Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0089

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/89 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni

OJ L 19, 27.1.2016, p. 1–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/89/oj

27.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/89

tat-18 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati d-disa' kurituri ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika strateġika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, u t-tliet oqsma ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni kollha għall-grilji intelliġenti, għall-awtostradi tal-elettriku u għan-netwerks tat-trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju.

(2)

Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiġi stabbilita l-lista tal-Unjoni tal-PCIs (“lista tal-Unjoni”).

(3)

Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(4)

L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f'laqgħat fil-livell tekniku. Wara l-opinjonijiet pożittivi tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fit-30 ta' Ottubru 2015 dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta' valutazzjoni u l-analiżi kostijiet-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fit-3 ta' Novembru 2015. Skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati mill-Istati Membri li mat-territorju tagħhom għandhom x'jaqsmu l-proġetti.

(5)

L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, il-fornituri, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni.

(6)

Il-PCIs għandhom jiġu elenkati skont il-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea strateġika fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. Il-lista tal-Unjoni ma għandha tinkludi l-ebda klassifikazzjoni ta' proġetti.

(7)

Il-PCIs iridu jiġu elenkati jew bħala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta' diversi PCIs. Madankollu, ċerti PCIs għandhom jiġu raggruppati għaliex huma interdipendenti jew qegħdin (potenzjalment) jikkompetu.

(8)

Il-lista tal-Unjoni tinkludi proġetti fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom, li jinkludu l-prefattibbiltà, il-fattibilità, l-għoti tal-permessi u l-kostruzzjoni. Għall-PCIs fi stadju ta' żvilupp bikri, jistgħu jkunu meħtieġa studji biex juru l-vijabbiltà teknika u ekonomika u l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni ambjentali. F'dan il-kuntest, għandhom jiġu identifikati, ivvalutati u evitati jew imtaffija b'mod xieraq, l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent.

(9)

L-inklużjoni ta' proġetti fil-lista tal-Unjoni hija bla preġudizzju għall-eżitu tal-valutazzjoni ambjentali relevanti u għall-proċedura tal-permessi. Skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, proġett li ma jikkonformax mal-liġi tal-Unjoni jista' jitneħħa mil-lista tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-PCIs, u l-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni relevanti, għandhom jiġu mmonitorjati f'konformità mal-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

(10)

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, u għalhekk, il-lista tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1391/2013 (2) ma għadhiex valida u għandha tiġi sostitwita.

(11)

Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-lista tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' anness ta' dak ir-Regolament.

(12)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1391/2013 tal-14 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fir-rigward tal-elenku tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 28).


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS VII

Il-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (il-‘lista tal-Unjoni’), imsemmija fl-Artikolu 3(4)

A.   IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI

(1)   Raggruppamenti ta' PCIs

Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma' xulxin. Dawn it-tipi ta' raggruppament ta' PCIs huma stabbiliti:

raggruppament ta' PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala ‘Raggruppament X, inklużi l-PCIs li ġejjin:’. Dan it-tip ta' raggruppament ta' proġetti ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġi indirizzat l-istess ostaklu bejn il-fruntieri tal-pajjiżi u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F'dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha;

raggruppament ta' PCIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala ‘Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:’. Raggruppament bħal dan jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli bejn il-fruntieri tal-pajjiżi. F'dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f'idejn is-suq biex jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità tal-ħtiġijiet; kif ukoll

raggruppament ta' PCIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala ‘Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:’. Tali raggruppament jindirizza l-istess ostaklu. Madankollu, il-kobor tal-ostaklu huwa aktar ċert milli fil-każ ta' raggruppament ta' PCIs li potenzjalment jikkompetu, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f'idejn is-suq biex jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta' PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess ta' identifikazzjoni ta' PCI sussegwenti.

Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(2)   It-trattament ta' substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-kompressuri

Substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-elettriku back-to-back u stazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

(3)   Id-definizzjoni ta' ‘Ma għadux meqjus bħala PCI’

Il-frażi ‘Ma għadux meqjus bħala PCI’ tirreferi għal proġetti mil-lista tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 li ma għadhomx meqjusa bħala PCIs għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

skont id-dejta l-ġdida l-proġett ma jissodisfax il-kriterji ta' eliġibbiltà;

promotur ma ppreżentahx mill-ġdid fil-proċess tal-għażla għal din il-lista tal-Unjoni;

diġà ġie kkummissjonat jew għandu jiġi kkummissjonat fil-futur qrib u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013; jew

ġie kklassifikat b'mod aktar baxx minn PCIs kandidati oħra fil-proċess tal-għażla.

Proġetti bħal dawn mhumiex PCIs, iżda huma elenkati bin-numri tal-PCI oriġinali tagħhom fil-lista tal-Unjoni għal raġunijiet ta' trasparenza u ċarezza.

Dawn jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.

(4)   Id-definizzjoni ta' ‘PCIs b'ittikkettjar doppju bħala awtostradi tal-elettriku’

Il-‘PCIs b'ittikkettjar doppju bħala awtostradi tal-elettriku’ tfisser PCIs li jappartjenu għal wieħed mill-kurituri tal-elettriku ta' prijorità u għaż-żona tematika ta' prijorità għall-awtostradi tal-elettriku.

B.   IL-LISTA TAL-UNJONI TA' PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

(1)   Kuritur tal-Prijorità tal-Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana (‘NSOG’)

Il-bini tal-ewwel interkonnessjoni bejn il-Belġju u r-Renju Unit:

Nru

Definizzjoni

1.1.

Ir-raggruppament tal-Belġju u tar-Renju Unit bejn Zeebrugge u Canterbury [attwalment magħruf bħala l-proġett ‘NEMO’] inklużi l-PCIs li ġejjin:

1.1.1.

L-interkonnessjoni bejn Zeebrugge (BE) u l-akkwati ta' Richborough (UK)

1.1.2.

Il-linja interna bejn l-akkwati ta' Richborough u Canterbury (UK)

1.1.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

1.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

Iż-żieda tal-kapaċità tat-trażmissjoni bejn id-Danimarka, il-Ġermanja u n-Netherlands:

1.3.

Ir-raggruppament tad-Danimarka u tal-Ġermanja bejn Endrup u Brunsbüttel, inklużi l-PCIs li ġejjin:

1.3.1.

L-interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Niebüll (DE)

1.3.2.

Il-linja interna bejn Brunsbűttel u Niebüll (DE)

1.4.

Ir-raggruppament tad-Danimarka u tal-Ġermanja bejn Kassø u Dollern inklużi l-PCIs li ġejjin:

1.4.1.

L-interkonnessjoni bejn Kassø (DK) u Audorf (DE)

1.4.2.

Il-linja interna bejn Audorf u Hamburg/Nord (DE)

1.4.3.

Il-linja interna bejn Hamburg/Nord u Dollern (DE)

1.5.

L-internkonnessjoni bejn id-Danimarka u n-Netherlands bejn Endrup (DK) u Eemshaven (NL) [attwalment magħrufa bħala ‘COBRAcable’]

Iż-żieda tal-kapaċità tat-trażmissjoni bejn Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit:

1.6.

L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala ‘Interkonnettur Ċeltiku’]

1.7.

Ir-raggruppament ta' interknonnessjonijiet bejn Franza u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

1.7.1.

L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta' Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘FAB’]

1.7.2.

L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘IFA2’]

1.7.3.

L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK)[attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘ElecLink’]

1.8.

L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u n-Norveġja bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO) [attwalment magħrufa bħala ‘NordLink’]

1.9.

Ir-raggruppament li jgħaqqad l-Irlanda mar-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

1.9.1.

L-interkonnessjoni bejn l-Irlanda u r-Renju Unit bejn Wexford (IE) u Pembroke, Wales (UK) [attwalment magħrufa bħala ‘Greenlink’]

1.9.2.

L-interkonnessjoni bejn l-Irlanda u r-Renju Unit bejn iċ-ċentri ta' Coolkeeragh u Coleraine (IE) u l-istazzjon ta' Hunterston, Islay, Argyll u l-Parks Eoliċi fuq il-Baħar f'Location C (UK) [attwalment magħrufa bħala ‘ISLES’]

1.9.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

1.9.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

1.9.5.

Ma għadux meqjus bħala PCI

1.9.6.

Ma għadux meqjus bħala PCI

1.10.

L-interkonnessjoni bejn in-Norveġja u r-Renju Unit

1.11.

Ma għadux meqjus bħala PCI

1.12.

Il-ħażna ta' enerġija f'arja kkompressata fir-Renju Unit — Larne

1.13.

L-interkonnessjoni bejn l-Iżlanda u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala ‘Ice Link’]

1.14.

L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala ‘Viking Link’]

(2)   Il-Kuritur tal-Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (‘NSI West Electricity’)

Nru

Definizzjoni

2.1.

Il-linja interna tal-Awstrija bejn Westtirol u Zell-Ziller (AT) biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntiera bejn l-Awstrija u l-Ġermanja

Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Belġju u l-Ġermanja — il-bini tal-ewwel interkonnessjoni bejn iż-żewġ pajjiżi:

2.2.

Ir-raggruppament tal-Belġju u tal-Ġermanja bejn Lixhe u Oberzier [attwalment magħruf bħala l-proġett ALEGrO], inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.2.1.

L-interkonnessjoni bejn Lixhe (BE) u Oberzier (DE)

2.2.2.

Il-linja interna bejn Lixhe u Herderen (BE)

2.2.3.

Is-substazzjon ġdid f'Zutendaal (BE)

2.3.

Ir-raggruppament tal-Belġju u tal-Lussemburgu, iż-żieda fil-kapaċità bejn il-fruntiera tal-Belġju u tal-Lussemburgu, inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.3.1.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.3.2.

L-interkonnessjoni bejn Aubange (BE) u Bascharage/Schifflange (LU)

2.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.5.

Ir-raggruppament ta' Franza u tal-Italja bejn Grande Ile u Piossasco, inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.5.1.

L-interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘Savoie-Piemont’]

2.5.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.6.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.7.

L-interkonnessjoni bejn Franza u Spanja bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala l-proġett tal-‘Golf tal-Biskalja’]

2.8.

L-istallazzjoni u l-operazzjoni kkoordinati ta' trasformatur tal-ispostament tal-fażi f'Arkale (ES) biex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni bejn Argia (FR) u Arkale (ES)

Il-kuritur tar-raggruppament Tramuntana-Nofsinhar-Punent fil-Ġermanja biex tiżdied il-kapaċità tat-trażmissjoni u tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli:

2.9.

Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent

2.10.

Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Brunsbϋttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar

2.11.

Ir-raggruppament tal-Ġermanja, tal-Awstrija u tal-Iżvizzera, żieda fil-kapaċità fiż-żona tal-Lag Constance, inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.11.1.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.11.2.

Il-linja interna fir-reġjun tal-punt ta' Rommelsbach sa Herbertingen (DE)

2.11.3.

Il-linja interna, mill-punt ta' Wullenstetten sal-punt ta' Niederwangen (DE) u l-linja interna ta' Neuravensburg saż-żona tal-fruntiera DE-AT

2.12.

L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u n-Netherlands bejn Niederrhein (DE) u Doetinchem (NL)

Ir-raggruppament ta' proġetti biex tiżdied l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq:

2.13.

Ir-raggruppament ta' interknonnessjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

2.13.1.

L-interkonnessjoni bejn l-Irlanda u r-Renju Unit bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK)

2.13.2.

L-interkonnessjoni bejn l-Irlanda u r-Renju Unit bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK)

Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn l-Iżvizzera u l-Italja:

2.14.

L-interkonnessjoni bejn l-Italja u l-Iżvizzera bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT)

2.15.

Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament tal-Italja u tal-Iżvizzera tul il-fruntiera IT/CH, inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.15.1.

L-interkonnessjoni bejn Airolo (CH) u Baggio (IT)

2.15.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.15.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.15.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

Raggruppament ta' proġetti interni biex tiżdied l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-Portugall u biex titjieb il-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Portugall u Spanja:

2.16.

Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament tal-Portugall tul il-fruntiera PT/ES u l-konnessjoni tal-ġenerazzjoni ta' sorsi ġodda tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.16.1.

Il-linja interna bejn Pedralva u Sobrado (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Pedralva u Alfena (PT)

2.16.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.16.3.

Il-linja interna bejn Vieira do Minho, Ribeira de Pena u Feira (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Frades B, Ribeira de Pena u Feira (PT)

Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Portugall u Spanja:

2.17.

L-interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefria (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fria/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inklużi substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT)

Il-proġetti ta' ħażniet fl-Awstrija u fil-Ġermanja:

2.18.

Żieda fil-kapaċità ta' ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Awstrija–— Kaunertal, Tirol (AT)

2.19.

Ma għadux meqjus bħala PCI

2.20.

Żieda fil-kapaċità ta' ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Awstrija — Limberg III, Salzburg (AT)

2.21.

