EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1375

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1375 tad-29 ta' Lulju 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

C/2016/5106

OJ L 221, 16.8.2016, p. 1–201 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1375/oj

16.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 221/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1375

tad-29 ta' Lulju 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 idaħħal fis-seħħ il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (2).

(2)

Fit-18 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1861 (3) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2015/1861 introduċa l-Annessi I u III u emenda l-Anness VIIB, fost oħrajn. L-Anness I jinkorpora l-oġġetti, inklużi prodotti, teknoloġija u softwer li jinsabu fil-lista tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari (NSG). L-Anness III jinkorpora l-oġġetti, inklużi prodotti, teknoloġija li jinsabu fil-lista tas-Sistema ta' Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR). L-Anness VIIB fih lista ta' grafit u ta' metalli mhux maħduma jew nofshom maħduma.

(4)

L-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li temenda l-Annessi I, III u VIIB. Skont dan l-Artikolu, u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, l-Annessi I u III għandhom jiġu supplimentati b'informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni aħjar tal-oġġetti f'dawk l-Annessi b'referenza għall-kodiċijiet ta' identifikazzjoni eżistenti kif applikat skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (4). Barra minn hekk, ċerti emendi tekniċi għandhom isiru wkoll fl-Anness VIIB.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Anness I qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.

L-Anness III qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

3.

L-Anness VIIB qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness III ta' dan ir-Regolament,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(2)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1861 tat-18 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 274, 18.10.2015, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS I

KATEGORIJA 0 — MATERJALI, FAĊILITAJIET, U TAGĦMIR NUKLEARI

0A   Sistemi, Tagħmir u Komponenti

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta' kontroll tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.12/Part 1 (1)

0A001

“Reatturi nukleari” u tagħmir u komponenti iddisinjati jew imħejjija apposta għal dawn, kif ġej:

TLB1.1

Reatturi nukleari kompleti

0A001.a

“Reatturi Nukleari”;

TLB1.1

Reatturi nukleari kapaċi li jaħdmu sabiex iżommu katina ta' reazzjoni ta' fissjoni kkontrollata li ssostni lilha nnifisha.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI A “reattur nukleari” bażikament jinkludi l-oġġetti fi ħdan jew imwaħħla direttament mal-kontenitur tar-reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta' enerġija fil-qalba, u l-komponenti li normalment ikun fihom jew jiġu direttament f'kuntatt ma' jew jikkontrollaw il-materjal ta' tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur. ESPORTAZZJONIJIET L-esportazzjoni tas-sett sħiħ ta' oġġetti ewlenin f'dan il-konfini ssir biss f'konformità mal-proċeduri tal-Linji Gwida. Dawk l-oġġetti individwali fi ħdan dawn il-konfini ddefiniti funzjonalment li ser jiġu esportati biss skont il-proċeduri tal-Linji Gwida huma elenkati fil-paragrafi 1.2 sa 1.11. Il-Gvern jirriżerva għalih innifsu d-dritt li japplika l-proċeduri tal-Linji Gwida għal oġġetti oħrajn fi ħdan il-konfini ddefiniti funzjonalment.

0A001.b

Reċipjenti tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, inkluża l-quċċata tar-reċipjent tar-reattur għal xi reċipjent taħt pressjoni tar-reattur, imfasslin jew ippreparati apposta sabiex jinkludu l-qalba ta' “reattur nukleari”;

TLB1.2

Kontenituri tar-reatturi nukleari

Kontenituri tal-metall, jew partijiet ewlenin prodotti fil-fabbrika għalihom, iddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom il-qalba ta' reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, kif ukoll il-partijiet interni rilevanti tar-reattur kif definiti fil-paragrafu 1.8. hawn taħt.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-punt 1.2 ikopri l-kontenituri tar-reatturi nukleari irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-pressjoni u jinkludi kontenituri ta' pressjoni u kalandriji tar-reatturi. Ir-ras tal-kontenitur tar-reattur hija koperta mill-punt 1.2. bħala parti ewlenija ta' kontenitur ta' reattur prodotta f'fabbrika.

0A001.c

Tagħmir manipulattiv imfassal apposta jew ippreparat sabiex jitfa' jew ineħħi l-fjuwil f'“reattur nukleari”;

TLB1.3

Magni tat-tagħbija u tal-ħatt tal-karburant tar-reatturi nukleari

Tagħmir manipulattiv iddisinjat jew ippreparat apposta biex jiddaħħal jew jitneħħa l-karburant f'reattur nukleari kif iddefinit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI L-oġġetti mniżżla hawn fuq huma kapaċi jitħaddmu waqt li r-reattur ikun operattiv jew jużaw karatteristiċi teknikament sofistikati ta' pożizzjonament jew allinjament biex jagħmlu possibbli operazzjonijiet kumplessi ta' żieda ta' karburant waqt li r-reattur ma jkun operattiv bħal dawk li fihom normalment ma tkunx disponibbli vista diretta ta' jew aċċess dirett għall-karburant.

0A001.d

Vireg tal-kontroll imfasslin apposta jew ippreparati għall-kontroll tal-proċess ta' fissjoni f'“reattur nukleari”, fi strutturi ta' appoġġ jew ta' sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida tal-vireg;

TLB1.4

Vireg u tagħmir ta' kontroll tar-reatturi nukleari

Vireg, strutturi ta' appoġġ jew sospensjoni għalihom, mekkaniżmi li jħaddmu l-vireg u tubi gwida għall-vireg iddisinjati jew ippreparati apposta biex jikkontrollaw il-proċess ta' fissjoni f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

0A001.e

Tubi tal-pressjoni mfassla apposta jew ippreparati sabiex ikun fihom kemm elementi ta' fjuwil kif ukoll l-aġent tat-tkessiħ primarju f'“reattur nukleari”;

TLB1.5

Tubi ta' pressjoni tar-reatturi nukleari

Tubi li huma ddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom kemm elementi tal-karburant kif ukoll il-materjal berried primarju f'reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI It-tubi ta' pressjoni huma partijiet minn kanali tal-karburant iddisinjati biex jaħdmu taħt pressjoni elevata, xi drabi aktar minn 5 MPa.

0A001.f

Tubi taż-żirkonju metalliku u tubi bil-liga taż-żirkonju (jew assemblaġġi ta' tubi) mfassla apposta jew ippreparati sabiex jintużaw bħala kisi għall-fjuwil f'“reattur nukleari”, u fi kwantitajiet li jaqbżu l-10 kg;

N.B.:

Għal tubi ta' pressjoni ta' żirkonju ara 0A001.e. u għal tubi tal-kalandra ara 0A001.h.

TLB1.6

Kisi tal-karburant nukleari

Tubi tal-metall taż-żirkonju jew tubi tal-liga taż-żirkonju (jew assemblaġġi ta' tubi) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu bħala kisi tal-karburant f'reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, u fi kwantitajiet li jaqbżu l-10 kg.

N.B.:

Għal tubi ta' pressjoni taż-żirkonju ara 1.5. Għal tubi tal-kalandra ara 1.8.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI It-tubi tal-metall taż-żirkonju jew tubi tal-liga taż-żirkonju għall-użu f'reattur nukleari huma magħmulin minn żirkonju li fih ir-relazzjoni tal-ħafnju maż-żirkonju tipikament hija anqas minn 1:500 parti skont il-piż.

0A001.g

Pompi jew ċirkolaturi għat-tkessiħ mfasslin jew ippreparati apposta sabiex jiċċirkolaw il-fluwidu berried primarju tar-“reatturi nukleari”;

TLB1.7

Pompi jew ċirkolaturi berrieda primarji

Pompi jew ċirkolaturi ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiċċirkolaw il-materjal berried primarju għar-reatturi nukleari kif definiti fil-paragrafu 1.1.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI: Pompi jew ċirkolaturi ddisinjati jew ippreparati apposta jinkludu pompi għal reatturi bl-ilma bħala berried, ċirkolaturi għal reatturi bil-gass bħala berried, u pompi elettromanjetiċi u mekkaniċi għal reatturi bil-metall likwidu bħala berried. Dan it-tagħmir jista' jinkludi pompi b'sistemi elaborati b'siġill jew għadd ta' siġilli biex tiġi pprevenuta tnixxija tal-materjal berried primarju, pompi b'ċilindru (canned-driven pumps), u pompi b'sistemi ta' massa inerzjali. Din id-definizzjoni tinkludi pompi ċċertifikati għat-Taqsima III, Diviżjoni I, Sottotaqsima NB (komponenti tal-Klassi 1) tal-Kodiċi tas-Soċjetà Amerikana ta' Inġiniera Mekkaniċi (ASME), jew standards ekwivalenti.

0A001.h

“Komponenti interni ta' reatturi nukleari” mfasslin jew ippreparati b'mod speċifiku għall-użu f'“reattur nukleari”, inklużi l-kolonni ta' appoġġ għall-qalba, il-kanali tal-fjuwil, l-ilqugħ termali, id-defletturi, il-pjanċi tal-grilja tal-qalba, u il-pjanċi ta' diffużjoni;

Nota Teknika:

F'0A001.h. “Komponenti interni ta' reattur nukleari” tfisser kull struttura ewlenija f'reċipjent ta' reattur li għandha funzjoni jew aktar bħal li tappoġġja l-qalba, li żżomm l-allinjament tal-fjuwil, li tidderieġi l-fluss tal-fluwidu berried primarju, li tipprovdi lqugħ għar-radjazzjoni lir-reċipjent tar-reattur, u li tiggwida l-istrumentazzjoni fil-qalba.

TLB1.8

Partijiet interni tar-reatturi nukleari

“Partijiet interni tar-reatturi nukleari” ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1 hawn fuq. Dan jinkludi, pereżempju, kolonni ta' appoġġ għall-qalba, kanali tal-karburant, tubi tal-kalandra, ilqugħ termiku, baffles, pjanċi tal-grilja tal-qalba u pjanċi ta' diffużjoni.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI “Partijiet interni tar-reattur nukleari” huma strutturi ewlenin f' kontenitur tar-reattur li għandhom funzjoni waħda jew aktar bħal li jappoġġaw il-qalba, iżommu l-allinjament tal-karburant, jidderieġu l-fluss tal-materjal berried primarju, jipprovdu lqugħ għar-radjazzjoni għall-kontenitur tar-reattur, u jiggwidaw l-istrumentazzjoni fil-qalba.

0A001.i

Skambjaturi tas-sħana kif ġej:

1.

Ġeneraturi tal-istim mfassla jew ippreparati apposta għaċ-ċirkwit primarju jew intermedju tal-fluwidu berried ta' “reattur nukleari”;

2.

Skambjaturi oħra tas-sħana mfassla jew ippreparati apposta għall-użu fiċ-ċirkwit tal-fluwidu berried primarju ta' “reattur nukleari”;

Nota:

0A001.i. ima jikkontrollax skambjaturi tas-sħana għas-sistemi ta' appoġġ tar-reattur pereż. għas-sistema ta' tkessiħ f'emerġenza jew għas-sistemi ta' tkessiħ kontra t-tidwib.

TLB1.9

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana

(a) Ġeneraturi tal-fwar iddisinjati jew ippreparati apposta għaċ-ċirkwit primarju, jew intermedju, tal-materjal berried ta' reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq. (b) Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana ieħor iddisinjat jew ippreparat apposta għall-użu fiċ-ċirkwit primarju tal-materjal berried ta' reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-ġeneraturi tal-fwar jiġu ddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasferixxu s-sħana ġġenerata fir-reattur għall-ilma li hu sors għall-ġenerazzjoni tal-fwar. Fil-każ ta' reattur veloċi li għalih ikun preżenti wkoll ċirkwit intermedju tal-materjal berried, il-ġeneratur tal-fwar ikun fiċ-ċirkwit intermedju. F'reattur bil-gass bħala berried, jista' jintuża tagħmir għat-trasferiment tas-sħana biex is-sħana tiġi ttrasferita għal ċirkwit sekondarju tal-gass li jħaddem turbina tal-gass. L-ambitu ta' kontroll għal din l-entrata ma jinkludix tagħmir għat-trasferiment tas-sħana għas-sistemi ta' appoġġ tar-reattur, eż., is-sistema ta' tberrid ta' emerġenza jew is-sistema ta' tberrid tas-sħana mit-tibdil radjuattiv.

0A001.j

Detetturi tan-newtroni mfassla apposta jew ippreparati sabiex jiddeterminaw il-livelli ta' flussi tan-newtroni fil-qalba ta' “reattur nukleari”;

TLB1.10

Detetturi tan-newtroni

Detetturi tan-newtroni ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiddeterminaw il-livelli tal-fluss tan-newtroni fil-qalba tar-reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI L-ambitu ta' din l-entrata jinkludi detetturi fil-qalba u barra mill-qalba li jkejlu l-livelli tal-fluss fuq medda kbira, tipikament minn 104 newtroni kull cm2 fis-sekonda sa 1010 newtroni kull cm2 fis-sekonda jew aktar. Barra mill-qalba jirreferi għal dawk l-istrumenti barra l-qalba ta' reattur kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq, iżda li jinsabu ġewwa l-ilqugħ bijoloġiku.

0A001.k

“Ilqugħ termiku estern” imfassal apposta jew ippreparat sabiex jintuża f'“reattur nukleari” għat-tnaqqis tat-telf tas-sħana kif ukoll għall-protezzjoni tar-reċipjent.

Nota Teknika:

F'0A001.k. “ilqugħ termiku estern” tfisser strutturi ewlenin imqiegħda fuq ir-reċipjent tar-reattur li jnaqqsu t-telf tas-sħana mir-reattur u jnaqqsu t-temperatura fi ħdan ir-reċipjent tar-reattur.

TLB1.11

Ilqugħ termiku estern

“Ilqugħ termiku estern” iddisinjat jew ippreparat apposta għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1 għat-tnaqqis tat-telf ta' sħana u wkoll għall-protezzjoni tal-kontenituri ta' konteniment.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI “Ilqugħ termiku estern” huma strutturi ewlenin imqiegħda fuq il-kontenitur tar-reattur li jnaqqsu t-telf ta' sħana mir-reattur u jnaqqsu t-temperatura fil-kontenitur ta' konteniment.

0B001

Impjant għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” u tagħmir u komponenti mfasslin jew ippreparati apposta għalihom, kif ġej:

TLB5

Impjanti għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' uranju naturali, uranju mfaqqar jew materjal fissili speċjali u tagħmir, għajr strumenti analitiċi, iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn

0B001.a

Impjant imfassal apposta għas-separazzjoni ta' iżotopi ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar”, jew “materjali fissili speċjali”, kif ġej:

1.

Impjant għas-separazzjoni b'ċentrifuga tal-gass;

2.

Impjant għas-separazzjoni b'diffużjoni gassuża;

3.

Impjant għas-separazzjoni aerodinamika;

4.

Impjant għas-separazzjoni bi skambju kimiku;

5.

Impjant għas-separazzjoni bl-iskambju tal-joni;

6.

Impjant għas-separazzjoni iżotopika ta' fwar atomiku bil-“laser”;

7.

Impjant għas-separazzjoni iżotopika molekulari bil-“laser”;

8.

Impjant għas-separazzjoni bil-plażma;

9.

Impjant għas-separazzjoni elettromanjetika;

TLB5

 

0B001.b

Ċentrifugi tal-gass u muntaturi u komponenti, mfassla apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'ċentrifugi tal-gass, kif ġej:

Nota Teknika:

F'0B001.b. “materjal li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità hija għolja” tfisser kull waħda minn dawn li ġejjin:

1.

Azzar Maraging b'limitu ta' saħħa tensili ta' 1,95 GPa jew aktar;

2.

Ligi tal-aluminju kapaċi għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 0,46 GPa jew aktar; jew

3.

“Materjali fibrużi jew bil-filamenti” b'“modulu speċifiku” ta' iktar minn 3,18 × 106 m u ta' “saħħa tensili speċifika” ikbar minn 7,62 × 104 m;

1.

Ċentrifugi tal-gass;

TLB5.1

5.1.   Ċentrifugi tal-gass u muntaturi u komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'ċentrifugi tal-gass

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Iċ-ċentrifuga tal-gass normalment tikkonsisti f'ċilindru(i) b'ħitan irqaq b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm li jinżammu f'ambjent vakwu u jiddawru b'veloċità periferali għolja tal-livell ta' 300 m/s jew aktar mal-assi ċentrali vertikali. Sabiex tinkiseb veloċità għolja l-materjali tal-kostruzzjoni għall-komponenti ta' rotazzjoni jrid ikollhom proporzjon għoli ta' saħħa għal densità u l-muntatura tar-rotor, u għalhekk il-komponenti individwali tagħha, jridu jiġu mmanifatturati b'tolleranzi ferm qrib sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-iżbilanċ. B'kuntrast ma' ċentrifugi oħra, iċ-ċentrifuga tal-gass għall-arrikkiment tal-uranju hija kkaratterizzata billi fil-kompartiment tar-rotor ikollha baffle(s) iddur forma ta' diska u arranġament ta' tubu wieqaf bħala sors ta' u għall-estrazzjoni tal-gass UF6 u jkollha mill-inqas tliet kanali separati, li minnhom tnejn ikunu konnessi ma' sasliet li mill-assi tar-rotor jibqgħu sejrin sal-periferija tal-kompartiment tar-rotor. Fl-ambjent vakwu jkun hemm ukoll għadd ta' oġġetti kritiċi li ma jdurux u li għalkemm ikunu ddisinjati apposta mhux diffiċli li jiġu ffabbrikati u lanqas ma jiġu ffabbrikati minn materjali uniċi. Faċilità ta' ċentrifuga madankollu jkollha bżonn għadd kbir ta' dawn il-komponenti, sabiex il-kwantitajiet ikunu jistgħu jipprovdu indikazzjoni importanti tal-użu finali.

0B001.b

 

TLB5.1.1

Komponenti li jduru

0B001.b.

2.

Muntaturi ta' rotors kompleti;

TLB5.1.1a

(a)

Muntaturi ta' rotors kompleti:

Ċilindri b'ħitan irqaq, jew numru ta' ċilindri interkonnessi b'ħitan irqaq, iffabbrikati minn materjal wieħed jew aktar bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-taqsima. Jekk ikunu interkonnessi, iċ-ċilindri jkunu magħquda flimkien bi mniefaħ jew ċrieki flessibbli kif deskritti fit-taqsima 5.1.1.(c) li ġejja. Ir-rotor jiġi mgħammar b'baffle(s) interna u għotjien tat-tarf, kif deskritti fit-taqsima 5.1.1.(d) u (e) li ġejjin, jekk ikun fil-forma finali. Madankollu l-muntatura kompleta tista' tingħata biss parzjalment immuntata.

0B001.b.

3.

Ċilindri tubi tar-rotor b'ħitan li għandhom ħxuna ta' 12-il mm jew inqas, dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom hija għolja”;

TLB5.1.1b

(b)

Tubi tar-rotor:

Ċilindri ddisinjati jew ippreparati apposta b'ħitan irqaq bi ħxuna ta' 12-il mm jew inqas, dijametru bejn 75 mm u 650 mm, u mmanifatturati b'materjal wieħed jew aktar minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

0B001.b.

4.

Ċrieki jew imniefaħ b'ħitan ħoxnin 3 mm jew inqas u dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm u mfasslin sabiex jagħtu appoġġ lokali lit-tubu tar-rotor jew sabiex jgħaqqdu għadd minnhom flimkien, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom hija għolja”;

TLB5.1.1c

(c)

Ċrieki jew imniefaħ:

Komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta biex jagħtu appoġġ lokalizzat għat-tubi tar-rotor jew biex jgħaqqdu flimkien numru ta' tubi tar-rotor. Il-minfaħ huwa ċilindru qasir bi ħxuna tal-ħitan ta' 3 mm jew inqas, dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm, li għandu konvoluzzjoni, u mmanifatturat b'materjal minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

0B001.b.

5.

Dijaframmi b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm għal immuntar f'tubu tar-rotors, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom hija għolja”.

TLB5.1.1d

(d)

Baffles:

Komponenti bil-forma ta' diska b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiġu mmuntati fit-tubu tar-rotor taċ-ċentrifuga, bil-għan li jiġi iżolat il-kompartiment tat-tneħħija mill-kompartiment prinċipali ta' separazzjoni u, f'xi każijiet, li tiġi megħjuna ċ-ċirkolazzjoni tal-gass UF6 fil-kompartiment ewlieni ta' separazzjoni tat-tubu tar-rotor, u mmanifatturati b'materjal minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

0B001.b.

6.

Għotjien ta' fuq jew ta' isfel b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm sabiex jaqbdu mat-truf ta' tubu tar-rotor, magħmulin minn “materjali li l-proporzjon tas-saħħa għad-densità tagħhom hija għolja”;

TLB5.1.1e

(e)

Għotjien ta' fuq/ Għotjien ta' isfel:

Komponenti bil-forma ta' diska b'dijametru ta' bejn 75 mm u 650 mm ddisinjati jew ippreparati apposta biex jaqbad mat-truf tat-tubu tar-rotor, u għalhekk iżomm il-UF6 ġewwa t-tubu tar-rotor, u f'xi każijiet biex jappoġġa, iżomm jew iżomm ġewwa bħala parti integrata element tal-kuxxinett ta' fuq (l-għatu ta' fuq) jew biex iġġorr l-elementi li jduru tal-mutur u tal-kuxxinett ta' isfel (l-għatu ta' isfel), u mmanifatturati b'materjal minn dawk bi proporzjon għoli ta' saħħa għal densità deskritti fin-NOTA TA' SPJEGAZZJONI ta' din it-Taqsima.

 

 

TLB5.1.1

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-materjali użati għal komponenti li jduru taċ-ċentrifuga jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

Azzar Maraging b'limitu ta' saħħa tensili ta' 1,95 GPa jew aktar;

(b)

Ligi tal-aluminju kapaċi għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 0,46 GPa jew aktar;

(c)

Materjali filamentari adatti għall-użu fi strutturi komposti u li għandhom modulu speċifiku ta' 3,18 × 106 m jew akbar u limitu speċifiku ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 7,62 × 104 m jew akbar (il-‘Modulu Speċifiku’ huwa l-Modulu ta' Young f'N/m2 diviż bil-piż speċifiku f'N/m3; il-‘Limitu Speċifiku ta' Reżistenza għat-Tensjoni’ huwa l-limitu ta' reżistenza għat-tensjoni f'N/ m2 diviż mill-piż speċifiku f'N/ m3).

0B001.b

 

TLB5.1.2

Komponenti statiċi

0B001.b.

7.

Kuxxinetti ta' sospensjoni manjetika kif ġej:

a.

Assemblaġġi ta' kuxxinetti li jikkonsistu f'kalamita f'għamla ta' ħolqa sospiża f'ħawsing magħmul minn jew protett b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li fihom mezz li jtaffi u li għandhom igganċjar tal-kalamita b'biċċa polari jew bit-tieni kalamita mmuntata mal-għatu ta' fuq tar-rotor;

b.

Kuxxinetti manjetiċi attivi mfassla apposta jew preparati għall-użu ma' ċentrifugi tal-gass.

TLB5.1.2A.1

(a)

Kuxxinetti ta' sospensjoni manjetika:

1.

Muntaturi ta' kuxxinetti ddisinjati jew ippreparati apposta li jikkonsistu minn kalamita f'għamla ta' ħolqa sospiża f'alloġġament li jkun fih mezz li jtaffi. Il-post għandu jkun fabbrikat minn materjal reżistenti UF6- (Ara NOTA TA' SPJEGAZZJONI għas-Sezzjoni 5.2). Il-kalamita tigganċja ma' parti ta' lasta jew mat-tieni kalamita mmuntata mal-għatu ta' fuq deskritt fit-Taqsima 5.1.1.(e).

Il-kalamita tista' tkun f'forma ta' ċurkett bid-daqs tad-dijametru ta' barra u dak ta' ġewwa iżgħar jew indaqs għal 1.6:1. Il-kalamita tista' tkun f'forma li jkollha permeabilità inizjali ta' 0,15 H/m jew aktar, jew residwu ta' 98,5 % jew aktar, jew prodott tal-enerġija akbar minn 80 kJ/m3. Barra mill-propjetajiet tas-soltu tal-materjal, huwa prerekwiżit li d-devjazzjoni tal-assi manjetiċi mill-assi ġeometriċi tkun limitata għal tolleranzi żgħar ħafna (anqas minn 0,1 mm) jew li tinħtieġ speċjalment l-omoġeneità tal-materjal tal-kalamita.

0B001.b.

 

TLB5.1.2a2

2.

Il-kuxxinetti manjetiċi attivi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu ma' ċentrifugi tal-gass.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Dawn il-kuxxinetti s-soltu jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Imfassla biex iżommu ċċentrat rotor li jdur b'600 Hz jew aktar, u

Assoċjati ma' provvista tal-kurrent elettriku affidabbli u/jew ma' unità ta' provvista tal-elettriku mingħajr interruzzjoni (UPS) sabiex jiffunzjonaw għal aktar minn siegħa.

0B001.b.

8.

Kuxxinetti ppreparati apposta li jikkonsistu f'assemblaġġ b'għatu bil-pern immuntat fuq damper;

TLB5.1.2b

(b)

Kuxxinetti/Smorzaturi:

Kuxxinetti ddisinjati jew ippreparati apposta li fihom muntatura ta' pern/tazza mmuntat fuq smorzatur. Il-pern huwa normalment xaft tal-azzar imwebbes b'emisfera f'tarf wieħed b'mezz tat-twaħħil mat-tapp ta' taħt deskritt fit-taqsima 5.1.1.(e) fl-oħra. Madankollu x-xaft jista' jkollu kuxxinett idrodinamiku mwaħħal miegħu. It-tazza għandha forma ta' gerbub b'indentazzjoni emisferika f'wiċċ wieħed.

Dawn il-komponenti huma ħafna drabi pprovduti separatament mill-ismorzatur.

0B001.b.

9.

Pompi molekulari li jikkonsistu f'ċilindri li għandhom skanalaturi elikali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament;

TLB5.1.2c

(b)

Pompi molekulari:

Ċilindri ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom skanalaturi elikojdali interni mmaxinjati jew bl-estrużjoni u toqob immaxinjati internament. Id-dimensjonijiet tipiċi huma kif ġejjin:

75 mm sa 650 mm dijametru intern, 10 mm jew aktar ħxuna tal-ħajt, bit-tul indaqs għal jew akbar mid-dijametru. L-iskanalaturi tipikament huma rettangolari fis-sezzjoni trasversali u 2 mm jew aktar fil-fond tagħhom.

0B001.b.

10.

Partijiet stazzjonarji tal-magna f'forma ta' ċrieki għall-isterisi (jew ir-rilluttanza) tal-muturi multifażi AC għal tħaddim sinkroniku ġewwa vakwu bi frekwenza ta' 600 Hz jew aktar u b'potenza ta' 40 VA jew aktar;

TLB5.1.2d

(d)

Partijiet stazzjonarji tal-magna:

Partijiet stazzjonarji f'forma ta' ċurkett iddisinjati jew ippreparati apposta għal muturi multifażi b'kurrent li jalterna tat-tip b'istereżi (jew b'riluttanza)ta' veloċità għolja għall-operazzjoni sinkronizzata f'vakwu fi frekwenza ta' 600 Hz jew akbar u enerġija ta' 40 VA jew akbar. Il-partijiet stazzjonarji jistgħu jikkonsistu minn tidwir multifażi fuq qalba tal-ħadid b'telf baxx illaminata li fiha saffi rqaq tipikament 2,0 mm ħoxnin jew anqas.

0B001.b.

11.

Reċipjenti / ħawsings ta' ċentrifuga sabiex iżommu fihom l-assemblaġġ ta' tubu tar-rotors ta' ċentrifuga tal-gass, li jikkonsistu f'ċilindru riġidu li ħitanu huma ħoxnin sa 30 mm bi truf immaxinjati b'mod preċiż; li huma paralleli għal xulxin u perpendikulari għall-assi lonġitudinali taċ-ċilindru sa 0,05 gradi jew anqas.

TLB5.1.2e

(e)

Ħawsings/reċipjenti ta' ċentrifuga:

Komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta biex ikun fihom il-muntatura ta' tubi tar-rotor ta' ċentrifuga tal-gass. L-alloġġament jikkonsisti f'ċilindru riġidu ta' ħxuna sa 30 mm bi truf immaxinjati bi preċiżjoni biex ippoġġu l-kuxxinetti u bi flanġ wieħed jew aktar għall-immuntar. It-truf immaxinjati huma paralleli għal xulxin u perpendikulari għall-assi lonġitudinali taċ-ċilindru għal 0,05 gradi jew anqas. L-alloġġament jista' jkun ukoll struttura tat-tip xehda biex jakkomoda diversi assemblaġġi ta' rotors.

0B001.b.

12.

Daħliet tal-arja mfasslin jew ippreparati apposta għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa t-tubu tar-rotor skont il-prinċipju tat-tubu għall-kejl tal-veloċità, u li jistgħu jitwaħħlu mas-sistema ċentrali għall-estrazzjoni tal-gass;

TLB5.1.2f

(f)

Sassli:

Tubi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-estrazzjoni tal-gass UF6 minn ġewwa t-tubu tar-rotor b'azzjoni ta' tubu Pitot (jiġifieri, b'apertura li tħares fil-fluss ċirkumferenzjali tal-gass fit-tubu ta' rotor, pereżempju billi tgħawweġ it-tarf ta' tubu li tqiegħed b'mod radjali) u kapaċi li jitwaħħlu mas-sistema ċentrali tal-estrazzjoni tal-gass.

0B001.b.

13.

Varjanti tal-frekwenza (konvertituri jew invertituri) mfassla apposta jew ippreparati sabiex jissuplixxu l-istators ta' mutur meta jseħħ l-arrikiment taċ-ċentrifuga tal-gass, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin kif ukoll il-komponenti mfasslin apposta għalihom:

a.

Output tal-frekwenza multifażi ta' 600 Hz jew aktar; kif ukoll

b.

Stabbiltà għolja (b'kontroll tal-frekwenza aħjar minn 0,2 %);

TLB5.2.5

5.2.5.   Apparat li jbiddel il-frekwenza

Apparat li jbiddel il-frekwenza (magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri) iddisinjati jew ippreparati apposta biex jagħtu lill-partijiet stazzjonarji tal-mutur kif iddefinit f'5.1.2(d), jew partijiet, komponenti jew submuntaturi ta' tali apparat li jbiddel il-frekwenza li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Output tal-frekwenza multifażi ta' 600 Hz jew aktar; kif ukoll

2.

stabbiltà għolja (bil-kontroll tal-frekwenza aqwa minn 0,2 %).

0B001.b.

14.

Valvi tal-kontroll u tal-għeluq kif ġej:

a.

Valvi iżolanti mfassla jew ippreparati apposta biex jaġixxu fuq l-alimentazzjoni, il-prodott jew ir-rilaxxi tal-flussi tal-gass tal-UF6 ta' ċentrifuga tal-gass individwali;

b.

Valvi issiġillati b'imniefaħ, li jwaqqfu jew jikkontrollaw, magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, b'dijametru minn 10 mm sa 160 mm; imfassla apposta jew ippreparati għall-użu fis-sistemi prinċipali jew awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment b'ċentrifuga tal-gass;

TLB5.2.3

5.2.3.   Valvijiet speċjali li jagħlqu u li jikkontrollaw

(a)

Valvijiet li jagħlqu ddisinjati jew ippreparati apposta biex jaġixxu fuq id-dħul, il-prodott jew id-dnub ta' flussi ta' gass UF6 ta' ċentrifuga individwali tal-gass.

(b)

Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, manwali jew awtomatizzati, ta' għeluq u ta' kontroll, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, b'dijametru ta' ġewwa ta' 10 sa 160 mm, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'sistemi ewlenin jew awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment permezz taċ-ċentrifugazzjoni tal-gass.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Il-valvijiet tipiċi ddisinjati jew ippreparati apposta jinkludu valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, tipi li jagħlqu li jaġixxu malajr, valvi li jaġixxu malajr u oħrajn.

0B001.c

Tagħmir u komponenti, iddisinjati apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni b'diffużjoni gassuża, kif ġej:

1.

Barrieri għad-diffużjoni gassuża magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li jkunu metalliċi, tal-polimer jew taċ-ċeramika, porużi, b'daqs tal-pori minn 10 sa 100 mm, bi ħxuna ta' 5 mm jew inqas, u, għal forom tubulari, b'dijametru ta' 25 mm jew inqas;

TLB5.3.1a

Barrieri għad-diffużjoni tal-gass u materjali ta' barriera

(a)

Filtri porużi rqaq iddisinjati jew ippreparati apposta, b'pori bid-daqs ta' 10 — 100 nm, ħxuna ta' 5 mm jew anqas, u għal forom tubulari, dijametru ta' 25 mm jew anqas, magħmula minn materjali metalliċi, polimeri jew taċ-ċeramika reżistenti għall-korruzjoni minn UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4), u

0B001.c

2.

Ħawsings għad-diffużjoni tal-gass magħmulin minn minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

TLB5.3.2

Ħawsings tad-diffużjoni

Kontenituri ermetikament siġillati ddisinjati jew ippreparati apposta biex ikollhom il-barriera għad-diffużjoni tal-gass, magħmula minn jew protetta b'materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4).

0B001.c

3.

Kompressuri jew ventilaturi tal-gass b'kapaċità ta' volum ta' ġbid tal-arja ta' 1 m3/min jew iktar ta' UF6, u pressjoni ta' skarika li twassal sa 500 kPa, u li għandhom proporzjon ta' pressjoni ta' 10:1 jew anqas u li huma magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

TLB5.3.3

Kompressuri u ventilaturi tal-gass

Kompressuri u ventilaturi tal-gass iddisinjati jew ippreparati apposta b'kapaċità ta' volum ta' ġbid ta' 1 m3 kull minuta jew aktar ta' UF6, u bi pressjoni li tneħħi sa 500 kPa, iddisinjati għal operazzjonijiet fit-tul fl-ambjent UF6 kif ukoll muntaturi separati ta' tali kompressuri u ventilaturi tal-gass. Dawn il-kompressuri u ventilaturi tal-gass ikollhom proporzjon tal-pressjoni ta' 10:1 jew anqas u huma magħmula minn, jew protetti minn, materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4).

0B001.c

4.

Siġillaturi ta' xaftijiet rotattivi għal kompressuri jew blowers speċifikati f'0B001.c.3. u mfasslin sabiex ir-rata ta' infiltrazzjoni tal-gass separatur tkun inqas minn 1 000 cm3/min.;

TLB5.3.4

Siġilli tax-xaftijiet ritattivi

Siġilli tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta, b'konnessjonijiet tad-dħul issiġillati u tal-exhaust issiġillati, biex jissiġillaw ix-xaft li jikkollega ir-rotor tal-kompressur jew tal-ventilatur tal-gass mal-mutur prinċipali sabiex jiżguraw siġill affidabbli kontra l-infiltrazzjoni tal-arja fil-kompartiment ta' ġewwa tal-kompressur jew tal-ventilatur tal-gass li tkun mimlija b'UF6. Tali siġilli huma normalment imfassla għal rata ta' infiltrazzjoni tal-gass buffer li tkun anqas minn 1 000 cm3 kull minuta.

0B001.c

5.

Skambjatur tas-sħana magħmulin jew protetti minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” u mfasslin għal rata ta' telf tal-pressjoni ta' inqas minn 10 Pa fis-siegħa taħt differenzjal ta' pressjoni ta' 100 kPa;

TLB5.3.5

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana għat-tkessiħ ta' UF6

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana ddisinjat jew preparat apposta magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għat-taqsima 5.4), u li huwa maħsub għal rata ta' telf ta' pressjoni ta' anqas minn 10 Pa kull siegħa taħt differenzjal ta' pressjoni ta' 100 kPa.

0B001.c

6.

Valvi ssiġillati b'imniefaħ manwali jew awtomizzati, tal-kontroll jew tal-għeluq, magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

TLB5.4.4

Valvijiet speċjali li jagħlqu u li jikkontrollaw

Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, manwali jew awtomatizzati, li jagħlqu jew li jikkontrollaw, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, għall-installazzjoni fis-sistemi ewlenin u awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment permezz tad-diffużjoni tal-gass.

0B001.d

Tagħmir u komponenti, mfasslin apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni aerodinamika, kif ġej:

1.

Żennuni għas-separazzjoni li jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta' inċiżjoni li għandhom raġġ ta' kurvatura inqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat;

TLB5.5.1

Żennuni tas-separazzjoni

Żennuni tas-separazzjoni u l-assemblaġġi tagħhom iddisinjati jew ippreparati apposta. Iż-żennuni tas-separazzjoni jikkonsistu minn kanali kkurvati f'forma ta' inċiżjoni li għandhom raġġ ta' kurvatura anqas minn 1 mm, reżistenti għall-korrużjoni minn UF6 u li għandhom xifer irqiq fiż-żennuna li jissepara l-gass li jgħaddi miż-żennuna f'żewġ nixxigħat.

0B001.d

2.

Tubi ċilindriċi jew koniċi (tubi vortiċi) magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar;

TLB5.5.2

Tubi vortiċi

Tubi vortiċi u l-assemblaġġi tagħhom imfassla jew ippreparati b'mod speċjali. It-tubi vortiċi huma ċilindriċi jew għal ponta, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għal korruzjoni minn UF6, u b'daħla tanġenzjali waħda jew aktar. It-tubi jistgħu jkunu mgħammra b'appendiċi tat-tip ta' żennuna f'tarf wieħed jew fiż-żewġt itruf.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-gass li jidħol fit-tubi vortiċi b'mod tanġenzjali f'tarf wieħed jew minn swirl vanes jew f'pożizzjonijiet tanġenzjali numerużi tul il-periferija tat-tubi.

0B001.d

3.

Kumpressuri jew blowera tal-gass magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, u siġilli ta' xaftijiet li jduru għalihom;

TLB5.5.3

TLB5.5.4

Kompressuri u ventilaturi tal-gass

Kompressuri u ventilaturi tal-gass iddisinjati jew ippreparati apposta magħmula minn materjali reżistenti għall-korrużjoni mit-taħlita ta' UF6 /gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju).

Siġilli tax-xaftijiet li jduru

Siġilli tax-xaftijiet li jduru, b'konnessjonijiet tad-dħul issiġillati u tal-exhaust issiġillati, iddisinjati jew ippreparati apposta, biex jissiġillaw ix-xaft li jikkollega r-rotor tal-kompressur jew ir-rotor tal-ventilatur tal-gass mal-mutur prinċipali sabiex jiżguraw siġill affidabbli kontra l-ħruġ tal-gass tal-proċess jew l-infiltrazzjoni tal-arja jew il-gass tas-siġill fil-kompartiment ta' ġewwa tal-kompressur jew tal-ventilatur tal-gass li hija mimlija b'taħlita ta' UF6/gass trasportatur.

0B001.d

4.

Skambjaturi tas-sħana magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

TLB5.5.5

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana għat-tkessiħ tal-gass

It-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana ddisinjati jew ippreparati apposta magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6.

0B001.d

5.

Ħawsings għall-elementi ta' separazzjoni magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6” li jkun fihom tubi vortiċi jew żennuni għas-separazzjoni;

TLB5.5.6

Ħawsings tal-elementi tas-separazzjoni

Ħawsings tal-elementi tas-separazzjoni ddisinjati jew ippreparati apposta, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, li jkunu fihom it-tubi vortiċi jew iż-żennuni tas-separazzjoni.

0B001.d

6.

Valvi ssiġillati b'imniefaħ, manwali jew awtomatizzati, tal-konroll jew tal-għeluq, magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”, b'dijametru ta' 40 mm jew aktar;

TLB5.5.10

UF6 spettrometri tal-massa/sorsi joniċi

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda (1) għal kull 320;

2.

Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

0B001.d

7.

Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju) għal kontenut ta' UF6 ta' 1 ppm jew inqas, inkluż:

a.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas;

b.

Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jilħqu temperaturi ta' 153K (– 120 °C) jew inqas;

c.

Żennuni għas-separazzjoni jew unitajiet ta' tubi vortiċi għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur;

d.

Nases kesħin tal-UF6 li kapaċi jiffriżaw 'il barra l-UF6.

TLB5.5.12

UF6/sistemi tas-separazzjoni tal-gass carrier

Sistemi ta' proċess iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' UF6 mill-gass trasportatur (l-idroġenu jew l-elju).

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi huma ddisinjati biex inaqqsu l-kontenut ta' UF6 fil-gass trasportatur għal 1 ppm jew anqas u jistgħu jinkorporaw tagħmir bħal:

(a)

Skambjaturi tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas; jew

(b)

Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jifilħu għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew anqas, jew

(c)

Unitajiet ta' żennuni tas-separazzjoni jew tubi vortiċi għas-separazzjoni ta' UF6 mill-gass trasportatur, jew

(d)

Nases kesħin ta' UF6 li kapaċi jiffriżaw UF6.

0B001.e

Tagħmir u komponenti, mfasslin apposta jew ippreparati għall-proċess ta' separazzjoni bi skambju kimiku, kif ġej:

1.

Kolonni pulsatorji għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' permanenza tal-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik adattati bħal polimeri tal-idrokarbur fluworut jew ħġieġ);

TLB5.6.1

Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu (Skambju kimiku)

Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu kontrokurrenti li jkollhom input tal-enerġija mekkanika, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju kimiku. Biex ikunu resistenti għall-korrosjoni minħabba s-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidi idrokloriku, dawn il-kolonni u l-interni tagħhom normalment huma magħmula minn jew protetti b'materjali tal-plastik adatti (bħal polimeri tal-idrokarburi fluworinati) jew mill-ħġieġ. Il-ħin ta' residenza tal-kolonni huwa normalment imfassal biex ikunu daqs stadju ta' 30 sekonda jew anqas.

0B001.e

2.

Kuntatturi ċentrifugali għall-iskambju mgħaġġel ta' likwidu-likwidu b'ħin ta' permanenza tal-istadju ta' 30 sekonda jew inqas u reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat (pereż. magħmulin minn jew protetti b'materjali tal-plastik addattati bħal polimeri tal-idrokarbur fluworut jew ħġieġ);

TLB5.6.2

Kuntatturi ċentrifugali likwidu-likwidu (Skambju kimiku)

Kuntatturi ta' ċentrifugazzjoni likwidu-likwidu ddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju kimiku. Tali kuntatturi jużaw ir-rotazzjoni biex jiksbu d-diffużjoni tal-flussi organiċi u milwiema u mbagħad il-qawwa ċentrifugali biex jisseparaw il-fażijiet. Biex ikunu resistenti għall-korrosjoni minħabba s-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidi idrokloriku, il-kuntatturi normalment huma magħmula minn jew protetti b'materjali tal-plastik adatti (bħal polimeri tal-idrokarburi fluworinati) jew mill-ħġieġ. Il-ħin ta' residenza tal-kuntatturi ċentrifugali huwa normalment imfassal biex ikun daqs stadju ta' 30 sekonda jew anqas.

0B001.e

3.

Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku reżistenti għal soluzzjonijiet kkonċentrati tal-aċidu idrokloriku, għat-tnaqqis tal-uranju minn stat ta' valenza għal ieħor;

TLB5.6.3a

Sistemi u tagħmir għat-tnaqqis tal-uranju (Skambju kimiku)

(a)

Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku ddisinjati jew ippreparati apposta biex inaqqsu l-uranju minn stat valenti wieħed għal ieħor għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju kimiku. Il-materjali taċ-ċelloli f'kuntatt mas-soluzzjonijiet tal-proċess għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni minħabba s-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-kompartiment katodiku taċ-ċellola għandu jkun iddisinjat biex jipprevjeni r-riossidazzjoni tal-uranju għall-ogħla stat valenti tiegħu. Biex jinżamm l-uranju fil-kompartiment katodiku, iċ-ċellola jista' jkollha membrana dijaframma li ma jgħaddix ilma minnha mfassla minn materjal ta' skambju b'joni pożittivi speċjali. Il-katodu huwa magħmul minn konduttur solidu adatt bħall-grafit.

0B001.e

4.

Ċelloli għat-tnaqqis elettrokimiku jalimentaw tagħmir biex jieħu l-U+4 min-nixxiegħa organika u, għal dawk il-partijiet f'kuntatt man-nixxiegħa tal-proċess, magħmulin minn jew protetti b'materjali addattati (pereż. ħġieġ, polimeri tal-fluworokarbonju, sulfat tal-polifenil, sulfon tal-polietere u grafit imxappap fir-reżina);

TLB5.6.3b

(b)

Sistemi mil-lat tal-prodott tal-kaskata ddisinjati jew ippreparati apposta biex jieħdu U+4 'il barra mill-fluss organiku, li jaġġustaw il-konċentrazzjoni tal-aċidu u d-dħul għaċ-ċelloli ta' tnaqqis elettrokimiku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi jikkonsistu minn tagħmir ta' estrazzjoni tas-solventi li jneħħi U+4 mill-fluss organiku f'soluzzjoni milwiema, l-evaporazzjoni u/jew tagħmir ieħor biex tinkiseb l-aġġustament u l-kontroll tal-pH tas-soluzzjoni, u pompi jew apparat ta' trasferiment ieħor għad-dħul fiċ-ċelloli ta' tnaqqis elettrokimiku. Tħassib maġġuri tat-tfassil huwa li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-fluss milwiem b'ċerti joni metalliċi. Konsegwentament, għal dawk il-partijiet li huma fil-kuntatt mal-kurrent tal-proċess, is-sistema hija mibnija minn tagħmir magħmul minn jew protett b'materjal tajjeb (bħal ħġieġ, polimeri florokarboniċi, polyphenyl sulfate, polyether sulfone, u resin-impregnated graphite).

0B001.e

5.

Sistemi ta' preparazzjoni għall-alimentazzjoni, għall-produzzjoni ta' soluzzjoni ta' klorur tal-uranju ta' purità għolja, li jikkonsistu f'tagħmir ta' dissoluzzjoni, għall-estrazzjoni ta' solvent u / jew l-iskambju ta' joni għall-purifikazzjoni kif ukoll f'ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis tal-uranju minn U+6 jew U+4 għal U+3;

TLB5.6.4

Sistemi ta' preparazzjoni tad-dħul (Skambju kimiku)

Sistemi ta' preparazzjoni iddisinjati jew preparati apposta biex jipproduċu soluzzjonijiet tad-dħul tal-klorur tal-uranju ta' purità għolja għal impjanti ta' separazzjoni tal-isotopi tal-uranju permezz ta' skambju kimiku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi jikkonsistu mid-dissoluzzjoni, l-estrazzjoni tas-solventi u/jew it-tagħmir ta' skambju joniku għall-purifikazzjoni u ċelloli elettrolitiċi għat-tnaqqis tal-uranju U+6 jew U+4 għal U+3. Dawn is-sistemi jipproduċu soluzzjonijiet tal-klorur tal-uranju li jkollhom biss ftit partijiet għal kull miljun ta' impuritajiet metalliċi bħall-kromju, il-ħadid, il-vanadju, il-molibdenu u joni pożittivi oħra bivalenti jew multivalenti ogħla. Materjali tal-kostruzzjoni għal porzjonijiet tas-sistema li jipproċessaw l-U+3 ta' purità għolja jinkludu l-ħġieġ, polimeri magħmula minn idrokarbur fluworut, sulfat tal-polifenil jew sulfat tal-polifenil imdawwar bil-plastik u grafit mimli bir-reżina. NSG Parti 1 ta' Ġunju 2013 -39 — 5.6.5. L-uranju

0B001.e

6.

Sistemi għall-ossidazzjoni tal-uranju għall-ossidazzjoni ta' U+3 għal U+4;

TLB5.6.5

Sistemi għall-ossidazzjoni tal-uranju (Skambju kimiku)

Sistemi għall-ossidazzjoni tal-U+3 għall-U+4 iddisinjati jew ippreparati apposta għar-ritorn għall-kaskata tas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju fil-proċess ta' arrikkiment ta' skambju kimiku.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi jistgħu jinkorporaw tagħmir bħal: (a) Tagħmir għall-kuntatt mal-kloru u l-ossiġenu mat-tnixxija akkwatika mit-tagħmir tas-separazzjoni tal-isotopi u li joħroġ l-U+4 li jirriżulta fil-fluss organiku mfaqqar li jirritorna mit-tarf tal-prodott tal-kaskata, (b) Tagħmir li jissepara l-ilma mill-aċidu idrokloriku sabiex l-ilma u l-aċidu idrokloriku konċentrat ikunu jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid fil-proċess fil-postijiet it-tajbin.

0B001.f

Tagħmir u komponenti, mfasslin apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bi skambju ta' joni, kif ġej:

1.

Reżini ta' skambju joniku li jirreaġixxu malajr, reżini pellikulari jew porużi makromxebbkin fejn il-gruppi attivi għall-iskambju kimiku huma limitati għal kisja fil-wiċċ ta' struttura ta' appoġġ inattiva u poruża, u strutturi kompożiti oħra ta' kull forma addatta, inklużi partiċelli jew fibri, b'dijametri ta' 0,2 mm jew inqas, reżistenti għall-aċidu idrokloriku kkonċentrat u mfasslin sabiex ikollhom tnaqqis bin-nofs tar-rata tal-iskambju ta' inqas minn 10 sekondi u li kapaċi jaħdmu f'temperaturi ta' bejn it-373 K (100 °C) u l-473 K (200 °C);

TLB5.6.6

Reżini/assorbenti ta' skambju joniku b'reazzjoni rapida (Skambju joniku)

Reżini/assorbenti ta' skambju joniku b'reazzjoni rapida ddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju joniku, inklużi reżini makroretikulari porużi, u/jew strutturi pellikulari li fihom il-gruppi attivi tal-iskambju kimiku huma limitati għal kisja fil-wiċċ ta' struttura ta' appoġġ poruża inattiva, u strutturi komposti oħra f'kull forma adatta inklużi partiċelli jew fibri. Dawn ir-reżini/assorbimenti ta' skambju joniku jkollhom dijametri ta' 0,2 mm jew inqas u għandhom ikunu kimikament reżistenti għas-soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku kif ukoll fiżikament b'saħħithom biżżejjed sabiex ma jiddegradawx fil-kolonni ta' skambju. Ir-reżini/assorbenti huma ddisinjati apposta biex jiksbu kinetika mgħaġġla ħafna ta' skambju ta' isotopi tal-uranju (in-nofs ħajja tar-rata ta' skambju ta' inqas minn 10 sekondi) u huma kapaċi li joperaw f'temperatura fil-medda bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C).

0B001.f

2.

Kolonni ta' skambju joniku (ċilindriċi) b'dijametru ikbar minn 1 000  mm, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-aċidu idrokloriku konċentrat (eż. titanju jew plastik tal-fluworokarbonju) u kapaċi jaħdmu b'temperaturi bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C) u pressjonijiet ogħla minn 0,7 MPa;

TLB5.6.7

Kolonni ta' skambju joniku (Skambju joniku)

Kolonni ċilindriċi akbar minn 1 000 mm fid-dijametru biex iżommu fihom u jappoġġaw sodod ippakkjati ta' reżina/assorbent ta' skambju joniku, iddisinjati jew ippreparati apposta għall-arrikkiment tal-uranju bl-użu tal-proċess ta' skambju joniku. Dawn il-kolonni huma magħmula minn jew protetti b'materjali (bħat-titanju jew il-plastiks florokarboniċi) reżistenti għall-korrużjoni minn soluzzjonijiet konċentrati tal-aċidu idrokloriku u huma kapaċi li joperaw f'temperatura fil-medda bejn 373 K (100 °C) u 473 K (200 °C) u f'pressjoni 'l fuq minn 0,7 MPa.

0B001.f

3.

Sistemi ta' rifluss ta' skambju joniku (sistemi ta' ossidazzjoni jew ta' riduzzjoni kimika jew elettrokimika) għar-riġenerazzjoni tal-aġenti kimiċi ta' riduzzjoni jew tal-ossidazzjoni użati f'kaskati ta' arrikiment bi skambju joniku;

TLB5.6.8

Sistemi ta' rifluss ta' skambju joniku (Skambju joniku)

(a) Sistemi ta' tnaqqis kimiċi jew elettrokimiċi ddisinjati jew ippreparati apposta għar-riġenerazzjoni tal-aġent(i) kimiku(ċi) tat-tnaqqis użat(i) fil-kaskati ta' arrikkiment tal-uranju tal-iskambju joniku. (b) Sistemi ta' ossidazzjoni kimiċi jew elettrokimiċi ddisinjati jew ippreparati apposta għar-riġenerazzjoni tal-aġent(i) ossidanti kimiku(ċi) użat(i) fil-kaskati tal-arrikkiment tal-uranju tal-iskambju joniku.

0B001.g

Tagħmir u komponenti, mfasslin apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni abbażi ta' lejżer bl-użu tas-separazzjoni isotopika bil-fwar atomiku tal-laser, kif ġej:

1.

Sistemi ta' vaporizzazzjoni tal-metall tal-uranju mfasslin sabiex il-potenza fornuta tilħaq il-1 kW jew aktar fuq il-bersall għal użu fl-arrikkiment tal-laser;

TLB5.7.1

Sistemi ta' vaporizzazzjoni tal-uranju (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Sistemi tal-vaporizzazzjoni tal-uranju ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu fl-arrikkiment bil-laser.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi jista' jkun fihom kanuni b'raġġ tal-elettroni u huma ddisinjati biex jiksbu enerġija mwassla (1 kW jew akbar) fuq il-mira suffiċjenti biex tiġġenera fwar tal-metall tal-uranju b'rata meħtieġa għall-funzjoni tal-arrikkiment bil-laser.

0B001.g

2.

Sistemi ta' maniġġar ta' metall likwidu jew ta' fwar tal-uranju mfasslin jew ippreparati apposta għall-imaniġġar ta' uranju mdewweb, ligi tal-uranju mdewweb jew fwar tal-metall tal-uranju sabiex jintużaw fl-arrikkiment tal-laser, u f'komponenti imfassla apposta għalihom;

N.B.:

ARA WKOLL 2A225.

TLB5.7.2

Sistemi u komponenti li jittrattaw il-metall tal-uranju f'forma ta' likwidu jew fwar (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għat-trattament tal-uranju mdewweb, il-ligi tal-uranju mdewba jew il-fwar tal-metall tal-uranju għall-użu fl-arrikkiment bil-laser jew komponenti ddisinjati jew ippreparati apposta għal dawn.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Is-sistemi li jittrattaw il-metall tal-uranju likwidu jistgħu jikkonsistu minn griġjoli u tagħmir li jkessaħ għall-griġjoli. Il-griġjoli u l-partijiet l-oħra ta' din is-sistema li jiġu f'kuntatt dirett mal-uranju mdewweb, il-ligi tal-uranju mdewba jew il-fwar tal-metall tal-uranju huma magħmula minn jew protetti b'materjali ta' reżistenza adatta għall-korrużjoni u s-sħana. Materjali adatti jistgħu jinkludu t-tantalju, il-grafit miksi bl-ittrija, il-grafit miksi b'ossidi tal-art rari oħra (ara INFCIRC/254/Parti 2 — (kif emendat)) jew taħlitiet tagħhom.

0B001.g

3.

Muntaturi ta' kollezzjoni tal-prodotti u tal-laqx għal metall tal-urnaju f'forma likwida jew solida, magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni tal-fwar jew likwidu tal-metall tal-uranju, bħal grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;

TLB5.7.3

Muntaturi tal-kollezzjoni tal-‘prodott’ u t-‘truf’ tal-metall tal-uranju (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Muntaturi tal-kollezzjoni tal-‘prodott’ u t-‘truf’ iddisinjati jew ippreparati apposta għall-metall tal-uranju f'forma likwida jew solida.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-komponenti għal dawn il-muntaturi huma magħmula minn jew protetti minn materjali reżistenti għas-sħana u l-korrużjoni tal-fwar jew il-likwidu tal-metall tal-uranju (bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalju) u jistgħu jinkludu pajpijiet, valvijiet, attrezzaturi, ‘kanali’, feed-throughs, tagħmir għat-trasferiment tas-sħana u pjanċi tal-kollezzjoni għal metodi ta' separazzjoni manjetiċi, elettrostatiċi jew oħrajn.

0B001.g

4.

Ħawsings għall-moduli ta' separazzjoni (reċipjenti ċilindriċi jew rettangolari) sabiex iżommu is-sors tal-fwar tal-metall tal-uranju, l-emittent tar-raġġ elettroniku u l-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx;

TLB5.7.4

Ħawsings għall-modulu ta' separazzjoni (metodi bbażati fuq il-fwar atomiku)

Kontenituri ċilindriċi jew rettangolari ddisinjati jew ippreparati apposta biex iżommu fihom is-sors tal-fwar tal-metall tal-uranju, il-kanun b'raġġi tal-elettroni, u l-kolletturi tal-‘prodott’ u t-‘truf’.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn l-alloġġamenti għandhom multipliċità ta' portijiet għal feed-throughs elettriċi u tal-ilma, twieqi tar-raġġi tal-laser, konnessjonijiet tal-pompi tal-vakwu u dijanjostika u monitoraġġ tal-istrumentazzjoni. Huma għandhom arranġamenti għall-ftuħ u l-għeluq biex jippermettu r-rinnovazzjoni ta' komponenti interni.

0B001.g

5.

“Lasers” jew sistemi ta' “laser” mfasslin jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' iżotopi tal-uranju bi stabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien twal;

N.B.:

ARA WKOLL 6A005 U 6A205.

TLB5.7.13

Sistemi tal-laser

Lasers jew sistemi tal-laser iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-lasers u l-komponenti tal-laser ta' importanza fil-proċessi ta' arrikkiment ibbażati fuq il-laser jinkludu dawk identifikati f'INFCIRC/254/Parti 2 — (kif emendat). Is-sistema tal-laser tipikament ikun fiha komponenti kemm ottiċi kif ukoll elettroniċi għall-ġestjoni tar-raġġ (jew raġġi) tal-laser u t-trażmissjoni għall-kompartiment tas-separazzjoni tal-isotopi. Is-sistema tal-laser għall-metodi bbażati fuq il-fwar atomiku normalment tikkonsisti f'lasers imħaddma b'kulurant li ntonabbli (tunable dye laser) ippompjati minn tip ieħor ta' laser (eż., lasers tal-fwar tar-ram jew ċerti lasers ta' stat solidu). Is-sistema tal-laser għall-metodi b'bażi molekulari tista' tikkonsisti minn lasers CO2 jew lasers eċċimeri u ċellola ottika multi-pass. Il-lasers jew is-sistemi tal-laser għaż-żewġ metodi jeħtieġu l-istabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru biex joperaw għal perijodi ta' ħin estiżi.

0B001.h

Tagħmir u komponenti, mfasslin apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni abbażi ta' lejżer bl-użu tas-separazzjoni isotopika molekulari bil-laser, kif ġej:

1.

Żennuni ta' espansjoni supersonika għal taħlitiet tat-tkessiħ tal-UF6 u gass trasportatur sa 150 K (– 123 °C) jew inqas u magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

TLB5.7.5

Żennuni ta' espansjoni supersonika (metodi b'bażi molekulari)

Żennuni ta' espansjoni supersonika ddisinjati jew ippreparati apposta għat-tkessiħ ta' taħlitiet tal-UF6 u gass trasportatur għal 150 K (– 123 °C) jew inqas u li huma reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6.

0B001.h

2.

Il-komponenti jew it-tagħmir tal-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx, mfasslin jew ippreparati apposta għall-ġbir tal-materjal tal-uranjiu jew il-laqx tal-uranju wara li jiġu lluminati bid-dawl tal-laser magħmulin minn “materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”;

TLB5.7.6

Kolletturi tal-“prodott” jew it-“truf” (metodi b'bażi molekulari)

Komponenti jew tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għall-kollezzjoni tal-materjal tal-prodott tal-uranju jew il-materjal tat-truf tal-uranju wara l-illuminazzjoni bid-dawl tal-laser.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI F'eżempju wieħed ta' separazzjoni isotopika molekulari bil-laser, il-kolletturi tal-prodott iservu biex jinġabar materjal solidu tal-uranju pentafluworur (UF5). Il-kolletturi tal-prodott jistgħu jikkonsistu minn kolletturi tat-tip tal-filtru, l-impatt, jew iċ-ċiklun jew kombinazzjonijiet tagħhom, u għandhom ikunu reżistenti għall-korrużjoni mill-ambjent ta' UF5/ UF6.

0B001.h

3.

Kompressuri magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”; siġilli tax-xaftijiet li jduru għalihom;

TLB5.7.7

Kompressuri UF6 /gass trasportatur (metodi b'bażi molekulari)

Kompressuri għat-taħlitiet UF6 /gass trasportatur, iddisinjati jew ippreparati apposta, iddisinjati għall-operazzjoni fit-tul f'ambjent UF6. Il-komponenti ta' dawn il-kompressuri li jiġu f'kuntatt dirett mal-gass tal-proċess huma magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6.

TLB5.7.8

Siġilli ta' xaftijiet li jduru (metodi b'bażi molekulari)

Siġilli ta' xaftijiet li jduru, tas-siġill tad-dħul u s-siġill tal-konnessjonijiet tal-exhaust, iddisinjati jew ippreparati apposta, biex jissiġillaw ix-xaft li jikkollega r-rotor tal-kompressur mal-mutur li jħaddem sabiex jiżguraw siġill affidabbli kontra l-ħruġ tal-gass tal-proċess jew id-dħul tal-arja jew il-gass tas-siġill fil-kompartiment ta' ġewwa tal-kompressur li huwa mimli b'taħlita tal-UF6 /gass trasportatur.

0B001.h

4.

Tagħmir li l-UF5 (solidu) jiffluworinah għal UF6 (gass);

TLB5.7.9

Sistemi ta' fluworinazzjoni (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiffluworinaw il-UF5 (solidu) għall-UF6 (gass).

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi huma ddisinjati biex jiffluworinaw it-trab tal-UF5 miġbur għal UF6 għall-kollezzjoni sussegwenti f'kontenituri tal-prodott jew għat-trasferiment bħala sors għal arrikkiment addizzjonali. F'approċċ wieħed, ir-reazzjoni fluworinata tista' tinkiseb fis-sistema tas-separazzjoni tal-isotopi biex tirreaġixxi u tirkupra direttament mill-kolletturi tal-‘prodott’. F'approċċ ieħor, it-trab UF5 jista' jitneħħa/jiġi ttrasferit mill-kolletturi tal-‘prodott’ f'kontenitur adatt ta' reazzjoni (eż., reattur bil-qiegħ iffluwidizzat, reattur bil-viti jew torri tal-fjamma) għall-fluworinazzjoni. Fiż-żewġ approċċi, jintuża t-tagħmir għall-ħażna u t-trasferiment tal-fluworu (jew aġenti adatti oħra li jiffluworinaw) u għall-kollezzjoni u t-trasferiment tal-UF6.

0B001.h

5.

Sistemi tal-ipproċessar għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur (pereż. in-nitroġenu jew l-argon) inkluż:

a.

Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana krijoġeniċi u krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas;

b.

Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas;

c.

Nases kesħin tal-UF6 li kapaċi jiffriżaw 'il barra l-UF6.

TLB5.7.12

Sistemi tas-separazzjoni ta' UF6 /gass trasportatur (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-UF6 mill-gass trasportatur. NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi jistgħu jinkorporaw tagħmir bħal: (a) Skambjaturi tas-sħana krijoġeniċi jew krijoseparaturi li jilħqu temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew inqas; jew (b) Unitajiet ta' tkessiħ krijoġeniċi li jifilħu għal temperaturi ta' 153 K (– 120 °C) jew anqas, jew (d) Nases kesħin ta' UF6 li kapaċi jiffriżaw UF6. Il-gass trasportatur jista' jkun in-nitroġenu, l-argon, jew gass ieħor.

0B001.h

6.

“Lasers” jew sistemi ta' “laser” mfasslin jew ippreparati apposta għas-separazzjoni ta' iżotopi tal-uranju bi stabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru għal ħidma fuq perjodi ta' żmien twal;

N.B.:

ARA WKOLL 6A005 U 6A205.

TLB5.7.13

Sistemi tal-laser

Lasers jew sistemi tal-laser iddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-lasers u l-komponenti tal-laser ta' importanza fil-proċessi ta' arrikkiment ibbażati fuq il-laser jinkludu dawk identifikati f'INFCIRC/254/Parti 2 — (kif emendat). Is-sistema tal-laser tipikament ikun fiha komponenti kemm ottiċi kif ukoll elettroniċi għall-ġestjoni tar-raġġ (jew raġġi) tal-laser u t-trażmissjoni għall-kompartiment tas-separazzjoni tal-isotopi. Is-sistema tal-laser għall-metodi bbażati fuq il-fwar atomiku normalment tikkonsisti f'lasers imħaddma b'kulurant li ntonabbli (tunable dye laser) ippompjati minn tip ieħor ta' laser (eż., lasers tal-fwar tar-ram jew ċerti lasers ta' stat solidu). Is-sistema tal-laser għall-metodi b'bażi molekulari tista' tikkonsisti minn lasers CO2 jew lasers eċċimeri u ċellola ottika multi-pass. Il-lasers jew is-sistemi tal-laser għaż-żewġ metodi jeħtieġu l-istabbilizzazzjoni tal-frekwenza tal-ispettru biex joperaw għal perijodi ta' ħin estiżi.

0B001.i

Tagħmir u komponenti, mfasslin apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni bil-plażma, kif ġej:

1.

Sorsi ta' enerġija microwave u antenni għall-produzzjoni jew għall-aċċellerazzjoni ta' joni, bil-frekwenza tal-output ikbar minn 30 GHz u b'output medju ta' potenza ikbar minn 50 kW;

TLB5.8.1

Sorsi u antenni tal-enerġija microwave

Is-sorsi ta' l-enerġija microwave u l-antenni mfassla jew preparati għal produzzjoni jew l-aċċelerazzjoni jonika u li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin: akbar minn 30 GHz frekwenza u akbar minn 50 kW qawwa ta' l-enerġija medja maħruġa għal produzzjoni jonika.

0B001.i

2.

Kojls għall-aġitazzjoni tal-joni bi frekwenzi tar-radju għal frekwenzi ta' iktar minn 100 kHz li kapaċi jiġġestixxu aktar mill-potenza medja ta' 40 kW;

TLB5.8.2

Kojls għall-aġitazzjoni tal-joni

Kojls għall-aġitazzjoni tal-joni tal-frekwenzi tar-radju ddisinjati jew ippreparati apposta għal frekwenzi ta' aktar minn 100 kHz u kapaċi li jifilħu għal aktar minn 40 kW enerġija medja.

0B001.i

3.

Sistemi ta' ġenerazzjoni ta' plażma tal-uranju;

TLB5.8.3

Sistemi tal-ġenerazzjoni tal-plażma tal-uranju

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-ġenerazzjoni tal-plażma tal-uranju għall-użu f'impjanti tas-separazzjoni tal-plażma.

0B001.i

4.

Mhux użat;

TLB5.8.4

Ma baqax jintuża — mill-14 ta' Ġunju 2013

0B001.i

5.

Muntaturi ta' kolletturi tal-prodotti u tal-laqx għal metall tal-urnaju f'forma solida magħmulin minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u għall-korrużjoni mill-fwar tal-uranju bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalu;

TLB5.8.5

Muntaturi tal-kolletturi tal-‘prodott’ u ‘truf’ tal-metall tal-uranju

Muntaturi tal-kolletturi tal-‘prodott’ u t-‘truf’ iddisinjati jew ippreparati apposta għall-metall tal-uranju f'forma solida. Dawn il-muntaturi tal-kolletturi huma magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għas-sħana u l-korrużjoni mill-fwar tal-metall tal-uranju, bħall-grafit miksi bl-ittrija jew it-tantalju.

0B001.i

6.

