This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0346
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/346 of 10 March 2016 determining the items to be included in the Customs Information System
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/346 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-elementi li għandhom ikunu inklużi fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/346 tal-10 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi l-elementi li għandhom ikunu inklużi fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali
C/2016/1395
ĠU L 65, 11.3.2016, p. 40–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/40 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/346
tal-10 ta' Marzu 2016
li jistabbilixxi l-elementi li għandhom ikunu inklużi fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (1) u speċjalment l-Artikolu 25(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-objettiv tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (CIS) huwa li tassisti l-awtoritajiet kompetenti fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola. Sabiex jintlaħaq dan l-għan l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jdaħħlu informazzjoni dwar avvenimenti rilevanti, bħall-qabda jew is-sekwestru ta' merkanzija fis-CIS. Sabiex is-CIS tkompli tindirizza l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet kompetenti huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta' elementi li għandhom jiġu inklużi fis-CIS. |
(2) |
Kull avveniment rappurtat fis-CIS jinkludi għadd ta' elementi ewlenin li huma meħtieġa għall-interpretazzjoni utli tal-każ. Sabiex ikun possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex jidentifikaw faċilment każijiet jew avvenimenti speċifiċi fis-CIS għandu jkun possibbli li ssir tfittxija għal referenzi ta' każijiet fis-CIS, u għalhekk huwa meħtieġ li r-referenza tal-każ tiġi inkluża bħala entrata fis-CIS. |
(3) |
Attività frodulenti normalment timplika l-parteċipazzjoni attiva ta' persuna waħda jew aktar. L-identifikazzjoni korretta u mhux ambigwa tal-persuni involuti f'attivitajiet li huma potenzjalment frodulenti hija ta' importanza kbira għas-suċċess tal-investigazzjoni tal-avvenimenti. Dejta dwar in-negozji u l-persuni involuti fi frodi jew attività potenzjalment frodulenti għandha għalhekk tiġi rappurtata fis-CIS. |
(4) |
Minħabba l-fatt li l-modus operandi tal-frodi kummerċjali kif ukoll il-metodu ta' ħabi jiddependu fuq il-mezz ta' trasport huwa importanti li jiġu inklużi dettalji speċifiċi dwar il-mezz ta' trasport, bħala wieħed mill-elementi meħtieġa fis-CIS. |
(5) |
Ix-xejriet ta' trasport, li mhumiex ekonomikament ġustifikati, huma kkunsidrati bħala indikaturi rilevanti ta' ċerti tipi ta' frodi bħal pereżempju d-dikjarazzjoni ħażina tal-oriġini. Huwa għalhekk importanti li wieħed ikun jaf id-dettalji tar-rotot li jintużaw għat-trasport tal-merkanzija billi dawn jistgħu jkunu importanti fl-identifikazzjoni ta' attività frodulenti. Għalhekk, informazzjoni fuq il-passi tar-rotot hija meqjusa essenzjali biex issir investigazzjoni xierqa tal-frodi relatati mad-dwana u għandha tiġi inkluża bħala wieħed mill-elementi fis-CIS. |
(6) |
Dazji doganali u ħlasijiet oħra jvarjaw skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott. Sabiex jiġi żgurat segwitu xieraq għall-każijiet jew għall-avvenimenti rappurtati fis-CIS l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-prodotti involuti fil-każ għandhom għalhekk jiġu mdaħħla fis-CIS. |
(7) |
Analiżi konkreta tal-qabda, konfiska jew żamma tal-prodotti tassisti fl-iżvilupp ta' miżuri preventivi kontra ripetizzjoni fil-futur tal-istess tip ta' frodi relatati mad-dwana. Għalhekk huwa meqjus importanti li tiġi inkluża informazzjoni rilevanti dwar il-qabda, id-detenzjoni jew il-konfiska fis-CIS. |
(8) |
Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-awtoritajiet rilevanti għandha tkun ġustifikata u b'hekk għandha tkun ibbażata fuq indikaturi tar-riskju xierqa. Għalhekk hu meħtieġ li tiġi inkluża informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju bħala element tas-CIS. |
(9) |
Skont il-każ inkwistjoni, id-dokumenti rilevanti li għandhom ikunu mehmuża mal-entrata tal-każ fis-CIS jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti. Dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dokumenti kummerċjali miksuba mill-awtoritajiet kompetenti. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 515/97. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Elementi
L-elementi li għandhom ikunu inklużi fid-database tas-CIS fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97 huma dawn li ġejjin:
(a) |
L-elementi komuni għall-kategoriji kollha tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(b) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (a) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(c) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (b) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(d) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (c) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(e) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (d) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(f) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (e) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(g) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (f) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(h) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (g) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
(i) |
Elementi addizzjonali għall-kategoriji taħt il-punt (h) tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 515/97:
|
Aktar dettalji dwar l-elementi ta' hawn fuq huma mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika mill-1 ta' Settembru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 tas-27 ta' Marzu 1998 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fuq kwistjonijiet doganali u agrikoli (ĠU L 96, 28.3.1998, p. 22).
ANNESS
(a) |
IR-REFERENZA TAL-KAŻ
|
(b) |
INFORMAZZJONI BAŻIKA DWAR IL-KAŻ
|
(c) |
DOKUMENTI
|
(d) |
|
(e) |
DEJTA DWAR IN-NEGOZJI INVOLUTI
|
(f) |
DETTALJI DWAR IL-MEZZI TA' TRASPORT
|
(g) |
|
(h) |
|
(i) |
|
(j) |
|
(k) |
|
(l) |
ROTOT
|
(m) |
DETTALJI SPEĊIFIĊI DWAR IL-PRODOTTI
|
(n) |
INFORMAZZJONI DWAR QABDA, DETENZJONI JEW KONFISKA
|
(o) |
AZZJONI
|
(p) |
INDIKATURI TAR-RISKJU |
(q) |
TAQSIMA TA' KUMMENTI
|
(r) |
DOKUMENTI RILEVANTI MEHMUŻA
|
(s) |
DETTALJI SPEĊIFIĊI DWAR IX-XEJRIET TA' FRODI |
(t) |
DETTALJI SPEĊIFIĊI DWAR ID-DISPONIBBILTÀ TAL-GĦARFIEN ESPERT |
(1) Dan il-punt ma jistax jimtela jekk hawnhekk mhux possibbli li tkun identifikata persuna fiżika.