Il-ħażna ppumpjata bl-ilma, Riedl fiż-żona tal-fruntiera AT/DE

2.22.

Il-ħażna ppumpjata bl-ilma, Pfaffenboden f'Molln (AT)

Ir-raggruppament ta' proġetti fit-Tramuntana u fil-Punent tal-Belġju biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni:

2.23.

Ir-raggruppament ta' linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet — Lillo (BE), Lillo-Mercator (BE), inkluż substazzjon f'Lillo (BE) [attwalment magħruf bħala ‘Brabo’]

2.24.

Il-linja interna bejn Horta-Mercator (BE)

Ir-raggruppamenti tal-linji interni fi Spanja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni mal-Mediterran:

2.25.

Ir-raggruppament ta' linji interni fi Spanja biex tiżdied il-kapaċità bejn it-Tramuntana ta' Spanja u ż-żona tal-Mediterran, inklużi l-PCIs li ġejjin:

2.25.1.

Il-linji interni ta' Mudejar — Morella (ES) u Mezquite-Morella (ES), inkluż substazzjon f'Mudejar (ES)

2.25.2.

Il-linja interna f'Morella-La Plana (ES)

2.26.

l-linja interna ta' Spanja f'La Plana/Morella — Godelleta biex tiżdied il-kapaċità tal-assi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran

2.27.

Iż-żieda fil-kapaċità bejn Spanja u Franza (proġett ġeneriku)

(3)   Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa (‘NSI East Electricity’)

It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn l-Awstrija u l-Ġermanja:

Nru

Definizzjoni

3.1.

Ir-raggruppament tal-Awstrija u tal-Ġermanja bejn St. Peter u Isar, inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.1.1.

L-interkonnessjoni bejn St. Peter (AT) u Isar (DE)

3.1.2.

Il-linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT)

3.1.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn l-Awstrija u l-Italja:

3.2.

Ir-raggruppament tal-Awstrija u tal-Italja bejn Lienz u r-reġjun tal-Veneto, inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.2.1.

L-internkonnessjoni bejn Lienz (AT) u r-reġjun tal-Veneto (IT)

3.2.2.

Il-linja interna bejn Lienz u Obersielach (AT)

3.2.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.4.

L-interkonnessjoni bejn l-Awstrija u l-Italja bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT)

3.5.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.6.

Ma għadux meqjus bħala PCI

It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn il-Bulgarija u l-Greċja:

3.7.

Ir-raggruppament tal-Bulgarija u tal-Greċja bejn Maritsa East 1 u N. Santa, inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.7.1.

L-interkonnessjoni bejn Maritsa East 1 (BG) u N. Santa (EL)

3.7.2.

Il-linja interna bejn Maritsa East 1 u Plovdiv (BG)

3.7.3.

Il-linja interna bejn Maritsa East 1 u Maritsa East 3 (BG)

3.7.4.

Il-linja interna bejn Maritsa East 1 u Burgas (BG)

It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn il-Bulgarija u r-Rumanija:

3.8.

Iż-żieda tal-kapaċità tar-raggruppament tal-Bulgarija u tar-Rumanija [attwalment magħrufa bħala l-‘Kuritur tal-Baħar l-Iswed’], inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.8.1.

Il-linja interna bejn Dobrudja u Burgas (BG)

3.8.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.8.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.8.4.

Il-linja interna bejn Cernavoda u Stalpu (RO)

3.8.5.

Il-linja interna bejn Gutinas u Smardan (RO)

3.8.6.

Ma għadux meqjus bħala PCI

It-tisħiħ tal-interkonnessjoni bejn is-Slovenja, il-Kroazja u l-Ungerija, u t-tisħiħ tal-grilja interna fis-Slovenja:

3.9.

Ir-raggruppament tal-Kroazja, tal-Ungerija u tas-Slovenja bejn Žerjavenec/Heviz u Cirkovce, inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.9.1.

L-interkonnessjonijiet bejn Žerjavenec (HR)/Heviz (HU) u Cirkovce (SI)

3.9.2.

Il-linja interna bejn Divača u Beričevo (SI)

3.9.3.

Il-linja interna bejn Beričevo u Podlog (SI)

3.9.4.

Il-linja interna bejn Podlog u Cirkovce (SI)

3.10.

Ir-raggruppament ta' Iżrael, ta' Ċipru u tal-Greċja bejn Hadera u r-reġjun ta' Attica [attwalment magħruf bħala l-‘Interkonnettur EUROASIA’], inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.10.1.

L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

3.10.2.

L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.10.3.

Il-linja interna bejn Korakia, Kreta u r-reġjun ta' Attica (EL)

It-tisħiħ tal-grilja interna fir-Repubblika Ċeka:

3.11.

Ir-raggruppament tar-Repubblika Ċeka tal-linji interni biex tiżdied il-kapaċità fil-fruntieri tal-Majjistral u tan-Nofsinhar inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.11.1.

Il-linja interna bejn Vernerov u Vitkoz (CZ)

3.11.2.

Il-linja interna bejn Vitkov u Prestice (CZ)

3.11.3.

Il-linja interna bejn Prestice u Kocin (CZ)

3.11.4.

Il-linja interna bejn Kocin u Mirovka (CZ)

3.11.5.

Il-linja interna bejn Mirovka u Cebin (CZ)

Ir-raggruppament tal-kuritur Tramuntana-Nofsinhar-Lvant fil-Ġermanja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni u tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli:

3.12.

Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u l-Bavarja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar

3.13.

Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Halle/Saale u Schweinfurt biex tiżdied il-kapaċità fil-Lvant tal-Kuritur bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar

Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja:

3.14.

Ir-raggruppament tal-Ġermanja u tal-Polonja bejn Eisenhűttenstadt u Plewiska [attwalment magħruf bħala l-proġett ‘GerPol Power Bridge’] inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.14.1.

L-interkonnessjoni bejn Eisenhűttenstadt (DE) u Plewiska (PL)

3.14.2.

Il-linja interna bejn Krajnik u Baczyna (PL)

3.14.3.

Il-linja interna bejn Mikułowa u Świebodzice (PL)

3.15.

Ir-raggruppament tal-Ġermanja u tal-Polonja bejn Vierraden u Krajni [attwalment magħruf bħala ‘GerPol Improvements’] inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.15.1.

L-interkonnessjoni bejn Vierraden (DE) u Krajnik (PL)

3.15.2.

