EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0770

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/770 tal-14 ta' April 2016 li tistabbilixxi format komuni għat-tressiq tat-tagħrif dwar it-tħaddim tal-proċeduri skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (notifikata bid-dokument C(2016) 2068)

C/2016/2068

OJ L 127, 18.5.2016, p. 32–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/770/oj

18.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 127/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/770

tal-14 ta' April 2016

li tistabbilixxi format komuni għat-tressiq tat-tagħrif dwar it-tħaddim tal-proċeduri skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

(notifikata bid-dokument C(2016) 2068)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 22(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2),

Billi:

(1)

Sabiex ikun żgurat li t-tagħrif li jibagħtu l-Istati Membri jkun ta' standard konsistenti, huwa xieraq li jinħoloq format komuni li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012.

(2)

Huwa xieraq li jiġu speċifikati l-perjodi eżatti tar-rappurtar sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-konsistenza minħabba li, skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012, kull tliet snin l-Istati Membri jridu jibagħtu t-tagħrif dwar it-tħaddim tal-proċeduri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-format komuni li fih l-Istati Membri jridu jressqu t-tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-ewwel rapport dwar it-tagħrif li l-Istati Membri għandhom jibagħtu skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 għandu jkopri s-snin kalendarji tal-2014, l-2015 u l-2016. Ir-rapporti ta' wara għandhom ikopru l-perjodi ta' tliet snin ta' wara.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS

STĦARRIĠ

Taqsima 1: Informazzjoni ġenerali

1.   F'isem liema Stat Membru qiegħed tirrapporta?

2.   Isem il-persuna ewlenija ta' kuntatt:

3.   Agħti l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ewlenija ta' kuntatt:

4.   Perjodu tar-rappurtar:

Taqsima 2: Tagħrif dwar l-awtorità nazzjonali nominata (l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 649/2012)

5.   Kemm-il awtorità nazzjonali nominata teżisti fl-Istat Membru tiegħek?

6.   Jekk hemm iktar minn waħda, speċifika kif jitqassmu r-responsabbiltajiet bejniethom:

7.   X'jisimhom l-awtoritajiet nazzjonali nominati?

8.   Speċifika l-għadd ta' ħaddiema (f'ekwivalenti għal full-time) li qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-kunsens infurmat minn qabel fl-awtoritajiet nazzjonali nominati:

Jekk hemm diversi awtoritajiet nazzjonali nominati, speċifika l-għadd għal kull awtorità nazzjonali nominata.

9.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati huma involuti wkoll fl-implimentazzjoni ta' liġi, konvenzjoni jew programm ieħor tal-UE jew internazzjonali marbut mal-qasam tas-sustanzi kimiċi?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika liema liġi, konvenzjoni jew programm dan hu u kif inhija organizzata l-koordinazzjoni ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn f'pajjiżek:

10.   L-awtorità nazzjonali nominata kemm-il notifika tal-esportazzjoni u talba għal RIN speċjali aċċettat fis-sena (u bagħtet lill-ECHA għal iktar ipproċessar)?

 

Notifiki ta' esportazzjoni

Talbiet għal RIN speċjali

L-ewwel sena

 

 

It-tieni sena

 

 

It-tielet sena

 

 

Għadd totali

 

 

Taqsima 3: Appoġġ lill-esportaturi u lill-importaturi

11.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati implimentaw xi attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' tagħrif biex jappoġġjaw lill-esportaturi u lill-importaturi biex dawn jikkonformaw mar-Regolament dwar il-kunsens infurmat minn qabel?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika x'inhuma dawn l-attivitajiet: (jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)

Gwida teknika u xjentifika onlajn (minbarra dik tal-ECHA)

Referenza għall-paġni web tal-ECHA dwar il-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel u l-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel

Paġna web speċifika b'tagħrif dwar ir-Regolament dwar il-kunsens infurmat minn qabel

Kampanja ta' sensibilizzazzjoni

Il-midja soċjali

Żjarat fl-istabbilimenti tal-operaturi

Indirizz speċifiku tal-posta elettronika għar-rekwiżiti tat-tagħrif

Helpdesk nazzjonali

Sessjonijiet ta' ħidma u avvenimenti simili tat-taħriġ

Attivitajiet oħrajn

Jekk dawn huma attivitajiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

Jekk le, għid għaliex ma kienx hemm bżonn ta' dan l-appoġġ.

12.   Taħseb li dawn l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' tagħrif wasslu biex l-esportaturi u l-importaturi jkunu iktar konformi mar-Regolament (UE) Nru 649/2012?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

13.   L-esportaturi u l-importaturi għal liema żewġ affarijiet l-iktar li jitolbu appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali nominati? Jekk jogħġbok agħżel żewġ affarijiet.

Għan-notifiki tal-esportazzjoni

Għall-proċedura tal-kunsens espliċitu

Għar-rinunzji

Għat-talbiet għal RIN speċjali

Għar-rappurtar skont l-Artikolu 10

Għal affarijiet oħrajn

Jekk jitolbu appoġġ għal affarijiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

14.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati kemm qattgħu ħin, bejn wieħed u ieħor, jaħdmu fuq dan it-tip ta' appoġġ?

Sa 10 % tal-ammont tax-xogħol

20 % tal-ammont tax-xogħol

30 % tal-ammont tax-xogħol

40 % tal-ammont tax-xogħol

Iktar minn 40 % tal-ammont tax-xogħol

L-ammont ta' ħin ma jistax jiġi kkwantifikat

Taqsima 4: Il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati jew l-ECHA u l-Kummissjoni

15.   Tinsab kuntent bil-koordinazzjoni li teżisti bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati tiegħek u l-Kummissjoni?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

16.   Speċifika liema oqsma tal-koordinazzjoni jistgħu jittejbu, jekk hemm: (jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)

L-Artikolu 8(5) — l-esportazzjoni fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza

L-Artikolu 8(7) — l-informazzjoni addizzjonali li trid tingħata dwar is-sustanzi kimiċi esportati jekk din tintalab

L-Artikolu 11(6) — l-obbligu tal-Istati Membri li jassistu lill-Kummissjoni fil-ġbir tal-informazzjoni

L-Artikolu 11(7) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni

L-Artikolu 11(8) — il-proċedura f'każ li Stat Membru jieħu azzjoni regolatorja nazzjonali finali

L-Artikolu 13(6) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni

L-Artikolu 14(1) — l-obbligu li tiġi trażmessa l-informazzjoni li tasal mingħand is-Segretarjat

L-Artikolu 14(5) — pariri u għajnuna lill-Partijiet importaturi jekk jitolbu dan

L-Artikolu 14(6) — id-deċiżjoni tal-Istati Membri li m'hemm bżonn l-ebda kunsens espliċitu

L-Artikolu 14(7) — id-deċiżjoni tal-Istati Membri li tista' ssir l-esportazzjoni

L-Artikolu 14(7) — il-fatt li l-Istati Membri jqisu l-impatti li jista' jkun hemm fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent

L-Artikolu 14(8) — ir-reviżjoni perjodika tal-validità tal-kunsens espliċitu

L-Artikolu 18(1) — l-obbligu li għandhom il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-ECHA li jimmonitorjaw il-konformità tal-esportaturi mar-Regolament

L-Artikolu 20 — l-iskambju tal-informazzjoni

L-Artikolu 21 — l-assistenza teknika

L-Artikolu 23 — l-aġġornament tal-Annessi

Oqsma oħrajn

Jekk jistgħu jittejbu oqsma oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

17.   Tinsab kuntent bil-koordinazzjoni li teżisti bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati tiegħek u l-ECHA?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

18.   Speċifika liema oqsma tal-koordinazzjoni jistgħu jittejbu, jekk hemm: (jistgħu jingħataw diversi tweġibiet).

L-Artikolu 6(1)(c) — assistenza teknika u gwida xjentifika u għodod għall-industrija

L-Artikolu 8(7) — l-informazzjoni addizzjonali li trid tingħata dwar is-sustanzi kimiċi esportati jekk din tintalab

L-Artikolu 11(6) — l-obbligu tal-Istati Membri li jassistu lill-Kummissjoni fil-ġbir tal-informazzjoni

L-Artikolu 11(7) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni

L-Artikolu 13(6) — l-evalwazzjoni tal-bżonn li jiġu proposti miżuri fil-livell tal-Unjoni

L-Artikolu 20 — l-iskambju tal-informazzjoni

L-Artikolu 21 — l-assistenza teknika

L-Artikolu 23 — l-aġġornament tal-Annessi

Oqsma oħrajn

Jekk jistgħu jittejbu oqsma oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

Taqsima 5: In-notifiki tal-esportazzjoni mibgħuta lill-Partijiet u lil pajjiżi oħrajn

(Din it-tabella hija rilevanti biss għal dawk l-Istati Membri li pproċessaw notifiki tal-esportazzjoni fil-perjodu tar-rappurtar.)

19.   Għal liema rekwiżiti tal-informazzjoni, mitluba fil-formola tan-notifika tal-esportazzjoni, l-esportaturi qed ikollhom diffikultà biex jipprovdu l-informazzjoni (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?

L-identità tas-sustanza li tkun se tiġi esportata

L-identità tat-taħlita li tkun se tiġi esportata

L-identità tal-prodott li jkun se jiġi esportat

L-informazzjoni dwar l-esportazzjoni (pereżempju d-dettalji ta' kuntatt tal-importaturi)

L-informazzjoni dwar il-perikli jew ir-riskji tas-sustanza kimika u l-miżuri ta' prekawzjoni

It-taqsira tal-karatteristiċi fiżikokimiċi, tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi

L-informazzjoni dwar l-azzjoni regolatorja finali meħuda mill-Unjoni Ewropea

Informazzjoni oħra pprovduta mill-Parti esportatriċi

Id-disponibbiltà tal-kodiċijiet tan-NM jew tal-kodiċijiet CUS

L-użu maħsub tas-sustanza kimika fil-pajjiż importatur

Is-sommarju tal-azzjoni regolatorja finali, ir-raġunijiet għaliha u d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha

L-ebda wieħed

Agħti iktar kummenti dwar dan jekk hemm bżonn.

20.   Kemm-il notifika ta' esportazzjoni ntbagħtet lura lill-esportatur għar-raġunijiet imsemmija fit-tabella ta' hawn taħt?

Raġuni/Għadd fis-sena

Fl-ewwel sena

Fit-tieni sena

Fit-tielet sena

Talba għal tressiq mill-ġdid

 

 

 

Talba miċħuda

 

 

 

Jekk inhu rilevanti, għid għal liema raġunijiet intalab l-iktar it-tressiq mill-ġdid tan-notifiki tal-esportazzjoni u għal liema raġunijiet l-iktar li dawn ġew miċħuda.

Raġunijiet għaliex intalab li jitressqu mill-ġdid in-notifiki tal-esportazzjoni:

Raġunijiet għaliex ġew miċħuda n-notifiki tal-esportazzjoni:

21.   Kellek diffikultajiet biex tibgħat in-notifiki lill-ECHA fil-ħin?

Iva

Le

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan u iktar kummenti jekk hemm bżonn.

L-Artikolu 8(5) — l-esportazzjoni ta' sustanza kimika b'rabta ma' sitwazzjoni ta' emerġenza

22.   Kellek tittratta xi sitwazzjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 8(5)?

Iva

Le

Jekk iva, iddeskrivi l-aktar każijiet importanti (pereżempju s-sustanza kimika użata, il-pajjiż importatur, l-użu maħsub tas-sustanza kimika u n-natura tal-emerġenza).

23.   Kellek diffikultajiet biex timplimenta l-proċedura ta' sitwazzjoni ta' emerġenza?

Iva

Le

Ma kien hemm l-ebda sitwazzjoni bħal din.

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

L-Artikolu 8(7) — l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali disponibbli dwar is-sustanzi kimiċi esportati

24.   Intlabt tagħti iktar informazzjoni lill-Partijiet importaturi u lil pajjiżi oħrajn dwar is-sustanzi kimiċi esportati?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika f'liema każijiet kellek tagħmel dan (pereżempju isem is-sustanza kimika, id-dettalji ta' kuntatt tal-importatur, il-pajjiż importatur u t-tip ta' informazzjoni addizzjonali pprovduta).

25.   Jekk irċevejt talba bħal din, kellek diffikultajiet biex tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali?

Iva

Le

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

L-Artikolu 8(8) — it-tariffa amministrattiva għan-notifiki tal-esportazzjoni

26.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati ta' pajjiżek jitolbu tariffa amministrattiva għan-notifiki tal-esportazzjoni?

Iva

Le

Jiddependi mill-awtorità nazzjonali nominata.

Jekk jiddependi, agħti iktar dettalji.

Jekk tintalab tariffa amministrattiva, wieġeb il-mistoqsijiet 27 sa 30. Jekk le, aqbiżhom u kompli mill-mistoqsija 31.

27.   Kemm hi din it-tariffa amministrattiva? (speċifika l-munita jekk mhux f'euro)

28.   Minn meta se tibda tintalab it-tariffa amministrattiva?

29.   Irċevejt xi lmenti mingħand l-esportaturi fuq il-livell tat-tariffi amministrattivi?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika x'tip ta' lmenti rċevejt u kemm irċevejt fis-sena.

30.   Fil-fehma tiegħek, it-tariffa amministrattiva affettwat l-għadd ta' notifiki (Mistoqsija mhix obbligatorja)?

Iva

Le

Ma nafx.

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

31.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati ta' pajjiżek jitolbu tariffa amministrattiva għat-talbiet għall-kunsens espliċitu?

Iva

Le

Jiddependi mill-awtorità nazzjonali nominata.

Jekk jiddependi, agħti iktar dettalji.

Jekk tintalab tariffa amministrattiva, speċifika kemm hi (u l-munita jekk mhux f'euro).

Taqsima 6: Tagħrif dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi

L-esportaturi (l-Artikolu 10)

32.   Kien hemm każijiet fejn l-esportaturi damu biex bagħtulek it-tagħrif dwar il-kwantità tas-sustanza kimika mibgħuta matul il-perjodu tar-rappurtar lil kull Parti jew lil kull pajjiż ieħor bħala sustanza u f'taħlitiet jew f'oġġetti?

Iva

Le

Mhux applikabbli

Jekk iva, agħti iktar kummenti dwar dan.

L-importaturi (l-Artikolu 10)

33.   Kien hemm każijiet fejn l-importaturi damu biex bagħtulek it-tagħrif dwar il-kwantità tas-sustanza kimika li rċevew matul il-perjodu tar-rappurtar bħala sustanza u f'taħlitiet jew f'oġġetti?

Iva

Le

Mhux applikabbli

Jekk iva, agħti iktar kummenti dwar dan.

34.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati, l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tal-infurzar ta' pajjiżek jużaw id-dejta jew l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet?

Iva

Le

Ma nafx

Jekk iva, speċifika kif jużawha.

Ir-rappurtar tal-Istati Membri lill-ECHA

35.   Sibt diffikultajiet biex tibgħat l-informazzjoni aggregata skont l-Artikolu 10 flimkien mal-Anness III permezz tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel?

Iva

Le

Jekk iva, iddeskrivi fid-dettall dawn id-diffikultajiet.

36.   Kien hemm każijiet fejn domt biex bgħatt l-informazzjoni aggregata permezz tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel f'konformità mal-Anness III?

Iva

Le

Jekk iva, agħti r-raġunijiet għal dan id-dewmien.

Taqsima 7: Obbligi relatati mal-esportazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi minbarra n-notifika tal-esportazzjoni

Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni u tad-deċiżjonijiet lill-partijiet ikkonċernati fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tiegħek (l-Artikolu 14(3))

37.   Kif bgħatt l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet u/jew il-kundizzjonijiet tal-pajjiżi importaturi lill-partijiet ikkonċernati fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru tiegħek (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?

Permezz tal-posta elettronika

Permezz tas-sit web

Permezz ta' bulettini

B'mezzi oħrajn

Jekk użajt mezzi oħrajn, speċifika x'kienu.

Il-konformità tal-esportaturi mad-deċiżjonijiet f'kull tweġiba dwar l-importazzjoni (l-Artikolu 14(4))

38.   Kellek problemi relatati mal-konformità tal-esportaturi mat-tweġibiet dwar l-importazzjoni mogħtija mill-Partijiet?

Iva

Le

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

L-għoti ta' appoġġ lill-Partijiet importaturi (l-Artikolu 14(5))

39.   Tajt pariri lill-Partijiet importaturi u/jew għinthom, fuq talba tagħhom, biex jiksbu t-tagħrif addizzjonali meħtieġ biex iħejju tweġiba lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni dwar l-importazzjoni ta' sustanza kimika speċifika?

Iva

Le

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

Sustanzi li ma jistgħux jiġu esportati sakemm ma jiġux issodisfati ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 14(6))

40.   Implimentajt il-proċedura tal-kunsens espliċitu skont l-Artikolu 14(6)(a) fil-perjodu tar-rappurtar?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika kemm-il talba għall-kunsens espliċitu u kemm-il tweġiba rċevejt fis-sena.

 

Għadd ta' talbiet

Għadd ta' tweġibiet

Fl-ewwel sena

 

 

Fit-tieni sena

 

 

Fit-tielet sena

 

 

Għadd totali

 

 

41.   Implimentajt il-proċedura tal-kunsens espliċitu skont l-Artikolu 14(6)(b)?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika kemm-il talba għal RIN speċjali kien hemm fis-sena li għalihom il-Parti importatriċi tat il-kunsens tagħha għall-importazzjoni permezz tat-tweġiba dwar l-importazzjoni ppubblikata fiċ-ċirkulari dwar il-kunsens infurmat minn qabel.

Fl-ewwel sena

 

Fit-tieni sena

 

Fit-tielet sena

 

Għadd totali

 

42.   Kellek diffikultajiet biex timplimenta l-proċedura tal-kunsens espliċitu?

Iva

Le

Mhux applikabbli

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

43.   Kellek tiddeċiedi dwar il-fatt li ma titlob l-ebda kunsens espliċitu fil-każ ta' sustanzi kimiċi mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness I u maħsubin biex jiġu esportati lejn pajjiżi tal-OECD?

Iva

Le

Mhux applikabbli minħabba li l-awtorità nazzjonali nominata tiegħek ma rċeviet l-ebda notifika tal-esportazzjoni ta' dan it-tip.

Jekk iva, speċifika kemm-il każ ta' dan it-tip kien hemm fis-sena.

