EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0523

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/523 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-mudell ta' notifika u divulgazzjoni pubblika ta' transazzjonijiet maniġerjali skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/1088

OJ L 88, 5.4.2016, p. 19–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/523/oj

5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/523

tal-10 ta' Marzu 2016

li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format u l-mudell ta' notifika u divulgazzjoni pubblika ta' transazzjonijiet maniġerjali skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(15) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex titrawwem l-effiċjenza fil-proċess tan-notifikazzjoni tat-transazzjonijiet maniġerjali u tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli għall-pubbliku, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar kif l-informazzjoni mitluba għandha tiġi notifikata u ppubblikata permezz ta' mudell uniku.

(2)

Il-mudell għandu jkun fih l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet kollha mwettqa f'ġurnata partikolari minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali jew persuni assoċjati mill-qrib magħhom. Sabiex jipprovdi perspettiva komprensiva għall-pubbliku, il-mudell għandu jippermetti l-preżentazzjoni tat-transazzjonijiet fuq bażi individwali kif ukoll f'forma aggregata. L-informazzjoni aggregata għandha tindika l-volum tat-tranżazzjonijiet kollha tal-istess natura fuq l-istess strument finanzjarju li jkunu saru fl-istess jum ta' negozjar u fl-istess ċentru tan-negozjar, jew barra kwalunkwe ċentru tan-negozjar, bħala ċifra waħda li tirrappreżenta s-somma aritmetika tal-volum ta' kull tranżazzjoni. Hija għandha tindika wkoll il-prezz medju ponderat skont il-volum korrispondenti. Rigward il-mili tal-mudell, tranżazzjonijiet ta' natura differenti, bħal xiri u bejgħ, m'għandhom qatt jiġu aggregati u lanqas għandhom ikunu interkonnessi bejniethom.

(3)

Sabiex jiġi ssimplifikat il-proċess ta' emendar ta' notifika żbaljata li diġà ġiet notifikata, il-mudell għandu jinkludi qasam biex jintuża għall-identifikazzjoni tan-notifika oriġinali u li jispjega l-ineżattezzi fih.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Swieq ta' Titoli stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 596/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tapplika d-definizzjoni li ġejja: “mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trasmissjoni ta' dejta, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor.

Artikolu 2

Il-format u l-mudell għan-notifika

1.   Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jiżguraw li l-mudell għan-notifiki stabbilit fl-Anness jintuża għas-sottomissjoni tan-notifiki tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

2.   Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jiżguraw li jintużaw mezzi elettroniċi għat-trażmissjoni tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1. Dawn il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni matul it-trażmissjoni jinżammu u jipprovdu ċertezza dwar is-sors tal-informazzjoni trażmessa.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw u jippubblikaw fuq il-websajt tagħhom il-mezzi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tat-trażmissjoni lilhom.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mit-3 ta' Lulju 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Mudell għan-notifika u d-divulgazzjoni pubblika ta' tranżazzjonijiet minn persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom

1

Dettalji tal-persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali/persuna assoċjata mill-qrib

a)

Isem

[Għall-persuni fiżiċi: l-isem u l-kunjom/ijiet.]

[Għal persuni ġuridiċi: l-isem sħiħ inkluż il-forma ġuridika kif stipulat fir-reġistru fejn huwa inkorporat, jekk applikabbli.]

2

Ir-raġuni għan-notifika

a)

Pożizzjoni/status

[Għal persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali: il-pożizzjoni okkupata fi ħdan l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet/il-pjattaforma tal-irkant/l-irkantatur/is-sorveljatur tal-irkanti għandhom jiġu indikati eż. CEO, CFO.]

[Għal persuni assoċjati mill-qrib,

Indikazzjoni li n-notifika tikkonċerna persuna assoċjati mill-qrib ma' persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali;

Isem u pożizzjoni tal-persuna rilevanti li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali.]

b)

Notifika inizjali/Emenda

[Indikazzjoni li din hija notifika inizjali jew emenda għal notifiki minn qabel. F'każ ta' emenda, spjega l-iżball li din in-notifika qed temenda.]

3

Dettalji tal-emittent, tal-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, tal-pjattaforma tal-irkant, tal-irkantatur jew tas-sorveljatur tal-irkanti

a)

Isem

[Isem sħiħ tal-entità.]

b)

LEI

[Kodiċi ta' Identifikatur ta' Entità Ġuridika f'konformità ma' ISO 17442 kodiċi LEI.]