Ħawsings (ċilindriċi) tal-modulu ta' separazzjoni sabiex iżommu s-sors tal-plażma tal-uranju, il-kojl motriċi bi frekwenza tar-radju u l-kolletturi tal-prodotti u tal-laqx, u magħmulin minn materjal adattat nonmanjetiku (pereż. l-azzar inossidabbli);

TLB.5.8.6

Ħawsings għall-moduli ta' separazzjoni Kontenituri ċilindriċi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjanti ta' arrikkiment tas-separazzjoni tal-plażma biex iżommu fihom is-sors tal-plażma tal-uranju, il-bobina tal-eċċitazzjoni bi frekwenza tar-radju u l-kolletturi tal-‘prodott’ u t-‘truf’. NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn l-alloġġamenti għandhom multipliċità ta' portijiet għal feed-throughs elettriċi, konnessjonijiet tal-pompa tad-diffużjoni u dijanjostika u monitoraġġ tal-istrumentazzjoni. Huma għandhom arranġamenti għall-ftuħ u l-għeluq biex jippermettu r-rinnovazzjoni ta' komponenti interni u huma mibnija minn materjal mhux manjetiku adatt bħall-azzar inossidabbli.

0B001.j

Tagħmir u komponenti, mfassla apposta jew ippreparati għal proċess ta' separazzjoni elettromanjetika, kif ġej:

1.

Sorsi joniċi, singoli jew multipli, li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġ magħmulin minn materjali nonmanjetiċi addatti (pereż. grafit, azzar inossidabbli, jew ram) u li kapaċi jipprovdu totalment kurrent ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ikbar;

TLB5.9.1a

Separaturi elettromanjetiċi tal-iżotopi

Separaturi tal-isotopi elettromanjetiċi ddisinjati jew ippreparati apposta għas-separazzjoni tal-isotopi tal-uranju, u t-tagħmir u l-komponenti tagħhom, inkluż:

(a)

Sorsi tal-jonju Sorsi uniċi jew multipli tal-joni tal-uranju ddisinjati jew ippreparati apposta li jikkonsistu f'sors ta' fwar, jonizzatur, u aċċelleratur tar-raġġi, mibnija minn materjali adatti bħall-grafit, l-azzar inossidabbli, jew ir-ram, u kapaċi li jipprovdu kurrent totali ta' raġġi tal-joni ta' 50 mA jew akbar.

0B001.j

2.

Pjanċi tal-kolletturi joniċi għall-ġbir ta' raġġi joniċi tal-uranju arrikkit jew imfaqqar, li jikkonsistu f'żewġ inċiżjonijiet u kavitajiet jew aktar magħmulin minn materjali adattati nonmanjetiċi (pereż. grafit jew azzar inossidabbli);

TLB5.9.1b

Kolletturi tal-joni

Il-pjanċi tal-kolletturi jikkonsistu f'żewġ jew aktar inċiżjonijiet u kavatijiet iddisinjati jew ippreparati apposta għall-kollezzjoni ta' raġġi tal-joni tal-uranju arrikkiti u mfaqqra u mibnija minn materjali adatti bħall-grafit u l-azzar inossidabbli.

0B001.j

3.

Ħawsings f'vakwu għas-separaturi elettromanjetiċi tal-uranju magħmulin minn materjali non-manjetiċi addatti (pereż. l-azzar inossidabbli) u mfasslin sabiex jaħdmu fi pressjonijiet ta' 0,1 Pa jew inqas;

TLB5.9.1c

Ħawsings tal-vakwu

Ħawsings tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta għas-separaturi tal-uranju elettromanjetiċi, mibnija minn materjali mhux manjetiċi adatti bħall-azzar inossidabbli u ddisinjati biex joperaw fi pressjonijiet ta' 0,1 Pa jew aktar baxxi.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-ħawsings huma ddisinjati b'mod speċjali biex iżommu fihom is-sorsi tal-joni, il-pjanċi tal-kolletturi u l-linjaturi mkessħa bl-ilma u jkollhom arranġament għall-konnessjonijiet tal-pompi ta' diffużjoni u l-ftuħ u l-għeluq għat-tneħħija u l-installazzjoni mill-ġdid ta' dawn il-komponenti.

0B001.j

4.

Partijiet ta' poli manjetiċi b'dijametru ikbar minn 2 m;

TLB5.9.1d

Partijiet ta' pol manjetiku

Partijiet ta' pol manjetiku ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom dijametru akbar minn 2 m użati biex iżommu kamp manjetiku kostanti f' separatur tal-isotopi elettromanjetiku u biex jittrasferixxu l-kamp manjetiku bejn separaturi li jmissu ma' xulxin.

0B001.j

5.

Provvisti tal-enerġija ta' vultaġġ għoli għal sorsi joniċi, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Kapaċi għal ħidma kontinwa;

b.

Produzzjoni tal-vultaġġ ta' 20 000  V jew ikbar;

c.

Kurrent tal-output ta' 1 A jew ikbar; kif ukoll

d.

Regolazzjoni tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perijodu ta' 8 sigħat;

N.B.:

ARA WKOLL 3A227.

TLB5.9.2

Provvisti tal-enerġija b'vultaġġ għoli

Il-provvisti ta' l-enerġija bil-vultaġġ għoli mfassla jew preparati b'mod speċjali għas-sorsi joniċi, għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: kapaċi li jaħdmu kontinwament, output vultaġġ ta' 20 000 V jew akbar, output kurrenti ta' 1 A jew akbar, u r-regolazzjoni tal-vultaġġ ta' aħjar minn 0,01 % tul perjodu ta' 8 sigħat.

0B001.j

6.

Provvisti tal-enerġija għal kalamiti (ta' potenza għolja, kurrent dirett) li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Kapaċi għal ħidma kontinwa b'kurrent tal-output ta' 500 A jew akbar għal vultaġġ ta' 100 V jew ikbar; kif ukoll

b.

Regolazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % fuq perijodu ta' 8 sigħat.

N.B.:

ARA WKOLL 3A226.

TLB5.9.3

Provvisti tal-enerġija manjetika

Il-provvisti ta' l-enerġija manjetika bil-vultaġġ għoli tal-kurrent dirett imfassla jew preparati b'mod speċjali għas-sorsi joniċi, għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: kapaċi li jipprovdu kurrent kontinwu output ta' 500 A jew aktar fil-vultaġġ ta'100 V jew aktar u bir-regolazzjoni tal-kurrent jew tal-vultaġġ aħjar minn 0,01 % tul perjodu ta' 8 sigħat.

0B002

Sistemi awżiljarji, tagħmir u komponenti, mfasslin jew ippreparati apposta, kif ġej, għall-impjant ta' separazzjoni tal-iżotopi kif speċifikat f'0B001, magħmulin minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill- UF6”:

 

 

0B002.a

Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment;

TLB5.2.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.4.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.5.7

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.7.11

Sistemi ta' dħul/sistemi tal-irtirar tal-prodott u t-truf (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

0B002.b

Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin;

TLB5.2.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.4.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.5.7

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.7.11

Sistemi ta' dħul/sistemi tal-irtirar tal-prodott u t-truf (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

0B002.c

Stazzjonijiet tal-prodotti u tad-dnub sabiex jiġi trasferit l-UF6 ġewwa l-kontenituri;

TLB5.2.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.4.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.5.7

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.7.11

Sistemi ta' dħul/sistemi tal-irtirar tal-prodott u t-truf (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

0B002.d

Stazzjonijiet ta' likwefazzjoni jew solidifikazzjoni użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment billi jikkompressaw, ikessħu u jikkonvertu l-UF6 f'forma likwida jew solida;

TLB5.2.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.4.1

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimers, nases kesħin jew pompi użati għat-tneħħija ta' UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għat-trasferiment sussegwenti wara t-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.5.7

Sistemi tad-dħul/sistemi ta' tneħħija tal-prodott u d-dnub

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

TLB5.7.11

Sistemi ta' dħul/sistemi tal-irtirar tal-prodott u t-truf (metodi b'bażi molekulari)

Sistemi ta' proċess jew tagħmir iddisinjati jew ippreparati apposta għal impjanti ta' arrikkiment magħmul minn jew protett b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6, inklużi: (a) Awtoklavi ta' alimentazzjoni, fran jew sistemi użati sabiex jgħaddu l-UF6 għall-proċess tal-arrikkiment; (b) Desublimaturi jew trappoli kesħin, użati sabiex ineħħu l-UF6 mill-proċess ta' arrikkiment għal trasferiment sussegwenti waqt it-tisħin; (c) Stazzjonijiet tas-solidifikazzjoni jew tal-likwidifikazzjoni użati biex ineħħu UF6 mill-proċess ta' arrikkiment bil-kompressjoni u l-konverżjoni ta' UF6 għal forma likwida jew solida; (d) Stazzjonijiet ta' ‘prodott’ jew ‘dnub’ użati biex jittrasferixxu UF6 fil-kontenituri.

0B002.e

Sistemi ta' pajpijiet machine header iddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasportaw UF6 fil-propagazzjoni gassuża, stadji ċentrifugi jew aerodinamiċi;

TLB5.2.2

Sistemi ta' pajpijiet machine header

Sistemi ta' pajpijiet machine header iddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasportaw UF6 fil-kaskati taċ-ċentrifuga. Ix-xibka tal-pajpijiet hija normalment tas-sistema ta' pajpijiet header ‘trippla’ b'kull ċentrifuga konnessa ma' kull pajp header. B'hekk hemm ammont sostanzjali ta' ripetizzjoni fil-forma tagħha. Hija magħmula kollha minn jew protetta b'materjali reżistenti għal UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għal din it-taqsima) u hija fabbrikata bi standards għoljin ta' vakwu u ndafa.

TLB5.4.2

Sistemi ta' pajpijiet header

Sistemi tal-pajpijiet u sistemi ta' pajpijiet header iddisinjati jew ippreparati apposta biex jittrasportaw UF6 fil-kaskati tad-diffużjoni tal-gass.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Din is-sistema ta' pajpijiet hija normalment sistema ta' pajpijiet header ‘doppju’ fejn kull ċellola hija konnessa ma' kull wieħed mill-pajpijiet header.

TLB5.5.8

Sistemi ta' pajpijiet header

Sistemi ta' pajpijiet header iddisinjati jew ippreparati apposta, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, biex jittrasportaw UF6 fil-kaskati ajrudinamiċi. Din is-sistema ta' pajpijiet hija normalment ta' disinn ta' pajpijiet header ‘doppju’ fejn kull stadju jew grupp ta' stadji huwa konness ma' kull wieħed mill-pajpijiet header.

0B002.f

Sistemi u pompi tal-vakwu kif ġej:

1.

Manifolds tal-vakwu, headers tal-vakwu jew pompi tal-vakwu li għandhom kapaċità ta' aspirazzjoni ta' 5 m3/minuta jew aktar;

2.

Pompi tal-vakwu ddisinjati apposta għall-użu f'atmosferi li fihom l-UF6 magħmula minn jew protetti b'“materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6”; jew

3.

Sistemi tal-vakwu li jikkonsistu f'manifolds b'vakwu, headers b'vakwu u pompi li joħolqu vakwu, u mfasslin biex jiffunzjonaw f'atmosferi li fihom l-UF6;

TLB5.4.3a

Sistemi ta' vakwu

(a)

Manifolds tal-vakwu, pajpijiet header tal-vakwu u pompi tal-vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta li jkollhom kapaċità ta' ġibda ta' 5 m3 kull minuta jew aktar.

TLB5.4.3b

(b)

Pompi tal-vakwu iddisinjati apposta biex jaħdmu f'atmosferi li fihom UF6 magħmula minn, jew protetti minn, materjali reżistenti għall-korruzjoni minn UF6 (ara n-NOTA TA' SPJEGAZZJONI għal din it-taqsima). Dawn il-pompi jistgħu jkunu jew rotarji inkella pożittivi, jista' jkollhom siġilli ta' spostament u ta' fluworokarbonju, u jista' jkollhom preżenti fluwidi speċjali ta' xogħol.

TLB5.5.9b

Sistemi u pompi tal-vakwu

Pompi tal-vacuum imfassla jew preparati b'mod speċjali għas-servizz f'atmosferi li jifilħu għal UF6 u magħmula minn jew protetti mill-materjali reżistenti għal korrosjoni mill-UF6. Dawn il-pompi jistgħu jużaw siġilli tal-fluworokarburi u fluwidi speċjali ta' xogħol.

TLB5.5.9a

Sistemi vakwu ddisinjati jew ippreparati apposta li fihom manifolds tal-vakwu, pajpijiet header tal-vakwu u pompi tal-vakwu, u ddisinjati biex jaħdmu f'atmosferi li fihom UF6,

0B002.g

Spettrometri tal-massa / sorsi joniċi għall-UF6 li kapaċi jieħdu kampjuni online minn nixxigħat tal-gass tal-UF6, u li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda (1) għal kull 320;

2.

Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni b'bumbardament ta' elettroni; kif ukoll

4.

Sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

TLB5.2.4

UF6 spettrometri tal-massa/sorsi joniċi

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda (1) għal kull 320;

2.

Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

TLB5.4.5

UF6 spettrometri tal-massa/sorsi joniċi

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda (1) għal kull 320;

2.

Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

TLB5.5.11

UF6 spettrometri tal-massa/sorsi joniċi

Spettrometri tal-massa ddisinjati jew ippreparati apposta li kapaċi jieħdu kampjuni online minn flussi ta' gass UF6 u li jkollhom dan kollu li ġej:

1.

Kapaċi jkejlu l-joni ta' 320 unità tal-massa atomika jew aktar, u li jkollhom riżoluzzjoni ta' iktar minn parti waħda (1) għal kull 320;

2.

Sorsi joniċi magħmulin minn jew protetti bin-nikil, ligi ta' nikel u ram b'kontenut ta' nikil ta' 60 % jew iktar bħala piż, jew ligi ta' nikil u krom;

3.

Sorsi ta' jonizzazzjoni permezz tal-bombardament bl-elettroni;

4.

Sistema ta' kollettur adatta għall-analiżi iżotopika.

TLB5.7.10

Valvijiet speċjali li jagħlqu u li jikkontrollaw

Valvijiet issiġillati bl-imniefaħ, iddisinjati jew ippreparati apposta, manwali jew awtomatizzati, li jagħlqu jew li jikkontrollaw, magħmula minn jew protetti b'materjali reżistenti għall-korrużjoni minn UF6, b'dijametru ta' 40 mm jew akbar, għall-installazzjoni fis-sistemi ewlenin u awżiljari ta' impjanti ta' arrikkiment ajrudinamiku.

0B003

Impjant għall-konverżjoni tal-uranju u tagħmir mfassal apposta jew ippreparat għalih, kif ġej:

TLB7.1

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni ta' konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3

0B003.a

Sistemi għall-konverżjoni ta' konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3;

TLB7.1.1

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konverżjoni ta' konċentrati tal-minerali tal-uranju għal UO3 tista' titwettaq billi l-ewwel il-minerali jiddewweb fl-aċidu nitriku u jiġi estratt in-nitrat tal-uranil purifikat bl-użu ta' solvent bħall-fosfat tat-tributil. Imbagħad, lin-nitrat tal-uranil jiġi kkonvertit għall-UO3 jew bil-konċentrazzjoni u d-denitrazzjoni inkella bin-newtralizzazzjoni bil-gass tal-ammonijaka biex jiġi prodott id-dijuranat tal-ammonijaka bil-filtrazzjoni, it-tnixxif, u l-ikkalċinar sussegwenti.

0B003.b

Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UF6;

TLB7.1.2

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO3 għall-UF6 NOTA TA' SPJEGAZZJONI

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konverżjoni tal-UO3 għall-UO2 tista' titwettaq permezz tat-tnaqqis tal-UO3 bil-gass tal-ammonijaka cracked jew l-idroġenu.

0B003.c

Sistemi għall-konverżjoni ta' UO3 għal UF6;

TLB7.1.3

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO3 għall-UO2

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konverżjoni tal-UO3 għall-UO2 tista' titwettaq permezz tat-tnaqqis tal-UO3 bil-gass tal-ammonijaka cracked jew l-idroġenu.

0B003.d

Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UF4;

TLB7.1.4

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO2 għall-UF4

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konversjoni tal-UO2 għall-UF4 tista' titwettaq bir-reazzjoni tal-UO2 mal-gass tal-fluworur tal-idroġenu (HF) f'temperatura ta' 300-500 °C.

0B003.a

Sistemi għall-konverżjoni ta' UO4 għal UF6;

TLB7.1.5

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF4 għall-UF6

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konversjoni tal-UF4 għall-UF6 titwettaq bir-reazzjoni esotermika mal-fluworu f'reattur b'torri. UF6 huwa kondensat mill-gass jaħraq effluwenti billi jgħaddi mill-kurrent effluwenti minn nassa kiesħa mkessħa għal -10 °C. Il-proċess jirrekjedi sors ta' gass tal-fluworu

0B003.f

Sistemi għall-konverżjoni ta' UF4 għal uranju metalliku;

TLB7.1.6

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF4 għall-metall U

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konversjoni tal-UF4 għall-metall U titwettaq bit-tnaqqis mal-manjesju (gruppi kbar) jew il-kalċju (gruppi żgħar). Ir-reazzjoni titwettaq f'temperaturi 'l fuq mit-temperatura tat-tidwib tal-uranju (1 130 °C).

0B003.g

Sistemi għall-konverżjoni ta' UF6 għal UO2;

TLB7.1.7

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF6 għall-UO2

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konverżjoni tal-UF6 għall-UO2 tista' ssir b'wieħed minn tliet proċessi. Fl-ewwel wieħed, il-UF6 jitnaqqas u jiġi idrolizzat għall-UO2 bl-użu tal-idroġenu u l-fwar. Fit-tieni wieħed, l-UF6 jiġi idrolizzat bis-soluzzjoni fl-ilma, tiżdied l-ammonijaka biex tippreċipita d-dijuranat tal-ammonju, u d-dijuranat jitnaqqas għall-UO2 bl-idroġenu f'temperatura ta' 820 °C. Fit tielet proċess, il-gassijiet tal-UF6, is-CO2, u l-NH3 jiġu kkombinati fl-ilma, li jippreċipita l-karbonat tal-uranil tal-ammonijaka. Il-karbonat tal-uranil tal-ammonijaka jiġi kkombinat mal-fwar u l-idroġenu f'temperatura ta' 500-600 °C biex jagħti l-UO2. Il-konversjoni UF6 għal UO2 ħafna drabi ssir fl-ewwel stadju ta' l-impjant tal-fabbrikazzjoni tal-karburanti.

0B003.h

Sistemi għall-konverżjoni ta' UO6 għal UF4;

TLB7.1.8

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UF6 għall-UF4

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-konverżjoni tal-UF6 għall-UF4 titwettaq bit-tnaqqis bl-idroġenu.

0B003.i

Sistemi għall-konverżjoni ta' UO2 għal UCl2;

TLB7.1.9

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tal-UO2 għall-UCI4

NOTA TA' SPJEGAZJONI Il-konverżjoni tal-UO2 għall-UCI4 tista' titwettaq b'wieħed minn żewġ proċessi. Fl-ewwel wieħed, issir reazzjoni tal-UO2 mat-tetraklorur tal-karbonju (CCl4) f'temperatura ta' madwar 400 °C. Fit-tieni, issir reazzjoni tal-UO2 f'temperatura ta' madwar 700 °C fil-preżenza tal-iswed tal-karbonju (CAS 1333-86-4), il-monossidu tal-karbonju, u l-kloru biex jagħti l-UCl4.

0B004

Impjant għall-produzzjoni jew għall-konċentrazzjoni ta' ilma tqil, dewterju u komposti tad-dewterju, kif ukoll tagħmir u komponenti mfassla apposta jew ippreparati għalih, kif ġej:

TLB6

Impjanti għall-produzzjoni jew il-konċentrazzjoni tal-ilma tqil, id-dewterju u l-komposti tad-dewterju u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom:

0B004.a

Impjant għall-produzzjoni ta' ilma tqil, dewterju jew komposti tad-dewterju, kif ġej:

1.

Impjanti għall-iskambju ta' sulfur tal-ilma-idroġenu;

2.

Impjanti għall-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu;

 

 

0B004.b

Tagħmir u komponenti, kif ġej:

 

 

1.

Torrijiet għall-iskambju tas-sulfur tal-ilma-idroġenu b'dijametri ta' 1,5 m jew iktar, li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew ugwali għal 2 MPa;

TLB6.1

Ilma — Torrijiet ta' skambju tas-sufid tal-idroġenu Torrijiet ta' skambju b'dijametri ta' 1,5 m jew akbar u kapaċi joperaw fi pressjonijiet akbar minn jew daqs 2 MPs (300 psi), iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ilma-sulfur tal-idroġenu.

2.

Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta' stadju singolu, bi pressjoni baxxa (jiġifieri 0,2 MPa) għaċ-ċirkulazzjoni tal-gass tas-sulfur tal-idroġenu (jiġifieri gass li fih iktar minn 70 % H2S) b'kapaċità ta' volum ikbar minn jew daqs 56 m3/sekonda meta jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn jew daqs 1,8 MPa ta' aspirazzjoni u li għandhom siġillaturi mfasslin biex jiffunzjonaw b'H2S umdu;

TLB6.2

Blowers u Kompressuri

Blowers jew kompressuri ċentrifugali ta' stadju wieħed u bi pressjoni baxxa (jiġifieri, 0,2 MPa jew 30 psi) għaċ-ċirkolazzjoni tal-gass tas-sulfur tal-idroġenu (jiġifieri, gass li fih aktar minn 70 % H2 S) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ilma-sulfur tal-idroġenu. Dawn il-blowers jew il-kompressuri jkollhom kapaċità throughput akbar minn jew daqs 56 m3/sekonda (120 000 SCFM) filwaqt li joperaw fi pressjonijiet akbar minn jew daqs 1,8 MPa (260 psi) ta' ġbid u jkollhom siġilli ddisinjati għal servizz imxarrab tal-H2S.

3.

Torrijiet għall-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu ikbar minn jew daqs 35 m fl-għoli b'dijametri ta' 1,5 m sa 2,5 m li kapaċi jaħdmu fi pressjonijiet ikbar minn 15 MPa;

TLB6.3

Torrijiet ta' Skambju Ammonijaka-Idroġenu

Torrijiet ta' skambju ammonijaka-idroġenu akbar minn jew daqs 35 m (114,3 piedi) fit-tul b'dijametri ta' 1,5 m (4,9 piedi) sa 2,5 m (8,2 piedi) kapaċi li joperaw fi pressjonijiet akbar minn 15 MPa (2 225 psi) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu. Dawn it-torrijiet ikollhom ukoll mill-inqas fetħa flanġjata, assjali waħda tal-istess dijametru tal-parti ċilindrika li minnha jistgħu jiddaħħlu jew jiġu rtirati l-partijiet interni tat-torrijiet.

