This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1768
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1768 of 4 October 2016 concerning the authorisation of guanidinoacetic acid as a feed additive for chickens for fattening, weaned piglets and pigs for fattening and repealing Commission Regulation (EC) No 904/2009 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1768 tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/6279
ĠU L 270, 5.10.2016, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/12/2023
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1768
tal-4 ta' Ottubru 2016
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer tas-simna u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 904/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
L-aċidu gwanidinoaċetiku kien awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 (2). |
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għat-tnissil u għall-ħnieżer, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi nutrizzjonali”. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta' Jannar 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti għall-użu, l-aċidu gwanidinoaċetiku ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent, u li jitqies li huwa sors ta' kreatina u għaldaqstant jista' jieħu post il-kreatina djetetika. L-Awtorità rrakkomandat li jittieħdu miżuri protettivi sabiex tiġi evitata l-inalazzjoni mill-utenti. L-Awtorità stqarret li l-livelli sikuri massimi nkisbu bis-suppożizzjoni li l-għalf fih ammonti suffiċjenti ta' donaturi tal-metil. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità vverifikat ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tas-sustanza kkonċernata turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Peress li awtorizzazzjoni ġdida tingħata skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 jenħtieġ li jitħassar. |
(8) |
Ladarba r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jitħalla perjodu tranżizzjonali għar-rimi tal-istokkijiet eżistenti tal-addittiv u għall-pretaħlitiet u għall-għalf kompost li fihom dan l-addittiv, kif awtorizzat bir-Regolament (KE) Nru 904/2009. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 904/2009 jitħassar.
Artikolu 3
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-pretaħlitiet li fihom dik is-sustanza, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta' April 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta' Ottubru 2016 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-istokkijiet eżistenti.
2. Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanza msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu kkummerċjalizzati sal-25 ta' Ottubru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel il-25 ta' Ottubru 2016 u jistgħu jintużaw sakemm jiġu eżawriti l-istokkijiet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2009 tat-28 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu guanidinoacetic bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ għas-simna (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 28).
(3) EFSA Journal 2016; 14(2):4394.
ANNESS
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
mg ta' aċidu gwanidinoaċetiku/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom |
|||||||||||||||||||||||
3c372 |
— |
Aċidu gwanidinoaċetiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Sustanza f'forma ta' trab b'kontenut minimu ta' 98 % ta' aċidu gwanidinoaċetiku (abbażi ta' materja niexfa). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċidu gwanidinoaċetiku prodott b'sinteżi kimika Formula kimika: C3H7N3O2 Numru CAS: 352-97-6 Impuritajiet:
Metodu analitiku (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu gwanidinoaċetiku fl-għalf:
|
Tiġieġ tas-simna, ħnienes miftuma u ħnieżer tas-simna |
|
600 |
1 200 |
|
il-25 ta' Ottubru 2026 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports