Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1915

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1915 tas-27 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2300 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (notifikata bid-dokument C(2016) 6807)

    C/2016/6807

    ĠU L 296, 1.11.2016, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1915/oj

    1.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 296/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1915

    tas-27 ta' Ottubru 2016

    li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/2300 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali

    (notifikata bid-dokument C(2016) 6807)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 108 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri li ma jkunux adottaw il-munita Euro u li jiddeċiedu li jħallsu l-infiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali bil-munita euro minflok bil-munita nazzjonali tagħhom, jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-użu tal-munita euro ma joħloqx vantaġġ sistematiku meta mqabbel mal-użu tal-munita nazzjonali.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 (2) dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali approvat il-miżuri kkomunikati mir-Renju Unit.

    (3)

    Fil-25 ta' Awwissu 2016, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jestendi dawk il-miżuri sabiex jiġu inklużi skemi ta' għajnuna li jikkonċernaw għajnuna għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-ħalib u għajnuna ta' aġġustament eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib u għall-bdiewa f'setturi tal-bhejjem oħrajn.

    (4)

    Skont din in-notifika, il-miżuri għall-prevenzjoni ta' vantaġġ sistematiku li jirriżulta mill-użu tal-euro minflok il-munita nazzjonali, adottati bid-Deċiżjoni preċedenti (UE) 2015/2300 għandhom japplikaw ukoll għal dawk l-iskemi ta' għajnuna. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2015/2300 għandha tiġi emendata b'din id-Deċiżjoni,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Jiżdiedu ż-żewġ linji li ġejjin fi tmiem it-tabella fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2300:

    “Għajnuna għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-ħalib

    Regolament Delegat (UE) 2016/1612

    Għajnuna ta' aġġustament eċċezzjonali għall-produtturi tal-ħalib u għall-bdiewa f'setturi tal-bhejjem oħrajn

    Regolament Delegat (UE) 2016/1613”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2300 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-pagament fil-munita euro mir-Renju Unit ta' ċertu nfiq li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali (ĠU L 324, 10.12.2015, p. 35).


    Top