjoni ta' dawk is-sinjali jew is-sintomi tkun moħbija, li jimplika li l-preżenza ta' pesti x'aktarx li ma tidhirx matul l-ispezzjonijiet mal-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni; jew

(f)

huma jkunu pjanti perenni nnegozjati komunement bħala pjanti qodma;

(2)

fir-rigward ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra oħrajn:

(a)

huma jkunu magħrufa li jospitaw u jipprovdu mogħdija sinifikanti għal pesti ospitati komunement magħrufa li għandhom impatt kbir ħafna fuq l-ispeċijiet ta' pjanti li jkunu ta' importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali kbira ħafna għat-territorju tal-Unjoni;

(b)

huma jkunu magħrufa li jospitaw komunement u jipprovdu mogħdija sinifikanti għal pesti mingħajr sinjali u sintomi ta' dawk il-pesti, jew b'perijodu fejn l-espressjoni ta' dawk is-sinjali jew is-sintomi tkun moħbija, li jimplika li l-preżenza ta' pesti x'aktarx li ma tidhirx matul l-ispezzjonijiet mal-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni.


ANNESS IV

ELEMENTI BIEX JIĠU IDENTIFIKATI PJANTI JEW PRODOTTI MILL-PJANTI LI X'AKTARX JOĦOLQU RISKJI TA' PESTI LI GĦADHOM KEMM ĠEW IDENTIFIKATI JEW RISKJI FITOSANITARJI SUSPETTATI OĦRA GĦAT-TERRITORJU TAL-UNJONI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 49

Il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti minn pajjiżi terzi għandhom jiġu kkunsidrati bħala li x'aktarx joħolqu riskji ta' pesti għat-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 49(1), fejn dawk il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti jissodisfaw mill-inqas tlieta mill-kondizzjonijiet li ġejjin, inkluż mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet previsti fil-punti (1)(a), (b) u (c):

(1)

Il-karatteristiċi tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti:

(a)

huma jappartjenu għal, jew jiġu prodotti minn, ġeneru jew familja ta' pjanti magħrufa li tospita komunement pesti regolati bħala pesti ta' kwarantina fit-territorju tal-Unjoni jew f'pajjiżi terzi;

(b)

huma jappartjenu għal, jew jiġu prodotti minn, ġeneru jew familja ta' pjanta magħrufa li tospita pesti ospitati komunement magħrufa li jkollha impatt kbir ħafna fuq l-ispeċijiet ta' pjanti mkabbra fit-territorju tal-Unjoni li jkollhom importanza ekonomika, soċjali jew ambjentali maġġuri għat-territorju tal-Unjoni;

(c)

huma jappartjenu għal, jew jiġu prodotti minn, ġeneru jew familja ta' pjanta magħrufa li tospita komunement pesti mingħajr sinjali u sintomi ta' dawk il-pesti, jew b'perijodu fejn l-espressjoni ta' dawk is-sinjali jew is-sintomi tkun moħbija għal mill-inqas tliet xhur, li jimplika li l-preżenza ta' pesti fuq dawk il-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti x'aktarx li ma tidhirx matul il-kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, mingħajr rikors għat-teħid ta' kampjuni u ttestjar jew il-preżentazzjoni għall-proċeduri tal-kwarantina;

(d)

huma jiġu mkabbra barra jew imkabbra minn pjanti mkabbra barra fil-pajjiż terz ta' oriġini;

(e)

huma ma jkunux kunsinnati f'kontejners jew imballaġġ magħluqa, jew meta ttrasportati b'tali mod, il-vjeġġi minħabba d-daqs tagħhom ma jkunux jistgħu jinfetħu f'bini magħluq għal finijiet ta' kontrolli uffiċjali waqt l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

L-oriġini tal-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti:

(a)

huma joriġinaw minn, jew jiċċaqalqu minn, pajjiż terz li jkun is-sors ta' notifiki ripetittivi ta' interċettazzjoni ta' pesti ta' kwarantina mhux elenkati skont l-Artikolu 5(2);

(b)

huma joriġinaw minn, jew ikunu soġġetti għal moviment minn, pajjiż terz li ma jkunx parti kontraenti għall-IPPC.