L-ewwel sena

 

It-tieni sena

 

It-tielet sena

 

Għadd totali

 

44.   Kellek diffikultajiet biex tiddeċiedi li ma kien hemm bżonn tal-ebda kunsens espliċitu fil-każ ta' sustanzi kimiċi mniżżlin fil-Parti 2 tal-Anness I li kellhom jiġu esportati lejn pajjiżi tal-OECD?

Iva

Le

Mhux applikabbli minħabba li ma kien hemm l-ebda każ ta' dan it-tip

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali nominati li tista' ssir l-esportazzjoni 60 jum wara li tkun saret it-talba għall-kunsens espliċitu (l-Artikolu 14(7))

45.   Saritlek xi talba għar-rinunzja skont l-Artikolu 14(7)?

Iva

Le

Mhux applikabbli minħabba li l-awtorità nazzjonali nominata tiegħek ma kellha bżonn titlob l-ebda kunsens espliċitu

Jekk iva, speċifika kemm-il każ ta' dan it-tip kien hemm fis-sena.

L-ewwel sena

 

It-tieni sena

 

It-tielet sena

 

Għadd totali

 

46.   Kellek diffikultajiet biex timplimenta l-proċedura mogħtija fl-Artikolu 14(7)?

Iva

Le

Mhux applikabbli minħabba li ma kien hemm l-ebda każ ta' dan it-tip

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

Il-validità tal-kunsens espliċitu (l-Artikolu 14(8))

47.   Kien hemm każijiet fejn l-esportazzjoni tħalliet issir sakemm tasal it-tweġiba għal talba ġdida għall-kunsens espliċitu skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14(8)?

Iva

Le

Mhux applikabbli minħabba li l-awtorità nazzjonali nominata tiegħek ma rċeviet l-ebda notifika tal-esportazzjoni li għaliha kien hemm bżonn tal-kunsens espliċitu

Jekk iva, speċifika kemm-il każ ta' dan it-tip kien hemm.

L-ewwel sena

 

It-tieni sena

 

It-tielet sena

 

Għadd totali

 

Taqsima 8: Obbligi relatati mal-importazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi

Deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-partijiet ikkonċernati (l-Artikolu 13(5))

48.   Id-deċiżjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-importazzjoni kif jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet ikkonċernati fi ħdan il-kompetenza tiegħek (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?

Permezz tal-posta elettronika

Permezz tas-siti web tal-awtoritajiet nazzjonali nominati

Permezz ta' bulettini

B'mezzi oħrajn

Jekk użajt mezzi oħrajn, speċifika x'kienu.

Taqsima 9: Informazzjoni dwar movimenti ta' tranżitu

Informazzjoni dwar l-ewwel moviment ta' tranżitu u r-rekwiżiti taż-żmien (l-Artikolu 16)

49.   Kellek timplimenta l-Artikolu 16 matul il-perjodu tar-rappurtar?

Iva

Le

Jekk iva, speċifika għal kemm-il każ kellek tagħmel dan, liema kienu l-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam involuti u x'informazzjoni kienet meħtieġa.

50.   Taf b'xi problemi li kellhom l-esportaturi huma u jimplimentaw l-Artikolu 16?

Iva

Le

Mhux applikabbli minħabba li ma kien hemm l-ebda każ ta' dan it-tip

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan.

Taqsima 10: Rekwiżiti marbutin mas-sustanzi kimiċi esportati u l-informazzjoni li għandha takkumpanjahom

51.   L-awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali tal-Istat Membru tiegħek kellhom xi kwistjonijiet ta' konformità marbutin mal-informazzjoni li għandha takkumpanja s-sustanzi kimiċi esportati?

Iva

Le

Ma nafx.

Jekk iva, wieġeb il-mistoqsijiet 52 sa 54 u għid jekk dawn il-kwistjonijiet ta' konformità kinux relatati ma' dawn li ġejjin:

52.   L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ippakkjar u tat-tikkettar skont:

ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti)

ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali)

ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament CLP)

liġijiet oħrajn

Jekk twieġeb “liġijiet oħrajn”, agħti iktar dettalji dwarhom.

53.   L-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-iskeda tad-dejta tas-sikurezza skont:

ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH)

liġijiet oħrajn

Jekk twieġeb “liġijiet oħrajn”, agħti iktar dettalji dwarhom.

54.   L-obbligu li tingħata l-informazzjoni:

f'waħda mil-lingwi uffiċjali jew prinċipali tal-pajjiż destinatarju fuq it-tikketta

f'waħda mil-lingwi uffiċjali jew prinċipali tal-pajjiż destinatarju fuq l-iskedi tad-dejta tas-sikurezza

55.   Kellek xi kwistjonijiet ta' konformità relatati mar-rekwiżiti tal-informazzjoni u tal-ippakkjar marbutin mal-prodotti esportati?

