EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2317

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 tas-16 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2016) 8413) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/8413

OJ L 345, 20.12.2016, p. 67–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2317/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/67


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2317

tas-16 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument C(2016) 8413)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/294/KE (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun permess l-użu ta' GSM, UMTS u LTE abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-leġiżlazzjoni attwali teħtieġ il-preżenza ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU) bħala parti mit-tagħmir abbord l-ajruplani għall-prevenzjoni ta' terminals mobbli abbord l-inġenji tal-ajru milli jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks ta' komunikazzjoni mobbli terrestri.

(3)

Il-Kummissjoni tat mandat fis-7 ta' Ottubru 2015 lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex jitwettqu studji tekniċi dwar il-ħtieġa li l-użu tan-NCU jinżamm obbligatorju abbord l-inġenju tal-ajru ffaċilitat tal-MCA.

(4)

Wara dak il-mandat, is-CEPT fis-17 ta' Novembru 2016 adottat ir-Rapport 63 tagħha li kkonkluda li huwa possibbli li jsir użu ta' NCU fakultattiv għas-sistemi tal-GSM u tal-LTE peress li l-operazzjonijiet tal-MCA mingħajr NCU jiżguraw protezzjoni raġonevoli kontra l-interferenza għan-netwerks terrestri.

(5)

Skont il-konklużjonijiet tar-Rapport tas-CEPT, ma għadhiex meħtieġa l-prevenzjoni attiva permezz ta' NCU tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks mobbli terrestri li joperaw fil-banda ta' frekwenza ta' 2 570–2 690 MHz. L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE (3) għalhekk ma jibqax jintuża iktar u għandu jitħassar.

(6)

Madankollu, fir-rigward tas-sistemi tal-UMTS, is-CEPT ikkonkludiet li jibqa' meħtieġ NCU għall-prevenzjoni tal-konnessjonijiet bejn netwerks tal-UMTS terrestri u tagħmir tal-utent abbord inġenju tal-ajru. Studji wrew li dawn il-konnessjonijiet jistgħu jikkawżaw tnaqqis parzjali u temporanju fil-kapaċità taċ-ċelloli konnessi u ġirien fuq l-art. Is-soluzzjoni l-oħra biex jitnaqqsu s-sinjali li jidħlu u joħorġu mill-kabina u għall-prevenzjoni tal-konnessjonijiet mhux mixtieqa hija li tiżdied protezzjoni suffiċjenti tal-qafas tal-inġenju tal-ajru.

(7)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCA għandhom jibqgħu taħt reviżjoni sabiex jiġi żgurat li dawn dejjem jaqblu mal-progress teknoloġiku.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/654/UE jitħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Günther H. OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta' April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta' komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta' Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (ĠU L 303, 14.11.2013, p. 48).


ANNESS

1.   Il-baned ta' frekwenzi u s-sistemi permessi għas-Servizzi MCA

Tabella 1

Tip

Frekwenza

Sistema

GSM 1 800

1 710 -1 785 MHz (uplink)

1 805 -1 880 MHz (downlink)

GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

UMTS 2 100

(FDD)

1 920 -1 980 MHz (uplink)

2 110 -2 170 MHz (downlink)

UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

LTE 1 800

(FDD)

1 710 -1 785 MHz (uplink)

1 805 -1 880 MHz (downlink)

LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b'mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

2.   Il-prevenzjoni tal-konnessjoni ta' terminals mobbli ma' netwerks fuq l-art

It-terminals mobbli li jirċievu fil-baned ta' frekwenzi elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma' netwerks mobbli tal-UMTS fuq l-art:

bl-inklużjoni, fis-sistema tal-MCA, ta' Unità ta' Kontroll tan-Netwerk (NCU), li żżid il-livell minimu ta' ħoss fil-kabina fil-baned ta' riċezzjoni mobbli, u/jew;

bil-protezzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru biex ikompli jitnaqqas is-sinjal li jidħol u joħroġ mill-qafas.

