This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1801
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1801 of 11 October 2016 on laying down implementing technical standards with regard to the mapping of credit assessments of external credit assessment institutions for securitisation in accordance with Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1801 tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffissar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1801 tal-11 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffissar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/6447
ĠU L 275, 12.10.2016, p. 27–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/12/2022
12.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1801
tal-11 ta' Ottubru 2016
dwar l-iffissar tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu għat-titolizzazzjoni b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 270 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi l-ispeċifikazzjoni għall-istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs), tal-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu rilevanti maħruġa minn ECAI skont il-passi tal-kwalità kreditizja stabbiliti fil-Kapitolu 5 ta' dak ir-Regolament (“immappjar”). L-ECAIs huma aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jkunu rreġistrati jew iċċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew bank ċentrali li joħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu li jkunu eżenti mill-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Ċerti termini u kunċetti simili użati fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jkunu s-suġġett ta' konfużjoni. “Valutazzjoni tal-kreditu” huwa terminu użat fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jirreferi kemm għat-“tikketti” tal-kategoriji differenti tal-gradazzjonijiet mill-ECAIs, u għall-assenjazzjoni ta' gradazzjoni ta' dan it-tip għal element partikolari. Madankollu, il-punti (h) u (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jiddistingwu b'mod ċar bejn iż-żewġ kunċetti bl-użu tat-termini “kategorija ta' gradazzjoni” u “gradazzjoni ta' kreditu”, rispettivament. Biex tiġi evitata l-konfużjoni u minħabba l-ħtieġa ta' referenza għal dawn iż-żewġ kunċetti partikolari separatament u minħabba l-komplementarjetà taż-żewġ Regolamenti, dawk it-termini jenħtieġ li japplikaw f'dan ir-Regolament fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. |
(3) |
L-Artikolu 267 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti l-użu tal-gradazzjoni tal-kreditu biex jiġi ddeterminat il-fattur ta' ponderazzjoni tar-riskju ta' pożizzjoni ta' titolizzazzjoni biss meta dik il-gradazzjoni tal-kreditu tkun inħarġet jew tkun ġiet endorsjata minn ECAI b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Barra minn hekk, il-punt (b) tal-Artikolu 268 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmel l-użu ta' gradazzjoni tal-kreditu ta' ECAI kundizzjonali għall-pubblikazzjoni mill-ECAI tal-proċeduri, il-metodoloġiji, il-preżunzjonijiet u l-elementi ewlenin li jirfdu l-valutazzjoni, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jistipula li l-kategoriji tal-gradazzjoni li jiġu attribwiti lil prodotti finanzjarji strutturati huma differenzjati b'mod ċar mill-kategoriji ta' gradazzjoni użati għal kwalunkwe entità oħra. Għalhekk, huwa xieraq li tkun speċifikata biss il-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAIs għall-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti fil-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal dawk il-kategoriji ta' gradazzjoni għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet kollha. |
(4) |
