Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1186

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1186 tal-20 ta' Lulju 2016 li jemenda għall-249 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2016/4879

ĠU L 196, 21.7.2016, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1186/oj

21.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1186

tal-20 ta' Lulju 2016

li jemenda għall-249 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-15 ta' Lulju 2016, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jinħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jinħtieġ li għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jinħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

“Aschraf Al-Dagma (magħruf ukoll bħala Aschraf Al Dagma). Indirizz: Il-Ġermanja. Data tat-twelid: 28.4.1969. Post tat-twelid: (a) Absan, Strixxa ta' Gaża, Territorji Palestinjani, (b) Kannyouiz, Territorji Palestinjani. Nazzjonalità: Għadha mhix verifikata/oriġini Palestinjana. Tagħrif ieħor: (a) Dokument tal-ivjaġġar tar-refuġjati maħruġ minn Landratsamt Altenburger Land (Uffiċċju tal-Amministrazzjoni tal-Kontea ta' Altenburg), il-Ġermanja, datat it-30.4.2000; (b) Assoċjat ma' Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi, Djamel Moustfa u Mohamed Abu Dhess. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 23.9.2003.”


Top