Iva

Le

Mhux applikabbli

Jekk iva, għid jekk dawn il-kwistjonijiet ta' konformità kinux relatati mal-affarijiet li ġejjin:

l-applikazzjoni ta' speċifikazzjoni tal-purità skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (pereżempju r-Regolament dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali)

l-ottimizzazzjoni tar-reċipjenti biex jitnaqqsu r-riskji li jinħolqu stokkijiet skaduti

id-data ta' skadenza

il-kundizzjonijiet tal-ħżin mogħtija fuq it-tikketta

affarijiet oħrajn

Jekk dawn kienu relatati ma' affarijiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

Taqsima 11: L-assistenza teknika (taqsima mhix obbligatorja)

Il-kooperazzjoni

56.   Ikkooperajt ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, ma' pajjiżi b'ekonomiji fi tranżizzjoni jew ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi biex ittejjeb il-ġestjoni t-tajba tas-sustanzi kimiċi u, b'mod partikulari, biex timplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam?

Iva

Le

Jekk iva, kif ikkooperajt magħhom (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)?

Billi tajthom informazzjoni teknika

Billi ħeġġiġt l-iskambju tal-esperti

Billi appoġġajt l-istabbiliment tal-awtoritajiet nazzjonali nominati jew iż-żamma tagħhom

Billi tajthom għarfien tekniku espert għall-identifikazzjoni ta' formulazzjonijiet tal-pestiċidi perikolużi

Billi tajthom għarfien tekniku espert għall-preparazzjoni tan-notifiki lis-Segretarjat

Billi għinthom f'oqsma oħrajn

Jekk għinthom f'oqsma oħrajn, agħti iktar dettalji dwar dan.

Għid liema huma l-pajjiżi li qed jibbenefikaw minn din il-kooperazzjoni.

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet

57.   Ħadt sehem f'xi proġett jew attività internazzjonali marbuta mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi jew appoġġjajt lil xi NGO li hija involuta f'attivitajiet bħal dawn?

Iva

Le

Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi dawn l-attivitajiet.

Taqsima 12: Infurzar tar-Regolament (UE) Nru 649/2012

Tagħrif ġenerali

58.   Liema huma l-awtoritajiet tal-infurzar involuti fl-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 fl-Istat Membru tiegħek?

L-awtoritajiet doganali

Awtoritajiet tal-infurzar oħrajn

Jekk inhuma involuti awtoritajiet tal-infurzar oħrajn, speċifika liema huma.

59.   Speċifika liema liġijiet oħrajn tal-UE l-awtoritajiet tal-infurzar (minbarra l-awtoritajiet doganali) jittrattaw ukoll, jekk ikun il-każ:

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009

Liġijiet oħrajn

Jekk dawn ikunu qed jittrattaw ukoll liġijiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

60.   L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom ir-riżorsi x-xierqa? (Mistoqsija mhix obbligatorja)

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

61.   L-ispetturi jew il-persuni l-oħra li huma inkarigati mill-infurzar jingħataw taħriġ regolari dwar ir-Regolament (UE) Nru 649/2012?

Iva

Le

Jekk iva, agħti iktar dettalji dwar dan (pereżempju t-tip ta' taħriġ, is-suġġetti koperti u l-frekwenza tat-taħriġ).

Jekk le, għid għaliex dawk il-persuni ma jingħatawx it-taħriġ b'mod regolari.

L-istrateġija tal-infurzar

62.   L-awtorità tiegħek (jew kull awtorità rilevanti oħra) għandha strateġija tal-infurzar b'rabta mar-Regolament (UE) Nru 649/2012?

Iva

Le

Agħti d-dettalji li ġejjin:

62(a)   Jekk iva, din l-istrateġija tal-infurzar diġà ġiet implimentata?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

62(b)   Jekk le, beħsiebkom tiżviluppaw strateġija bħal din?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

Ir-rappurtar dwar l-attivitajiet tal-infurzar

63.   Għid x'attivitajiet ta' infurzar twettqu fl-Istat Membru tiegħek. (Jistgħu jingħataw diversi tweġibiet)

Verifiki tal-konformità

Żjarat fuq il-post

It-teħid ta' kampjuni

Attivitajiet oħrajn

Jekk kienu attivitajiet oħrajn, agħti iktar dettalji dwarhom.

64.   Agħti l-għadd totali ta' kontrolli uffiċjali fuq l-esportazzjonijiet, bħall-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet, u tal-miżuri l-oħra tal-infurzar li twettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar, li kienu jkopru r-Regolament (UE) Nru 649/2012 jew li matulhom ġie infurzat dan ir-Regolament matul il-perjodu tar-rappurtar.