ANNESS V

KONTENUT TA' ĊERTIFIKATI FITOSANITARJI GĦALL-INTRODUZZJONI FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI

PARTI A

Ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 76(1)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 76(1)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

KRITERJI BIEX JIĠU IDENTIFIKATI L-PJANTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 73, LI MA JKUNUX JEĦTIEĠU ĊERTIFIKAT FITOSANITARJU

Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 73 għandha tieħu kont tal-kriterji li ġejjin:

(1)

il-pjanti ma jospitawx pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30, jew pesti ospitati komunement li jista' jkollhom impatt fuq speċijiet ta' pjanti mkabbra fl-Unjoni;

(2)

il-pjanti jkollhom storja ta' konformità mar-rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni rilevanti għall-pajjiż terz jew il-pajjiżi ta' oriġini;

(3)

l-ebda indikazzjoni ta' tifqigħa(t) ma tkun marbuta mal-introduzzjoni tal-pjanti kkonċernati minn wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi, u dawk il-pjanti ma jkunux ġew soġġetti għall-interċezzjonijiet ripetittivi ta' pesti ta' kwarantina fl-Unjoni jew pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30 meta jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni.


ANNESS VII

PASSAPORTI TAL-PJANTI

PARTI A

Passaporti tal-pjanti għal moviment fit-territorju tal-Unjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(2)

(1)

Il-passaport tal-pjanti għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kliem “Passaport tal-Pjanti” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tiegħu, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;

(b)

il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tiegħu, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed;

(c)

l-ittra “A.”, segwita mill-isem botaniku tal-ispeċijiet tal-pjanta jew l-unità tassonomika kkonċernata, fil-każ ta' pjanti u prodotti mill-pjanti, jew, fejn xieraq, l-isem tal-oġġett ikkonċernat, u, b'mod fakultattiv. l-isem tal-varjetà;

(d)

l-ittra “B.”, segwita minn sussegwentement il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih l-operatur professjonist li joħroġ il-passaport tal-pjanti huwa rreġistrat, sing u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur professjonist ikkonċernat li joħroġ il-passaport tal-pjanti jew li għalih il-passaport tal-pjanti jinħareġ mill-awtorità kompetenti;

(e)

l-ittra “C.”, segwita mill-kodiċi ta' traċċabilità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat;

(f)

l-ittra “D.”, fejn applikabbli segwita minn:

(i)

l-isem tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew

(ii)

kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-Istat Membru ta' oriġini.

(2)

Il-kodiċi ta' traċċabilità imsemmi fil-punt (1)(e) jista' jiġi ssupplimentat ukoll b'referenza għal barcode, ologramma, ċippa jew mezz ieħor li jġorr id-data uniku traċċabbli, preżenti fl-unità tan-negozjar.

PARTI B

Passaporti tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żoni protetti kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(2)

(1)

Il-passaport tal-pjanti għall-moviment lejn u fi ħdan żoni protetti għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kliem “Passaport tal-Pjanti — PP” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tiegħu, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;

(b)

immedjatament taħt dawk il-kliem, l-isem/ismijiet xjentifiku/ċi jew il-kodiċi(jiet) tal-pest(i) rispettiv(i) ta' kwarantina f'żona protetta, kif imsemmi fl-Artikolu 32(3);

(c)

il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tiegħu, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed;

(d)

l-ittra “A.”, segwita mill-isem botaniku tal-ispeċijiet tal-pjanti jew l-unità tassonomika kkonċernata, fil-każ ta' pjanti u prodotti mill-pjanti, jew, fejn xieraq, l-isem tal-oġġett ikkonċernat u, b'mod fakultattiv, l-isem tal-varjetà;

(e)

l-ittra “B.”, segwita minn sussegwentement il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih l-operatur professjonist li joħroġ il-passaport tal-pjanti huwa rreġistrat, sing u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-operatur professjonist ikkonċernat li joħroġ il-passaport tal-pjanti jew li għalih il-passaport tal-pjanti jinħareġ mill-awtorità kompetenti;

(f)

l-ittra “C.”, segwita mill-kodiċi ta' traċċabilità tal-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor ikkonċernat;

(g)

l-ittra “D.”, fejn xieraq segwita minn:

(i)

l-isem tal-pajjiż terz ta' oriġini, jew

(ii)

kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-Istat Membru ta' oriġini u, fil-każ ta' sostituzzjoni tal-passaport tal-pjanti, in-numru ta' reġistrazzjoni tal-operatur professjonist ikkonċernat li ħareġ il-passaport tal-pjanti inizjali jew li għalih il-passaport tal-pjanti nħareġ mill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 93 (1) u (2).