L-immappjar tal-gradazzjonijiet tal-kreditu għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni jenħtieġ li jikkunsidra l-fatturi kwantitattivi bħall-inadempjenza u r-rati ta' telf u l-prestazzjoni storika tal-gradazzjoni tal-kreditu, kif ukoll il-fattur kwalitattiv bħall-firxa tat-tranżazzjonijiet, il-metodoloġiji u t-tifsira tal-kategoriji tal-gradazzjoni. Madankollu, ta' min jinnota li l-gradazzjonijiet tal-kreditu tat-titolizzazzjoni japplikaw għal firxa wiesgħa ta' tranżazzjonijiet, li storikament kellhom prestazzjonijiet materjalment eteroġenji matul il-kriżi finanzjarja tal-2007-2009. Barra minn hekk, minħabba l-kriżi, kemm il-metodoloġiji tal-ECAIs u kemm l-approċċ regolatorju tal-Unjoni għat-titolizzazzjoni qed jgħaddu minn bidliet u l-qafas tat-titolizzazzjoni huwa wkoll l-oġġett ta' diskussjonijiet fil-livell internazzjonali. Sabiex dawn l-iżviluppi jiġu kkunsidrati fil-qafas regolatorju u l-prestazzjoni eteroġenja tal-gradazzjonijiet tal-kreditu tat-titolizzazzjoni u biex jiġi evitat ix-xkiel lis-suq tat-titolizzazzjoni, hemm bżonn li jiġu enfasizzati l-aspetti kwalitattivi tal-analiżi tad-dejta kwantitattiva disponibbli. |
(5) |
Fil-kuntest ta' analiżi kwalitattiva, sabiex tkun żgurata determinazzjoni oġġettiva u konsistenti tal-immappjar, u bil-ħsieb li tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel għas-suq, hemm bżonn li wieħed joqgħod fuq l-immappjar tal-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-iskali tal-kwalità tal-kreditu li nħarġu fl-2006 fuq il-bażi tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak l-immappjar applikat għall-ECAIs li joħorġu l-gradazzjonijiet tat-titolizzazzjoni f'dak il-mument ma kinux ibbażati biss fuq metodoloġija ta' mmappjar kwantitattiv imma wkoll fuq evidenza storika relatata mal-prestazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu qabel il-kriżi finanzjarja. Dak l-immappjar kien imfassal biex jiżgura oġġettività u konsistenza kumplessivi fost il-gradi relattivi tar-riskji espressi mill-gradi differenti użati fil-gradazzjoni biex jiġu assenjati gradazzjonijiet tal-kreditu mill-ECAIs li joperaw f'dak il-mument fis-suq tat-titolizzazzjoni. |
(6) |
ECAIs ġodda li daħlu fis-suq tat-titolizzazzjoni wara l-iżvilupp tal-immappjar fl-2006 fuq il-bażi tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2006/48/KE ma assenjawx għadd suffiċjenti ta' gradazzjonijiet biex il-prestazzjoni storika ta' dawk il-gradazzjonijiet tiġi vvalutata b'fiduċja statistika. Madankollu, hemm bżonn li jiġi estiż l-immappjar tal-valutazzjoni tal-kreditu mal-iskali tal-kwalità kreditizja li jkunu assenjati lil ECAIs li ilhom stabbiliti lil ECAIs ġodda, sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn l-iżvilupp ta' mmappjar prudenti għall-ECAIs kollha u l-evitar tal-ikkawżar ta' żvantaġġi kompetittivi sostanzjali. |
(7) |
Peress li japplikaw skali tal-kwalità kreditizja separati għall-kalkolu tal-ammonti ta' skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat għat-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li huma differenti minn dawk li japplikaw għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni skont il-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 261 ta' dak ir-Regolament, jinħtieġ li jkun ipprovdut immappjar separat għall-Approċċ Standardizzat u għall-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet. |
(8) |
Kemm l-Artikolu 251 u kemm l-Artikolu 261 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jinkludu referenzi għall-iskali tal-kwalità kreditizja għall-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni. Minħabba f'hekk, il-qafas tat-titolizzazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikopri wkoll il-pożizzjonijiet ta' rititolizzazzjoni. Għalhekk l-immappjar jenħtieġ li jkopri l-gradazzjonijiet tal-kreditu assenjati lill-pożizzjoni kemm ta' titolizzazzjoni u kemm ta' rititolizzazzjoni. |
(9) |
Wara t-tlestija tar-riformi regolatorji li għaddejjin bħalissa relatati mar-rekwiżiti ta' kapital applikabbli għat-titolizzazzjonijiet, u bl-għan li tiġi kkunsidrata evidenza storika ġdida li tkopri storja tad-dejta post-kriżi twila, l-immappjar jinħtieġ li jiġi aġġornat fejn l-informazzjoni disponibbli tista' tikkontribwixxi għal tfassil imtejjeb ta' metodoloġija ta' mmappjar kwantitattiv kompletament konsistenti u oġġettiva, konformi mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u b'kunsiderazzjoni dejjem tiżdied ta' evidenza kwantitattiva. |
(10) |