 

Kontrolli doganali

Kontrolli min-naħa tal-ispetturi

Kontrolli oħrajn

Fl-ewwel sena

 

 

 

Fit-tieni sena

 

 

 

Fit-tielet sena

 

 

 

Għadd totali

 

 

 

Agħti iktar kummenti dwar dan jekk hemm bżonn.

65.   Agħti l-għadd totali ta' kontrolli uffiċjali fuq l-importazzjonijiet, bħall-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet, u tal-miżuri l-oħra tal-infurzar li twettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar, li kienu jkopru r-Regolament (UE) Nru 649/2012 jew li matulhom ġie infurzat dan ir-Regolament matul il-perjodu tar-rappurtar.

 

Kontrolli doganali

Kontrolli min-naħa tal-ispetturi

Kontrolli oħrajn

Fl-ewwel sena

 

 

 

Fit-tieni sena

 

 

 

Fit-tielet sena

 

 

 

Għadd totali

 

 

 

Agħti iktar kummenti dwar dan jekk hemm bżonn.

Setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar

66.   Iddeskrivi l-miżuri li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet tal-infurzar biex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (pereżempju s-sekwestru, l-avviż ta' tqegħid fil-mora u s-sospensjoni tal-attivitajiet).

Informazzjoni ddettaljata dwar il-ksur

67.   Kemm-il każ ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 ġie nnutat:

 

Mill-awtoritajiet doganali

Mill-ispetturi

Permezz ta' kontrolli oħrajn

Fl-ewwel sena

 

 

 

Fit-tieni sena

 

 

 

Fit-tielet sena

 

 

 

Għadd totali

 

 

 

68.   It-tip ta' ksur innutat mill-awtoritajiet doganali u l-għadd korrispondenti fis-sena:

Il-ksur misjub

Fl-ewwel sena

Fit-tieni sena

Fit-tielet sena

Ir-rekwiżiti tat-tikkettar

 

 

 

L-iskedi tad-dejta tas-sikurezza

 

 

 

Id-data ta' skadenza tas-sustanza kimika

 

 

 

Sustanzi kimiċi li mhumiex konformi man-notifika tal-esportazzjoni

 

 

 

Tipi ta' ksur oħrajn li għandhom jiddaħħlu fir-ringieli l-vojta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

69.   It-tip ta' ksur innutat mill-ispetturi u l-għadd korrispondenti fis-sena:

Il-ksur misjub

Fl-ewwel sena

Fit-tieni sena

Fit-tielet sena

Ir-rekwiżiti tat-tikkettar

 

 

 

L-iskedi tad-dejta tas-sikurezza

 

 

 

Id-data ta' skadenza tas-sustanza kimika

 

 

 

Sustanzi kimiċi li mhumiex konformi man-notifika tal-esportazzjoni

 

 

 

Tipi ta' ksur oħrajn li għandhom jiddaħħlu fir-ringieli l-vojta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pieni

70.   Iddeskrivi l-iskema tal-pieni f'każ ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (pereżempju pieni amministrattivi jew kriminali, klawsola onnikomprensiva jew pieni speċifiċi għal tipi ta' ksur speċifiċi).

71.   Kemm-il ksur tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 wassal għal pieni matul il-perjodu tar-rappurtar?

 

Għadd ta' pieni

Fl-ewwel sena

 

Fit-tieni sena

 

Fit-tielet sena

 

Għadd totali

 

Kollaborazzjoni

72.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-awtoritajiet tal-infurzar jiskambjaw b'mod regolari l-informazzjoni bejniethom?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

73.   Għandek xi suġġerimenti dwar kif tista' tittejjeb il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-awtoritajiet tal-infurzar?

74.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-membri ta' pajjiżek involuti fil-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum”) jiskambjaw b'mod regolari l-informazzjoni bejniethom?

Iva

Le

Agħti iktar dettalji dwar dan.

75.   L-awtorità nazzjonali nominata hija kuntenta bil-kollaborazzjoni li teżisti bejnha u bejn il-membri tal-Forum?

Iva

Le

Jekk le, agħti d-dettalji dwar dan.

76.   Għandek xi suġġerimenti dwar kif tista' tittejjeb il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali nominati u l-membri tal-Forum?

Ir-rwol tal-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum” — ara l-Artikolu 18(2))

77.   L-awtorità nazzjonali nominata hija kuntenta bl-attivitajiet li wettaq il-Forum (Mistoqsija mhix obbligatorja)?

Iva

Le

M'għandniex esperjenza fl-attivitajiet tal-Forum

Jekk le, agħti iktar dettalji dwar dan.

