This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0302
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/302 of 25 February 2016 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/302 tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/302 tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2016/1322
ĠU L 58, 4.3.2016, pp. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
4.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/302
tal-25 ta' Frar 2016
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Oġġett f'forma ta' bord tal-plastik għat-tpinġija ta' daqs ta' madwar 31 cm × 32 cm, b'wiċċ manjetiku ċar tal-plastik għat-tpinġija u għat-tħassir. Il-wiċċ huwa mdawwar u miżmum minn gwarniċ tal-plastik. Hemm pinna tal-plastik għat-tpinġija b'ponta tal-metall, marbuta mal-bord bi spaga, li meta tintmess mal-wiċċ tal-bord tipproduċi stampi, ittri, eċċ. permezz tal-proprjetà manjetika tal-wiċċ. Hemm erba' timbri żgħar tal-plastik b'kalamita, mhux fissi fil-gwarniċ tal-plastik, li wieħed jista' jaqbadhom b'idejh u jużahom biex jittimbra forom fuq il-wiċċ tal-bord. Il-funzjoni tat-tħassir taħdem billi terfa' l-parti ta' fuq tal-plastik; il-mekkaniżmu għall-irfigħ tal-parti ta' fuq huwa inkorporat fil-qiegħ tal-bord għat-tpinġija u jitfi l-funzjoni manjetika. L-oġġett huwa maħsub għad-divertiment tat-tfal. Ara l-istampa (*1) |
9503 00 95 |
Il-klassifikazzjoni tiġi stabbilita skont ir-regoli ġenerali 1, 3(a), 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u skont l-għażla tal-kliem tal-kodiċijiet NM 9503 00 u 9503 00 95 . Il-klassifikazzjoni bħala lavanja jew bord, b'uċuħ għall-kitba jew għat-tpinġija skont l-intestatura 9610 hija eskluża, peress li l-oġġett mhux qiegħed biex jintuża għall-kitba jew għat-tpinġija b'lapsijiet tal-lavanja, b'ġibsijiet, b'markers bil-ponta tal-feltru jew tal-fibra (ara n-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9610 ). L-oġġett għandu l-karatteristiki ta' ġugarell tal-intestatura 9503 . Peress li l-intestatura 9503 tipprovdi l-iktar deskrizzjoni speċifika, il-klassifikazzjoni skont l-intestatura 3926 bħala oġġetti oħrajn tal-plastik hija eskluża wkoll. L-oġġett huwa oġġett kompożitu skont it-tifsira ta' GIR 3(b). Huwa magħmul mill-plastik u minn wiċċ manjetiku, li flimkien jiffurmaw ħaġa waħda (ara wkoll l-HSEN ta' GIR 3(b), (IX)). Il-gwarniċ u l-wiċċ huma magħmula mill-plastik. Il-komponenti tal-plastik huma dominanti u jagħtu lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu skont it-tifsira ta' GIR 3(b). Għaldaqstant, l-oġġett irid jiġi kklassifikat skont il-kodiċi NM 9503 00 95 , bħala ġugarelli oħrajn tal-plastik. |
(*1) L-istampa qiegħda biss għall-informazzjoni.