(2)

Il-kodiċi ta' traċċabilità msemmi fil-punt (1)(f) jista' jiġi ssupplimentat ukoll b'referenza għal barcode, ologramma, ċippa jew mezz ieħor li jġorr id-data uniku traċċabbli, preżenti fl-unità tan-negozjar.

PARTI C

Passaporti tal-pjanti għal moviment fit-territorju tal-Unjoni, flimkien ma' tikketta ta' ċertifikazzjoni, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 83(5)

(1)

Il-passaport tal-pjanti għal moviment fit-territorju tal-Unjoni, f'tikketta konġunta flimkien mat-tikketta uffiċjali għal żrieragħ jew materjal ieħor ta' propagazzjoni msemmi fl-Artikoli 10(1) tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 66/402/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 68/193/KEE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/54/KE, l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/56/KE, u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2002/57/KE, u t-tikketta għal materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/90/KE, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kliem “Passaport tal-Pjanti” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tat-tikketta konġunta, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;

(b)

il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tat-tikketta konġunta stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed;

Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq, u jkollu l-istess wisa', bħat-tikketta uffiċjali.

(2)

Il-punt (2) tal-Parti A għandu japplika kif meħtieġ.

PARTI D

Passaporti tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żoni protetti, flimkien ma' tikketta ta' ċertifikazzjoni, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(5)

(1)

Il-passaport tal-pjanti għal moviment lejn u fi ħdan żoni protetti, f'tikketta konġunta flimkien mat-tikketta uffiċjali għal żrieragħ jew materjal ieħor ta' propagazzjoni msemmi fl-Artikoli 10(1) tad-Direttiva 66/401/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 66/402/KEE, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 68/193/KEE, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/54/KE, l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2002/55/KE, l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/56/KE, u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2002/57/KE, u t-tikketta għal materjal prebażiku, bażiku jew iċċertifikat kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/90/KE, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kliem “Passaport tal-Pjanti — PP” fir-rokna tal-lemin ta' fuq tat-tikketta konġunta f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u bl-Ingliż, jekk differenti, separati minn linja mmejla;

(b)

immedjatament taħt dawn il-kliem, l-isem/ismijiet jew kodiċi(jiet) xjentifiku/ċi tal-pest(i) ta' kwarantina f'żona protetta kkonċernat(i);

(c)

il-bandiera tal-Unjoni fir-rokna tax-xellug ta' fuq tat-tikketta konġunta stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed.

Il-passaport tal-pjanti għandu jitqiegħed fit-tikketta konġunta immedjatament fuq, u jkollu l-istess wisa' bħat-tikketta uffiċjali jew, fejn japplika, bħal dak iċ-ċertifikat ewlieni.

(2)

Il-punt (2) tal-Parti B għandu japplika kif meħtieġ.


ANNESS VIII

KONTENUT TAĊ-ĊERTIFIKATI FITOSANITARJI GĦALL-ESPORTAZZJONI IR-RIESPORTAZZJONI U QABEL L-ESPORTAZZJONI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 100(3), L-ARTIKOLU 101(4) U FL-ARTIKOLU 102(6)

PARTI A

Ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 100(3)

1.

Iċ-ċertifikat fitosanitarju għall-moviment 'il barra mit-territorju tal-Unjoni, għall-fini ta' esportazzjoni lejn pajjiż terz, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kliem “Ċertifikat fitosanitarju”, segwiti minn sussegwentement:

(i)

l-ittri “UE”;

(ii)

il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih ikun irreġistrat l-operatur professjonist li jitlob il-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni;

(iii)

linja mmejla;

(iv)

kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għaċ-ċertifikat, li jikkonsisti minn numri jew kombinazzjoni ta' ittri u numri, l-ittri li jirrappreżentaw, kif applikabbli, il-provinċja u d-distrett tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifikat;

(b)

il-kliem “Isem u indirizz tal-esportatur”, segwiti bl-isem u l-indirizz tal-operatur reġistrat, jew persuna privata, li titlob il-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni;