L-istallazzjoni ta' trasformaturi tal-ispostament tal-fażi fuq il-linji tal-interkonnessjoni bejn Krajnik (PL) — Vierraden (DE) u l-operazzjoni kkoordinata mal-PST fuq l-interkonnettur Mikułowa (PL) — Hagenwerder (DE)

Iż-żieda tal-kapaċità ta' trażmissjoni bejn l-Ungerija u s-Slovakkja:

3.16.

Ir-raggruppament tal-Ungerija u tas-Slovakkja bejn Gőnyϋ u Gabčikovo, inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.16.1.

L-interkonnessjoni bejn Gabčikovo (SK) u Gönyű (HU) u Veľký Ďur (SK)

3.16.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.16.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.17.

PCI tal-Ungerija u tas-Slovakkja tal-interkonnessjoni bejn Sajóvánka (HU) u Rimavská Sobota (SK)

3.18.

Ir-raggruppament tal-Ungerija u tas-Slovakkja bejn iż-żona ta' Kisvárda u Velké Kapušany inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.18.1.

L-interkonnessjoni bejn iż-żona ta' Kisvárda (HU) u Velké Kapušany (SK)

3.18.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.19.

Ir-raggruppament tal-Italja u ta' Montenegro bejn Villanova u Lastva, inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.19.1.

L-interkonnessjoni bejn Villanova (IT) u Lastva (ME)

3.19.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.19.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.20.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.21.

L-interkonnessjoni bejn l-Italja u s-Slovenja bejn Salgareda (IT) u Divača — ir-reġjun ta' Bericevo (SI)

3.22.

Ir-raggruppament tar-Rumanija u tas-Serbja bejn Resita u Pancevo [attwalment magħruf bħala l-‘Mid Continental East Corridor’], inklużi l-PCIs li ġejjin:

3.22.1.

L-interkonnessjoni bejn Resita (RO) u Pancevo (RS)

3.22.2.

Il-linja interna bejn Portile de Fier u Resita (RO)

3.22.3.

Il-linja interna bejn Resita u Timisoara/Sacalaz (RO)

3.22.4.

Il-linja interna bejn Arad u Timisoara/Sacalaz (RO)

Il-ħażniet ippumpjati bl-ilma fil-Bulgarija u fil-Greċja:

3.23.

Il-ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Bulgarija — Yadenitsa

3.24.

Il-ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Greċja — Amfilochia

3.25.

Ma għadux meqjus bħala PCI

3.26.

Ma għadux meqjus bħala PCI

(4)   Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija (‘BEMIP Electricity’)

Nru

Definizzjoni

4.1.

L-interkonnessjoni bejn id-Danimarka u l-Ġermanja bejn Tolstrup (DK) u Bentwisch (DE) permezz tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta ta' Kriegers Flak (DK) u l-Baltiku 1 u 2 (DE) [attwalment magħrufa bħala s-‘Soluzzjoni Komuni tal-Grilja Kriegers Flak’]

4.2.

Ir-raggruppament tal-Estonja u tal-Latvja bejn Kilingi-Nõmme u Riga [attwalment magħruf bħala t-tielet interkonnessjoni] inklużi l-PCIs li ġejjin:

4.2.1.

L-interkonnessjonijiet bejn Kilingi-Nõmme (EE) u s-substazzjon CHP2 ta' Riga (LV)

4.2.2.

Il-linja interna bejn Harku u Sindi (EE)

4.2.3.

Il-linja interna bejn Riga CHP 2 u Riga HPP (LV)

4.3.

Issa parti mill-PCI Nru 4.9.

4.4.

Iż-żieda fil-kapaċità tar-raggruppament tal-Latvja u tal-Iżvezja [attwalment magħruf bħala l-proġett ‘NordBalt’], inklużi l-PCIs li ġejjin:

4.4.1.

Il-linja interna bejn Ventspils, Tume u Imanta (LV)

4.4.2.

Il-linja interna bejn Ekhyddan u Nyboro/Hemsjö (SE)

Żidiet fil-Litwanja u fil-Polonja meħtieġa għat-tħaddim ta' ‘LitPol Link I’:

4.5.

Ir-raggruppament tal-Litwanja u tal-Polonja bejn Alytus (LT) u Elk (PL) inklużi l-PCIs li ġejjin:

4.5.1.

Ma għadux meqjus bħala PCI

4.5.2.

Il-linja interna bejn Stanisławów u Olsztyn Mątki (PL)

4.5.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

4.5.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

4.5.5.

Il-linja interna bejn Kruonis u Alytus (LT)

Il-ħażniet ippumpjati bl-ilma fl-Estonja u fil-Litwanja:

4.6.

Il-ħażna ppumpjata bl-ilma fl-Estonja — Muuga

4.7.

Iż-żieda fil-kapaċità tal-ħażna ppumpjata bl-ilma fil-Litwanja — Kruonis

4.8.

Ir-raggruppament tal-Estonja u tal-Latvja u t-tisħiħ intern fil-Litwanja, inklużi l-PCIs li ġejjin:

4.8.1.

L-interkonnessjoni bejn Tartu (EE) u Valmiera (LV)

4.8.2.

Il-linja interna bejn Balti u Tartu (EE)

4.8.3.

L-interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV)

4.8.4.

Il-linja interna bejn Eesti u Tsirguliina (EE)

4.8.5.

IL-linja interna bejn is-substazzjon fil-Litwanja u l-fruntiera tal-Istat (LT)

4.8.6.

Il-linja interna bejn Kruonis u Visaginas (LT)

4.9.

Diversi aspetti tal-integrazzjoni tan-netwerk tal-elettriku tal-Istati Baltiċi fin-netwerk Ewropew kontinentali, inkluża l-operazzjoni sinkronika (proġett ġeneriku)

(5)   Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (‘NSI West Gas’)

Proġetti li jippermettu flussi bidirezzjonali bejn l-Irlanda u r-Renju Unit:

Nru

Definizzjoni

5.1.

Ir-raggruppament biex ikunu jistgħu jseħħu flussi bidirezzjonali mill-Irlanda ta' Fuq lejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda kif ukoll mill-Irlanda lejn ir-Renju Unit, inklużi l-PCIs li ġejjin:

5.1.1.

Kapaċità fiżika ta' fluss fid-direzzjoni opposta fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Moffat (IE/UK)

5.1.2.

Ammeljorament tal-pipeline SNIP (mill-Iskozja għall-Irlanda ta' Fuq) biex jakkomoda l-kapaċità fiżika ta' fluss fid-direzzjoni opposta bejn Ballylumford u Twynholm

5.1.3.