4.

Komponenti interni tat-torri, inklużi kuntatturi tal-istadji, u pompi tal-istadji, inkluż dawk li huma sommerġibbli, għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess tal-iskambju tal-ammonijaka-idroġenu;

TLB6.4

Partijiet Interni tat-Torrijiet u Pompi tal-Istadju

Partijiet interni tat-torrijiet u pompi tal-istadju ddisinjati jew ippreparati apposta għat-torrijiet għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu. Il-partijiet interni tat-torrijiet jinkludu kuntatturi tal-istadju ddisinjati apposta li jgħinu l-kuntatt intimu tal-gass/il-likwidu. Pompi tal-istadju jinkludu pompi summersibbli ddisinjati apposta għaċ-ċirkolazzjoni tal-ammonijaka likwida fi stadju ta' kuntatt ġewwa t-torrijiet tal-istadju.

5.

Krakkizzanti tal-ammonja bi pressjonijiet ta' tħaddim ikbar minn jew daqs 3 MPa għall-produzzjoni ta' ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju ammonja-idroġenu;

TLB6.5

Krakkizzanti tal-Ammonijaka

Krakkizzanti tal-ammonijaka li jaħdmu fil-pressjonijiet akbar jew indaqs għal 3 MPa (450 psi) mfassla jew preparati għal produzzjoni ta' l-ilma tqil li jagħmel użu mill-proċess ta' skambju ammonijaku-idroġenu.

6.

Analizzaturi tal-assorbiment infrared kapaċi ta' analiżi on-line hydrogen/deuterium ta' l-iskala fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju huma indaqs jew akbar minn 90 %;

TLB6.6

Analizzaturi tal-Assorbiment Infra-aħmar

Analizzaturi tal-assorbiment infra-aħmar kapaċi għall-analiżi ‘online’ tal-proporzjon idroġenu/dewterju fejn il-konċentrazzjonijiet tad-dewterju jkunu daqs jew akbar minn 90 %.

7.

Berners katalitiċi għall-konverżjoni ta' gass tad-dewterju arrikkit f'ilma tqil bl-użu tal-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu;

TLB6.7

Berners Katalitiċi

Berners katalitiċi għall-konversjoni tal-gass dewterju msaħħa għal ġo l-ilma tqil imfassla jew preparati għal produzzjoni ta' l-ilma tqil li jagħmel użu mill-proċess ta' skambju ammonia-hydrogen.

8.

Sistemi kompluti li jtejbu l-ilma tqil, jew il-kolonni għalihom, sabiex jitjieb l-ilma tqil sakemm jilħaq il-livell ta' konċentrazzjoni tad-dewterju li hu meħtieġ għar-reatturi.

TLB6.8

Sistemi kompluti ta' titjib għall-ilma tqil jew kolonni għalihom

Sistemi kompluti ta' titjib għall-ilma tqil, jew kolonni għalihom, iddisinjati jew ippreparati apposta għat-titjib tal-ilma tqil għall-konċentrazzjoni tad-dewterju tal-grad ta' reattur.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi, li normalment jużaw id-distillazzjoni tal-ilma biex jisseparaw l-ilma tqil mill-ilma ħafif, huma ddisinjati jew ippreparati apposta biex jipproduċu ilma tqil tal-grad ta' reattur (jiġifieri, tipikament 99,75 % ossidu tad-dewterju) minn stokk ipprovdut ta' ilma tqil ta' konċentrazzjoni inqas.

9.

Konverturi tas-sinteżi tal-ammonijaka jew unitajiet tas-sinteżi mfassla apposta jew ppreparati għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju tal-ammonijaka-idroġenu

TLB6.9

Konvertituri tas-sintesi tal-ammonijaka jew unitajiet ta' sintesi

Konvertituri tas-sintesi tal-ammonijaka jew unitajiet ta' sintesi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-ilma tqil li tuża l-proċess ta' skambju ammonijaka-idroġenu.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn il-konvertituri jew unitajiet jieħdu l-gass ta' sintesi (in-nitroġenu u l-idroġenu) minn kolonna (jew kolonni) ta' skambju ta' pressjoni għolja ammonijaka-idroġenu, u l-ammonijaka sintesizzata tiġi ritornata lill-kolonna (jew il-kolonni) ta' skambju.

0B005

Impjanti mfasslin apposta għall-fabbrikazzjoni ta' elementi ta' fjuwils ta' “reattur nukleari” u tagħmir imfassal apposta jew ippreparat għalihom.

Nota Teknika:

Tagħmir mfassal jew ippreparat apposta għall-fabbrikazzjoni ta' elementi ta' fjuwils ta' “reattur nukleari” jinkludi tagħmir li:

1.

Normalment jiġi f'kuntatt dirett mal-fluss tal-produzzjoni ta' materjali nukleari jew jipproċessah jew jikkontrollah direttament;

2.

Jissiġilla l-materjali nukleari fil-kisja;

3.

Jiċċekkja l-integrità tal-kisja jew tas-siġillatur;

4.

Jiċċekkja t-trattament tal-finitura tal-fjuwil issiġillat. jew

5.

Jintuża għall-assemblaġġ ta' elementi tar-reattur.

 

Impjanti għall-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant tar-reatturi nukleari, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dawn

NOTA TA' SPJEGAZZJONI L-elementi tal-karburant nukleari jiġu mmanifatturati minn materjali ta' sors jew materjal fissili speċjali wieħed jew aktar msemmija fil-MATERJAL U T-TAGĦMIR ta' dan l-anness. Għall-karburanti ossidi, l-aktar tip komuni ta' karburant, ser ikun preżenti tagħmir għall-ippressar ta' pellets, is-sinterizzazzjoni, it-tħin u l-gradazzjoni. Karburanti ossidi mħallta jiġu ttrattati f'kaxex għall-ingwanti (jew konteniment ekwivalenti) sakemm jiġu ssiġillati fil-kisi. Fil-każijiet kollha, il-karburant jiġi ssiġillat ermetikament f'kisi xieraq li jkun iddisinjat biex ikun il-qoxra primarja li tiksi l-karburant sabiex jipprovdi prestazzjoni u sikurezza xierqa matul l-operazzjoni ta' reattur. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, huwa meħtieġ kontroll preċiż tal-proċessi, il-proċeduri u t-tagħmir bi standards estremament għoljin sabiex tiġi żgurata prestazzjoni prevedibbli u sikura tal-karburant.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI L-oġġetti ta' tagħmir li jitqiesu li jaqgħu fit-tifsira tal-frażi ‘u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta’ għall-fabbrikazzjoni ta' elementi tal-karburant jinkludu tagħmir li: (a) normalment ikollu kuntatt dirett ma', jew jipproċessa direttament, jew jikkontrolla, il-fluss tal-produzzjoni ta' materjal nukleari; (b) jissiġilla l-materjal nukleari fi ħdan il-kisi; (c) jivverifika l-integrità tal-kisi jew is-siġill; (d) jivverifika t-trattament tal-finitura tal-fjuwil issiġillat. jew (e) jintuża biex jiġu mmuntati elementi tal-karburant tar-reattur. Dan it-tagħmir jew sistemi ta' tagħmir jistgħu jinkludu, pereżempju: 1) stazzjonijiet kompletament awtomatiċi ta' spezzjoni ta' pellets iddisinjati jew ippreparati apposta biex jiġu vverifikati d-dimensjonijiet finali u d-difetti tal-wiċċ tal-pellets tal-karburant; 2) magni awtomatiċi ta' wweldjar iddisinjati jew ippreparati apposta biex l-għotjien tat-tarf jiġu wweldjati fuq il-pinnijiet (jew vireg) tal-karburant; 3) stazzjonijiet awtomatiċi għat-testijiet u l-ispezzjoni ddisinjati jew ippreparati apposta biex tiġi verifikata l-integrità ta' pinnijiet (jew vireg) kompluti tal-karburant; 4) sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta biex jiġi mmanifatturat il-kisi tal-karburant nukleari. Il-punt 3 tipikament jinkludi tagħmir għal: a) tagħmir għall-eżami b'x-ray ta' saldaturi tal-għotjien tat-tarf ta' pinnijiet (jew vireg), b) detezzjoni tat-tnixxija ta' elju minn pinnijiet (jew vireg) taħt pressjoni, u c) skenjar bir-raġġi gamma tal-pinnijiet (jew vireg) biex jiġi vverifikat jekk issirx it-tagħbija korretta tal-pellets tal-karburant fuq ġewwa.

0B006

Impjant għar-riproċessar ta' elementi tal-fjuwil rradjati ta' “reattur nukleari”, u tagħmir u komponenti mfassla jew ippreparati apposta għalihom.

Nota:

0B006 tinkludi:

a.

Impjant għar-riproċessar tal-elementi tal-fjuwil rradjat ta' “reattur nukleari” inkluż tagħmir u komponenti li normalment jiġu f'kuntatt dirett ma' u jikkontrollaw direttament il-fjuwil irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u nixxigħat tal-ipproċessar tal-prodott tal-fissjoni;

TLB3

Impjanti għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant, u tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għal dan

NOTA TA' INTRODUZZJONI

Ir-riproċessar ta' karburant nukleari rradjat jissepara l-plutonju u l-uranju mill-prodotti tal-fissjoni intensament radjuattivi u l-elementi l-oħra transuraniċi. Proċessi tekniċi differenti jistgħu jwettqu din is-separazzjoni. Madankollu, matul is-snin Purex sar il-proċess l-aktar użat u aċċettat. Purex jinvolvi t-tidwib ta' karburant nukleari rradjat fl-aċidu nitriku, segwit mis-separazzjoni tal-uranju, il-plutonju, u tal-prodotti tal-fissjoni permezz tal-estrazzjoni b'solventi bl-użu ta' taħlita ta' fosfat tat-tributil f'dilwent organiku. Faċilitajiet tal-purex għandhom funzjonijiet tal-proċess simili għal xulxin, inkluż: il-qtugħ ta' l-elementi tal-karburanti, li jiddewwbu l-karburanti, il-ħruġ tas-solventi, l-immaggazzinar tal-likuri tal-proċess. Jista' jkun hemm ukoll tagħmir għad-denitrazzjoni termika tan-nitrat tal-uranju, il-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu jew metall, u t-trattament tal-likur żejjed li rriżulta mill-fissjoni għal forma xierqa għall-ħżin fit-tul jew ir-rimi. Madankollu, it-tip u l-konfigurazzjoni speċifiċi tat-tagħmir li jwettaq dawn il-funzjonijiet jista' jvarja bejn il-faċilitajiet Purex għal diversi raġunijiet, fosthom it-tip u l-kwantità ta' karburant nukleari rradjat li jkun ser jiġi riproċessat u d-dispożizzjoni maħsuba tal-materjali rkuprati, u l-filosofija ta' sikurezza u manutenzjoni inkorporata fid-disinn tal-faċilità. ‘Impjant għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant’, jinkludi t-tagħmir u l-komponenti li normalment ikollhom kuntatt dirett ma' u jikkontrollaw direttament il-karburant irradjat u l-materjal nukleari ewlieni u flussi ta' pproċessar tal-prodotti tal-fissjoni. Dawn il-proċessi, inklużi s-sistemi kompleti għall-konverżjoni tal-plutonju u l-produzzjoni tal-metall tal-plutonju, jistgħu jiġu identifikati mill-miżuri meħuda biex jiġu evitati l-kritikalità (eż. permezz tal-ġeometrija), l-esponiment għar-radjazzjoni (eż. permezz ta' lqugħ), u l-perikli ta' tossiċità (eż. permezz tal-konteniment).

b.

Magni għat-tqattigħ jew il-frammentazzjoni tal-elementi tal-fjuwil, jiġifieri tagħmir li jitħaddem mill-bogħod sabiex iqatta', iqatta' bċejjeċ, jew jifframmenta jew ikisser l-assemblaġġi, il-mazzi jew il-vireg tal-fjuwil irradjat ta' “reattur nukleari”;

TLB3.1

Magni li jaqtgħu f'biċċiet elementi rradjati tal-karburant

Tagħmir operat mill-bogħod iddisinjat jew ippreparat apposta għall-użu f'impjant ta' riproċessar kif identifikat hawn fuq u maħsub biex jaqta', iqatta' f'biċċiet u jkisser muntaturi, mazez jew vireg irradjati tal-karburant nukleari.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dan it-tagħmir jikser il-kisi tal-karburant biex jesponi l-materjal nukleari rradjat għat-tidwib. Ġliem tal-metall iddisinjati apposta huma l-għodod l-aktar użati, għalkemm jista' jintuża tagħmir avvanzat, bħal lasers.

c.

Tankijiet tas-sikurezza ta' kritiċità, li jiddissolvu, (pereż. tankijiet b'dijametru żgħir, annulari jew ċatti) mfasslin apposta jew ippreparati għad-dissoluzzjoni tal-fjuwil irradjat ta' “reattur nukleari”, li kapaċi jirreżistu likwidi jaħarqu u korrożivi ħafna, u li jistgħu jiġu mgħobbija u miżmuma mill-bogħod;

TLB3.2

Materjali dewwieba

Tankijiet kritikament bla periklu (eż. tankijiet b'dijametru żgħir, annulari jew rettangolari) iddisinjati jew ippreparati apposta għall-użu f'impjant ta' riproċessar kif identifikat hawn fuq, maħsuba biex idewbu karburant nukleari rradjat u li huma kapaċi jifilħu likwidu sħun u ferm korrużiv, u li jistgħu jitgħabbew u ssirilhom manutenzjoni mill-bogħod.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-materjali dewwieba normalment jirċievu l-karburant użat imqatta'. F'dawn il-kontenituri kritikament bla periklu, il-materjal nukleari rradjat jiddewweb fl-aċidu nitriku u l-kisi li jifdal jitneħħa mill-fluss tal-proċess.

d.

Estratturi tas-solvent, bħal kolonni ppakkjati jew ippulsati, ħallat separatur jew kuntratturi ċentrifugali, reżistenti għall-effetti korrużivi tal-aċidu nitriku u mfasslin apposta jew ippreparati għal użu f'impjant għar-riproċessar ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” irradjati;

TLB3.3

Estratturi b'solventi u tagħmir għall-estrazzjoni b'solventi

Estratturi b'solventi ddisinjati jew ippreparati apposta bħal kolonni ppakkjati jew pulsati, mixer settlers jew kuntatturi ċentrifugali għall-użu f'impjant għar-riproċessar ta' karburant irradjat. L-estratturi b'solventi għandhom ikunu reżistenti għall-effett korrużiv tal-aċidu nitriku. L-estratturi b'solventi normalment jiġu ffabbrikati bi standards estremament għoljin (inklużi wweldjar speċjali u spezzjoni u assigurazzjoni tal-kwalità u tekniki tal-kontroll tal-kwalità) minn azzar inossidabbli, titanju u żirkonju b'livelli baxxi ta' karbonju, jew materjali oħra ta' kwalità għolja.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI L-estratturi b'solventi jirċievu kemm is-soluzzjoni tal-karburant irradjat mill-materjali dewwieba kif ukoll is-soluzzjoni organika li tissepara l-uranju, il-plutonju, u l-prodotti ta' fissjoni. It-tagħmir għall-estrazzjoni b'solventi normalment jiġi ddisinjat biex jissodisfa parametri operattivi stretti, bħal ħajjiet operattivi twal b'ebda bżonn ta' manutenzjoni jew adattabbiltà għal sostituzzjoni faċli, sempliċità ta' operazzjoni u kontroll, u flessibbiltà għall-varjazzjonijiet fil-kondizzjonijiet tal-proċess.

e.

Reċipjenti għaż-żamma jew għall-ħażna mfasslin apposta sabiex ikollhom is-sikurezza ta' kritiċità u resistenza għall-effetti korrożivi tal-aċidu nitriku;

Nota Teknika:

Reċipjenti għaż-żamma jew għall-ħażna jista' jkollhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Ħitan jew strutturi interni bl-ekwivalent tal-boron (ikkalkulat għall-elementi kostitwenti kollha kif definit fin-nota għal 0C004) għal mill-inqas tnejn fil-mija;

2.

Dijametru massimu ta' 175 mm għar-reċipjenti ċilindriċi; jew

3.

Wisa' massima ta' 75 mm għar-reċipjenti kemm ċatti kif ukoll annulari.

TLB3.4

Kontenituri fejn jinżammu jew jinħażnu sustanzi kimiċi

Kontenituri ddisinjati jew ippreparati apposta għaż-żamma jew ħżin għall-użu f'impjant għar-riproċessar ta' karburant irradjat. Il-kontenituri għaż-żamma jew ħżin iridu jkunu reżistenti għall-effett korrużiv tal-aċidu nitriku. Il-kontenituri għaż-żamma jew ħżin normalment ikunu magħmula minn materjali bħal azzar inossidabbli, titanju jew żirkonju b'livelli baxxi ta' karbonju, jew materjali oħrajn ta' kwalità għolja. Il-kontenituri għaż-żamma jew ħżin jistgħu jiġu ddisinjati għal operazzjoni u manutenzjoni mill-bogħod u jista' jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin għall-kontroll tal-kritikalità nukleari:

(1)

ħitan jew strutturi interni b'ekwivalenti tal-boron ta' mill-inqas tnejn fil-mija, jew

(2)

dijametru massimu ta' 175 mm (7″) għal kontenituri ċilindriċi, jew

(3)

wisa' massima ta' 75 mm (3″) għal kontenitur annulari jew rettangolari.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Tliet flussi ewlenin tal-likuri tal-proċessi jirriżultaw mill-pass tal-estrazzjoni b'solventi. Il-kontenituri taż-żamma jew ħżin jintużaw biex jitkompla l-ipproċessar tat-tliet flussi kollha, kif ġej:

(a)

Is-soluzzjoni pura ta' nitrat tal-uranju tiġi kkonċentrata b'evaporazzjoni u tgħaddi għal proċess ta' denitrazzjoni fejn tinbidel f'ossidu tal-uranju. Dan l-ossidu jerġa' jintuża fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari.

(b)

Is-soluzzjoni intensament radjuattiva tal-prodotti tal-fissjoni normalment tiġi kkonċentrata b'evaporazzjoni u maħżuna bħala konċentrat tal-likur. Dan il-konċentrat jista' jiġi sussegwentement evaporat u kkonvertit f'għamla xierqa għall-ħżin jew ir-rimi.

(c)

Is-soluzzjoni pura ta' nitrat tal-plutonju tiġi kkonċentrata u maħżuna sakemm tiġi ttrasferita għall-passi l-oħra fil-proċess. Partikolarment, il-kontenituri ta' żamma u ħżin għas-soluzzjoni tal-plutonju huma ddisinjati biex jiġu evitati problemi ta' kritikalità li jirriżultaw minn bidliet fil-konċentrazzjoni u l-forma ta' dan il-fluss.

f.

Sistemi ta' kejl tan-newtroni mfasslin jew ippreparati apposta għall-integrazzjoni u għall-użu ma' sistemi ta' kontroll tal-proċess awtomatizzat f'impjant għar-riproċessar ta' “uranju naturali”, “uranju mfaqqar” jew “materjali fissili speċjali” irradjati.

TLB3.5

Sistemi ta' kejl tan-newtroni għall-kontroll tal-proċess

Sistemi ta' kejl tan-newtroni ddisinjati jew ippreparati apposta għall-integrazzjoni u l-użu ma' sistemi awtomatizzati ta' kontroll tal-proċess f'impjant għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dawn is-sistemi jinvolvu l-kapaċità ta' kejl u diskriminazzjoni attivi u passivi tan-newtroni sabiex jiġu ddeterminati l-kwantità u l-kompożizzjoni tal-materjal fissili. Is-sistema kompleta tkun magħmula minn ġeneratur tan-newtroni, detettur tan-newtroni, amplifikaturi, u elettronika għall-ipproċessar tas-sinjali. L-ambitu ta' din l-entrata ma jinkludix strumenti ta' detezzjoni u kejl tan-newtroni li jkunu ddisinjati għall-kontabbiltà u s-salvagwardja tal-materjali nukleari jew kwalunkwe applikazzjoni oħra mhux marbuta mal-integrazzjoni u l-użu ma' sistemi awtomatizzati ta' kontroll tal-proċess f'impjant għar-riproċessar ta' elementi rradjati tal-karburant.

0B007

Impjant għall-konverżjoni tal-plutonju u t-tagħmir iddisinjat jew ippreparat apposta għalihom kif ġej:

TLB7.2.1

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għall-ossidu

0B007.a

a.

Sistemi għall-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għal ossidu;

 

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Il-funzjonijiet ewlenin involuti f'dan il-proċess huma: l-immaggazzinar tal-proċess ta' l-ikel u l-arranġament, il-preċipitazzjoni u separazzjoni tas-solidu/likuri, il-kalċitazzjoni, l-immaniġġjar tal-prodotti, il-ventilazzjoni, l-immaniġġjar ta' l-iskart, u l-kontroll tal-proċess. Is-sistemi tal-proċess huma adattati b'mod partikolari sabiex jevitaw l-effetti ta' kritikalità u radjazzjoni u biex inaqqsu l-perikli ta' tossiċità. Fil-parti l-kbira tal-faċilitajiet ta' riproċessar, dan il-proċess jinvolvi l-konverżjoni tan-nitrat tal-plutonju għad-diossidu tal-plutonju. Proċessi oħra jistgħu jinvolvu l-preċipitazzjoni tal-ossalat tal-plutonju jew il-perossidu tal-plutonju.

0B007.b

b.

Sistemi għall-produzzjoni tal-metall tal-plutonju.

TLB7.2.2

Sistemi ddisinjati jew ippreparati apposta għall-produzzjoni tal-metall tal-plutonju

NOTA TA' SPJEGAZZJONI Dan il-proċess normalment jinvolvi l-florinazzjoni tad-diossidu tal-plutonju, normalment bil-fluworur tal-idroġenu korrużiv ħafna, biex jiġi prodott il-fluworur tal-plutonju li wara jitnaqqas bl-użu tal-metall tal-kalċju b'purità għolja biex jipproduċi l-plutonju metalliku u fdalijiet tal-fluworur tal-kalċju. Il-funzjonijiet ewlenin involuti f'dan il-proċess huma l-florinazzjoni (eż. ll-involviment ta' tagħmir fabbrikat jew imdawwar b'metall prezzjuż), it-tnaqqis tal-metall (eż. l-użu ta' griġjoli taċ-ċeramika), l-irkuprar tal-fdalijiet, it-trattament tal-prodott, il-ventilazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u l-kontroll tal-proċess. Is-sistemi tal-proċess huma adattati b'mod partikolari sabiex jevitaw l-effetti ta' kritikalità u radjazzjoni u biex inaqqsu l-perikli ta' tossiċità. Proċessi oħra jinkludu l-florinazzjoni tal-ossalat tal-plutonju jew il-perossidu tal-plutonju segwita minn tnaqqis għall-metall.

