EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0533

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/533 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

C/2016/2041

OJ L 89, 6.4.2016, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/533/oj

6.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/533

tal-31 ta' Marzu 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, hemm bżonn li tiġi ċċarata d-determinazzjoni tal-kontenut ta' proteini fix-xarbiet ibbażati fuq is-sojja kklassifikati fis-subintestaturi 2202 90 11 u 2202 90 15 tan-Nomenklatura Magħquda.

(3)

Il-metodu ta' Kjeldahl stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' proteina mhux raffinata. Il-metodu ta' Kjeldahl huwa l-metodu rikonoxxut internazzjonalment għall-istima tal-kontenut ta' proteini fl-ikel, minħabba l-universalità, il-preċiżjoni u r-riproduċibbiltà tiegħu. Il-fattur ta' konverżjoni għad-determinazzjoni tal-kontenut ta' proteini abbażi tal-kontenut totali ta' nitroġenu jiddependi mit-tip ta' proteina preżenti fil-kampjun. Filwaqt li jitqies li hawnhekk il-kontenut ta' proteina tas-sojja jrid jiġi determinat, għandu jiġi applikat fattur tal-konverżjoni ta' 6,25.

(4)

Nota ġdida addizzjonali għandha għalhekk tiżdied fil-Kapitolu 22 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda sabiex tiżgura l-interpretazzjoni uniformi tagħha fl-Unjoni.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 22 tal-Parti Tnejn tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tiddaħħal in-Nota Addizzjonali 13 li ġejja:

“13.

Għall-finijiet tas-subintestaturi 2202 90 11 u 2202 90 15, il-kontenut ta' proteini għandu jiġi determinat permezz tal-multiplikazzjoni tal-kontenut totali ta' nitroġenu, ikkalkulat bl-użu tal-metodu stipulat fil-punti 2 sa 8 tal-parti C tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (*), bil-fattur ta' 6,25.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).


Top