L-iżvilupp tal-faċilità Islandmagee Underground Gas Storage (UGS) f'Larne (l-Irlanda ta' Fuq)

5.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.3.

It-Terminal tal-LNG ta' Shannon u l-pipeline ta' konnessjoni (IE)

Il-proġetti li jippermettu flussi bidirezzjonali bejn il-Portugall, Spanja, Franza u l-Ġermanja:

5.4.

It-tielet punt ta' interkonnessjoni bejn il-Portugall u Spanja

5.5.

L-Assi tal-Lvant ta' Spanja u Franza — il-punt ta' interkonnessjoni bejn il-Peniżola Iberika u Franza f'Le Perthus, inklużi l-istazzjonijiet ta' kompressjoni f'Montpellier u f'St. Martin de Crau [attwalment magħruf bħala ‘Midcat’]

5.6.

It-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar sat-Tramuntana — il-Fluss fid-direzzjoni opposta minn Franza lejn il-Ġermanja fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Obergailbach/Medelsheim (FR)

5.7.

It-tisħiħ tan-netwerk Franċiż min-Nofsinhar sat-Tramuntana biex tinħoloq żona ta' suq uniku, inklużi l-PCIs li ġejjin:

5.7.1.

Il-pipeline ta' Val de Saône bejn Etrez u Voisines (FR)

5.7.2.

Il-pipeline ta' Gascogne-Midi (FR)

5.8.

It-tisħiħ tan-netwerk Franċiż biex jingħata appoġġ lill-flussi min-Nofsinhar sat-Tramuntana, inklużi l-PCIs li ġejjin:

5.8.1.

Il-pipeline Est Lyonnais bejn Saint-Avit u Etrez (FR)

5.8.2.

Il-pipeline ta' Eridan bejn Saint-Martin-de-Crau u Saint-Avit (FR)

5.9.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.10.

L-interkonnessjoni tal-fluss fid-direzzjoni opposta tul il-pipeline ta' TENP fil-Ġermanja

5.11.

L-interkonnessjoni tal-fluss fid-direzzjoni opposta bejn l-Italja u l-Iżvizzera fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Passo Gries

5.12.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.13.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.14.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.15.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.16.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.17.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.18.

Ma għadux meqjus bħala PCI

5.19.

Il-konnessjoni ta' Malta man-netwerk Ewropew tal-Gass — l-interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f'Gela u/jew Unità li żżomm f'wiċċ l-ilma għall-ħżin u għar-rigassifikazzjoni tal-LNG (FSRU–Floating Storage Re-gasification Unit) lil hinn mill-kosta

5.20.

Il-pipeline tal-gass li jgħaqqad l-Alġerija mal-Italja (li jgħaddi minn Sardinja) [attwalment magħruf bħala l-pipeline ‘Galsi’]

(6)   Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk (‘NSI East Gas’)

Il-proġetti li jippermettu l-flussi bidirezzjonali bejn il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja li jgħaqqdu t-terminals tal-LNG fil-Polonja u fil-Kroazja:

Nru

Definizzjoni

6.1.

Ammeljorament fir-raggruppament tal-interkonnessjoni Ċeka–Pollakka u t-tisħiħ intern relatat fil-Punent tal-Polonja, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.1.1.

L-interkonnettur bejn il-Polonja u r-Repubblika Ċeka [attwalment magħruf bħala ‘Stork II’] bejn Libhošť — Hať (CZ/PL) — Kędzierzyn (PL)

6.1.2.

Il-proġetti tal-infrastruttura ta' trażmissjoni bejn Lwówek u Kędzierzyn (PL)

6.1.3.

Issa parti mill-PCI Nru 6.1.2.

6.1.4.

Issa parti mill-PCI Nru 6.1.2.

6.1.5.

Issa parti mill-PCI Nru 6.1.2.

6.1.6.

Issa parti mill-PCI Nru 6.1.2.

6.1.7.

Issa parti mill-PCI Nru 6.1.2.

6.1.8.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.3.

6.1.9.

Issa parti mill-PCI Nru 6.1.2.

6.1.10.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.3.

6.1.11.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.3.

6.1.12.

Il-pipeline Tvrdonice-Libhošť, inkluż l-ammeljorament ta' CS Břeclav (CZ)

6.2.

L-interkonnessjoni tar-raggruppament tal-Polonja u tas-Slovakkja u t-tisħiħ intern relatat fil-Lvant tal-Polonja, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.2.1.

L-interkonnettur bejn il-Polonja u s-Slovakkja

6.2.2.

Il-proġetti tal-infrastruttura ta' trażmissjoni bejn Rembelszczyzna u Strachocina (PL)

6.2.3.

Il-proġetti tal-infrastruttura ta' trażmissjoni bejn Tworóg u Strachocina (PL)

6.2.4.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.2.

6.2.5.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.2.

6.2.6.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.2.

6.2.7.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.2.

6.2.8.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.2.

6.2.9.

Issa parti mill-PCI Nru 6.2.2.

6.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.4.

PCI Interkonnessjoni bidirezzjonali Awstrijaka — Ċeka (BACI) bejn Baumgarten (AT) — Reinthal (CZ/AT) — Brečlav (CZ)

Proġetti li jippermettu l-fluss tal-gass mit-terminal tal-LNG Kroat lejn il-pajjiżi ġirien:

6.5.

Ir-raggruppament Krk, it-terminal tal-LNG u l-pipelines ta' evakwazzjoni lejn l-Ungerija u lil hinn minnha, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.5.1.

L-iżvilupp gradwali ta' terminal tal-LNG f'Krk (HR)

6.5.2.

Il-pipeline tal-gass ta' Zlobin — Bosiljevo — Sisak — Kozarac — Slobodnica (HR)

6.5.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.5.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.6.

Issal-PCI Nru 6.26.1.

6.7.

Ma għadux meqjus bħala PCI

Proġetti li jippermettu l-flussi tal-gass mill-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar u/jew mit-terminals tal-LNG fil-Greċja, li jgħaddu mill-Greċja, mill-Bulgarija, mir-Rumanija, mis-Serbja u lil hinn lejn l-Ungerija, inkluża l-kapaċità ta' flussi fid-direzzjoni opposta min-Nofsinhar lejn it-Tramuntana u l-integrazzjoni tas-sistemi ta' tranżitu u ta' trażmissjoni:

6.8.

L-interkonnessjoni tar-raggruppament bejn il-Greċja, il-Bulgarija u r-Rumanija, u t-tisħiħ meħtieġ fil-Bulgarija, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.8.1.

