Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1443

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1443 tad-29 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/3946

ĠU L 235, 1.9.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1443/oj

1.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1443

tad-29 ta' Ġunju 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-inklużjoni ta' ċerti prekursuri tad-droga fil-lista ta' sustanzi skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabblixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 30a tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fihom lista ta' sustanzi skedati li huma soġġetti għal għadd ta' miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ armonizzati previsti f'dawn ir-Regolamenti.

(2)

Is-sustanzi skedati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 huma maqsuma f'kategoriji li għalihom japplikaw miżuri differenti, sabiex jintlaħaq bilanċ proporzjonat bejn il-livell ta' riskju ppreżentat minn kull sustanza speċifika u l-piż fuq kummerċ leċitu.

(3)

Huma stipulati miżuri stretti ta' kontroll u ta' monitoraġġ fir-rigward tas-sustanzi skedati fil-kategorija 1. L-operaturi u l-utenti jridu jkollhom liċenzja sabiex ikollhom pussess ta' dawk is-sustanzi u biex iwettqu kull tip ta' tranżazzjoni li tinvolvi lilhom.

(4)

Huwa possibbli li wieħed jikkonverti l-kloroefedrina u l-kloropsewdoefedrina direttament f'metamfetamina u b'rata ta' rendiment għoli. L-Istati Membri wrew li sa mill-2013 u kloroefedrina u kloropsewdoefedrina ntużaw f'diversi okkażjonijiet fl-Unjoni bħala prekursuri għall-manifattura illeċita ta' metamfetamina (magħruf ukoll bħala crystal meth). Barra minn hekk, ġew irrappurtati diversi każijiet ta' użu ta' dawn iż-żewġ sustanzi għall-produzzjoni tal-metamfetamina barra l-Unjoni.

(5)

Il-kummerċ u l-pussess ta' kloroefedrina u ta' kloropsewdoefedrina bħalissa mhumiex suġġetti għal xi restrizzjonijiet legali, u l-kontroll tagħhom huwa limitat għal impenn volontarju minn operaturi tal-Unjoni biex jimmonitorjaw il-kummerċ u jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi li jinvolvu tali sustanzi.

(6)

Ma kienx hemm użu illeċitu sinifikanti identifikat ta' kloroefedrina u ta' kloropsewdoefedrina matul il-konsultazzjoni tal-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-industrija kimika. Fl-2013 u fl-2014 ġew ikkonfiskati aktar minn 3 tunnellati ta' dawn is-sustanzi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jimpedixxu l-użu tagħhom għall-manifattura illeċita tal-metamfetamina.

(7)

Fid-dawl tar-riskju għoli tad-diverżjoni tal-kloropsewdoefedrina ta' kloroefedrina, u meta jitqies li l-iskedar tagħhom mhu se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq kummerċ leċitu, dawk is-sustanzi għandhom jiġu elenkati fil-kategorija 1 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 flimkien jimplimentaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi tad-19 ta' Diċembru 1988 (3). Fid-dawl tar-rabta materjali mill-qrib bejn dawn ir-regolamenti huwa ġġustifikat li l-emendi jiġu adottati permezz ta' att delegat uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 273/2004

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, fit-tabella għal sustanzi skedati tal-Kategorija 1, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“(1R,2S)-(-)-kloroefedrina

 

2939 99 00

110925-64-9

(1S,2R)-(+)-kloroefedrina

 

2939 99 00

1384199-95-4

(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

73393-61-0

(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

771434-80-1”.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 111/2005

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, fit-tabella għal sustanzi skedati tal-Kategorija 1, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“(1R,2S)-(-)-kloroefedrina

 

2939 99 00

110925-64-9

(1S,2R)-(+)-kloroefedrina

 

2939 99 00

1384199-95-4

(1S,2S)-(+)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

73393-61-0

(1R,2R)-(-)-kloropsewdoefedrina

 

2939 99 00

771434-80-1”.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 326, 24.11.1990, p. 56.


Top