(c)

il-kliem “Isem u indirizz tad-destinatarju iddikjarati”, segwiti bl-isem u l-indirizz tad-destinatarju ddikjarati;

(d)

il-kliem “L-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti ta'”, segwiti bl-isem tal-Istat Membru li l-organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-pjanti tiegħu toħroġ iċ-ċertifikat, u sussegwentement il-kliem “lill-Organizzazzjoni(jiet) għall-Protezzjoni tal-Pjanti ta'”, segwiti mill-isem jew, kif applikabbli, l-ismijiet, tal-pajjiż jew, kif applikabbli, il-pajjiżi ta' destinazzjoni;

(e)

il-kliem “Post ta' oriġini”, segwiti mill-post jew il-postijiet ta' oriġini tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra inklużi fil-kunsinna li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat. Fil-każijiet kollha, għandu jiġi ddikjarat l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi ta' oriġini;

(f)

kaxxa bla numru, riżervata għal-logo tal-UE. B'mod fakultattiv, jistgħu jiżdiedu logos uffiċjali oħra;

(g)

il-kliem “Mezzi ta' ġarr iddikjarati”, segwiti mill-mezzi ta' ġarr iddikjarati ta' dik il-kunsinna;

(h)

il-kliem “Punt ta' dħul iddikjarat”, segwiti mill-punt ta' dħul iddikjarat fil-pajjiż ta' destinazzjoni ta' dik il-kunsinna;

(i)

il-kliem “Marki ta' distinzjoni; in-numru u d-deskrizzjoni tal-imballaġġi; l-isem tal-prodott tal-art; l-isem botaniku tal-pjanti”, segwiti minn deskrizzjoni tal-kunsinna inkluż l-isem botaniku tal-pjanti jew l-isem tal-prodott tal-art, il-marki ta' distinzjoni, u in-numru u t-tip ta' pakketti inklużi fil-kunsinna;

(j)

il-kliem “Kwantità ddikjarata”, segwiti mill-kwantità tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra inklużi f'dik il-kunsinna, espressa permezz ta' numru jew piż;

(k)

il-kliem “B'dan qiegħed jiġi ċċertifikat li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra rregolati deskritti hawnhekk ġew spezzjonati u/jew ittestjati skont il-proċeduri uffiċjali xierqa u huma kkunsidrati ħielsa mill-pesti ta' kwarantina speċifikati mill-parti kontraenti li qed timporta u li jikkonformaw mar-rekwiżiti fitosanitarji attwali tal-parti kontraenti li qed timporta, inklużi dawk għal pesti regolati mhux ta' kwarantina”. B'mod fakultattiv, tista' tiżdied il-klawżola li ġejja: “Dawn huma meqjusa bħala prattikament ħielsa minn pesti oħra.”;

(l)

il-kliem “Dikjarazzjoni addizzjonali”, segwiti mid-dikjarazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 71(2) u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3) u, b'mod fakultattiv, kwalunkwe informazzjoni fitosanitarja oħra rilevanti għall-kunsinna. Jekk ikun hemm spazju insuffiċjenti għad-dikjarazzjoni addizzjonali sħiħa tista' tiżdied mehmuża. L-informazzjoni fil-mehmuża għandha tinkludi biss dak li hu meħtieġ fir-rigward taċ-ċertifikat fitosanitarju. Il-paġni kollha tal-mehmuża għandu jkollhom in-numru taċ-ċertifikat fitosanitarju u għandhom ikunu ddatati, iffirmati u stampati bl-istess mod kif meħtieġ għaċ-ċertifikat fitosanitarju. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jirreferi għal kwalunkwe mehmuża fit-taqsima xierqa;

(m)

il-kliem “Trattament ta' diżinfestazzjoni u/jew diżinfezzjoni”;

(n)

il-kelma “Trattament”, segwita mit-trattament li kien applikat għal dik il-kunsinna;

(o)

il-kliem “Kimika (ingredjent attiv)”, segwiti mill-ingredjent attiv tal-kimika użata għat-trattament imsemmi fil-punt (n);

(p)

il-kliem “Tul ta' ħin u temperatura”, segwiti bit-tul ta' ħin u, fejn applikabbli, it-temperatura ta' dak it-trattament;

