EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0004
Commission Regulation (EU) 2016/4 of 5 January 2016 amending Regulation (EC) No 216/2008 of the European Parliament and of the Council as regards essential requirements for environmental protection (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4 tal-5 ta' Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tal-ambjent (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/4 tal-5 ta' Jannar 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tal-ambjent (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
OJ L 3, 6.1.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R1139
6.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 3/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/4
tal-5 ta' Jannar 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti essenzjali għall-ħarsien tal-ambjent
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jeżiġi li l-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fil-Volumi I u II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta' Chicago”) kif applikabbli fis-17 ta' Novembru 2011, ħlief għall-Appendiċijiet ta' dak l-Anness. |
(2) |
Il-Volumi I u II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago ġew emendati fl-2014 bl-introduzzjoni ta' standards ġodda tal-istorbju. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjoni maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-paragrafu 1 qed jinbidel b'dan li ġej:
“1. Il-prodotti, il-partijiet u t-tagħmir għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent li jinsabu fl-Emenda 11-B tal-Volum I u fl-Emenda 8 tal-Volum II tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, kif applikabbli fl-1 ta' Jannar 2015, ħlief għall-Appendiċijiet tal-Anness 16.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER