This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0679R(02)
Corrigendum to Regulation (EU) 2016/679 of the European Parliament and of the Council of 27 April 2016 on the protection of natural persons with regard to the processing of personal data and on the free movement of such data, and repealing Directive 95/46/EC (General Data Protection Regulation) (OJ L 119, 4.5.2016)
Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016)
Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–13
(HR, NL)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 3–7
(ES, ET, GA)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–19
(SL)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–8
(DE)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–5
(BG, DA, EN, LV, LT, MT, PT, SK, FI)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–7
(CS, RO)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–9
(PL)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–15
(SV)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 3–18
(IT)
ĠU L 127, 23.5.2018, p. 2–6
(EL, FR, HU)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/corrigendum/2018-05-23/oj
23.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/2 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 119 tal-4 ta’ Mejju 2016 )
Fil-paġna 14, il-premessa (71), il-ħames u s-sitt sentenzi:
minflok:
“(71) |
… Tali miżura m’għandhiex tikkonċerna tfal. Sabiex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kuntest li fih tiġi pproċessata d-data personali, il-kontrollur għandu juża proċeduri matematiċi jew statistiċi adegwati għat-teħid ta’ profili, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li fatturi li jirriżultaw f’ineżattezzi fid-data personali jiġu kkoreġuti u jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji, jiżgura d-data personali f’mod li jieħu kont tar-riskji potenzjali involuti għall-interessi u d-drittijiet tas-suġġett tad- data u li jipprevjeni, fost oħrajn, effetti diskriminatorji fuq persuni fiżiċi abbażi tar-razza jew oriġini etnika, opinjoni politika, reliġjon jew twemmin, sħubija fi trade union, stat ġenetiku jew tas-saħħa jew orjentazzjoni sesswali, jew li jirriżulta f’miżuri li jkollhom dan l-effett.”, |
aqra:
“(71) |
… Tali miżura m’għandhiex tikkonċerna tfal. Sabiex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-kuntest li fih tiġi pproċessata d-data personali, il-kontrollur għandu juża proċeduri matematiċi jew statistiċi adegwati għat-teħid ta’ profili, jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li fatturi li jirriżultaw f’ineżattezzi fid-data personali jiġu kkoreġuti u jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji, jiżgura d-data personali f’mod li jieħu kont tar-riskji potenzjali involuti għall-interessi u d-drittijiet tas-suġġett tad-data u jipprevjeni, fost oħrajn, effetti diskriminatorji fuq persuni fiżiċi abbażi tar-razza jew oriġini etnika, opinjoni politika, reliġjon jew twemmin, sħubija fi trade union, stat ġenetiku jew tas-saħħa jew orjentazzjoni sesswali, jew ipproċessar li jirriżulta f’miżuri li jkollhom dan l-effett.”. |
Fil-paġna 55, il-punt (c) tal-Artikolu 37(1):
minflok:
“(c) |
l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9 u ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.”, |
aqra:
“(c) |
l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9 jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.”. |
Fil-paġna 58, l-Artikolu 41(3):
minflok:
“3. L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tippreżenta l-abbozz ta’ kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-Bord skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.”,
aqra:
“3. L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tippreżenta l-abbozz ta’ rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-Bord skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.”.
Fil-paġna 58, l-Artikolu 41(5):
minflok:
“5. L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tirrevoka l-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk il-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni ma jkunux milħuqa jew m’għadhomx jintlaħqu jew fejn azzjonijiet meħuda mill-korp jiksru dan ir-Regolament.”,
aqra:
“5. L-awtorità superviżorja kompetenti għandha tirrevoka l-akkreditazzjoni ta’ korp kif imsemmi fil-paragrafu 1 jekk ir-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ma jkunux milħuqa jew m’għadhomx jintlaħqu jew fejn azzjonijiet meħuda mill-korp jiksru dan ir-Regolament.”.
Fil-paġna 59, l-Artikolu 42(7):
minflok:
“7. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ lil kontrollur jew proċessur għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista’ tiġġedded, skont l-istess kondizzjonijiet, sakemm jibqgħu jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rilevanti. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi rtirata, fejn applikabbli, mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, jew mill-awtorità superviżorja kompetenti fejn ma jiġux sodisfatti jew ma jibqgħux jiġu sodisfatti r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni.”,
aqra:
“7. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tinħareġ lil kontrollur jew proċessur għal perijodu massimu ta’ tliet snin u tista’ tiġġedded, skont l-istess kondizzjonijiet, sakemm jibqgħu jiġu sodisfatti l-kriterji rilevanti. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi rtirata, fejn applikabbli, mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, jew mill-awtorità superviżorja kompetenti fejn ma jiġux sodisfatti jew ma jibqgħux jiġu sodisfatti l-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni.”,
Fil-paġna 60, l-Artikolu 43(3), l-ewwel sentenza:
minflok:
“3. L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitwettqu abbażi ta’ kriterji approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew, mill- Bord, skont l-Artikolu 63.”,
aqra:
“3. L-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir abbażi ta’ rekwiżiti approvati mill-awtorità superviżorja li hija kompetenti skont l-Artikolu 55 jew 56 jew mill-Bord skont l-Artikolu 63.”.
Fil-paġna 60, l-Artikolu 43(6):
minflok:
“6. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità superviżorja f’forma faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll jittrażmettu dawk ir-rekwiżiti u kriterji lill-Bord. Il-Bord għandu jiġbor il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni kollha u s-siġilli tal-protezzjoni tad-data kollha f’reġistru u għandu jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku bi kwalunkwe mezz xieraq.”,
aqra:
“6. Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 42(5) għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità superviżorja f’forma faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet superviżorji għandhom ukoll jittrażmettu dawk ir-rekwiżiti u kriterji lill-Bord.”.
Fil-paġna 69, il-punt (p) tal-Artikolu 57(1):
minflok:
“(p) |
tabbozza u tippubblika l-kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp għall-monitoraġġ tal-kodiċijiet ta’ kondotta skont l- Artikolu 41 u ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43;”, |
aqra:
“(p) |
tabbozza u tippubblika r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ta’ korp għall-monitoraġġ tal-kodiċijiet ta’ kondotta skont l- Artikolu 41 u ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43;”. |
Fil-paġna 74, il-punt (c) tal-Artikolu 64(1):
minflok:
“(c) |
ikollha l-għan li tapprova l-kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp skont l-Artikolu 41(3) jew korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43(3);”, |
aqra:
“(c) |
ikollha l-għan li tapprova r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni ta’ korp skont l-Artikolu 41(3), ta’ korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43(3) jew il-kriterji għal ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 42(5);”. |
Fil-paġna 74, l-Artikolu 64(6), (7) u (8):
minflok:
“6. L-awtorità superviżorja kompetenti ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha msemmi fil-paragrafu 1 fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 3.
7. L-awtorità superviżorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont bl-akbar reqqa tal-opinjoni tal-Bord u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-opinjoni, għandha tikkomunika lill-President tal-Bord b’mod elettroniku jekk ser iżżomm jew temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm, l-abbozz emendat ta’ deċiżjoni, bl-użu ta’ format standardizzat.
8. Fejn l-awtorità superviżorja kkonċernata tinforma lill-President tal-Bord fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu li hija ma tkunx biħsiebha ssegwi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-opinjoni tal-Bord, filwaqt li tagħti r-raġunijiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 65(1).”,
aqra:
“6. L-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha msemmi fil-paragrafu 1 fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 3.
7. L-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont bl-akbar reqqa tal-opinjoni tal-Bord u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-opinjoni, għandha tikkomunika lill-President tal-Bord b’mod elettroniku jekk ser iżżomm jew temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm, l-abbozz emendat ta’ deċiżjoni, bl-użu ta’ format standardizzat.
8. Fejn l-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tinforma lill-President tal-Bord fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu li hija ma tkunx biħsiebha ssegwi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-opinjoni tal-Bord, filwaqt li tagħti r-raġunijiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 65(1).”.
Fil-paġna 74, il-punt (a) tal-Artikolu 65(1):
minflok:
“(a) |
fejn, f’każ imsemmi fl-Artikolu 60(4), awtorità superviżorja kkonċernata tkun qajmet oġġezzjoni rilevanti u motivata għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità ewlenija jew l-awtorità ewlenija tkun ċaħdet tali oġġezzjoni għar-raġuni li ma tkunx rilevanti jew motivata. …”, |
aqra:
“(a) |
fejn, f’każ imsemmi fl-Artikolu 60(4), awtorità superviżorja kkonċernata tkun qajmet oġġezzjoni rilevanti u motivata għal abbozz ta’ deċiżjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtorità superviżorja ewlenija ma segwitx l-oġġezzjoni jew tkun ċaħdet tali oġġezzjoni għar-raġuni li ma tkunx rilevanti jew motivata. …”. |
Fil-paġna 76, l-Artikolu 69(2):
minflok:
“2. Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 70(1) fl-Artikolu 70(2), il- Bord, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd.”,
aqra:
“2. Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 70(1) u (2), il- Bord, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jew fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand ħadd.”.
Fil-paġna 77, il-punt (l) tal-Artikolu 70(1):
minflok:
“(l) |
jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punti (e) u (f);”, |
aqra:
“(l) |
jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki;”, |
Fil-paġna 77, il-punt (o) tal-Artikolu 70(1):
minflok:
“(o) |
iwettaq l-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni u r-rieżami perjodiku tiegħu skont l-Artikolu 43 u jżomm reġistru pubbliku ta’ korpi akkreditati skont l-Artikolu 43(6) u tal-kontrolluri jew il-proċessuri akkreditati stabbiliti f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 42(7);”, |
aqra:
“(o) |
japprova l-kriterji ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 42(5) u jżomm reġistru pubbliku ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 42(8) u tal-kontrolluri jew proċessuri ċertifikati stabbiliti f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 42(7);”. |
Fil-paġna 77, il-punt (p) tal-Artikolu 70(1):
minflok:
“(p) |
jispeċifika r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 43(3) bil-ħsieb tal-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni taħt l-Artikolu 42;”, |
aqra:
“(p) |
japprova r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 43(3) bil-ħsieb tal-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43;”. |