(q)

il-kelma “Konċentrazzjoni”, segwita bil-konċentrazzjoni ta' dik il-kimika milħuqa matul dak it-trattament;

(r)

il-kelma “Data”, segwita mid-data li fiha dak it-trattament kien applikat;

(s)

il-kelma “Informazzjoni addizzjonali”, segwita minn kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-awtorità kompetenti tixtieq tinkludi fiċ-ċertifikat;

(t)

il-kliem “Post tal-ħruġ”, segwiti mill-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;

(u)

il-kelma “Data”, segwita mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;

(v)

il-kliem “Isem u firma tal-uffiċjal awtorizzat”, segwiti mill-isem u l-firma tal-uffiċjal li joħroġ u jiffirma ċ-ċertifikat fitosanitarju;

(w)

il-kliem “Timbru tal-organizzazzjoni”, segwiti mit-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat fitosanitarju; u

(x)

b'mod fakultattiv, is-sentenza “L-ebda responsabbiltà finanzjarja fir-rigward ta' dan iċ-ċertifikat ma tappartjeni lil (isem l-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti) jew lil kwalunkwe uffiċjal jew rappreżentant tagħha” tista' tiżdied fiċ-ċertifikat taħt il-kwadru.

2.

Fejn iċ-ċertifikat fitosanitarju ma jkunx inħareġ b'mod elettroniku, il-karta użata għandu jkun fiha marka tal-ilma, siġill imqabbeż jew logo mqabbeż iddeterminat mill-awtorità kompetenti li tiffirma ċ-ċertifikat. Il-kulur tat-test stampat minn qabel għandu jkun aħdar għajr in-numru taċ-ċertifikat oriġinali kif imsemmi fil-punt (a)(iv) tal-paragrafu 1, li jista' jkun kulur ieħor.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Ċertifikati fitosanitarji għar-riesportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 101(4)

1.

Iċ-ċertifikat fitosanitarju għal moviment 'il barra mit-territorju tal-Unjoni, għall-fini ta' riesportazzjoni lejn pajjiż terz, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kliem “Ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni”, segwiti minn sussegwentement:

(i)

l-ittri “UE”;

(ii)

il-kodiċi b'żewġ ittri, imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 67, għall-Istat Membru li fih huwa rreġistrat l-operatur professjonist li jitlob il-ħruġ ta' ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni;

(iii)

linja mmejla; u

(iv)

kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għaċ-ċertifikat, li jikkonsisti minn numri jew kombinazzjoni ta' ittri u numri, l-ittri li jirrappreżentaw, kif applikabbli, il-provinċja u d-distrett tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifikat;

(b)

il-kliem “Isem u indirizz tal-esportatur”, segwiti bl-isem u l-indirizz tal-operatur reġistrat li jitlob il-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju għar-riesportazzjoni;

(c)

il-kliem “Isem u indirizz tad-destinatarju iddikjarati”, segwiti bl-isem u l-indirizz tad-destinatarju ddikjarati;

(d)

il-kliem “L-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti ta'”, segwiti bl-isem tal-Istat Membru li l-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti tiegħu toħroġ iċ-ċertifikat, u sussegwentement il-kliem “lill-organizzazzjoni(jiet) għall-protezzjoni tal-pjanti ta'”, segwiti mill-isem jew, kif japplika, l-ismijiet, tal-pajjiż jew, kif japplika, il-pajjiżi ta' destinazzjoni;

(e)

il-kliem “Post ta' oriġini”, segwiti mill-post jew il-postijiet ta' oriġini tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew ta' oġġetti oħra inklużi fil-kunsinna li għaliha jkun inħareġ iċ-ċertifikat. Fil-każijiet kollha, għandu jiġi ddikjarat l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi ta' oriġini;

(f)

kaxxa bla numru, riżervata għal-logo tal-UE. B'mod fakultattiv, jistgħu jiżdiedu logos uffiċjali oħra;

(g)

il-kliem “Mezzi ta' ġarr iddikjarati”, segwiti mill-mezzi ta' ġarr iddikjarati ta' dik il-kunsinna;