L-interkonnessjoni bejn il-Greċja u l-Bulgarija [attwalment magħrufa bħala IGB] bejn Komotini (EL) u Stara Zagora (BG)

6.8.2.

Ir-riabilitazzjoni, il-modernizzazzjoni u l-espansjoni meħtieġa tas-sistema ta' trażmissjoni Bulgara

6.8.3.

L-interkonnessjoni taċ-ċirku tat-Tramuntana tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass Bulgara mal-pipeline ta' Podisor — Horia u l-espansjoni tal-kapaċità fuq is-sezzjoni ta' Hurezani-Horia-Csanadpalota

6.8.4.

Il-pipeline tal-gass bl-għan li tiġi estiża l-kapaċità fuq l-interkonnessjoni taċ-ċirku tat-Tramuntana tan-netwerks tat-trażmissjoni tal-gass tal-Bulgarija u tar-Rumanija

6.9.

It-terminal tal-LNG tar-raggruppament fit-Tramuntana tal-Greċja, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.9.1.

It-terminal tal-LNG fit-Tramuntana tal-Greċja

6.9.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.9.3.

L-istazzjon tal-kompressuri tal-gass f'Kipi (EL)

6.10.

PCI tal-interkonnessjoni tal-gass tal-Bulgarija u tas-Serbja [attwalment magħrufa bħala ‘IBS’]

6.11.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.12.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.13.

6.13.1.

Issal-PCI Nru 6.24.4.

6.13.2.

Issal-PCI Nru 6.24.5.

6.13.3.

Issal-PCI Nru 6.24.6.

6.14.

Issal-PCI Nru 6.24.1.

6.15.

L-interkonnessjoni tas-sistema ta' trażmissjoni nazzjonali mal-pipelines għat-trażmissjoni tal-gass internazzjonali u l-fluss fid-direzzjoni opposta f'Isaccea (RO)

6.15.1.

Issa parti mill-PCI 6.15.

6.15.2.

Issa parti mill-PCI 6.15.

Il-proġetti li jippermettu li l-fluss tal-gass mill-Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar jgħaddi mill-Italja lejn il-Grigal tal-Ewropa

6.16.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.17.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.18.

Il-pipeline Adriatica (IT)

6.19.

Ma għadux meqjus bħala PCI

Il-proġetti li jippermettu l-iżvilupp ta' kapaċità ta' ħżin tal-gass taħt l-art fix-Xlokk tal-Ewropa:

6.20.

Żieda fil-kapaċità tal-ħżin tar-raggruppament fix-Xlokk tal-Ewropa, inklużi wieħed jew aktar minn dawn il-PCIs li ġejjin:

6.20.1.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.20.2.

Espansjoni tal-UGS f'Chiren (BG)

6.20.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

u wieħed mill-PCIs li ġejjin:

6.20.4.

Il-ħażna tal-gass ta' Depomures fir-Rumanija

6.20.5.

Il-ħażna ġdida tal-gass taħt l-art fir-Rumanija

6.20.6.

Il-ħażna tal-gass taħt l-art ta' Sarmasel fir-Rumanija

6.21.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.22.

Ma għadux meqjus bħala PCI

6.23.

L-interkonnessjoni bejn l-Ungerija u s-Slovenja (Nagykanizsa — Tornyiszentmiklós (HU) — Lendava (SI) — Kidričevo)

6.24.

Iż-żieda gradwali fil-kapaċità tar-raggruppament tul il-kuritur ta' trażmissjoni bidirezzjonali tal-Bulgarija, tar-Rumanija, tal-Ungerija u tal-Awstrija (attwalment magħruf bħala ‘ROHUAT/BRUA’) biex tippermetti 1,75 bcm/a fl-ewwel fażi u 4,4 bcm/a fit-tieni fażi, inklużi riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed:

6.24.1.

Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: L-ewwel stadju CS tas-sezzjoni Ungeriża f'Csanádpalota (l-ewwel fażi)

6.24.2.

L-iżvilupp fit-territorju Rumen tas-Sistema Nazzjonali tat-Trażmissjoni tal-Gass tul il-Kuritur tal-Bulgarija, tar-Rumanija, tal-Ungerija u tal-Awstrija — il-pipeline ta' trażmissjoni Podișor — Horia GMS u tliet stazzjonijiet tal-kompressuri ġodda (Jupa, Bibești u Podișor) (l-ewwel fażi)

6.24.3.

GCA Mosonmagyarovar CS (l-iżvilupp fuq in-naħa Awstrijaka) (l-ewwel fażi)

6.24.4.

Il-pipeline ta' Városföld-Ercsi– Győr (kapaċità ta' 4,4 bcm/a) (HU)

6.24.5.

Il-pipeline ta' Ercsi-Százhalombatta (kapaċità ta' 4,4 bcm/a) (HU)

6.24.6.

Il-pipeline tal-istazzjon tal-kompressuri ta' Városföld (kapaċità ta' 4,4 bcm/a) (HU)

6.24.7.

Espansjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija lejn l-Ungerija sa 4,4 bcm fis-sena (it-tieni fażi)

6.24.8.

Il-pipeline tal-kosta tal-Baħar l-Iswed — Podișor (RO) għall-akkwiżizzjoni tal-gass tal-Baħar l-Iswed

6.24.9.

Il-fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: It-tieni stadju CS tas-sezzjoni Ungeriża fi Csanádpalota jew f'Algyő (HU) (kapaċità ta' 4,4 bcm/a) (it-tieni fażi)

6.25.

L-infrastruttura tar-raggruppament sabiex jitwassal gass ġdid lejn ir-reġjun fiċ-Ċentru u fix-Xlokk tal-Ewropa bl-għan ta' diversifikazzjoni, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

6.25.1.

Is-sistema tal-pipeline mill-Bulgarija sas-Slovakkja [attwalment magħrufa bħala ‘Eastring’]

6.25.2.

Is-sistema tal-pipeline mill-Greċja sal-Awstrija [attwalment magħrufa bħala ‘Tesla’]

6.25.3.

It-tkabbir ulterjuri tal-kuritur ta' trażmissjoni bidirezzjonali tal-Bulgarija, tar-Rumanija, tal-Ungerija u tal-Awstrija [attwalment magħruf bħala ‘ROHUAT/BRUA’, it-tielet fażi]

6.25.4.

L-infrastruttura li tippermetti l-iżvilupp tal-hub tal-gass tal-Bulgarija

6.26.

Ir-raggruppament tal-Kroazja, tas-Slovenja u tal-Awstrija f'Rogatec, inklużi l-PCIs li ġejjin:

6.26.1.

