EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0035(01)

Deċiżjoni (UE) 2016/2247 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35)

OJ L 347, 20.12.2016, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 31/12/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2247/oj

20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/1


DEĊIŻJONI (UE) 2016/2247 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Novembru 2016

dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/35)

(riformulazzjoni)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi. Billi jridu jsiru emendi ulterjuri, dik id-Deċiżjoni għandha tkun riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 (2) li għaliha tirreferi d-Deċiżjoni BĊE/2010/21 ġiet irriformulata u mħassra bil-Linja Gwida (EU) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/34) (3),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   It-termini ddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (ECB/2016/34) għandu jkollhom l-istess tifsira meta jintużaw f'din id-Deċiżjoni.

2.   Termini tekniċi oħra użati f'din id-Deċiżjoni għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-Anness II tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-regoli stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għall-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jkopru l-karta tal-bilanċ, elementi rreġistrati fil-kotba tal-BĊE barra l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf u n-noti għall-kontijiet annwali tal-BĊE.

Artikolu 3

Karatterisitiċi kwalitattivi

Il-karatteristiċi kwalitattivi definiti fl-Artikolu 3 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Prinċipji bażiċi tal-kontabilità

Il-prinċipji fundamentali tal-kontabilità ddefiniti fl-Artikolu 4 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Bħala deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(3) tal-Linja Gwida ((UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34), avvenimenti li seħħew wara l-karta tal-bilanċ għandhom jiġu kkunsidrati biss sad-data meta l-Bord Eżekuttiv jawtorizza l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-BĊE lill-Kunsill Governattiv għall-approvazzjoni.

Artikolu 5

Metodi ekonomiċi u metodi ta' kontabilità skont id-data tal-ħlas

Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Rikonoxximent tal-assi u l-passiv

Assi/passiv finanzjarju jew ta' tip ieħor għandu jkun rikonoxxut biss fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE skont l-Artikolu 6 tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

KAPITOLU II

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

Artikolu 7

Kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ

Il-kompożizzjoni tal-karta tal-bilanċ għandha tkun ibbażata fuq l-istruttura stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 8

Provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta' imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb

Wara illi jikkunsidra sew in-natura tal-attivitajiet tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi provvediment għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta' imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi dwar id-daqs u l-użu tal-provvediment fuq il-bażi ta' stima rraġunata tal-iskoperturi għar-riskju tal-BĊE.

Artikolu 9

Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

1.   Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I.

2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq.

3.   Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità ddefinita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, drittijiet speċjali ta' kreditu (SDRs), inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kwalunkwe opzjonijiet inkorporati ma għandux jiġi sseparat għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja jew inklużi fil-partiti “Assi finanzjarji oħrajn” jew “Varji” għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.

4.   Titoli negozjabbli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati jew bil-prezz tas-suq jew bi prezz amortizzat (bla ħsara għall-indeboliment), jiddependi fuq kunsiderazzjonijiet ta' politika monetarja.

5.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati u għandhom jiġu vvalutati bħala spejjeż ammortizzati (suġġetti għall-indeboliment). L-istess trattament għandu jingħata lil titoli li mhumiex negozjabbli. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk il-kwantità mibjugħa hija meqjusa bħala mhux sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta titoli miżmumin sal-maturità;

(b)

jekk it-titoli jinbiegħu matul xahar qabel id-data tal-maturità;

(c)

f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorazzjoni sinjifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja ta' min jagħmel il-ħruġ.

Artikolu 10

Tranżazzjonijiet bil-maqlub

Għandu jingħata rendikont għat-tranżazzjonijiet b'lura skont l-Artikolu 10 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 11

Strumenti ta' ishma azzjonarji negozjabbli

Għandu jingħata rendikont tal-istrumenti ta' ekwità negozjabbli skont l-Artikolu 11 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 12

Hedging tar-riskju tar-rata ta' imgħax fuq titoli b'derivati

Għandu jingħata rendikont għall-hedging tar-riskju tar-rata' ta' imgħax skont l-Artikolu 12 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 13

Strumenti sintetiċi

Għandu jingħata rendikont tal-istrumenti sintetiċi skont l-Artikolu 13 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

KAPITOLU III

RIKONOXXIMENT TAD-DĦUL

Artikolu 14

Rikonoxximent tad-dħul

1.   L-Artikolu 15(1), (2), (3), (5) u (7) tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għar-rikonoxximent tad-dħul.