0C001

“Uranju naturali” jew “uranju eżawrit” jew torju fil-forma ta' metall, liega, kimiċi liega jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija;

Nota:

0C001 ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Erba' grammi jew inqas ta' “uranju naturali” jew “uranju mfaqqar” meta jkun miżmum f'komponent individwatur fi strumenti;

b.

“Uranju mfaqqar” immanifatturat apposta għall-applikazzjonijiet ċivili nonnukleari li ġejjin:

1.

Ilqugħ;

2.

Ippakkjar;

3.

Saborri li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;

4.

Kontropiżijiet li għandhom massa ta' mhux iktar minn 100 kg;

c.

Ligi li fihom inqas minn 5 % ta' torju;

d.

Prodotti taċ-ċeramika li fihom it-torju, li ġew immanifatturati għal użu mhux nukleari.

TLA.1.1

1.1.   “Materji primi”

It-terminu “Materji primi” jfisser uranju li jkun fih it-taħlita ta' isotopi li jinsabu fin-natura; uranju mbattal fl-isotopi 235; torju; kwalunkwe minn dawn iktar 'il fuq fil-forma ta' metal, illig, kompost kimiku, jew konċentrat; kwalunkwe materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dak ta' iktar 'l fuq f'ċertu konċentrazzjoni kif il-Bord ta' Gvernijiet għandu minn ħin għall-ieħor jistabbilixxi; u kull materjal ieħor bħal dan li l-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina minn żmien għal żmien.

0C002

“Materjali fissili speċjali”

Nota:

0C002 ma jikkontrollax erbgħa “grammi effettivi” jew inqas meta jkunu f'komponent sensittiv ġewwa strumenti.

TLA.1.2

1.2.   'Materjal fissili speċjali'

i)

it-terminu “materjal fissili speċjali” jfisser plutonju-239; uranju-233; “uranju arrikkit fl-iżotopi 235 jew 233”; kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn imsemmija; u kull materjal ieħor fissli bħal dan li l-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina minn żmien għal żmien. iżda t-terminu “materjal fissili speċjali” ma jinkludix materja prima.

ii)

It-terminu “uranju arrikkit fl-isotopi 235 jew 233” ifisser uranju li fih l-isotopi 235 jew 233 jew it-tnejn f'ammont li bih il-proporzjon ta' abbundanza tas-somma ta' dawn l-isotopi għall-isotopu 238 ikun akbar mill-proporzjoni tal-isotopu 235 għall-isotopu 238 li jinsab fin-natura.

Madankollu, għall-finijiet tal-Linji Gwida, oġġetti speċifikati fis-subparagrafu (a) hawn taħt, u esportazzjonijiet ta' materjal ta' sors jew materjal fissili speċjali lil pajjiż riċevitur partikolari, fi żmien perijodu ta' 12-il xahar, taħt il-limiti speċifikati fis-subparagrafu (b) hawn taħt, mhux ser jiġu inklużi:

(a)

Plutonju b'konċentrazzjoni isotopika ta' plutonju-238 li taqbeż 80 %.

Materjal fissili speċjali meta użat fi kwantitajiet ta' grammi jew anqas bħala komponent sensittivi fi strumenti; kif ukoll

Materjal ta' sors li l-Gvern ikun żgur li ser jintuża biss f'attivitajiet mhux nukleari, bħall-produzzjoni ta' ligi jew ċeramika;

(b)

Materjal speċjali fissjonabli

50 gramm effettivi;

Uranju naturali

500 kilogramm;

Uranju mfaqqar

1 000 kilogramm; kif ukoll

Torju

1 000 kilogramm.

0C003

Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju) u komposti oħrajn tad-dewterju, u taħlitiet u soluzzjonijiet li jkunu fihom id-dewterju, li fihom il-proporzjon iżotopiku tad-dewterju għall-idroġenu hu ogħla minn 1:5 000 .

TLB2.1

2.1.   Dewterju u ilma tqil

Dewterju, ilma tqil (ossidu tad-dewterju ) u kwalunkwe kompost ieħor ta' dewterju li, fih, il-proporzjon ta' atomi ta' dewterju għal dawk ta' idroġenu jaqbeż 1:5 000 għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1. hawn fuq fi kwantitajiet li jaqbżu 200 kg ta' atomi tad-dewterju għal kwalunkwe pajjiż riċevitur fi kwalunkwe perijodu ta' 12-il xahar.

0C004

Grafit li għandu livell ta' purità aħjar minn 5 partijiet fil-miljun ta' “ekwivalent tal-boron” u b'densità ta' akbar minn 1,50 g/cm3 għal użu f'“reattur nukleari” fi kwantitajiet li jaqbżu l-1 kg.

N.B.:

ARA WKOLL 1C107

Nota 1:

Għall-finijiet tal-kontroll tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-esportatur se jiddeterminaw jekk l-esportazzjonijiet tal-grafit li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq humiex għal użu f'“reattur nukleari” jew le.

Nota 2:

F'0C004, “l-ekwivalent tal-boron” (BE) huwa ddefinit bħala s-somma ta' BEz għal impuritajiet (eskluż il-BEcarbon billi l-karbonju mhux meqjus bħala impurità) inkluż il-boron, meta:

BEZ (ppm) = CF × il-konċentrazzjoni tal-element Z f'ppm;

Formula

u σB u σZ u Z huma sezzjonijiet trasversali li jaqbdu newtroni termali (f'barns) għall-boron li jinħoloq b'mod naturali u għall-element Z rispettivament; u AB u AZ huma l-massi atomiċi ta' tal-boron li jinħoloq b'mod naturali u tal-element Z rispettivament.

TLB2.2

2.2.   Grafit bi grad nukleari

Grafit li għandu livell ta' purità aħjar minn 5 partijiet fil-miljun ta' “ekwivalent tal-boron” u b'densità akbar minn 1,50 g/cm3 għall-użu f'reattur nukleari kif definit fil-paragrafu 1.1 hawn fuq, fi kwantitajiet li jaqbżu 1 kg.

NOTA TA' SPJEGAZZJONI

Għall-għan tal-kontroll tal-esportazzjonijiet, il-Gvern jiddetermina jekk l-esportazzjonijiet tal-grafit konformi mal-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq ikunux għall-użu minn reattur nukleari.

L-ekwivalenti tal-boron (BE) jista' jiġi determinat b'mod esperimentali jew jiġi kkalkulat bħala s-somma ta' BEz għall-impuritajiet (bl-esklużjoni tal-karbonju ta' BE peress li l-karbonju mhux meqjus impurità) inkluż il-boron, fejn:

 

BEZ (ppm) = CF × il-konċentrazzjoni tal-element Z f'ppm;

 

fejn CF huwa l-fattur ta' konverżjoni: (σZ × AB) diviż bi (σB × Az);

 

σB u σZ u Z huma sezzjonijiet trasversali li jaqbdu newtroni termali (f'barns) għall-boron li jinħoloq b'mod naturali u għall-element Z rispettivament; u AB u Az huma l-massi atomiċi ta' tal-boron li jinħoloq b'mod naturali u tal-element Z rispettivament.

0C005

Komposti jew trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta' ostakoli għad-diffużjoni gassuża, reżistenti għall-korrużjoni mill-UF6 (eż. nikil jew liegi li fihom 60 weight fil-mija jew aktar ta' nikil, ossidu tal-aluminju u polimeri tal-idrokarbur fluworinat kompletament), li għandhom purità ta' 99,9 % jew iktar bil-piż u daqs tal-partiċelli ta' inqas minn 10 μm imkejla mis-Soċjetà Amerikana għall-Prova u l-Materjali (ASTM) B330 u grad għoli ta' uniformità tad-daqs tal-partiċella.

TLB5.3.1b

Barrieri għad-diffużjoni tal-gass u materjali ta' barriera

(b)

komposti u trabijiet ippreparati apposta għall-manifattura ta' tali filtri.

Tali komposti u trabijiet jinkludu n-nikil jew ligi li jkun fihom 60 % jew aktar nikil, ossidu tal-aluminju, jew polimeri ta' idrokarburi kompletament fluworinati reżistenti għal UF6 li jkollhom purità ta' 99,9 % skont il-piż jew aktar, daqs tal-partiċella anqas minn 10 μm, u grad għoli ta' uniformità tad-daqs tal-partiċella, li huma ppreparati apposta għall-manifattura tal-barrieri għad-diffużjoni tal-gass.

OD001

T*“softwer” iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' tagħmir speċifikati f'din il-Kategorija.

II*

IV*

TLB*

“softwer” tfisser ġabra ta' ‘programm’ jew ‘mikroprogramm’ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni. “assistenza teknika” tista' tieħu forom bħal: istruzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza.

0E001

T*“Teknoloġija” skont in-Nota dwar it-Teknoloġija Nukleari għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-“użu” ta' oġġetti speċifikati f'din il-Kategorija.

II*

IV

TLB*

“teknoloġija” tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' kwalunkwe oġġett li jinsab fil-Lista. Din l-informazzjoni tista' tieħu l-forma ta' ‘data teknika’, jew ‘assistenza teknika’.

KATEGORIJA 1 — MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

1 A   Sistemi, Tagħmir u Komponenti

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta' kontroll tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

1A007

b.

Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġej:

1.

Pont li jisplodi (EB);

2.

Wajer pont li jisplodi (EBW);

3.

Trasmettitur ta' impuls (slapper);

4.

Detonaturi ta' fojl li jisplodi (EFI);

1.

Il-kelma inizjatur jew tagħmir tat-tqabbid xi kultant tintuża minflok il-kelma detonatur.

2.

Għall-finijiet ta' 1A007.b. id-detonaturi konċernati kollha jutilizzaw konduttur tal-elettriku żgħir (pont, wajer jew folja) li jivvaporizza ruħu b'mod splussiv meta impuls rapidu tal-elettriku ta' kurrent għoli jgħaddi minnu. F'tipi nonslapper, il-konduttur li jisplodi jibda detonazzjoni kimika f'materjal ta' kuntatt splussiv ħafna bħal PETN (pentaeritritoltetranitrat). Fi

3.

detonaturi slapper, il-vaporizzazzjoni splussiva tal-konduttur tal-elettriku tħaddem folja mobbli (flyer) jew slapper minn naħa għall-oħra ta' fetħa, u l-impatt tas-slapper fuq l-isplussiv jibda detonazzjoni kimika. F'xi wħud mid-disinji, is-slapper huwa mħaddem minn forza manjetika. It-terminu detonatur tal-fojl li jisplodi jista' jirreferi għal pont li jisplodi jew għal detonatur tat-tip slapper.

6.A.1.

Detonaturi u sistemi ta' inizjazzjoni b'punti multipli, kif ġej:

a.

Detonaturi splussivi mħaddma bl-elettriku, kif ġejjin:

1.

Pont li jisplodi (EB);

2.

Wajer pont li jisplodi (EBW);

3.

Trasmettitur ta' impuls (slapper);

4.

Detonaturi ta' fojl li jisplodi (EFI);

1A007

Tagħmir u apparat, mfassal apposta biex jinizjaw splużjonijiet u apparat li fihom “materjali enerġetiċi”, permezz ta' mezzi elettriċi, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI, 3A229 U 3A232.

a.

Settijiet tat-tqabbid għal detonaturi splussivi mfasslin sabiex iħaddmu d-detonaturi splussivi speċifikati f'1A007.b.;

6.A.2.

Settijiet tat-tqabbid u ġeneraturi ta' impuls b'kurrent għoli ekwivalenti, kif ġej:

a.

Settijiet tat-tqabbid detonaturi (sistemi inizjaturi, settijiet tat-tqabbid), inklużi settijiet tat-tqabbid iċċarġjati elettronikament, attivati bi splussivi u attivati ottikament iddisinjati biex iħaddmu d-detonaturi b'kontrolli multipli speċifikati fil-Punt 6.A.1. hawn fuq.

1A202

Strutturi kompożiti, minbarra dawk speċifikati f'1A002, fil-forma ta' tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL 9A010 U 9A110.

a.

Dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm; kif ukoll

b.

Magħmulin bi kwalunkwe wieħed mill-“materjali fibrużi u filamentari” speċifikati f'1C010.a. jew b. jew 1C210.a. jew b'materjali pre-impregnati bil-karbonju speċifikati f'1C210.c.

2.A.3.

Strutturi komposti fil-forma ta' tubi u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Dijametru intern ta' bejn 75 mm u 400 mm; kif ukoll

b.

Magħmulin minn kwalunkwe wieħed mill-‘materjali fibrużi u filamentari’ speċifikati fil-Punt 2.C.7.a. jew minn materjali pre-impregnati bil-karbonju speċifikati fil-Punt 2.C.7.c.

1A225

Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni ta' isotopi tal-idroġenu reazzjoni ta' skambju bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil.

2.A.2.

Katalizzaturi miksijin bil-platinu ddisinjati apposta jew ippreparati għall-promozzjoni tal-iskambju tal-isotopi tal-idroġenu reazzjoni bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkuprar tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil.

1A226

Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta' ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Magħmulin minn xibka tal-bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; kif ukoll

b.

Imfasslin sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni fil-vakwu.

4.A.1.

Imballaġġi speċjalizzati li jistgħu jintużaw fis-separazzjoni ta' ilma tqil minn ilma ordinarju, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Magħmulin minn xibka tal-bronż fosforuż kimikament trattata sabiex ittejjeb il-kapaċità li tixxarrab; kif ukoll

b.

Imfasslin sabiex jintużaw fit-torrijiet tad-distillazzjoni fil-vakwu.

1A227

Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta' densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin, u frejms imfassal b'mod speċjali għalihom:

a.

“Żona kiesħa” ikbar minn 0,09 m2;

b.

Densità ikbar minn 3 g/cm3; kif ukoll

c.

Ħxuna ta' 100 mm jew aktar.

Nota Teknika:

F'1A227 t-terminu “żona kiesħa” jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta' radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

1.A.1.

Twieqi bi lqugħ għar-radjazzjoni ta' densità għolja (ħġieġ taċ-ċomb jew ieħor), li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin, u frejms imfassal b'mod speċjali għalihom:

a.

“Żona kiesħa” ikbar minn 0,09 m2;

b.

Densità ikbar minn 3 g/cm3; kif ukoll

c.

Ħxuna ta' 100 mm jew aktar.

Nota Teknika:

Fil-Punt 1.A.1.a. it-terminu ‘żona kiesħa’ jfisser il-parti viżwali tat-tieqa esposta għall-iktar livell baxx ta' radjazzjoni fl-applikazzjoni tad-disinn.

1 B   Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal- 5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta' kontroll tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

1B201

Magni għat-tkebbib tal-filamenti, minbarra dawk speċifikati f'1B001 jew 1B101, u t-tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni għat-tkebbib ta' filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri koordinati u programmati fuq żewġ assi jew aktar;

2.

Mfasslin apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati kompożiti minn “materjali fibrużi jew filamentari”; kif ukoll

3.

Kapaċi jkebbu tubi ċilindriċi b'dijametru intern bejn 75 u 650 mm u tulijiet ta' 300 mm jew akbar;

b.

Kontrolli ta' koordinazzjoni u pprogrammar għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'1B201.a.;

c.

Mandrini ta' preċiżjoni għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'1B201.a.

3.B.4.

Magni għat-tkebbib tal-filamenti u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

Magni għat-tkebbib tal-filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Għandhom movimenti għall-ippożizzjonar, it-tgeżwir, u t-tkebbib ta' fibri koordinati u programmati f'żewġ assi jew aktar;

2.

Mfasslin apposta sabiex jiffabbrikaw strutturi jew laminati kompożiti minn “materjali fibrużi jew filamentari”; kif ukoll

3.

Kapaċi jkebbu tubi ċilindriċi b'dijametru intern bejn 75 u 650 mm u tulijiet ta' 300 mm jew akbar;

b.

Kontrolli li jikkoordinaw u jipprogrammaw għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati fil-Punt 3.B.4.a.;

c.

Mandrini ta' preċiżjoni għall-magni għat-tkebbib tal-filamenti speċifikati fil-Punt 3.B.4.a.

1B225

Ċelloli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu b'kapaċità ta' output ikbar minn 250 g ta' fluworu fis-siegħa.

3.B.1.

Ċelloli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu b'kapaċità ta' output ikbar minn 250 g ta' fluworu fis-siegħa.

1B226

Separaturi elettromanjetiċi tal-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ogħla.

Nota:

1B226 tinkludi s-separaturi:

a.

Li kapaċi jarrikkixxu iżotopi stabbli;

b.

Bis-sorsi joniċi u l-kolletturi t-tnejn fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet fejn huma barra mill-kamp manjetiku.

3.B.5.

Separaturi elettromanjetiċi tal-iżotopi ddisinjati għal, jew mgħammra bi, sorsi joniċi singoli jew multipli li kapaċi jipprovdu kurrent totali ta' raġġ joniku ta' 50 mA jew ogħla.

1.

Il-Punt 3.B.5. jinkludi separaturi kapaċi jarrikkixxu iżotopi stabbli kif ukoll dawk għall-uranju.

N.B.:

Separatur kapaċi jissepara iżotopi taċ-ċomb b'differenza fl-unità ta' massa waħda huwa b'mod inerenti kapaċi jarrikkixxi l-iżotopi tal-uranju b'differenza fil-massa ta' tliet unitajiet.

2.

Il-Punt 3.B.5. jinkludi separaturi bis-sorsi joniċi u l-kolletturi li t-tnejn ikunu fil-kamp manjetiku u dawk il-konfigurazzjonijiet li qegħdin fihom barra mill-kamp manjetiku.

Nota Teknika:

Sors singolu ta' jon ta' 50 mA ma jistax jipproduċi aktar minn 3 g ta' uranju arrikkit ħafna u separat (HEU) kull sena mill-provvista ta' abbundanza naturali.

1B228

Kolonni ta' distillazzjoni krijoġenika tal-idroġenu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Iddisinjati sabiex jaħdmu b'temperaturi interni ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas;

b.

Iddisinjati sabiex jaħdmu bi pressjoni interna ta' 0,5 sa 5 MPa;

c.

Magħmula, jew minn:

1.

Azzar inossidabbli tas-serje 300 b'kontenut baxx ta' kubrit u bin-numru tad-daqs tal-frak awstenitiku skont l-ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew ikbar; jew

2.

Materjali ekwivalenti li huma kemm krijoġeniċi kif ukoll kompatibbli mal-H2; kif ukoll

d.

B'dijametri interni ta' 30 cm jew ikbar u “tulijiet effettivi” ta' 4 m jew ikbar.

Nota Teknika:

F'1B228 “tul effettiv” tfisser l-għoli attiv tal-imballaġġar f'kolonna tat-tip ippakkjata jew l-għoli attiv tal-pjanċi tal-kuntattur interni f'kolonna tat-tip bil-pjanċi.

4.B.2.

Kolonni ta' distillazzjoni krijoġenika tal-idroġenu li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Iddisinjati biex joperaw b'temperaturi interni ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas;

b.

Iddisinjati biex joperaw bi pressjoni interna ta' 0,5 sa 5 MPa;

c.

Magħmula, jew minn:

1.

Azzar inossidabbli tas-serje 300 b'kontenut baxx ta' kubrit u bin-numru tad-daqs tal-partiċelli ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew akbar; jew jew

2.

Materjali ekwivalenti li huma kemm krijoġeniċi kif ukoll kompatibbli mal-H2; kif ukoll

d.

B'dijametri interni ta' 30 cm jew ikbar u “tulijiet effettivi” ta' 4 m jew ikbar.

Nota Teknika:

It-terminu 'tul effettiv' ifisser l-għoli attiv ta' imballaġġ f'kolonna tat-tip ippakkjata, jew l-għoli attiv tal-pjanċi tal-kuntattur intern f'kolonna tat-tip pjanċa.

1B229

Kolonni bil-pjanċi għall-iskambju tal-ilma u tas-sulfur tal-idroġenu u “l-kuntatturi interni”, kif ġej:

N.B.:

Għall-kolonni li huma mfasslin apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta' ilma tqil ara 0B004.

a.

Kolonni bil-pjanċi għall-iskambju tal-ilma u tas-sulfur tal-idroġenu, li għandhom il-karatterisitiċi kollha li ġejjin:

1.

Jistgħu jaħdmu fi pressjonijiet ta' 2 MPa jew iktar;

2.

Magħmula minn azzar tal-karbonju bin-numru tad-daqs tal-frak awstenitiku skont l-ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew ikbar; kif ukoll

3.

B'dijametru ta' 1,8 m jew akbar;

b.

‘Kuntatturi interni’ għal kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfid tal-idroġenu speċifikati f'1B229.a.

Nota Teknika:

“Kuntatturi interni” tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta' 1,8 m jew akbar, huma ddisinjati biex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b'kontenut ta' karbonju ta' 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu pjanċi li jgħarblu, pjanċi bil-valvi, pjanċi bil-kapep għall-bżieżaq, jew pjanċi turbogradilja.

4.B.1.

Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu u kuntatturi interni, kif ġej:

N.B.:

Għall-kolonni li huma mfasslin apposta jew ippreparati għall-produzzjoni ta' ilma tqil, ara INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

a.

Kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Jistgħu jaħdmu fi pressjonijiet ta' 2 MPa jew iktar;

2.

Magħmula minn azzar tal-karbonju bin-numru tad-daqs tal-frak awstenitiku skont l-ASTM (jew standard ekwivalenti) ta' 5 jew ikbar; kif ukoll

3.

B'dijametru ta' 1,8 m jew akbar;

b.

Kuntatturi interni għal kolonni bi pjanċi għall-iskambju ilma-sulfur tal-idroġenu speċifikati fil-Punt 4.B.1.a.

Nota Teknika:

Kuntatturi interni tal-kolonni huma pjanċi segmentati li għandhom dijametru mmuntat effettiv ta' 1,8 m jew ikbar; huma ddisinjati sabiex jiffaċilitaw il-kuntattar kontrokurrenti u magħmulin minn azzar inossidabbli b'kontenut ta' karbonju ta' 0,03 % jew inqas. Dawn jistgħu jkunu pjanċi li jgħarblu, pjanċi bil-valvi, pjanċi għall-bubble caps, jew pjanċi b'turbogradilji.

1B230

Pompi kapaċi jiċċirkulaw soluzzjonijiet ta' katalizzatur ta' amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f' ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);

b.

Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; kif ukoll

c.

Waħda mill-karatteristċi li ġejjin:

1.

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew iktar), pressjoni ta' tħaddim minn 1,5 sa 60 MPa; jew

2.

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni operattiva ta' 20 sa 60 MPa.

4.A.2.

Pompi kapaċi jiċċirkolaw soluzzjonijiet ta' katalizzatur ta' amidju tal-potassju konċentrati jew dilwiti f'ammonja likwida (KNH2/NH3), li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Mitbuqin (jiġifieri ssiġillati ermetikament);

b.

Kapaċità ikbar minn 8,5 m3/h; kif ukoll

c.

Waħda mill-karatteristċi li ġejjin:

1.

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju konċentrati (1 % jew iktar), pressjoni ta' tħaddim minn 1,5 sa 60 MPa; jew

2.

Għal soluzzjonijiet ta' amidju tal-potassju dilwiti (inqas minn 1 %), pressjoni operattiva ta' 20 sa 60 MPa.

1B231

Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.

Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni, jew l-immaniġġar tat-tritju;

b.

Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1.

Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b'kapaċità għat-tneħħija ta' sħana ogħla minn 150 W;

2.

Sistemi ta' ħażna jew ta' purifikazzjoni tal-iżotopi tal-idroġenu bl-użu ta' idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

2.B.1.

Faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.

Faċilitajiet jew impjanti għall-produzzjoni, l-irkupru, l-estrazzjoni, il-konċentrazzjoni jew l-immaniġġar tat-tritju;

b.

Tagħmir għal faċilitajiet jew impjanti tat-tritju, kif ġej:

1.

Unitajiet tar-refriġerazzjoni bl-idroġenu jew bl-elju li kapaċi jkessħu sa 23 K (– 250 °C) jew inqas, b'kapaċità għat-tneħħija ta' sħana ogħla minn 150 W;

2.

Sistemi ta' ħażna jew ta' purifikazzjoni tal-iżotopi tal-idroġenu bl-użu ta' idruri metalliċi bħala l-mezz tal-ħażna jew tal-purifikazzjoni.

1B232

Turbini ta' espansjoni jew settijiet ta' turbina ta' espansjoni-kompressjoni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Mfasslin sabiex jaħdmu f'temperatura tal-outlet ta' 35 K (– 238 °C) jew inqas; kif ukoll

b.

Mfasslin għall-fluss ta' gass idroġenu ta' 1 000 kg/h jew ikbar.

4.A.3.

Turbini ta' espansjoni jew settijiet ta' turbina ta' espansjoni-kompressjoni li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Iddisinjati biex jaħdmu f'temperatura tal-ħruġ ta' 35 K (– 238 °Ċ) jew inqas; kif ukoll

b.

Mfasslin għall-fluss ta' gass idroġenu ta' 1 000 kg/h jew ikbar.

1B233

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u s-sistemi u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

a.

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju;

b.

Tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, abbażi tal-proċess ta' amalgamazzjoni tal-litju-merkurju, kif ġej:

1.

Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati apposta għall-amalgami tal-litju;

2.

Pompi għal merkurju jew amalgama tal-litju;

3.

Ċelluli tal-elettroliżi għal amalgama tal-litju;

4.

Evaporaturi għas-soluzzjoni kkonċentrata tal-idrossidu tal-litju.

c.

Sistemi għall-iskambjar tal-joni mfasslin apposta għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom;

d.

Sistemi ta' skambju kimiku (li jużaw eteri tal-kuruna, kriptandi u eteri tal-larjat), mfasslin apposta għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u l-komponenti mfasslin apposta għalihom.

2.B.2.

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u s-sistemi u t-tagħmir għalihom, kif ġej:

N.B.:

Ċertu tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju u l-komponenti għall-proċess tas-separazzjoni tal-plażma (PSP) huma wkoll applikabbli direttament għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-uranju u huma kkontrollati skont INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

a.

Faċilitajiet jew impjanti għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju;

b.

Tagħmir għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, abbażi tal-proċess ta' amalgamazzjoni tal-litju-merkurju kif ġej:

1.

Kolonni ta' skambju likwidu-likwidu ppakkjati ddisinjati apposta għall-amalgami tal-litju;

2.

Pompi għal merkurju jew amalgama tal-litju;

3.

Ċelluli tal-elettroliżi għal amalgama tal-litju;

4.

Evaporaturi għas-soluzzjoni kkonċentrata tal-idrossidu tal-litju.

c.

Sistemi ta' skambju tal-joni ddisinjati apposta għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

d.

Sistemi ta' skambju kimiku (li jużaw eteri kuruna, kriptandi u eteri tal-larjat), iddisinjati apposta għas-separazzjoni tal-iżotopi tal-litju, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

1B234

Reċipjenti, kompartimenti, kontenituri li huma esplożivi ħafna u apparat ieħor simili ta' konteniment iddisinjat għall-ittestjar ta' splussivi jew apparati esplożivi ħafna u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

N.B.:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

a.

Mfasslin sabiex iżommu kompletament splużjoni ekwivalenti għal 2 kg ta' TNT jew aktar; kif ukoll

b.

Ikollhom l-elementi jew il-karatteristiċi ta' tfassil li jippermettu trasferiment f'ħin reali jew imdewwem ta' informazzjoni dijanjostika jew ta' kejl.

5.B.7.

Reċipjenti, kompartimenti, kontenituri li huma esplożivi ħafna u apparat ieħor simili ta' konteniment iddisinjat għall-ittestjar ta' splussivi jew apparati esplożivi ħafna u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Imfasslin sabiex iżommu kompletament splużjoni ekwivalenti għal 2 kg ta' TNT jew aktar; kif ukoll

b.

Ikollhom l-elementi jew il-karatteristiċi ta' tfassil li jippermettu trasferiment f'ħin reali jew imdewwem ta' informazzjoni dijanjostika jew ta' kejl.

1C   Materjali

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta' kontroll tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

1C202

Ligi, minbarra dawk speċifikati f'1C002.b.3. jew.b.4., kif ġej:

a.

Liegi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Kapaċi” għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); kif ukoll

2.

Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.

2.C.1.

Liegi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

“Kapaċi għal” saħħa tensili aħħarija ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C);

b.

u b. Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi foroġ) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm

Nota Teknika:

Fil-Punt 2.C.1. il-frażi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi tal-aluminju qabel jew wara t-trattament tas-sħana.

1C202

b.

Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Kapaċi” għal limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 900 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); kif ukoll

2.

Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm;

Nota Teknika:

Il-frażi ligi “kapaċi għal” tinkorpora ligi qabel jew wara li jiġu ttrattati bis-sħana.

2.C.13.

Liegi tat-titanju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

“Kapaċi għal” saħħa tensili aħħarija ta' 900 MPa jew aktar f'293 K (20 °C);

Fil-forma ta' tubi jew forom solidi ċilindriċi (inklużi dawk mikwija f'forġa) b'dijametru estern ta' aktar minn 75 mm.

Nota Teknika:

Fil-Punt 2.C.13. il-frażi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi tat-titanju qabel jew wara t-trattament tas-sħana.

1C210

“Materjali fibrużi jew filamentari” jew materjali mxappin bil-lest, minbarra dawk speċifikati f'1C010.a., b. jew e., kif ġej:

a.

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Modulu speċifiku” ta' 12,7 × 106 m jew akbar; jew

2.

“Saħħa tensili speċifika” ta' 23,5 × 104 m jew akbar;

Nota:

1C210.a. ma jikkontrollax “materjali fibrużi jew filamentari” tal-aramid li għandhom piż ta' 0,25 % jew aktar ta' modifikatur tal-wċuħ tal-fibra bbażat fuq l-esteri;

2.C.7.a

‘Materjali fibrużi jew filamentari’, jew preimprenjati, kif ġej:

a.

‘Materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Modulu speċifiku” ta' 12,7 × 106 m jew akbar; jew

2.

“Saħħa tensili speċifika” ta' 23,5 × 104 m jew akbar;

Nota:

Il-Punt 2.C.7.a. ma jikkontrollax ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-aramid li jkollhom 0,25 % jew aktar skont il-piż ta' modifikatur ta' wiċċ tal-fibra bbażat fuq l-esteri.

b.

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Modulu speċifiku” ta' 3,18 × 106 m jew akbar; kif ukoll

2.

“Saħħa tensili speċifika” ta' 7,62 × 104 m jew akbar;

2.C.7.b

“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

“Modulu speċifiku” ta' 3,18 × 106 m jew akbar; kif ukoll

2.

“Saħħa tensili speċifika” ta' 7,62 × 104 m jew akbar;

c.

“Ħjut”, “ftietel”, “wajers” jew “tejps” kontinwi mxappin fir-reżina termosolidifikata b'wisa' ta' 15 mm jew inqas (materjali mxappin bil-lest), magħmula mill-“materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati f'1C210.a. jew b.

Nota Teknika:

Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompost.

Nota:

F'1C210, “materjali fibrużi jew filamentari” hija ristretta għal “monofilamenti”, “ħjut”, “ftietel”, “wajers” jew “tejps” kontinwi.

2.C.7.c

c.

‘Ħjut’, ‘faxex tal-fibra’, ‘wajers’ jew ‘tejps’ kontinwi imprenjati b'reżina fformata bis-sħana b'wisa' ta' 15 mm jew inqas (preimprenjati), magħmula minn ‘materjali fibrużi jew filamentari’ tal-karbonju jew tal-ħġieġ speċifikati fil-Punt 2.C.7.a. jew il-Punt 2.C.7.b.

Nota Teknika:

Ir-reżina tifforma l-matriċi tal-kompost.

1.

Fil-Punt 2.C.7. ‘Modulu speċifiku’ huwa l-modulu ta' Young f'N/m2 diviż bil-piż speċifiku f'N/m3 meta mkejjel f'temperatura ta' 296 ± 2 K (23 ± 2 °C) u umdità relattiva ta' 50 ± 5 %.

2.

Fil-Punt 2.C.7. Ir-‘reżistenza għat-tensjoni speċifika’ hija l-limitu ta' reżistenza għat-tensjoni f'N/m2 diviż bil-piż speċifiku f'N/m3 meta mkejjel f'temperatura ta' 296 ± 2 K (23 ± 2 °C) u umdità relattiva ta' 50 ± 5 %.

1C216

Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f'1C116, “kapaċi għal” saħħa tensili aħħarija ta' 1 950 MPa jew aktar, f'293 K (20°C).

Nota:

1C216 ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha fihom huma 75 mm jew inqas.

Nota Teknika:

Il-frażi azzar maraging “kapaċi għal” tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-tisħin.

2.C.11.

Azzar ‘maraging’‘kapaċi għal’ limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 1 950 MPa jew aktar f'293 K (20 °C);

Nota:

Il-Punt 2.C.11. ma jikkontrollax forom li d-dimensjonijiet lineari kollha tagħhom huma 75 mm jew inqas.

Nota Teknika:

Fil-Punt 2.C.11. il-frażi ‘kapaċi għal’ tinkorpora azzar ‘maraging’ qabel jew wara t-trattament tas-sħana.

1C225

Boron arrikkit fl-iżotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

F'1C225 taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mgħobbija bil-boron.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 fil-mija skont il-piż (20 fil-mija tal-atomi).

2.C.4.

Boron arrikkit fl-iżotopu boron-10 (10B) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, kif ġej: boron elementari, komposti, taħlitiet li fihom il-boron, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Fil-Punt 2.C.4. taħlitiet li fihom il-boron jinkludu materjali mimlija bil-boron.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-boron-10 hija bejn wieħed u ieħor 18,5 perċentwali skont il-piż (20 perċentwali ta' atomi).

1C226

Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u liegi li fihom aktar minn 90 % ta' tungstenu skont il-piż, ħlief dak speċifika minn 1C117, li jkollu ż-żewġ karateristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simetrija ċilindrika vojta (inklużi s-segmenti ta' ċilindri) b'dijametru intern bejn 100 mm u 300 mm; kif ukoll

b.

Massa ta' aktar minn 20 kg.

Nota:

1C226 ma jikkontrollax il-manifatturi ppjanati apposta bħala piżijiet tal-metall jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

2.C.14.

Tungstenu, karbur tat-tungstenu, u liegi li fihom aktar minn 90 % ta' tungstenu skont il-piż, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simmetrija ċilindrika vojta (fosthom segmenti ta' ċilindri) b'dijametru intern bejn 100 u 300 mm; kif ukoll

b.

Massa ta' iktar minn 20 kg.

Nota:

Il-Punt 2.C.14. ma jikkontrollax manifatturi ddisinjati apposta bħala piżijiet jew kollimaturi tar-raġġi gamma.

1C227

Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fih inqas minn 1 000 parti għal kull miljun skont il-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-manjeżju; kif ukoll

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet għal kull miljun skont il-piż tal-boron.

2.C.5.

Kalċju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fih inqas minn 1 000 parti għal kull miljun skont il-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-manjeżju; kif ukoll

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet għal kull miljun skont il-piż tal-boron.

1C228

Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fih inqas minn 200 parti għal kull miljun skont il-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; kif ukoll

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet għal kull miljun skont il-piż tal-boron.

2.C.10.

Manjesju li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fih inqas minn 200 parti għal kull miljun skont il-piż ta' impuritajiet metalliċi minbarra l-kalċju; kif ukoll

b.

Li fih inqas minn 10 partijiet għal kull miljun skont il-piż tal-boron.

1C229

Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Purezza ta' 99,99 % jew akbar skont il-piż; kif ukoll

b.

Li fih inqas minn 10 ppm (partijiet għal kull miljun) skont il-piż ta' fidda.

2.C.3.

Bismut li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Purezza ta' 99,99 % jew akbar skont il-piż; kif ukoll

b.

Li fih inqas minn 10 ppm (partijiet kull miljun) skont il-piż tal-fidda.

1C230

Metall tal-berillju, liegi li fihom aktar minn 50 % berillju bil-piż, komposti tal-berillju, prodotti manifatturati minnhom, skart jew skrapp ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin, minbarra dak speċifikat fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari.

N.B.:

ARA WKOLL IL-KONTROLLI TAL-MERKANZIJA MILITARI.

Nota:

1C230 ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni ta' karatteristiċi ta' spieri;

b.

Għamliet ta' ossidu f'forom fabbrikati jew semifabbrikati mfasslin apposta għal partijiet ta' komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi;

c.

Berill (silikat tal-berillju u aluminju) fil-forma ta' żmeraldi jew akkwamarini.

2.C.2.

Metall tal-berillju, liegi li fihom aktar minn 50 % berillju skont il-piż, komposti tal-berillju, manifatturi tagħhom, u skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn ta' hawn fuq.

Nota:

Il-Punt 2.C.2. ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Twieqi tal-metall għal magni tar-raġġi-X, jew għal apparat għar-reġistrazzjoni tad-dettalji tal-ispieri;

b.

Għamliet ta' ossidu f'forom iffabbrikati jew semiffabbrikati ddisinjati apposta għal partijiet ta' komponenti elettroniċi jew bħala sottostrati għal ċirkwiti elettroniċi;

c.

Berill (silikat ta' berillju u aluminju) fil-forma ta' żmeraldi jew akkwamarini.

1C231

Metall tal-afnju, liegi li fihom aktar minn 60 % berillju bil-piż, komposti tal-afnju li fihom aktar minn 60 % afnju skont il-piż, manifatturi tagħhom, u skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn ta' hawn fuq.

2.C.8.

Metall tal-afnju, liegi li fihom aktar minn 60 % ta' afnju skont il-piż, komposti tal-afnju li fihom aktar minn 60 % ta' afnju skont il-piż, manifatturi tagħhom, u skart jew fdal ta' xi wieħed minn dawn imsemmijin.

1C232

Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

1C232 ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta' eljum-3.

2.C.18.

Elju-3 (3He), taħlitiet li fihom l-elju-3, u prodotti jew apparati li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.18. ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 1 g ta' elju-3.

1C233

Litju arrikkit fl-iżotopu boron-10 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, u prodotti jew strumenti li jkun fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, ligi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta' xi wieħed minn dawn l-elementi msemmijin.

Nota:

il-1Ċ233 ma tikkontrollax dosimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija skont il-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).

2.C.9.

Litju arrikkit fl-iżotopu litju-6 (6Li) għal aktar mill-abbundanza iżotopika naturali tiegħu, u prodotti jew apparat li fihom litju arrikkit, kif ġej: litju elementari, ligi, komposti, taħlitiet li fihom il-litju, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta' xi wieħed minn dawn l-elementi msemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.9. ma jikkontrollax dożimetri termoluminixxenti.

Nota Teknika:

L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 perċentwali skont il-piż (7,5 perċentwali ta' atomi).

1C234

Żirkonju b'kontenut ta' afnju ta' inqas minn parti waħda ta' afnju għal 500 parti ta' żirkonju skont il-piż, kif ġej: metall, ligi li fihom aktar minn 50 % ta' żirkonju skont il-piż, komposti, prodotti maħdumin minnhom, skart jew ruttam ta' xi wieħed minn dawk imsemmijin f'0A001.f.

Nota:

1C234 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta' fojl li għandu ħxuna ta' 0,10 mm jew inqas.

2.C.15.

Żirkonju b'kontenut ta' afnju ta' inqas minn parti waħda ta' afnju għal 500 parti ta' żirkonju skont il-piż, kif ġej: L-abbundanza iżotopika naturali tal-litju-6 hija bejn wieħed u ieħor 6,5 fil-mija bil-piż (7,5 fil-mija tal-atomi).

Nota:

Il-Punt 2.C.15 ma jikkontrollax iż-żirkonju fil-forma ta' fojl li għandu ħxuna ta' 0,10 mm jew inqas.

1C235

Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma' dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda (1) f'kull 1 000 , u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

1Ċ235 ma tikkontrollax prodott jew għodda li jkun jinsab fihom inqas minn 1,48 × 103 GBq (40 Ci) ta' tritju.

2.C.17.

Tritju, komposti tat-tritju, taħlitiet li fihom it-tritju fejn il-proporzjon tal-atomi tat-tritju ma' dawk tal-idroġenu hu ogħla minn parti waħda (1) f'kull 1 000 , u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawn imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.17. ma jikkontrollax prodott jew apparat li fih inqas minn 1,48 × 103 GBq ta' tritju.

1C236

“Radjunuklidi” tajbin biex jagħmlu sorsi tan-newtroni abbażi ta' reazzjoni ta' alfa-n, għajr dawk speċifikati f'0C001 u 1C012.a. fil-forom li ġejjin:

a.

Elementari;

b.

Komposti li għandhom attività totali ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

c.

Taħlitiet li għandhom attività totali ta' 37 GBq/kg (1 Ci/kg) jew aktar;

d.

Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawk imsemmijin.

Nota:

1C236 ma jikkontrollax prodott jew strument li jkollu anqas minn 3,7 GBq (100 millikurji) ta' attività.

Nota Teknika:

F'1C236 “Radjunuklidi” huma xi wieħed minn dan li ġej:

Attinju-225 (Ac-225)

Attinju-227 (Ac-227)

Kalifornju-253 (Cf-253)

Kurju-240 (Cm-240)

Kurju -241 (Cm-241)

Kurju -242 (Cm-242)

Kurju -243 (Cm-243)

Kurju -244 (Cm-244)

Einsteinju-253 (Es-253)

Einsteinju -254 (Es-254)

Gadolinju-148 (Gd-148)

Plutonju-236 (Pu-236)

Plutonju-238 (Pu-238)

Polonju-208 (Po-208)

Polonju-209 (Po-209)

Polonju-210 (Po-210)

Radju-223 (Ra-223)

Torju-227 (Th-227)

Torju-228 (Th-228)

Uranju-230 (U-230)

Uranju-232 (U-232)

2.C.19.

Radjunuklidi adatti biex jinħolqu sorsi tan-newtroni bbażati fuq ir-reazzjoni alpha-n:

 

Attinju 225

 

Kurju 244

 

Polonju 209

 

Attinju 227

 

Einsteinju 253

 

Polonju 210

 

Kalifornju 253

 

Einsteinju 254

 

Radju 223

 

Kurju 240

 

Gadolinju 148

 

Torju 227

 

Kurju 241

 

Plutonju 236

 

Torju 228

 

Kurju 242

 

Plutonju 238

 

Uranju 230

 

Kurju 243

 

Polonju 208

 

Uranju 232

Fil-forom li ġejjin:

a.

Elementari;

b.

Komposti li għandhom attività totali ta' 37 GBq/kg jew akbar;

c.

Taħlitiet li għandhom attività totali ta' 37 GBq/kg jew akbar;

d.

Prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawk imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.19. ma jikkontrollax prodott jew apparat li jkollu inqas minn 3,7 GBq ta' attività.

1C237

Radju-226 (226Ra), ligi tar-radju-226, komposti tar-radju-226, taħlitiet li fihom ir-radju-226, prodotti maħdumin minnhom, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawk imsemmijin.

Nota:

1C237 ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

Applikaturi mediċi;

b.

Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq (10 millukurji) ta' radju-226.

2.C.12.

Radju226 (226Ra), ligi tar-radju-226, komposti tar-radju-226, taħlitiet li fihom ir-radju-226, prodotti maħdumin minnhom, u prodotti jew apparat li fihom xi wieħed minn dawk imsemmijin.

Nota:

Il-Punt 2.C.12. ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Applikaturi mediċi;

b.

Prodott jew apparat li fih inqas minn 0,37 GBq ta' radju-226.

1C238

Trifluworur tal-kloru (ClF3).

2.C.6.

Klorin trifluworid (ClF3).

1C239

Splussivi qawwijin, minbarra dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Merkanzija Militari, jew sustanzi jew taħlitiet li fihom aktar minn 2 % bil-piż tagħhom, b'densità tal-kristalli akbar minn 1,8 g/cm3 u li għandhom veloċità tal-isplużjoni akbar minn 8 000  m/s.

6.C.1.o

Kwalunkwe splussiv b'densità ta' kristall akbar minn 1,8 g/cm3 u li jkollu veloċità tal-isplużjoni akbar minn 8 000  m/s.

1C240

Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, minbarra dawk speċifikati f'0C005, kif ġej:

a.

Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kontenut ta' purezza tan-nikil ta' 99,0 % jew aktar skont il-piż; kif ukoll

2.

Daqs medju tal-partiċelli ta' inqas minn 10 μm mkejla bl-istandard B330 tas-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u l-Materjali (ASTM);

b.

Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati f'1C240.a.

Nota:

1C240 ma jikkontrollax dan li ġej:

a.

Trab filamentari tan-nikil;

b.

Folji singli tan-nikil porużi b'erja ta' 1 000 cm2 jew inqas għal kull folja.

Nota Teknika:

1C240.b. jirreferi għall-metall poruż iffurmat bil-kumpattazzjoni u s-sinterizzazzjoni tal-materjali f'1C240.a. sabiex jiġi ffurmat materjal tal-metall b'pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.

2.C.16.

Trab tan-nikil u metall poruż tan-nikil, kif ġej:

N.B.:

Għal trab tan-nikil li huwa ppreparat apposta għall-manifattura ta' barrieri għad-diffużjoni gassuża ara d-dokument INFCIRC/254/Parti 1 (kif emendat).

a.