L-interkonnessjoni bejn il-Kroazja u s-Slovenja (Lučko — Zabok — Rogatec)

6.26.2.

CS Kidričevo, it-tieni fażi tal-ammeljorament (SI)

6.26.3.

L-istazzjonijiet tal-kompressuri fis-sistema tat-trażmissjoni tal-gass tal-Kroazja

6.26.4.

GCA 2014/04 Murfeld (AT)

6.26.5.

L-ammeljorament tal-interkonnessjoni bejn Murfeld u Ceršak (AT-SI)

6.26.6.

L-ammeljorament tal-interkonnessjoni ta' Rogatec

(7)   Il-kuritur ta' prijorità Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (‘SGC’)

Nru

Definizzjoni

7.1.

Raggruppament ta' PCIs tal-infrastruttura tat-trasport integrata, iddedikata u li tista' tlaħħaq ma' domanda akbar u tagħmir assoċjat għat-trasport ta' minimu ta' 10 bcm/a ta' sorsi ġodda ta' gass mir-Reġjun tal-Kaspju, li jgħaddi mill-Ażerbajġan, mill-Georgia u mit-Turkija u li jilħaq is-swieq tal-UE fil-Greċja u fl-Italja, u inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

7.1.1.

Il-pipeline tal-gass lejn l-UE mit-Turkmenistan u mill-Ażerbajġan, li jgħaddi mill-Georgia u mit-Turkija, [attwalment magħruf bħala l-kombinazzjoni tal-‘Pipeline tal-Gass Trans-Kaspju’ (TCP), l-‘Espansjoni tal-Pipeline tal-Kawkasu tan-Nofsinhar’ (SCP-(F)X) u l-‘Pipeline tal-Gass Naturali tat-Trans-Anatolja’ (TANAP)]

7.1.2.

L-istazzjon tal-kompressuri tal-gass f'Kipi (EL)

7.1.3.

Il-pipeline tal-gass mill-Greċja sal-Italja li jgħaddi mill-Albanija u mill-Baħar Adrijatiku [attwalment magħruf bħala l-‘Pipeline Trans-Adrijatiku’ (TAP)]

7.1.4.

Il-pipeline tal-gass mill-Greċja sal-Italja [attwalment magħruf bħala l-‘Pipeline Poseidon’]

7.1.5.

Ma għadux meqjus bħala PCI

7.1.6.

L-Istazzjonijiet ta' Kejl u Regolazzjoni għall-konnessjoni tas-sistema ta' trażmissjoni Griega mat-TAP

7.1.7.

Il-pipeline ta' Komotini u Thesprotia (EL)

7.2.

Ma għadux meqjus bħala PCI

7.3.

7.3.1.

Il-pipeline minn lil hinn mill-kosta ta' Ċipru sal-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Kreta [attwalment magħruf bħala l-‘Pipeline EastMed’]

7.3.2.

It-tneħħija tal-ostakli interni f'Ċipru biex jintemm l-iżolament u biex titħalla t-trażmissjoni tal-gass mir-reġjun tal-Lvant tal-Mediterran

7.4.

Raggruppament ta' interkonnessjonijiet mat-Turkija, inklużi l-PCIs li ġejjin:

7.4.1.

L-Istazzjon tal-kompressuri tal-gass f'Kipi (EL)

7.4.2.

L-interkonnettur bejn it-Turkija u l-Bulgarija [attwalment magħruf bħala ‘ITB’]

(8)   Il-Kuritur ta' Prijorità, Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass (‘BEMIP Gas’)

Nru

Definizzjoni

8.1.

Raggruppament li jiddiversifika l-provvista fir-Reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:

8.1.1.

L-interkonnettur bejn l-Estonja u l-Finlandja [attwalment magħruf bħala ‘Balticconnector’]

8.1.2.

Wieħed mit-terminals tal-LNG li ġejjin:

8.1.2.1.

Ma għadux meqjus bħala PCI

8.1.2.2.

Paldiski LNG (EE)

8.1.2.3.

Tallinn LNG (EE)

8.1.2.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

It-tisħiħ tal-infrastruttura ta' trażmissjoni fl-Istati Baltiċi u l-immodernizzar tal-ħażna taħt l-art tal-gass fil-Latvja:

8.2.

L-ammeljorament tal-infrastruttura ta' raggruppament fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inklużi l-PCIs li ġejjin:

8.2.1.

Titjib tal-interkonnessjoni bejn il-Latvja u l-Litwanja

8.2.2.

Titjib tal-interkonnessjoni bejn l-Estonja u l-Latvja

8.2.3.

Ma għadux meqjus bħala PCI

8.2.4.

Titjib tal-Ħażna Taħt l-Art tal-Gass ta' Inčukalns (LV)

8.3.

L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u d-Danimarka [attwalment magħrufa bħala l-‘Pajp Baltiku’]

8.4.

Ma għadux meqjus bħala PCI

8.5.

L-interkonnessjoni bejn il-Polonja u l-Litwanja [attwalment magħrufa bħala ‘GIPL’]

8.6.

It-terminal tal-LNG ta' Gothenburg fl-Iżvezja

8.7.

L-estensjoni tal-kapaċità tat-terminal tal-LNG ta' Świnoujście fil-Polonja

8.8.

Ma għadux meqjus bħala PCI

(9)   Kuritur ta' Prijorità, Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa (‘OSC’)

It-titjib tas-sigurtà tal-provvista taż-żejt fir-reġjun tal-Lvant Ċentrali tal-Ewropa billi tiżdied l-interoperabbiltà u jitħallew rotot tal-provvista alternattivi adegwati:

Nru

Definizzjoni

9.1.

Il-pipeline ta' Adamowo u Brody: il-pipeline li jgħaqqad is-sit ta' mmaniġġar ta' JSC Uktransnafta fi Brody (l-Ukraina) mal-Park tat-Tankijiet ta' Adamowo (il-Polonja)

9.2.

Il-pipeline ta' Bratislava u Schwechat: il-pipeline li jgħaqqad lil Schwechat (l-Awstrija) ma' Bratislava (ir-Repubblika Slovakka)

9.3.

il-pipelines ta' JANAF u Adria: ir-rikostruzzjoni, l-ammeljorament, il-manutenzjoni u ż-żieda fil-kapaċità tal-pipelines eżistenti ta' JANAF u Adria li jgħaqqdu l-port tal-baħar Kroat ta' Omislaj man-Nofsinhar ta' Druzhba (il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika Slovakka); (L-interkonnessjoni bejn l-Ungerija u s-Slovakkja ma għadhiex meqjusa bħala PCI)

9.4.