Tabella 2

Baned ta' frekwenzi (MHz)

Sistemi fuq l-art

925-960 MHz

UMTS (u GSM, LTE)

2 110 -2 170 MHz

UMTS (u LTE)

L-operaturi tal-MCA jistgħu jiddeċiedu wkoll li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3.

Tabella 3

Baned ta' frekwenzi (MHz)

Sistemi fuq l-art

460-470 MHz

LTE (1)

791-821 MHz

LTE

1 805 -1 880 MHz

LTE u GSM

2 620 -2 690 MHz

LTE

2 570 -2 620 MHz

LTE

3.   Parametri tekniċi

(a)   Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru

Tabella 4

L-e.i.r.p. totali, barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:


Għoli 'l fuq mill-art

(m)

L-e.i.r.p. massima tas-Sistema barra l-inġenju tal-ajru f'dBm/kanal

NCU

BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru

BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru u NCU

Banda: 900 MHz

Banda: 1 800 MHz

Banda: 2 100 MHz

Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz

Wisa' tal-banda tal-kanal = 200 kHz

Wisa' tal-banda tal-kanal = 3,84 MHz

3 000

– 6,2

– 13,0

1,0

4 000

– 3,7

– 10,5

3,5

5 000

– 1,7

– 8,5

5,4

6 000

– 0,1

– 6,9

7,0

7 000

1,2

– 5,6

8,3

8 000

2,3

– 4,4

9,5

(b)   Il-qawwa iżotropika rradjata ekwivalenti (e.i.r.p.), barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord

Tabella 5

L-e.i.r.p., barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:


Għoli 'l fuq mill-art

(m)

L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-GSM f'dBm/200 kHz

L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-LTE f'dBm/5 MHz

L-e.i.r.p. massima, barra l-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli tal-UMTS f'dBm/3,84 MHz

GSM 1 800 MHz

LTE 1 800 MHz

UMTS 2 100 MHz

3 000

– 3,3

1,7

3,1

4 000

– 1,1

3,9

5,6

5 000

0,5

5

7

6 000

1,8

5

7

7 000

2,9

5

7

8 000

3,8

5

7

Meta l-operaturi tal-MCA jiddeċiedu li jimplimentaw NCU fil-baned ta' frekwenzi l-oħra elenkati fit-Tabella 3, il-valuri massimi indikati fit-Tabella 6 japplikaw għall-e.i.r.p. totali barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru, flimkien mal-valuri msemmija fit-Tabella 4.

Tabella 6

Għoli 'l fuq mill-art

(m)

L-e.i.r.p. massima barra l-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Nodu B tal-inġenju tal-ajru

460-470 MHz

791-821 MHz

1 805 -1 880 MHz

2 570 -2 690 MHz

dBm/1,25 MHz

dBm/10 MHz

dBm/200 kHz

dBm/4,75 MHz

3 000

– 17,0

– 0,87

– 13,0

1,9

4 000

– 14,5

1,63

– 10,5

4,4

5 000

– 12,6

3,57

– 8,5

6,3

6 000

– 11,0

5,15

– 6,9

7,9

7 000

– 9,6

6,49

– 5,6

9,3

8 000

– 8,5

7,65

– 4,4

10,4

(c)   Rekwiżiti operazzjonali

I.

L-għoli minimu 'l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA waqt li titħaddem għandu jkun 3 000 metru.

II.

Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-GSM li jittrażmetti fil-banda ta' 1 800 MHz għal valur nominali ta' 0 dBm/200 kHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess inizjali.

III.

Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-LTE li jittrażmetti fil-banda ta' 1 800 MHz għal valur nominali ta' 5 dBm/5 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni.

IV.

Waqt it-tħaddim, in-Nodu B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta' kull terminal mobbli tal-UMTS li jittrażmetti fil-banda ta' 2 100 MHz għal valur nominali ta' – 6 dBm/3,84 MHz f'kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta' utenti ma għandux jaqbeż l-20.


(1)  Fuq livell nazzjonali, l-amministrazzjonijiet jistgħu jużaw teknoloġija tal-LTE għal applikazzjonijiet differenti bħal BB-PPDR, BB-PMR jew Networks Mobbli


Top