Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1683

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1683 tad-19 ta' Settembru 2016 li jemenda għall-253 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

C/2016/6056

ĠU L 254, 20.9.2016, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1683/oj

20.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1683

tad-19 ta' Settembru 2016

li jemenda għall-253 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Strumenti


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 qed jiġu emendati kif ġej:

(a)

“Ali Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Zoubair). Data tat-twelid: 9.3.1986. Post tat-twelid: Ariana, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: W342058 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-14.3.2011, jiskadi fit-13.3.2016). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08705184 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fl-24.2.2011). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Mar. 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Mar. 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 171 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015” jinbidel b'dan li ġej:

“Ali Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Zoubair). Data tat-twelid: 9.3.1986. Post tat-twelid: Ariana, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: W342058 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-14.3.2011, jiskadi fit-13.3.2016). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08705184 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fl-24.2.2011). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Mar. 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Mar. 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 171 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Allegatament irrapurtat maqtul f'attakk tal-ajru f'Mosul, l-Iraq, f'Ġunju 2015. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 10.4.2015.”

(b)

“Tarak Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Omar Al Tounisi). Data tat-twelid: 3.5.1982. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: Z050399 (Passaport Tuneżin, maħruġ fid-9.12.2003, skada fit-8.12.2008). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04711809 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fit-13.11.2003). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Marzu 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Marzu 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 172 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015” jinbidel b'dan li ġej:

“Tarak Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Omar Al Tounisi). Data tat-twelid: 3.5.1982. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: Z050399 (Passaport Tuneżin, maħruġ fid-9.12.2003, skada fit-8.12.2008). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04711809 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fit-13.11.2003). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Marzu 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Marzu 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 172 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-INTERPOL-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Allegatament irrapurtat maqtul fis-Sirja, f'Ġunju 2015. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 10.4.2015.”


Top