Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1141

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta' Lulju 2016 li jadotta lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2016/4295

OJ L 189, 14.7.2016, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1141/oj

14.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1141

tat-13 ta' Lulju 2016

li jadotta lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta' tħassib għall-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 jipprevedi li l-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni (“il-lista tal-Unjoni”) għandha tiġi adottata abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tiegħu u trid tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(6), li jistipula li l-kostijiet tal-implimentazzjoni, il-kost tan-nuqqas ta' azzjoni, il-kosteffettività u l-aspetti soċjoekonomiċi għandhom jingħataw konsiderazzjoni xierqa.

(2)

Abbażi tal-evidenza xjentifika li teżisti u abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament huma ssodisfati fl-każ tal-ispeċijiet aljeni invażivi li ġejjin: Baccharis halimifolia L, Cabomba caroliniana Gray, Callosciurus erythraeus Pallas, 1779, Corvus splendens Viellot, 1817, Eichhornia crassipes (Martius) Solms, Eriocheir sinensis H. Milne Edwards, 1854, Heracleum persicum Fischer, Heracleum sosnowskyi Mandenova, Herpestes javanicus É. Geoffroy Saint-Hilaire, 1818, Hydrocotyle ranunculoides L. f., Lagarosiphon major (Ridley) Moss, Lithobates (Rana) catesbeianus Shaw, 1802, Ludwigia grandiflora (Michx.) Greuter & Burdet, Ludwigia peploides (Kunth) P.H. Raven, Lysichiton americanus Hultén and St. John, Muntiacus reevesi Ogilby, 1839, Myocastor coypus Molina, 1782, Myriophyllum aquaticum (Vell.) Verdc., Nasua nasua Linnaeus, 1766, Orconectes limosus Rafinesque, 1817, Orconectes virilis Hagen, 1870, Oxyura jamaicensis Gmelin, 1789, Pacifastacus leniusculus Dana, 1852, Parthenium hysterophorus L., Perccottus glenii Dybowski, 1877, Persicaria perfoliata (L.) H. Gross (Polygonum perfoliatum L.), Procambarus clarkii Girard, 1852, Procambarus fallax (Hagen, 1870) f. virginalis, Procyon lotor Linnaeus, 1758, Pseudorasbora parva Temminck & Schlegel, 1846, Pueraria montana (Lour.) Merr. var. lobata (Willd.) (Pueraria lobata (Willd.) Ohwi), Sciurus carolinensis Gmelin, 1788, Sciurus niger Linnaeus, 1758, Tamias sibiricus Laxmann, 1769, Threskiornis aethiopicus Latham, 1790, Trachemys scripta Schoepff, 1792, Vespa velutina nigrithorax de Buysson, 1905.

(3)

Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li dawk l-ispeċijiet aljeni invażivi jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. B'mod partikolari, xi wħud minn dawn l-ispeċijiet huma diġà stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni jew saħansitra mifruxa sew f'ċerti Stati Membri u jista' jkun hemm każijiet fejn mhuwiex possibbli li speċijiet ta' dan it-tip jinqerdu b'mod kosteffettiv. Madankollu, ikun f'loku li dawk l-ispeċijiet jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni, peress li hemm miżuri kosteffettivi oħrajn li jistgħu jiġu implimentati: biex ma jkunx hemm introduzzjonijiet ġodda jew aktar tixrid fit-territorju tal-Unjoni; biex tiġi promossa kemm l-iskoperta minn kmieni kif ukoll il-qerda rapida ta' speċijiet li għadhom mhumiex preżenti jew li għadhom ma nfirxux sew; u biex jiġu ġestiti, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż permezz tas-sajd, tal-kaċċa u tal-insib, jew bi kwalunkwe tip ieħor ta' qbid għall-konsum jew għall-esportazzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet jitwettqu fil-kuntest ta' programm ta' ġestjoni nazzjonali.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispeċi Aljeni Invażivi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tkun magħmula mil-lista inizjali tal-ispeċi aljeni invażivi li huma ta' tħassib għall-Unjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.


ANNESS

LISTA TA' SPEĊIJIET ALJENI INVAŻIVI LI HUMA TA' TĦASSIB GĦALL-UNJONI

Speċi

Kodiċijiet NM għall-eżemplari ħajjin

Kodiċijiet NM għall-partijiet li jistgħu jirriproduċu

Kategoriji ta' oġġetti assoċjati

(i)

(ii)

(iii)

(iv)

Baccharis halimifolia L.

ex 0602 90 49

ex 0602 90 45 (biċċiet bl-għeruq u pjanti żgħar)

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Cabomba caroliniana Gray

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Callosciurus erythraeus Pallas, 1779

ex 0106 19 00

 

Corvus splendens Viellot, 1817

ex 0106 39 80

ex 0407 19 90 (bajd iffertilizzat għall-inkubazzjoni)

 

Eichhornia crassipes (Martius) Solms

ex 0602 90 50

ex 1209 30 00 (żrieragħ)

 

Eriocheir sinensis H. Milne Edwards, 1854

ex 0306 24 80

 

Heracleum persicum Fischer

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(6)

Heracleum sosnowskyi Mandenova

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Herpestes javanicus É. Geoffroy Saint-Hilaire, 1818

ex 0106 19 00

 

Hydrocotyle ranunculoides L. f.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Lagarosiphon major (Ridley) Moss

ex 0602 90 50

 

Lithobates (Rana) catesbeianus Shaw, 1802

ex 0106 90 00

 

Ludwigia grandiflora (Michx.) Greuter & Burdet

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Ludwigia peploides (Kunth) P.H. Raven

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Lysichiton americanus Hultén and St. John

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Muntiacus reevesi Ogilby, 1839

ex 0106 19 00

 

Myocastor coypus Molina, 1782

ex 0106 19 00

 

Myriophyllum aquaticum (Vell.) Verdc.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Nasua nasua Linnaeus, 1766

ex 0106 19 00

 

Orconectes limosus Rafinesque, 1817

ex 0306 29 10

 

Orconectes virilis Hagen, 1870

ex 0306 29 10

 

Oxyura jamaicensis Gmelin, 1789

ex 0106 39 80

ex 0407 19 90 (bajd iffertilizzat għall-inkubazzjoni)

 

Pacifastacus leniusculus Dana, 1852

ex 0306 29 10

 

Parthenium hysterophorus L.