(h)

il-kliem “Punt ta' dħul iddikjarat”, segwiti mill-punt ta' dħul iddikjarat fil-pajjiż ta' destinazzjoni ta' dik il-kunsinna;

(i)

il-kliem “Marki ta' distinzjoni; in-numru u d-deskrizzjoni tal-imballaġġi; l-isem tal-prodott tal-art; l-isem botaniku tal-pjanti”, segwiti minn deskrizzjoni tal-kunsinna inkluż l-isem botaniku tal-pjanti jew l-isem tal-prodott tal-art, il-marki ta' distinzjoni, u in-numru u t-tip ta' pakketti inklużi fil-kunsinna;

(j)

il-kliem “Kwantità ddikjarata”, segwiti mill-kwantità tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra inklużi f'dik il-kunsinna, espressa permezz ta' numru jew piż;

(k)

it-test li ġej:

“Dan qiegħed jiċċertifika

li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew artikoli regolati oħra deskritti hawn fuq ġew importati fi …(pajjiż/ parti kontraenti ta' riesportazzjoni) minn (pajjiż/ parti kontraenti ta' oriġini) kopert miċ-ċertifikat fitosanitarju Nru …

☐ kopja ☐ vera ċċertifikati oriġinali li hija mehmuża ma' dan iċ-ċertifikat,

li dawn huma

☐ ippakkjati ☐ ippakkjati mill-ġdid

f'

☐ kontenituri oriġinali ☐ ġodda,

li abbażi

☐ taċ-ċertifikat fitosanitarju oriġinali u

☐ spezzjoni addizzjonali,

dawn huma meqjusa li huma konformi mar-rekwiżiti fitosanitarji attwali tal-pajjiż/parti kontraenti li qed timporta, u

li matul il-ħażna fi …(parti kontraenti ta' riesportazzjoni) il-kunsinna ma ġietx soġġetta għar-riskju ta' infestazzjoni jew infezzjoni.”

f'liema test l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun mimlija u l-kaxxi jridu jiġu mmarkati skont kif japplika;

(l)

il-kliem “Dikjarazzjoni addizzjonali”, segwiti mid-dikjarazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 71(2) u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 71(3) u, b'mod fakultattiv, kwalunkwe informazzjoni fitosanitarja oħra rilevanti għall-kunsinna. Jekk ikun hemm spazju insuffiċjenti għad-dikjarazzjoni addizzjonali sħiħa tista' tiżdied mehmuża. L-informazzjoni fil-mehmuża għandha tinkludi biss dak li hu meħtieġ fir-rigward taċ-ċertifikat fitosanitarju. Il-paġni kollha tal-mehmuża għandu jkollhom in-numru taċ-ċertifikat fitosanitarju u għandhom ikunu ddatati, iffirmati u stampati bl-istess mod kif meħtieġ għaċ-ċertifikat fitosanitarju. Iċ-ċertifikat fitosanitarju għandu jirreferi għal kwalunkwe mehmuża fit-taqsima xierqa;

(m)

il-kliem “Trattament ta' diżinfestazzjoni u/jew diżinfezzjoni”;

(n)

il-kelma “Trattament” , segwita mit-trattament li kien applikat għal dik il-kunsinna;

(o)

il-kliem “Kimika (ingredjent attiv)”, segwiti mill-ingredjent attiv tal-kimika użata għat-trattament imsemmi fil-punt (m);

(p)

il-kliem “Tul ta' ħin u temperatura”, segwiti bit-tul ta' ħin u, fejn applikabbli, it-temperatura ta' dak it-trattament;

(q)

il-kelma “Konċentrazzjoni”, segwita bil-konċentrazzjoni ta' dik il-kimika milħuqa matul dak it-trattament;

(r)

il-kelma “Data”, segwita mid-data li fiha dak it-trattament kien applikat;

(s)

il-kelma “Informazzjoni addizzjonali”, segwita minn kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-awtorità kompetenti tixtieq tinkludi fiċ-ċertifikat;

(t)

il-kliem “Post tal-ħruġ”, segwiti mill-post tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;

(u)

il-kelma “Data”, segwita mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat fitosanitarju;

(v)

il-kliem “Isem u firma tal-uffiċjal awtorizzat”, segwiti mill-isem u l-firma tal-uffiċjal li joħroġ u jiffirma ċ-ċertifikat fitosanitarju;

(w)

il-kliem “Timbru tal-organizzazzjoni”, segwiti mit-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat fitosanitarju;

(x)

b'mod fakultattiv, is-sentenza “L-ebda responsabbiltà finanzjarja fir-rigward ta' dan iċ-ċertifikat ma tappartjeni lil (isem l-Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pjanti) jew lil kwalunkwe uffiċjal jew rappreżentant tagħha” tista' tiżdied fiċ-ċertifikat taħt il-kwadru.