78.   Għandek xi suġġerimenti dwar kif jistgħu jittejbu l-attivitajiet tal-Forum b'rabta mal-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 (Mistoqsija mhix obbligatorja)?

Taqsima 13: Aspetti relatati mat-teknoloġija tal-informatika

L-awtoritajiet nazzjonali nominati u s-sistema tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel (is-sistema tal-ePIC)

79.   L-awtoritajiet nazzjonali nominati jsibuha faċli li jużaw is-sistema tal-ePIC, b'mod partikulari meta jkunu qed jittrattaw l-affarijiet li ġejjin?

(a)

In-notifiki tal-esportazzjoni (l-Artikolu 8)?

Iva

Le

M'hemm l-ebda esperjenza b'rabta ma' dan

Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu.

(b)

It-talbiet għall-kunsens espliċitu (l-Artikolu 14)?

Iva

Le

M'hemm l-ebda esperjenza b'rabta ma' dan

Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu.

(c)

It-talbiet għal RIN speċjali (l-Artikolu 19(2))?

Iva

Le

M'hemm l-ebda esperjenza b'rabta ma' dan

Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu.

(d)

Ir-rinunzji (l-Artikolu 14(6) u (7))?

Iva

Le

M'hemm l-ebda esperjenza b'rabta ma' dan

Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu.

(e)

Ir-rappurtar skont l-Artikolu 10?

Iva

Le

Jekk le, speċifika ma' liema problemi ltaqgħu.

(f)

Proċeduri oħrajn tal-kunsens infurmat minn qabel?

Iva

Le

M'hemm l-ebda esperjenza b'rabta ma' dan

Speċifika n-natura tal-proċedura u ma' liema problemi ltaqgħu, jekk kien hemm.

L-esportaturi u s-sistema tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel (is-sistema tal-ePIC)

80.   Fejn hu possibbli, agħti l-kummenti tal-esportaturi dwar kemm hu faċli tuża s-sistema tal-ePIC b'rabta ma' dawn li ġejjin (Mistoqsija mhix obbligatorja):

(a)

in-notifiki tal-esportazzjoni:

is-sistema faċli biex tużaha

is-sistema mhix faċli biex tużaha

Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha.

(b)

it-talbiet għal RIN speċjali:

is-sistema faċli biex tużaha

is-sistema mhix faċli biex tużaha

Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha.

(c)

ir-rinunzji (l-Artikolu 14(6) u (7)):

is-sistema faċli biex tużaha

is-sistema mhix faċli biex tużaha

Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha.

(d)

ir-rappurtar skont l-Artikolu 10:

is-sistema faċli biex tużaha

is-sistema mhix faċli biex tużaha

Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha.

(e)

il-ġestjoni tat-taħlitiet jew tal-oġġetti permezz tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel:

is-sistema faċli biex tużaha

is-sistema mhix faċli biex tużaha

Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha.

(f)

is-sistema tal-ePIC b'mod ġenerali:

is-sistema faċli biex tużaha

is-sistema mhix faċli biex tużaha

Jekk is-sistema mhix faċli biex tużaha, għid l-esportaturi ma' liema problemi ltaqgħu huma u jużawha.

L-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn u s-sistema tal-proċedura elettronika tal-kunsens infurmat minn qabel (is-sistema tal-ePIC) (Taqsima mhix obbligatorja)

81.   L-awtoritajiet doganali ta' pajjiżek jużawha s-sistema tal-ePIC?

Iva

Le

Jekk le, spjega kif l-awtoritajiet doganali ta' pajjiżek jimmonitorjaw l-esportazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi li jaqgħu taħt il-proċedura tal-kunsens infurmat minn qabel.

82.   Safejn taf inti, l-awtoritajiet doganali jħossu li huwa faċli li tuża s-sistema tal-ePIC?

Iva

Le

M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan

83.   Safejn taf inti, l-awtoritajiet doganali jħossu li s-sistema tal-ePIC hija għodda adegwata biex tgħinhom jikkontrollaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012?

Iva

Le

M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan

84.   Safejn taf inti, l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn jużawha s-sistema tal-ePIC?

Iva

Le

M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan

85.   Safejn taf inti, dawn l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn iħossu li huwa faċli li tuża s-sistema tal-ePIC?

Iva

Le

M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan

86.   Safejn taf inti, dawn l-awtoritajiet tal-infurzar l-oħrajn iħossu li s-sistema tal-ePIC hija għodda adegwata biex jikkontrollaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 649/2012?

Iva

Le

M'hemm l-ebda informazzjoni dwar dan

Taqsima 14: Kummenti addizzjonali

87.   Agħti kull informazzjoni jew kumment ieħor marbut mat-tħaddim tal-proċeduri skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 li tqis li huwa rilevanti fil-qafas tar-rappurtar skont l-Artikolu 22.


(1)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


Top