Minħabba l-enfasi fuq l-aspetti kwalitattivi tal-analiżi tal-prestazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu, hemm bżonn li d-dejta rrappurtata tkun immonitorizzata regolarment biex ikun ikkunsidrat il-mertu ta' reviżjoni tal-immappjar assenjat, fejn tkun osservata l-inadempjenza tal-pożizzjonijiet osservati, u jkun ikkunsidrat l-emendar tad-determinazzjoni tal-immappjar, kif xieraq, b'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 270 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) lill-Kummissjoni. |
(12) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit b'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tabelli ta' mmappjar skont l-Approċċ Standardizzat
Il-korrispondenza tal-kategoriji tal-gradazzjoni ta' kull ECAI għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni suġġetti għall-Approċċ Standardizzat bl-iskali tal-kwalità kreditizja skont l-Approċċ Standardizzat stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija dik stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Tabelli ta' mmappjar skont il-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet
Il-korrispondenza tal-kategoriji tal-gradazzjoni ta' kull ECAI għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni suġġetti għall-approċċ IRB bl-iskali tal-kwalità kreditizja stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Artikolu 261(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hija dik stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Tabella ta' mmappjar skont l-Approċċ Standardizzat kif imsemmi fl-Artikolu 1
Skala tal-kwalità kreditizja |
1 |
2 |
3 |
4 |
L-oħrajn kollha |
ARC Ratings S.A. |
|||||
Emissjonijiet fuq Terminu Medju u Twil |
Minn AAASF sa AA-SF |
Minn A+SF sa A-SF |
Minn BBB+SF sa BBB-SF |
Minn BB+SF sa BB-SF |
Taħt BB-SF |
Emissjonijiet fuq Terminu Qasir |
A-1+SF, A-1SF |
A-2SF |
A-3SF |
|
Taħt A-3SF |
Axesor SA |
|||||
Skala tal-klassifikazzjoni ta' finanzjamenti strutturati |
Minn AAA(sf) sa AA-(sf) |
Minn A+(sf) sa A-(sf) |
Minn BBB+(sf) sa BBB-(sf) |
Minn BB+(sf) sa BB-(sf) |
Taħt BB-(sf) |
Credit reform Ratings AG |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil |
AAA sf, AA- sf |
Minn A+ sf sa A- sf |
Minn BBB+ sf sa BBB- sf |
Minn BB+ sf sa BB- sf |
Taħt BB- sf |
DBRS Ratings Limited |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi ta' terminu twil |
Minn AAA (sf) sa AA (low) (sf) |
Minn A (high) (sf) sa A (low) (sf) |
Minn BBB (high) (sf) sa BBB (low) (sf) |
Minn BB (high) (sf) sa BB (low) (sf) |
Taħt BB (low) (sf) |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir |
Minn R-1 (high) (sf) sa R-1 (low) (sf) |
Minn R-2 (high) (sf) sa R-2 (low) (sf) |
R-3 (sf) |
|
Taħt R-3 (sf) |
FERI EuroRating Services AG |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni |
Minn AAAsf sa AA-sf |
Minn A+sf sa A-sf |
Minn BBB+sf sa BBB-sf |
Minn BB+sf sa BB-sf |
Taħt BB-sf |
Fitch Ratings |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil |
Minn AAAsf sa AA-sf |
Minn A+sf sa A-sf |
Minn BBB+sf sa BBB-sf |
Minn BB+sf sa BB-sf |
Taħt BB-sf |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir |
F1+sf, F1sf |
F2sf |
F3sf |
|
Taħt F3sf |
Japan Credit Rating Agency Ltd |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu twil |
Minn AAA sa AA- |
Minn A+ sa A- |
Minn BBB+ sa BBB- |
Minn BB + sa BB- |
Taħt BB- |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu qasir |
J-1+, J-1 |
J-2 |
J-3 |
|
Taħt J-3 |
Kroll Bond Rating Agency |
|||||
Kreditu ta' Terminu Twil |
Minn AAA (sf) sa AA- (sf) |
Minn A+ (sf) sa A- (sf) |
Minn BBB+ (sf) sa BBB- (sf) |
Minn BB+ (sf) sa BB- (sf) |
Taħt BB- (sf) |
Kreditu ta' Terminu Qasir |
K1+ (sf), K1 (sf) |
K2 (sf) |
K3 (sf) |
|
Taħt K3 (sf) |
Moody's Investors Service |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali |
Minn Aaa(sf) sa Aa3(sf) |
Minn A1(sf) sa A3(sf) |
Minn Baa1(sf) sa Baa3(sf) |
Minn Ba1(sf) sa Ba3(sf) |
Taħt Ba3(sf) |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali |
P-1(sf) |
P-2(sf) |
P-3(sf) |
|
NP(sf) |
Standard & Poor's Ratings Services |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil |
Minn AAA (sf) sa AA- (sf) |
Minn A+ (sf) sa A- (sf) |
Minn BBB+ (sf) sa BBB- (sf) |
Minn BB+ (sf) sa BB- (sf) |
Taħt BB- (sf) |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu qasir |