Il-pipeline ta' Litvinov (ir-Repubblika Ċeka) u Spergau (il-Ġermanja): il-proġett ta' estensjoni tal-pipeline taż-żejt grezz ta' Druzhba lejn ir-raffinerija TRM Spergau

9.5.

Il-pipeline tar-raggruppament ta' Pomorze (il-Polonja), inklużi l-PCIs li ġejjin:

9.5.1.

Il-kostruzzjoni ta' terminal taż-żejt fi Gdańsk

9.5.2.

L-espansjoni tal-pipeline ta' Pomorze: iċ-ċirkwiti u t-tieni linja tul il-pipeline ta' Pomorze li jgħaqqad il-park tat-tankijiet ta' Plebanka (qrib Płock) mat-terminal ta' mmaniġġar ta' Gdańsk

9.6.

TAL Plus: l-espansjoni tal-kapaċità tal-pipeline TAL bejn Trieste (l-Italja) u Ingolstadt (il-Ġermanja)

(10)   Iż-Żona Tematika ta' Prijorità għall-Użu tal-Grilji Intelliġenti

Nru

Definizzjoni

10.1.

Il-Proġett taż-Żona Ħadra fit-Tramuntana tal-Atlantiku (l-Irlanda, ir-Renju Unit/l-Irlanda ta' Fuq) jimmira li jnaqqas il-qtugħ fil-konnessjoni tal-parks eoliċi permezz tal-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni, titjib fl-interkonnessjoni u fil-kontroll tal-grilja u l-istabbiliment ta' protokolli (transfruntiera) għall-Ġestjoni tad-Domanda.

10.2.

Green-Me (Franza, l-Italja) jimmira li jtejjeb l-integrazzjoni tal-RES permezz tal-implimentazzjoni ta' sistemi tal-awtomatizzazzjoni, tal-kontroll u tal-monitoraġġ fis-substazzjonijiet HV u HV/MV, inklużi l-komunikazzjoni mal-ġeneraturi rinnovabbli u l-ħażna fis-substazzjonijiet primarji, kif ukoll l-iskambju ta' dejta ġdida biex ikun hemm ġestjoni aħjar tal-interkonnessjoni transfruntiera.

10.3.

Is-SINCRO GRID (is-Slovenja u l-Kroazja) jimmira li jsolvi l-vultaġġ tan-netwerk, il-frekwenza tal-kontroll u l-kwistjonijiet ta' konġestjoni li jippermettu l-użu ulterjuri ta' enerġija rinnovabbli u l-ispostament ta' ġenerazzjoni konvenzjonali permezz tal-integrazzjoni ta' elementi attivi ġodda fil-grilji ta' trażmissjoni u distribuzzjoni fiċ-ċentru ta' kontroll transfruntier virtwali abbażi ta' ġestjoni ta' dejta avvanzata, ta' ottimizzazzjoni ta' sistema komuni u ta' previżjoni bl-involviment ta' żewġ TSOs ġirien u ż-żewġ DSOs ġirien.

(11)   Iż-Żona Tematika ta' Prijorità għall-Awtostradi tal-Elettriku

Il-lista ta' PCIs b'ittikkettjar doppju bħala awtostradi tal-elettriku

Nru

Definizzjoni

Il-Kuritur ta' Prijorità tal-Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana (‘NSOG’)

1.1.1.

L-interkonnessjoni bejn Zeebrugge (BE) u l-akkwati ta' Richborough (UK)

1.3.1.

L-interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Niebüll (DE)

1.3.2.

Il-linja interna bejn Brunsbűttel u Niebűll (DE)

1.4.1.

L-interkonnessjoni bejn Kassø (DK) u Audorf (DE)

1.4.2.

Il-linja interna bejn Audorf u Hamburg/Nord (DE)

1.4.3.

Il-linja interna bejn Hamburg/Nord u Dollern (DE)

1.5.

L-internkonnessjoni bejn id-Danimarka u n-Netherlands bejn Endrup (DK) u Eemshaven (NL) [attwalment magħrufa bħala ‘COBRAcable’]

1.6.

L-interkonnessjoni bejn Franza u l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [attwalment magħrufa bħala l-‘Interkonnettur Ċeltiku’]

1.7.1.

L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta' Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘FAB’]

1.7.2.

L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘IFA2’]

1.7.3.

L-interkonnessjoni bejn Franza u r-Renju Unit bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK)[attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘ElecLink’]

1.8.

L-interkonnessjoni bejn il-Ġermanja u n-Norveġja bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO) [attwalment magħrufa bħala ‘NordLink’]

1.10.

L-interkonnessjoni bejn in-Norveġja u r-Renju Unit

1.13.

L-interkonnessjoni bejn l-Iżlanda u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala ‘Ice Link’]

1.14.

L-interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala ‘Viking Link’]

Il-Kuritur tal-Prijorità tal-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (‘NSI West Electricity’)

2.2.1.

L-interkonnessjoni bejn Lixhe (BE) u Oberzier (DE)

2.5.1.

L-interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ‘Savoie-Piemont’]

2.7.

L-interkonnessjoni bejn Franza u Spanja bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala l-proġett tal-‘Golf tal-Biskalja’]

2.9.

Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent

2.10.

Il-linja interna tal-Ġermanja bejn Brunsbϋttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar

2.13.

Ir-raggruppament ta' interknonnessjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit, inklużi wieħed jew aktar mill-PCIs li ġejjin:

2.13.1.

L-interkonnessjoni bejn l-Irlanda u r-Renju Unit bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK)

2.13.2.

L-interkonnessjoni bejn l-Irlanda u r-Renju Unit bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK)

Il-Kuritur ta' Prijorità, l-Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa (‘NSI East Electricity’)

3.10.1.

L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

3.10.2.

L-interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

3.10.3.

Il-linja interna bejn Korakia, Kreta u r-reġjun ta' Attika (EL)

3.12.

Il-linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u l-Bavarja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar

Il-Kuritur ta' Prijorità, il-Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (‘BEMIP Electricity’)

4.1.

L-interkonnessjoni bejn id-Danimarka u l-Ġermanja bejn Tolstrup (DK) u Bentwisch (DE) permezz tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta ta' Kriegers Flak (DK) u l-Baltiku 1 u 2 (DE) [attwalment magħrufa bħala s-‘Soluzzjoni Komuni tal-Grilja Kriegers Flak’]”


Top