2.   Investimenti f'kontijiet ta' rivalutazzjoni speċjali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal- Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem “l-istatut tal-SEBĊ”) fir-rigward tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li għalihom id-deroga tkun ġiet abrogata għandhom jintużaw biex ipaċu telf mhux realizzat meta dan jeċċedi qligħ ta' rivalutazzjoni preċedenti rreġistrat fil-kont ta' rivalutazzjoni standard korrispondenti kif stabbilit fl-Artikolu 15(1)(ċ) tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34), qabel ma dan it-telf jiġi paċut skont l-Artikolu 33.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-investimenti f'kontijiet speċjali ta' rivalutazzjoni għad-deheb, għall-valuti u għat-titoli għandhom jitnaqqsu pro rata f'każ ta' tnaqqis fl-investimenti tal-assi rilevanti.

Artikolu 15

Prezz tat-tranżazzjonijiet

L-Artikolu 16 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU IV

REGOLI TA' KONTABILITA' GĦAL STRUMENTI BARRA L-KARTA TAL-BILANĊ

Artikolu 16

Regoli ġenerali

L-Artikolu 17 tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandu japplika għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 17

Tranżazzjonijiet bil-quddiem b'kambju barrani

Għandu jingħata rendikont għat-tranżazzjonijiet bil-quddiem skont l-Artikolu 18 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 18

Swaps tal-kambju barrani

Għandu jingħata rendikont għall-swaps tal-kambju barrani skont l-Artikolu 19 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 19

Kuntratti futuri

Għandu jingħata rendikont ta' kuntratti futuri skont l-Artikolu 20 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 20

Tpartit tar-rata ta' imgħax

Għandu jingħata rendikont għall-swaps tar-rata tal-imgħax skont l-Artikolu 21 tal-Linja Gwida(UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Telf mhux realizzat li jiġi ttrasferit għall-kont tal-qligħ u t-telf fl-aħħar tas-sena għandu jiġi amortizzat fis-snin sussegwenti skont il-metodu tal-linja dritta. Għal swaps tar-rata ta' imgħax bil-quddiem, l-amortizzament għandu jibda sa mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni.

Artikolu 21

Ftehim tar-rata bil-quddiem

Għandu jingħata rendikont tal-ftehim tar-rata bil-quddiem skont l-Artikolu 22 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 22

Tranżazzjonijiet ta' titoli bl-quddiem

Għandu jingħata rendikont tat-tranżazzjonijiet bil-quddiem ta' titoli skont il-Metodu A fl-Artikolu 23(1) tal-Linja ta' Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

Artikolu 23

Opzjonijiet

Għandu jingħata rendikont ta' opzjonijiet skont l-Artikolu 24 tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).

KAPITOLU V

PUBBLIKAZZJONI TAL-KARTA TAL-BILANĊ U TAL-KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF ANNWALI

Artikolu 24

Formati

1.   Il-format tal-karta tal-bilanċ annwali ppubblikata tal-BĊE għandu jsegwi l-format fl-Anness II.

2.   Il-format tal-kont tal-qligħ u t-telf ippubblikat tal-BĊE għandu jkun konformi mal-Anness III.

KAPITLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Żvilupp, applikazzjoni u interpretazzjoni ta' regoli

1.   Fl-interpretazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandu jiġi kkunsidrat ukoll ix-xogħol preparatorju, il-prinċipji tal-kontabilità armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u l-istandards tal-kontabilità aċċettati ġeneralment.

2.   Jekk trattament ta' kontabilità speċifiku mhux stabbilit f'din id-Deċiżjoni u fin-nuqqas ta' deċiżjoni bil-kontra mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jsegwi l-prinċipji ta' valutazzjoni skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju kif adottati mill-Unjoni Ewropea, li huma rilevanti għall-attivitajiet u l-kontijiet tal-BĊE.