Trab tan-nikil li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Kontenut ta' purezza tan-nikil ta' 99,0 % jew aktar skont il-piż; kif ukoll

2.

Daqs medju ta' partiċella ta' inqas minn 10 μm imkejjel bl-istandard tal-ASTM B 330;

b.

Metall poruż tan-nikil prodott mill-materjali speċifikati fil-Punt 2.C.16.a.

Nota:

Il-Punt 2.C.16. ma jikkontrollax dawn li ġejjin:

a.

Trab filamentari tan-nikil;

b.

Folji singoli tal-metall tan-nikil porużi b'erja ta' 1 000 cm2 għal kull folja jew inqas.

Nota Teknika:

Il-Punt 2.C.16.b. jirreferi għal metall poruż ifformat permezz tal-ikkompattar u s-sinterizzazzjoni tal-materjal fil-Punt 2.C.16.a. biex jiġi fformat materjal tal-metall b'pori fini interkonnessi fl-istruttura kollha.

1C241

Renju, u ligi li fihom 90 % jew aktar ta' renju skont il-piż; u ligi tar-renju u tungstenu li fihom 90 % jew aktar skont il-piż, jew aktar ta' xi taħlita ta' renju u tungstenu, minbarra dawk speċifikati f'1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simmetrija ċilindrika vojta (fosthom segmenti ta' ċilindri) b'dijametru intern bejn 100 u 300 mm; kif ukoll

b.

Massa ta' aktar minn 20 kg.

2.C.20.

Renju, u ligi li fihom 90 % jew aktar ta' renju skont il-piż; u liegi tar-renju u t-tungstenu li fihom 9 % jew aktar skont il-piż jew aktar ta' xi taħlita ta' renju u tungstenu, li fihom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

F'forom b'simmetrija ċilindrika vojta (fosthom segmenti ta' ċilindri) b'dijametru intern bejn 100 u 300 mm; kif ukoll

b.

Massa ta' iktar minn 20 kg.

1D   Softwer

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta’ kontroll tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

1D001

“softwer” iddisinjat apposta jew modifikat għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta'tagħmir speċifikat f'1B001 sa 1B003.

1.D.2.

“softwer” tfisser ġabra ta' ‘programm’ jew ‘mikroprogramm’ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni.

1D201

“Softwer” imfassal apposta għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f'1B201.

1.D.3.

“softwer” tfisser ġabra ta' ‘programm’ jew ‘mikroprogramm’ wieħed jew aktar stabbiliti fi kwalunkwe mezz tanġibbli ta' espressjoni.

1E   Teknoloġija

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta’ kontroll tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

1E201

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“użu” tal-oġġetti speċifikati f'1A002, 1A007, 1A202, minn 1A225 sa 1A227, 1B201, minn 1B225 sa 1B234, 1C002.b.3. jew.b.4., 1C010.b., 1C202, 1C210, 1C216, minn 1C225 sa 1C241 jew 1D201.

1.E.1.

“Teknoloġija” -- tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' kwalunkwe oġġett li jinsab fil-Lista. Din l-informazzjoni tista' tieħu l-forma ta' ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’.

1E202

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” tal-oġġetti speċifikati f'1A007, 1A202 jew minn 1A225 sa 1A227.

1.E.1.

“Teknoloġija” -- tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' kwalunkwe oġġett li jinsab fil-Lista. Din l-informazzjoni tista' tieħu l-forma ta' ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’.

1E203

“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” tal-oġġetti speċifikati f'1A007, 1A202 jew minn 1A225 sa 1A227.

1.E.1.

“Teknoloġija” -- tfisser informazzjoni speċifika meħtieġa għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta' kwalunkwe oġġett li jinsab fil-Lista. Din l-informazzjoni tista' tieħu l-forma ta' ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’.

KATEGORIJA 2 — L-IPPROĊESSAR TA' MATERJALI

2 A   Sistemi, Tagħmir u Komponenti

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta' kontroll tal-Grupp ta' Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

2A225

Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:

a.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn 150 cm3 u 8 000 cm3; kif ukoll

2.

Magħmula minn jew miksija b'xi wieħed mill-materjali li ġejjin, jew kombinament tal-materjali li ġejjin, li jkollhom livell totali ta' impurità ta' 2 % jew inqas skont il-piż:

a.

Fluworur tal-kalċju (CaF2);

b.

Żirkonat tal-kalċju (metażirkonat) (CaZrO3);

c.

Sulfid taċ-ċerju (Ce2S3);

d.

Ossidu tal-erbju (erbja) (Er2O3);

e.

Ossidu tal-afnju (ħafnja) (HfO2);

f.

Ossidu tal-manjesju (MgO);

g.

Liga b'nitrur ta' nijobju-titanju-tungstenu (bejn wieħed u ieħor 50 % Nb, 30 % Ti, 20 % W);

h.

Ossidu tal-ittrju (erbja) (Y2O3); jew

i.

Ossidu taż-żirkonju (zirconia) (ZrO2);

b.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn 50 cm3 u 2 000 cm3; kif ukoll

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta' 99,9 % jew aktar skont il-piż;

c.

Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn 50 cm3 u 2 000 cm3;

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta' 98 % jew aktar skont il-piż; kif ukoll

3.

Miksija bil-karbur, in-nitrur, il-borur tat-tantalu jew kwalunkwe kombinament ta' dawn.

2.A.1.

Griġjoli magħmula minn materjali reżistenti għall-metalli aktinidi likwidi, kif ġej:

a.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn il-150 cm3 (150 ml) u 8 000 cm3 (8 l (litri)); u kif ukoll

2.

Magħmula minn jew miksija b'xi wieħed mill-materjali li ġejjin, jew kombinament tal-materjali li ġejjin, li jkollhom livell totali ta' impurità ta' 2 % jew inqas skont il-piż:

a.

Fluworur tal-kalċju (CaF2);

b.

Żirkonat tal-kalċju (metażirkonat) (CaZrO3);

c.

Sulfid taċ-ċerju (Ce2S3);

d.

Ossidu tal-erbju (erbja) (Er2O3);

e.

Ossidu tal-afnju (ħafnja) (HfO2);

f.

Ossidu tal-manjesju (MgO);

g.

Ossidu tal-ħafnju (ħafnja) (HfO2);

h.

Ossidu tal-ittriju (ittrja) (Y2O3); jew

i.

Ossidu taż-żirkonju (żirkonja) (ZrO2);

b.

Griġjoli li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn il-50 cm3 (50 ml) u 2 000 cm3 (2 litri); u kif ukoll

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta' 99,9 % jew aktar skont il-piż;

c.

Griġjoli li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Volum ta' bejn il-50 cm3 (50 ml) u 2 000 cm3 (2 litri); u

2.

Magħmula minn jew miksija bit-tantalu, li għandhom purezza ta' 98 % jew aktar skont il-piż; kif ukoll

3.

Miksija bil-karbur, in-nitrur, il-borur tat-tantalu jew kwalunkwe kombinament ta' dawn.

2A226

Valvi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

‘Daqs nominali’ ta' 5 mm jew akbar;

b.

Li għandhom siġill minfaħ; kif ukoll

c.

Magħmula fl-intier tagħhom minn jew miksija bl-aluminju, liega tal-aluminju, nikil jew liega tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil skont il-piż.

Nota Teknika:

Għall-valvi bi ftuħ għad-dħul u ħruġ ta' dijametri differenti, id-‘daqs nominali’ fi 2A226 jirreferi għall-iżgħar dijametru.

3.A.3.

Valvi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Daqs nominali ta' 5 mm jew akbar;

b.

Li għandhom siġill minfaħ; kif ukoll

c.

Magħmula fl-intier tagħom minn aluminju jew miksija bih, liga tal-aluminju, nikil jew liga tan-nikil li fihom aktar minn 60 % nikil skont il-piż.

Nota Teknika:

Għall-valvi b'dijametri differenti għad-dħul u l-ħruġ, il-parametru ta' daqs nominali fil-Punt 3.A.3.a. jirreferi għall-iżgħar dijametru.

2 B   Tagħmir għall-Ittestjar, l-Ispezzjoni u l-Produzzjoni

Is-sistemi, l-apparat u l-komponenti korrispondenti, kif identifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-kontroll tal-esportazzjoni, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju

Lista ta’ kontroll tal-Grupp ta’ Fornituri Nukleari bħala INFCIRC/254/Rev.9/Part 2

2B001

Għodda makkinarja u kwalunkwe kombinament tagħha, għat-tneħħija (jew il-qtugħ) ta' metall, ċeramika jew “kompożiti”, li skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jiġu mgħammra b'apparat elettroniku għall-“kontroll numeriku”, kif ġej:

N.B.:

ARA WKOLL 2B201.

Nota 1:

2B001 ma jikkontrollax għodod bil-magna bi skop speċjali limitati għall-manifattura ta' ingranaġġi. Għal magni bħal dawn ara 2B003.

Nota 2:

2B001 ma jkoprix il-kontrolli fuq għodda makkinarja bi skop speċjali limitat għall-manifattura ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

a.

Krankxafts jew kamxafts;

b.

Għodod jew għodod tal-qtugħ;

c.

Taqqaba għall-estrazzjoni;

d.

Partijiet ta' ġojjellerija minquxa jew b'aktar minn wiċċ wieħed; jew

e.

Proteżi dentali.

Nota 3:

Għodda makkinarja li għandha tal-inqas tnejn mit-tliet kapaċitajiet ta' tornitura, ta' milling jew grinding (pereż., magna tat-tornitura b'kapaċità ta' milling), trid tiġi evalwata skont kull entrata applikabbli fi 2B001.a., b. jew c.

N.B.:

Għall-magni għall-irfinar ottiku ara 2B002.

1.B.2.

Makkinarju għodda, kif ġej, u kwalunkwe kombinament ta' dan, għat-tneħħija jew il-qtugħ ta' metalli, ċeramika jew komposti, li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b'apparati elettroniċi għall-‘kontroll tal-kontorn’, f'żewġ assi jew aktar:

N.B.:

Għal unitajiet ta' ‘kontroll numeriku’ kkontrollati mis-“softwer” assoċjat tagħhom, ara l-Punt 1.D.3.

a.

Għodod bil-magna għat-tornitura li għandhom dan kollu li ġej:

1.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar; kif ukoll

2.

Żewġ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

Nota:

2B001.a. ma jkoprix il-kontrolli fuq magni tat-tornitura mfasslin apposta biex jipproduċu lentijiet tal-kuntatt, li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Kontrollur tal-magna limitat għall-użu ta' softwer oftalmiku biex tiddaħħal id-dejta għall-programmar tal-partijiet; kif ukoll

b.

L-ebda dispożitiv ta' ġbid b'vakwu.

b.

Għodod bil-magna għat-tħin li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

1.

Għandhom dan kollu li ġej:

a.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar; kif ukoll

b.

Tliet assi lineari u assi rotatorju wieħed li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

2.

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

N.B.:

‘Għodda makkinarja b'mekkaniżmu parallel’ hija speċifikata fi 2B001.b.2.d.

a.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b'tul ta' tmexxija ta' inqas minn 1 m;

b.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,4 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b'tul ta' tmexxija ta' 1 m jew aktar u inqas minn 4 m;

c.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 6,0 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b'tul ta' tmexxija daqs jew aktar minn 4 m; jew

d.

Ikunu ‘għodda makkinarja b'mekkaniżmu parallel’;

Nota Teknika:

‘Għodda makkinarja b'mekkaniżmu parallel’ hija għodda makkinarja b'diversi vireg li huma magħqudin permezz ta' pjattaforma u attwaturi; kull attwatur iħaddem il-virga rispettiva simultanjament u independentement.

3.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” għal magni ta' tħaffir b'ġig, daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar; jew

4.

Magni tat-tip fly cutting li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Fus b'“rotazzjoni falza” u “camming” ta' inqas (aħjar) minn 0,0004 mm TIR; kif ukoll

b.

Devjazzjoni angolari fil-moviment tal-parti li tiżżerżaq (imbardar, xengil u rrolljar) ta' inqas (aħjar) minn 2 sekondi ta' ark, TIR għal aktar minn 300 mm ta' tmexxija;

c.

Makkinarju għodda għat-tisnin, li għandu xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Għandhom dan kollu li ġej:

a.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar; kif ukoll

b.

Tliet assi jew aktar li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”; jew

2.

Ħames assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”, li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,1 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b'tul ta' tmexxija ta' inqas minn 1 m;

b.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 1,4 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b'tul ta' tmexxija ta' 1 m jew aktar u inqas minn 4 m; jew

c.

“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali” daqs jew inqas (aħjar) minn 6,0 μm tul assi lineari wieħed jew aktar, b'tul ta' tmexxija daqs jew aktar minn 4 m;

Nota:

2B001.c. ma jirregolax magni tat-taħan, kif ġejjin:

a.

Magni għall-grinding ta' ċilindri minn barra, minn ġewwa kif ukoll minn barra u ġewwa li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Limitati għall-grinding ċilindriku; kif ukoll

2.

Limitati għal kapaċità massima tal-oġġetti tal-ħidma b'dijametru estern jew tul ta' 150 mm;

b.

Magni mfassla speċifikament bħala jig grinders li ma għandhomx assi-z jew assi-w, b'“Ripetibilità ta' pożizzjonament unidirezzjonali”ta' inqas (aħjar) minn 1,1 μm

c.

magni għar-rettifikazzjoni tal-wiċċ

d.

Magni li jgħaddu karika elettrika (EDM) tat-tip bla wajer li fihom żewġ assi rotatorji jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-“kontroll tal-kontorn”;

e.

Għodda makkinarja għat-tneħħija ta' metalli, ċeramika jew “kompożiti”, li għandha dan kollu li ġej:

1.

It-tneħħija ta' materjal permezz ta' xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Ġettijiet tal-ilma jew ta' likwidi oħrajn, inklużi dawk li fihom addittivi abrażivi;

b.

Raġġ ta' elettroni; jew

c.

Raġġ tal-“laser”; kif ukoll

2.

Mill-inqas żewġ assi rotatorji li fihom dan kollu li ġej:

a.

Jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għal “kontroll tal-kontorn”; kif ukoll

b.

Preċiżjoni tal-pożizzjonament ta' inqas (aħjar) minn 0,003°;

f.

Magni għat-tħaffir fil-fond u magni tat-tornitura mmodifikati għat-tħaffir fil-fond, li għandhom kapaċità massima tat-tħaffir ta' fond ta' aktar minn 5 m.

 

a.

Makkinarju għodda għat-tidwir, li għandu ‘preċiżjoni tal-pożizzjoni’ bil-kumpensi kollha disponibbli aħjar (inqas) minn 6 μm skont ISO 230/2 (1988) tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjoni totali) għal magni li kapaċi jħaddmu dijametri akbar minn 35 mm;

Nota:

Il-Punt 1.B.2.a. ma jikkontrollax magni bi żbarri (Swissturn), limitati biss għat-tħaddim ta' żbarri f'ringiela u li d-dijamentru massimu tagħhom ikun daqs jew inqas minn 42 mm u jekk ma jkunx possibbli li tintrama morsa. Il-magni jista' jkollhom kapaċitajiet ta' titqib u/jew tħin biex iħaddmu partijiet b'dijametru inqas minn 42 mm.

2B006

Sistemi, tagħmir u “assemblaġġi elettroniċi” għall-ispezzjoni dimensjonali jew għal kejl, kif ġej:

1.B.3.

 

2B006.b.

Strumenti ta' kejl tal-spostament lineari u angolari, kif ġej:

1.B.3.

1.B.3.

Magni, strumenti, jew sistemi ta' spezzjoni dimensjonali, kif ġejjin:

2B006.b.

1.

Strumenti ta' kejl ta' ‘spostament lineari’ li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

Nota:

Interferometri tal-“laser” li jkejlu l-ispostament huma kkontrollati biss fi 2B006.b.1.c.

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta' 2B006.b.1. ‘spostament lineari’ jfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta' kejl u l-oġġett imkejjel.

a.

Sistemi ta' kejl tat-tip bla kuntatt b'“riżoluzzjoni” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,2 μm f'firxa ta' kejl sa 0,2 mm;

b.

Sistemi ta' Transformer Differenzjali b'Varjabbli Lineari (LVDT) li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

“Linearità” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % imkejla minn 0 sal-'firxa operattiva sħiħa' għal-LVDTs, b'‘firxa operattiva sħiħa’ sa ± 5mm u li tinkludihom; jew

b.

“Linearità” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % imkejla minn 0 sa 5 mm għal-LVDTs b'‘firxa operattiva sħiħa’ akbar minn ± 5 mm; kif ukoll

2.

Moviment daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % għal kull ġurnata f'temperatura standard tal-ambjent fil-kamra tal-ittestjar ta' ± 1 K;

Nota Teknika:

Għall-finijiet ta' 2B006.b.1.b. ‘firxa operattiva sħiħa’ hija nofs l-ispostament lineari possibbli tal-LVDT. Pereżempju, l-LVDTs b'‘firxa operattiva sħiħa’ sa u inkluż ± 5 mm jistgħu jkejlu spostament lineari totali possibbli ta' 10 mm.

c.

Sistemi ta' kejl li fihom dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Li fihom “laser”; kif ukoll

2.

Li jżommu, mill-inqas għal 12-il siegħa, f'temperatura ta' 20 ± 1 °C, dan kollu li ġej:

a.

“Riżoluzzjoni” fuq l-iskala kollha tagħhom ta' 0,1 μm jew inqas (aħjar); kif ukoll

b.

Li huma kapaċi jiksbu “inċertezza tal-kejl”, wara kumpens għall-indiċi rifrattiv tal-arja, daqs jew inqas (aħjar) minn (0,2 + L/2 2 000 ) μm (L huwa t-tul imkejjel f'mm) fi kwalunkwe punt f'firxa operattiva; jew

1.B.3.b.

b.

Strumenti għall-kejl ta' spostament lineari, kif ġej:

1.

Sistemi għall-kejl tat-tip bla kuntatt b'‘riżoluzzjoni’ daqs jew inqas (aħjar) minn 0,2 μm f'medda ta' kejl sa 0,2 mm;

2.

Sistemi ta' Transformer Differenzjali b'Voltaġġ Lineari (LVDT) li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

1.

‘Linearità’ daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % imkejla minn 0 għall-medda operattiva sħiħa, għal LVDTs b'medda operattiva li tasal sa 5 mm; jew

2.

‘Linearità’ daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % imkejla minn 0 sa 5 mm għal LVDTs b'medda operattiva akbar minn 5 mm; kif ukoll

b.

Moviment kontinwu daqs jew inqas (aħjar) minn 0,1 % kuljum f'temperatura ambjentali standard ta' ± 1 K fil-kamra tal-ittestjar;

3.

Sistemi ta' kejl li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Li fihom “laser”; kif ukoll

b.

Li jżommu mill-inqas 12 il-siegħa, f'medda ta' temperatura ta' ± 1 K f'temperatura standard u fi pressjoni standard:

1.

‘Riżoluzzjoni’ fuq l-iskala kollha tagħhom ta' 0,1 μm jew aħjar; kif ukoll

2.

‘Inċertezza ta' kejl’ daqs jew aħjar (inqas) minn (0,2 + L/2 000 ) μm (L jirrappreżenta t-tul imkejjel f'millimetri);

Nota:

Il-Punt 1.B.3.b.3. ma jikkontrollax is-sistemi ta' kejl b'interferometri, mingħajr retroazzjoni permezz ta' ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jkun fihom laser li jkejjel żbalji ta' moviment ta' slides fil-makkinarju għodda, magni għall-ispezzjoni dimensjonali jew tagħmir simili.

Nota Teknika:

Fil-Punt 1.B.3.b. ‘spostament lineari’ jfisser il-varjazzjoni fid-distanza bejn is-sonda ta' kejl u l-oġġett imkejjel.

2B006.b.

2.

Strumenti tal-kejl ta' spostament angolari li għandu “devjazzjoni tal-pożizzjonament angolari” daqs jew inqas (aħjar) minn 0,00025°;

Nota:

2B006.b.2. ma jkoprix il-kontrolli fuq strumenti ottiċi, bħal awtokollimaturi, li jużaw dawl ikkolimat (pereż., id-dawl tal-laser) sabiex jaqbdu l-ispostament angolari ta' mera.

1.B.3.c

c.

Strumenti għall-kejl ta' spostament angolari li għandhom ‘devjazzjoni ta' pożizzjoni angolari’ daqs jew aħjar (inqas) minn 0,00025°;

Nota:

Il-Punt 1.B.3.c. ma jikkontrollax strumenti ottiċi, bħal awtokollimaturi, li jużaw dawl ikkollimat (eż., dawl tal-laser) sabiex jinqabad l-ispostament angolari ta' mera.

2B116

Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni, tagħmir u komponenti għalihom, kif ġej:

a.

Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' feedback jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 10 g rms bejn 20 Hz u 2 kHz filwaqt li jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b'‘mejda vojta’;

b.

Kontrolluri diġitali, flimkien ma' softwer tal-ittestjar tal-vibrazzjoni mfassal apposta, b'‘wisa' tal-banda ta' kontroll f'ħin reali’ ta' aktar minn 5 kHz mfasslin għall-użu mas-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.;

Nota Teknika:

F'2B116.b., ‘wisa' tal-banda ta' kontroll f'ħin reali’ tfisser ir-rata massima li fiha kontrollur jista' jesegwixxi ċikli kompluti ta' teħid ta' kampjuni, ipproċessar ta' dejta u trasmissjoni ta' sinjali ta' kontroll.

c.

Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b'‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.;

d.

Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u l-unitajiet elettroniċi mfasslin sabiex jikkombinaw unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kkombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b'‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati fi 2B116.a.

Nota Teknika:

Fi 2B116, ‘mejda vojta’ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ ċatt, mingħajr muntaġġi jew fittings.

1.B.6.

Sistemi, tagħmir u komponenti għall-ittestjar tal-vibrazzjoni kif ġej:

a.

Sistemi elettrodinamiċi għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Għandhom tekniki ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw unitajiet ta' kontroll

2.

diġitali;

3.

Huma kapaċi jivvibraw b'10 g RMS jew aktar bejn 20 u 2 000 Hz; kif ukoll

4.

Huma kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew akbar, imkejla b'‘mejda vojta’;

b.

Unitajiet ta' kontroll diġitali, flimkien ma' “softwer” ddisinjat apposta għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, b'faxxa tal-frekwenza f'ħin reali akbar minn 5 kHz u ddisinjat għal sistema speċifikata fil-Punt 1.B.6.a.;

c.

Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu

d.

forza ta' 50 kN jew akbar, imkejla b “mejda vojta”, u li jistgħu jintużaw għas-sistemi speċifikati fil-Punt 1.B.6.a.;