EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1009

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1009 tat-22 ta' Ġunju 2016 li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

OJ L 165, 23.6.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1009/oj

23.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1009

tat-22 ta' Ġunju 2016

li jiffissal-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 ta' Ġunju 2016 sal-10 ta' Ġunju 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn il-kwantitajiet jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li ma tressqux skont ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sat-30 ta' Ġunju 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29).


ANNESS

I.A

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.1.2017 sat-30.6.2017

(f'kg)

09.4590

34 268 500

09.4599

5 680 000

09.4591

2 680 000

09.4592

9 219 000

09.4593

2 673 236

09.4594

10 003 500

09.4595

6 412 500

09.4596

9 596 200

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.1.2017 sat-30.6.2017

(f'kg)

09.4155

828 000

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.1.2017 sat-30.6.2017

(f'kg)

09.4205

25 000

09.4206

0

I.K

Prodotti li joriġinaw min-New Zealand

Numru tal-ordni

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1.10.2016 sal-31.12.2016

(f'kg)

09.4514

7 000 000

09.4515

4 000 000

09.4182

33 612 000

09.4195

40 877 000


Top