2.

Fejn iċ-ċertifikat fitosanitarju ma jkunx inħareġ b'mod elettroniku, il-karta użata għandu jkun fiha marka tal-ilma, siġill imqabbeż jew logo mqabbeż iddeterminat mill-awtorità kompetenti li tiffirma ċ-ċertifikat. Il-kulur tat-test stampat minn qabel għandu jkun kannella għajr in-numru taċ-ċertifikat oriġinali kif imsemmi fil-punt (a)(iv) tal-paragrafu 1, li jista' jkun kulur ieħor.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI C

Ċertifikati ta' qabel l-esportazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 102(6)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 28(1)

Artikolu 2

Artikolu 28(1)(e)

Artikoli 3, 4 u 5

Artikolu 28(1)(d)

Artikolu 6

Artikolu 28(1)(f)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 31(1)

Artikoli 10 u 11

Artikolu 28(1)(d)

Artikoli 12 u 13


Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 28(1)

Artikolu 2

Artikolu 28(1)(g)

Artikolu 3

Artikoli 14(1) u 15(1)

Artikoli 4 sa 8

Artikolu 28(1)(a) sa (d)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 31

Artikolu 12

Artikolu 28(1)

Artikoli 13 sa 15

Annessi I sa V

Artikolu 28(1)


Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 28(1)

Artikolu 2

Artikolu 28(1)(g)

Artikolu 3

Artikoli 14(1) u 15(1)

Artikolu 4 sa 7

Artikolu 28(1)(a) sa (c)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 31

Artikolu 11

Artikolu 28(1)

Artikoli 12 sa 14

Annessi I sa VII

Artikolu 28(1)


Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 28(1)

Artikoli 2 u 3

Artikolu 28(1) u (2)

Artikoli 4 sa 8

Artikolu 28(1)(g)

Artikoli 9 sa 13

Artikolu 28(1) u (2)

Artikolu 14

Artikolu 8

Artikolu 15

Artikolu 31

Artikolu 16

Artikolu 28(1)

Artikolu 17

Artikolu 107

Artikoli 18 sa 20

Annessi I sa IV

Artikolu 28(1)


Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

 (*)

Artikolu 1(5) u (6)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2, punt (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2, punt (4)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 1(1) u (2)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 78

Artikolu 2(1)(g)

 (*)

Artikolu 2(1)(h)

Artikoli 32 sa 35

Artikolu 2(1)(i), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 76 (*)

Artikolu 2(1)(i), it-tieni u t-tielet subparagrafi

 (*)

Artikolu 2(1)(j) sa (n)

 (*)

Artikolu 2(1)(o)

Artikolu 2, punt (7)

Artikolu 2(1)(p), (q) u (r)

 (*)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2, punt (2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 3(2) u (3)

Artikoli 5(1), 37(1) u 41(1)

Artikolu 3(4)

Artikoli 5(1) u 37(1)

Artikolu 3(5)

Artikoli 32(2) u 54(1)

Artikolu 3(6)

Artikoli 5(2) u 32(3)

Artikolu 3(7)

Artikoli 5(2) u (3), 28(1) u 37(2)

Artikoli 3(8) u (9)

Artikoli 8, 39, 48 u 58

Artikolu 4(1)

Artikolu 40(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 53(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)

Artikoli 8, 48 u 58

Artikolu 4(6)

Artikolu 46

Artikolu 5(1)

Artikoli 40(1) u 41(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 53(1)

Artikolu 5(3)

Artikoli 40(3) u 53(3)

Artikolu 5(4)

Artikoli 41(1) u 75

Artikolu 5(5)

Artikoli 8, 48 u 58

Artikolu 5(6)

Artikolu 46

Artikolu 6(1) sa (4)

Artikolu 87(1), (2) u (3)

