Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0599

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/599 tal-15 ta' April 2016 dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjani nazzjonali riveduti jew fil-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, ippreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (notifikata bid-dokument C(2016) 2140) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/2140

OJ L 103, 19.4.2016, p. 37–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/599/oj

19.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/599

tal-15 ta' April 2016

dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjani nazzjonali riveduti jew fil-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, ippreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

(notifikata bid-dokument C(2016) 2140)

(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, u bis-Slovakk, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikolari l-Artikolu (15)(2)tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw pjani nazzjonali jew pjani fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FAB”), inklużi miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-FABs, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) tiegħu. Regoli dettaljati f'dan ir-rigward ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(2)

Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019) ġew adottati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (3).

(3)

Fit-2 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/347 (4) dwar l-inkonsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjani inizjali tal-prestazzjoni mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni Ewropea kollha kif ukoll li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri. Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u ħtieġet reviżjonijiet tal-miri fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tal- kapaċità u/jew tal-kosteffiċjenza.

(4)

Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u r-Repubblika Slovakka kollha ppreżentaw sat-2 ta' Lulju 2015 il-pjani nazzjonali riveduti jew il-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali inklużi l-miri riveduti tal-prestazzjoni. Fl-4 ta' Frar 2016, Spanja u l-Portugall ippreżentaw emenda għall-pjan tal-blokk tal-ispazju funzjonali tal-ajru b'aktar miri riveduti tal-prestazzjoni.

(5)

Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li huwa inkarigat li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, ippreżenta l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fil-15 ta' Ottubru 2015.

(6)

Il-valutazzjoni tal-miri riveduti tal-prestazzjoni fir-rigward tal-konsistenza tagħhom mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha saret billi ntużaw l-istess kriterji ta' valutazzjoni u metodoloġiji li kienu ntużaw fil-valutazzjoni tal-miri tal-prestazzjoni ppreżentati inizjalment.

(7)

Dwar il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri riveduti ppreżentati mill-Istati Membri għad-dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, bl-użu tal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FABs rispettivi tagħhom, li meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ikkalkulati mill-Maniġer tan-Netwerk u kif stabbilit fl-aktar verżjoni riċenti tal-Pjan tal-Operazzjonijiet tan-Netwerk (2014-2018/2019) ta' Ġunju 2014 (“Il-Pjan tal-Operazzjonijiet tan-Netwerk”). Dik il-valutazzjoni wriet li l-miri riveduti ppreżentati mill-Awstrija, mill-Kroazja, mir-Repubblika Ċeka, mill-Ungerija, mir-Repubblika Slovakka u mis-Slovenja fir-rigward tal-FABCE, minn Spanja u mill-Portugall fir-rigward tal-SW FAB, mill-Bulgarija u mir-Rumanija fir-rigward tad-Danube FAB mhumiex konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha.

(8)

Fir-rigward tal-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, ġew ivvalutati l-miri espressi fi spejjeż iddeterminati għal kull unità en route ippreżentati mill-Istati Membri ikkonċernati, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punt 5, flimkien mal-punt 1, tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, billi tqieset ix-xejra tal-ispejjeż iddeterminati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza u l-perjodu kkombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza (2012-2019), in-numru ta' unitajiet ta' servizz (il-previżjoni tat-traffiku) u l-livell ta' spejjeż iddeterminati għal kull unità en route b'paragun mal-Istati Membri li jkollhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili. Dik il-valutazzjoni wriet li l-miri ppreżentati mill-Awstrija u mir-Repubblika Slovakka kif stabbiliti fil-pjan rivedut tal- prestazzjoni tal-FABCE u mill-Italja kif stabbilit fil-pjan rivedut tal-prestazzjoni tal-Blue Med FAB mhumiex konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri inklużi fil-pjani riveduti tal-prestazzjoni ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, elenkati fl-Anness, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/132/UE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Taljana, lill-Ungerija, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/347 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-inkonsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 48).


ANNESS

Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjani nazzjonali riveduti jew fil-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstabu li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

QASAM TA' PRESTAZZJONI EWLIENI TAL-KAPAĊITÀ

Dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route f'min/titjira

STAT MEMBRU

FAB

MIRA TAL-FAB TAL-KAPAĊITÀ EN-ROUTE

2015

2016

2017

2018

2019

Ir-Repubblika Ċeka

FAB-CE

0,29

0,29

0,28

0,28

0,27

Il-Kroazja

L-Ungerija

L-Awstrija

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Il-Bulgarija

Id-Danubju

0,03

0,03

0,03

0,03

0,04

Ir-Rumanija

Il-Portugall

SW

0,30

0,31

0,31

0,30

0,30

Spanja

QASAM TA' PRESTAZZJONI EWLIENI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Didaskalija:

Indikatur

Element

Unitajiet

(A)

Total ta' Spejjeż Iddeterminati En-route

(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali)

(B)

Rata tal-inflazzjoni

(%)

(C)

Indiċi tal-inflazzjoni

(100 = 2009)

(D)

Total ta' Spejjeż Iddeterminati En-route

(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

(E)

Total ta' Unitajiet tas-Servizzi En-route

(TSUs)

(F)

Spiża Iddeterminata għal Kull Unità En-route (DUC)

(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

BLUE MED FAB

Żona tal-Imposti: L-Italja — Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

674 742 285

693 557 255

711 992 044

710 883 664

707 016 612

(B)

1,0 %

1,1 %

1,3 %

1,5 %

1,6 %

(C)

110,8

112,0

113,5

115,2

117,0

(D)

609 005 804

619 176 790

627 477 336

617 241 895

604 216 765

(E)

8 557 964

8 866 051

9 207 393

9 553 591

9 897 521

(F)

71,16

69,84

68,15

64,61

61,05

FAB CE

Żona tal-Imposti: L-Awstrija — Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

188 243 000

194 934 000

204 696 000

209 564 000

207 200 000

(B)

1,7 %

1,7 %

1,7 %

1,7 %

1,7 %

(C)

114,2

116,1

118,1

120,1

122,1

(D)

164 901 573

167 908 470

173 369 786

174 525 859

169 672 673

(E)

2 693 000

2 777 000

2 850 000

2 928 000

3 014 000

(F)

61,23

60,46

60,83

59,61

56,29


Żona tal-Imposti: Ir-Repubblika Slovakka — Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

59 272 906

61 912 217

62 981 088

66 300 093

67 598 994

(B)

0,0 %

1,4 %

1,7 %

1,8 %

2,0 %

(C)

110,3

111,8

113,7

115,7

118,1

(D)

53 754 368

55 355 807

55 381 628

57 279 434

57 253 112

(E)

1 078 000

1 126 000

1 186 000

1 250 000

1 312 000

(F)

49,86

49,16

46,70

45,82

43,64


Top