A-1+ (sf), A-1 (sf) |
A-2 (sf) |
A-3 (sf) |
|
Taħt A-3 (sf) |
Scope Rating AG |
|||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali |
Minn AAASF sa AA-SF |
Minn A+SF sa A-SF |
Minn BBB+SF sa BBB-SF |
Minn BB+SF sa BB-SF |
Taħt BB-SF |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali |
S-1+SF, S-1SF |
S-2SF |
S-3SF |
|
S-4SF |
ANNESS II
Tabella ta' mmappjar skont il-Metodu Abbażi tal-Klassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 2
Skala tal-kwalità kreditizja |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
9 |
10 |
11 |
L-oħrajn kollha |
ARC Ratings S.A. |
||||||||||||
Emissjonijiet fuq Terminu Medju u Twil |
AAASF |
Minn AA+SF sa AA-SF |
A+SF |
ASF |
A-SF |
BBB+SF |
BBBSF |
BBB-SF |
BB+SF |
BBSF |
BB-SF |
Taħt BB-SF |
Emissjonijiet fuq Terminu Qasir |
A-1+SF, A-1SF |
A-2SF |
A-3SF |
|
|
|
|
|
|
|
|
Taħt A-3SF |
Axesor SA |
||||||||||||
Skala tal-klassifikazzjoni ta' finanzjamenti strutturati |
AAA(sf) |
Minn AA+(sf) sa AA-(sf) |
A+(sf) |
A(sf) |
A-(sf) |
BBB+(sf) |
BBB(sf) |
BBB-(sf) |
BB+(sf) |
BB(sf) |
BB-(sf) |
Taħt BB-(sf) |
Credit reform Ratings AG |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil |
AAA sf |
Minn AA+sf sa AA- sf |
A+ sf |
A sf |
A- sf |
BBB+ sf |
BBB sf |
BBB- sf |
BB+ sf |
BB sf |
BB- sf |
Taħt BB- sf |
DBRS Ratings Limited |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' obbligi ta' terminu twil |
AAA (sf) |
Minn AA (high) (sf) sa AA (low) (sf) |
A (high) (sf) |
A (sf) |
A (low) (sf) |
BBB (high) (sf) |
BBB (sf) |
BBB (low) (sf) |
BB (high) (sf) |
BB (sf) |
BB (low) (sf) |
Taħt BB (low) (sf) |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' dejn għal karta kummerċjali u dejn b'terminu qasir |
Minn R-1 (high) (sf) sa R-1 (low) (sf) |
Minn R-2 (high) (sf) sa R-2 (low) (sf) |
R-3 (sf) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Taħt R-3 (sf) |
FERI EuroRating Services AG |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni |
AAAsf |
Minn AA+sf sa AA-sf |
A+sf |
Asf |
A-sf |
BBB+sf |
BBBsf |
BBB-sf |
BB+sf |
BBsf |
BB-sf |
Taħt BB-sf |
Fitch Ratings |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil |
AAAsf |
Minn AA+sf sa AA-sf |
A+sf |
Asf |
A-sf |
BBB+sf |
BBBsf |
BBB-sf |
BB+sf |
BBsf |
BB-sf |
Taħt BB-sf |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir |
F1+sf, F1sf |
F2sf |
F3sf |
|
|
|
|
|
|
|
|
Taħt Bsf |
Japan Credit Rating Agency Ltd |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu twil |
AAA |
Minn AA+ sa AA- |
A+ |
A |
A- |
BBB+ |
BBB |
BBB- |
BB+ |
BB |
BB- |
Taħt BB- |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' emittent ta' terminu qasir |
J-1+, J-1 |
J-2 |
J-3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Taħt J-3 |
Kroll Bond Rating Agency |
||||||||||||
Kreditu ta' Terminu Twil |
AAA (sf) |
Minn AA+ (sf) sa AA- (sf) |
A+ (sf) |
A (sf) |
A- (sf) |
BBB+ (sf) |
BBB (sf) |
BBB- (sf) |
BB+ (sf) |
BB (sf) |
BB- (sf) |
Taħt BB- (sf) |
Kreditu ta' Terminu Qasir |
K1+ (sf), K1 (sf) |
K2 (sf) |
K3 (sf) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Taħt K3 (sf) |
Moody's Investors Service |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali |
Aaa(sf) |
Minn Aa1(sf) sa Aa3(sf) |
A1(sf) |
A2(sf) |
A3(sf) |
Baa1(sf) |
Baa2(sf) |
Baa3(sf) |
Ba1(sf) |
Ba2(sf) |
Ba3(sf) |
Taħt Ba3(sf) |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali |
P-1(sf) |
P-2(sf) |
P-3(sf) |
|
|
|
|
|
|
|
|
NP(sf) |
Standard & Poor's Ratings Services |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu twil |
AAA (sf) |
Minn AA+ (sf) sa AA- (sf) |
A+ (sf) |
A (sf) |
A- (sf) |
BBB+ (sf) |
BBB (sf) |
BBB- (sf) |
BB+ (sf) |
BB (sf) |
BB- (sf) |
Taħt BB- (sf) |
Skala ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' emittent ta' terminu qasir |
A-1+ (sf), A-1 (sf) |
A-2 (sf) |
A-3 (sf) |
|
|
|
|
|
|
|
|
Taħt A-3 (sf) |
Scope Rating AG |
||||||||||||
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu twil globali |
AAASF |
Minn AA+SF sa AA-SF |
A+SF |
ASF |
A-SF |
BBB+SF |
BBBSF |
BBB-SF |
BB+SF |
BBSF |
BB-SF |
Taħt BB-SF |
Skala ta' klassifikazzjoni ta' terminu qasir globali |
S-1+SF, S-1SF |
S-2SF |
S-3SF |
|
|
|
|
|
|
|
|
S-4SF |