Artikolu 6(5), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 87(1), (2) u (3)

Artikolu 6(5), it-tielet subparagrafu

Artikoli 65 u 68

Artikolu 6(5), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 6(5), il-ħames subparagrafu

Artikolu 81

Artikolu 6(6)

Artikoli 65 u 69

Artikolu 6(7)

Artikolu 81

Artikolu 6(8), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(8), it-tieni inċiż

Artikolu 57

Artikolu 6(8), it-tielet inċiż

Artikolu 87(4)

Artikolu 6(8), ir-raba' inċiż

Artikoli 66, 69 u 90

Artikolu 6(8), il-ħames inċiż

Artikolu 6(8), is-sitt inċiż

Artikolu 81

Artikolu 6(9)

Artikolu 66

Artikolu 10(1)

Artikoli 78, 83(5), 85, 86 u 87

Artikolu 10(2)

Artikoli 79, 80 u 81

Artikolu 10(3)

Artikolu 93

Artikolu 10(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 83(7) u (8)

Artikolu 10(4), it-tieni, it-tielet u r-raba' inċiż

Artikolu 11(1)

Artikolu 87(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

 (*)

Artikolu 11(4)

Artikolu 92(2) u (3)

Artikolu 11(5)

Artikolu 92(2) u (3)

Artikolu 12(1)

 (*)

Artikolu 12(2)

Artikoli 69(4), 93(5) u 95(3) (*)

Artikolu 12(3)

 (*)

Artikolu 12(4)

Artikoli 41(4) u 95(5) (*)

Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 76(5) (*)

Artikolu 13(3) u (4)

 (*)

Artikolu 13a(1) u (2)

 (*)

Artikolu 13a(3)

Artikolu 76 (*)

Artikolu 13a(4)

Artikolu 76 (*)

Artikolu 13a(5)

 (*)

Artikolu 13b

 (*)

Artikolu 13c(1)(a)

 (*)

Artikolu 13c(1)(b)

Artikolu 65 (*)

Artikolu 13c(1)(c)

 (*)

Artikolu 13c(2) sa (4)

 (*)

Artikolu 13c(6)

Artikolu 94 (*)

Artikolu 13c(7)

Artikolu 77 (*)

Artikolu 13c(8)

Artikoli 40(4), 41(4), 53(4), 54(4) u 103 (*)

Artikolu 13d

 (*)

Artikolu 13e

Artikoli 100 u 101

Artikolu 14

Artikoli 5(3) u (4), 32(3), 37(2) u (3), 40(2), 41(2), 53(3), 54(3), 72(2) u (3), 74(2) u (3), 79(2) u (3) u 80(2) u (3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 41(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(2)

Artikolu 41(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(3)

Artikolu 71(3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 16(1)

Artikolu 9(1) u (2) u Artikolu 17

Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 29

Artikolu 16(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 13

Artikolu 16(2), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 16(3)

Artikolu 30

Artikolu 16(4)

Artikoli 28(1), 30(1) u 49(1)

Artikolu 16(5)

Artikoli 28(6), 30(7) u 49(4)

Artikolu 18

Artikolu 107

Artikolu 20

Artikolu 21(1) sa (5)

 (*)

Artikolu 21(6)

Artikolu 103

Artikolu 21(7) u (8)

Artikolu 27

Artikolu 27a

 (*)

Artikolu 28 u 29

Anness I, Parti A

Artikolu 5(2)

Anness I, Parti B

Artikolu 32(3)

Anness II, Parti A, Taqsima I

Artikolu 5(2)

Anness II, Parti A, Taqsima II

Artikolu 37(2)

Anness II, Parti B

Artikolu 32(3)

Anness III, Parti A

Artikolu 40(2)

Anness III, Parti B

Artikolu 53(2)

Anness IV, Parti A

Artikolu 41(2)

Anness IV, Parti B

Artikolu 54(2)

Anness V, Parti A, Punt I

Artikolu 79(1)

Anness V, Parti A, Punt II

Artikolu 80(1)

Anness V, Parti B, Punt I

Artikolu 72

Anness V, Parti B, Punt II

Artikolu 74

Anness VI

Anness VII

Anness VIII

Anness VIII

Anness VIIIa

 (*)

Anness IX


(*)  Ara l-Artikolu 109(1).


Top