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(5), (7)

Perccottus glenii Dybowski, 1877

ex 0301 99 18

ex 0511 91 90 (bajd fertili tal-ħut għat-tifqis)

(1), (2), (3), (4)

Persicaria perfoliata (L.) H. Gross

(Polygonum perfoliatum L.)

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

(5), (11)

Procambarus clarkii Girard, 1852

ex 0306 29 10

 

Procambarus fallax (Hagen, 1870) f. virginalis

ex 0306 29 10

 

Procyon lotor Linnaeus, 1758

ex 0106 19 00

 

Pseudorasbora parva Temminck & Schlegel, 1846

ex 0301 99 18

ex 0511 91 90 (bajd fertili tal-ħut għat-tifqis)

(1), (2), (3), (4)

Pueraria montana (Lour.) Merr. var. lobata (Willd.)

(Pueraria lobata (Willd.) Ohwi)

ex 0602 90 50

ex 1209 99 99 (żrieragħ)

 

Sciurus carolinensis Gmelin, 1788

ex 0106 19 00

 

Sciurus niger Linnaeus, 1758

ex 0106 19 00

 

Tamias sibiricus Laxmann, 1769

ex 0106 19 00

 

Threskiornis aethiopicus Latham, 1790

ex 0106 39 80

ex 0407 19 90 (bajd fertilizzat għall-inkubazzjoni)

 

Trachemys scripta Schoepff, 1792

ex 0106 20 00

 

Vespa velutina nigrithorax de Buysson, 1905

ex 0106 49 00

(8), (9), (10)

Noti mat-tabella:

Kolonna (i): Speċi

Din il-kolonna tindika l-isem xjentifiku tal-ispeċi. Is-sinonimi huma inklużi fil-parenteżi.

Kolonna (ii): Kodiċi NM għall-eżemplari ħajjin.

Din il-kolonna tindika l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għall-eżemplari ħajjin. Il-prodotti kklassifikati bil-kodiċi tan-NM f'din il-kolonna għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija (HS) abbozzata mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li issa huwa magħruf bħala l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), u adottata mill-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell, fl-14 ta' Ġunju 1983, u approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1) (“il-Konvenzjoni HS”). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tal-HS sa sitt figuri, u s-seba' u t-tmien ċifra qegħdin hemm biss biex joħolqu subintestaturi oħra li huma speċifiċi għaliha.

Jekk ikun hemm bżonn li jiġu ttestjati biss dawk il-prodotti li għandhom kodiċi b'erbgħa, b'sitta jew bi tmien figuri u li ma jkollhomx subdiviżjoni speċifika fin-Nomenklatura Maqgħuda, il-kodiċi jiġi mmarkat bħala ex (pereżempju, ex 0106 49 00, minħabba li l-kodiċi NM 0106 49 00 jinkludi l-insetti l-oħra kollha u mhux biss l-ispeċi ta' insetti li jidhru fit-tabella).

Kolonna (iii): Kodiċi NM għall-partijiet li jistgħu jirriproduċu

Din il-kolonna tindika, fejn rilevanti, il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għall-partijiet tal-ispeċi li jistgħu jirriproduċu. Ara wkoll in-nota tal-kolonna (ii). Il-prodotti kklassifikati bil-kodiċi tan-NM f'din il-kolonna għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

Kolonna (iv): Kategoriji ta' oġġetti assoċjati

Din il-kolonna tindika, fejn rilevanti, il-kodiċijiet tan-NM tal-prodotti li magħhom jiġu assoċjati, ġeneralment, l-ispeċijiet aljeni invażivi. Il-prodotti kklassifikati bil-kodiċi tan-NM f'din il-kolonna ma jkunux soġġetti għal kontrolli uffiċjali skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014. Ara wkoll in-nota tal-kolonna (ii). B'mod partikolari, in-numri msemmija fil-kolonna (iv) jirreferu għall-kodiċijiet tan-NM hawn taħt:

(1)

0301 11 00: Ħut ornamentali tal-ilma ħelu.

(2)

0301 93 00: Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus).

(3)

0301 99 11: Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho).

(4)

0301 99 18: Ħut ieħor tal-ilma ħelu.

(5)

ex 0602: Pjanti għat-tħawwil b'materjali għat-tkabbir

(6)

1211 90 86: Pjanti oħra u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), tat-tip li jintużaw l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta' insettiċidi, funġiċidi jew simili, friski jew imnixxfa, kemm jekk maqtugħin jew le, misħuqin jew f'forma ta' trab

(7)

ex 2530 90 00 Ħamrija u materjali għat-tkabbir.

(8)

4401: Ħatab, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatgħet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta' injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili.

(9)

4403: Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff.

(10)

ex 6914 90 00: Qsari taċ-ċeramika għall-ġardinaġġ.

(11)

ex Kapitolu 10: Żerriegħa taċ-ċereali għaż-żrigħ.


(1)  ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.


Top