4

Dettalji dwar it-tranżazzjoni/jiet: it-taqsima għandha tiġi ripetuta għal (i) kull tip ta' strument; (ii) kull tip ta' tranżazzjoni; (iii) kull data; u (iv) kull post fejn twettqu t-tranżazzjonijiet

a)

Deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju, it-tip ta' strument

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni

[

Indikazzjoni dwar in-natura tal-istrument:

sehem, strument ta' dejn, derivattiv jew strument finanzjarju marbut ma' sehem jew strument ta' dejn;

kwota tal-emissjonijiet, prodotti rkantati bbażati fuq kwota tal-emissjonijiet jew derivattiv relatat ma' kwota tal-emissjonijiet.

Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument kif definit skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.]

b)

In-natura tat-tranżazzjoni

[Id-deskrizzjoni tat-tip ta' tranżazzjoni bl-użu, fejn applikabbli, tat-tip ta' tranżazzjoni identifikat fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522  (1) adottat skont l-Artikolu 19(14) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew ta' eżempju speċifiku stabbilit fl-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014.

Skont l-Artikolu 19(6)(e) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, għandu jiġi indikat jekk it-tranżazzjoni hijiex marbuta mal-eżerċizzju ta' programmi għall-opzjonijiet fuq l-azzjonijiet]

c)

Prezz(ijiet) u volum(i)

Prezz(ijiet)

Volum(i)

 

 

[Fejn aktar minn tranżazzjoni waħda tal-istess natura (xiri, bejgħ, self, teħid b'self, …) fuq l-istess strument finanzjarju jew kwota tal-emissjonijiet jiġu esegwiti fl-istess ġurnata u fl-istess post ta' tranżazzjoni, il-prezzijiet u l-volumi ta' dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati f'dan il-qasam, fuq formola b'żewġ kolonni hekk kif ippreżentat hawn fuq, filwaqt li tiddaħħal kemm-il linja jkun hemm bżonn.

Bl-użu ta' standards ta' dejta għall-prezz u kwantità, inkluż, fejn applikabbli, il-munita tal-prezz u l-munita ta' kwantità, kif definit skont ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.]

d)

Informazzjoni aggregata

Volum aggregat

Prezz

[Il-volumi ta' tranżazzjonijiet multipli huma aggregati meta dawn it-tranżazzjonijiet:

jirreferu għall-istess strument finanzjarju jew kwota tal-emissjonijiet;

huma tal-istess natura;

huma eżegwiti fl-istess jum; kif ukoll

huma eżegwiti fl-istess post ta' tranżazzjoni.

Bl-użu tad-dejta standard għal kwantità, inkluża, fejn tapplika, il-munita ta' kwantità, kif definit skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.]

[Informazzjoni dwar il-prezzijiet:

fil-każ ta' transazzjoni waħda, il-prezz ta' tranżazzjoni unika;

fil-każ li l-volumi ta' tranżazzjonijiet multipli huma aggregati: il-prezz medju ponderat ta' tranżazzjonijiet aggregati.

Bl-użu tad-dejta standard għal prezz, inkluż, fejn applikabbli, il-munita tal-prezz, kif definit skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.]

e)

Id-data tat-tranżazzjoni

[Data tal-jum partikolari tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni nnotifikata.

Bl-użu tal-format tad-data skont l-ISO 8601: SSSS-XX-JJ; Ħin UTC.]

f)

Il-post tat-tranżazzjoni

[Isem u kodiċi li jidentifika l-post ta' negozjar tal-MiFID, l-internalizzatur sistematiku jew il-pjattaforma kummerċjali organizzata barra l-Unjoni fejn it-tranżazzjoni ġiet eżegwita kif definit skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ġew adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, jew

jekk it-tranżazzjoni ma twettqitx f'postijiet imsemmija hawn fuq, jekk jogħġbok indika “barra ċ-ċentru tan-negozjar”.]


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/522 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali ta' pajjiżi terzi, l-indikaturi tal-manipulazzjoni tas-suq, il-limiti għad-divulgazzjoni, l-awtorità kompetenti għan-notifiki dwar id-dewmien, il-permess għan-negozjar matul perjodi magħluqa u tipi ta' tranżazzjonijiet maniġerjali notifikabbli (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top