Artikolu 26

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 hija b'dan irrevokata.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Novembru 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).

(2)  Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31).

(3)  Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabbiltà u għar-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (BĊE/2016/34) (ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali].


ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

ASSI

 

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u krediti biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew jew purity swaps fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

Krediti kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

 

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita “Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'euro”

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Drittijiet speċjali ta' ġbid (DSP)

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Krediti oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)

Krediti oħrajn

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita 11.3 tal-assi “Assi finanzjarji oħrajn”

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

3

Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

krediti oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Krediti oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

4

Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv “Assi finanzjarji oħrajn”

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b'lura marbutin mal-ġestjoni ta' titoli ddenominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro

Valur nominali

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

(c)

Self barra ż-żona euro

Depożiti skont il-valur nominali

(d)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn” u l-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja”

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u mhux mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja

(d)

(i)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

4.2

Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II)

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5

Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1)

 

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa.

Valur nominali jew kost repo

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta' kull xahar, u b'maturità itwal minn dik ta' operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament

Valur nominali jew kost repo

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

5.4

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

6

Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita 7 tal-assi “Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u krediti oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Krediti u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew kost

7

Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli ta' dejn

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita nru. 13(b) tal-passiv “Provvedimenti”)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja” u taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(c)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(d)

Strumenti ta' ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Krediti fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

9

Krediti Intra-Eurosistema

 

 

9.1

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Krediti intra-Eurosistema fil-konfront ta' banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

9.2

Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2)

Valur nominali

9.3

Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

(a)

krediti netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-krediti u l-passiv Ara ukoll il-partita tal-passiv 10.2 “Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)”

(a)

Valur nominali

(b)

krediti oħrajn intra-Eurosistema denominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (krediti), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11

Assi oħrajn

 

 

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti Euro

Valur nominali

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta' politika

Titoli inklużi ekwitajiet, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħrajn inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet repo bil-maqlub ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt din il-partita

(a)

Strumenti ta' ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

(d)

Titoli ta' dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Primjums/skontijiet huma ammortizzati

(e)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi/id-depożiti huma ddenominati f'valuti barranin

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

11.6

Varji

(a)

Avvanzi, self u partiti minuri oħra. Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja

(a)

Valur nominali jew kost

(b)

Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

(b)

Valur tas-suq

(c)

Assi nett tal-pensjoni

(c)

Skont l-Artikolu 25(2)

(d)

Krediti pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

(d)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

(e)

Assi jew krediti (fil-konfront ta' terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

(e)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma ddenominati f'valuti barranin)

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

PASSIV

 

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

 

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

2.3

Depożiti b'terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

3

Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi “Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost repo

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

5

Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-partita tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

6

Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

7

Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8

Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

 

 

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

10

Passiv Intra-Eurosistema

 

 

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro

Valur nominali

10.2

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

(a)

Krediti netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-krediti u l-passiv. Ara ukoll il-partita tal-passiv 9.3 “Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)”

(a)

Valur nominali

(b)

passiv ieħor intra-Eurosistema denominat f'euro li jista' jirriżulta, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

12

Passiv ieħor

 

 

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

12.3

Varji

(a)

Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi “Assi finanzjarji oħrajn”. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Partiti minuri oħra. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja.

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

(b)

Depożiti f'deheb tal-konsumatur

(b)

Valur tas-suq

(c)

Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

(c)

Skont l-Artikolu 25(2)

13

Provvedimenti

(a)

Għar-rata tal-kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra, eż spejjeż mistennija fil-futur u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

(a)

Kost/valur nominali

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' politika monetarja

(b)

Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv)

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli denominati f'euro, għal kull tip ta' titoli denominati f'valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma' derivattivi tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta' valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Kontijiet speċjali ta' rivalutazzjoni li joriġinaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fil-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati. Ara l-Artikolu 14(2)

(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi) fir-rigward ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg, li hija l-pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti ta-obbligu tal-benefiċċju ddefinit;

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi)

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-assi, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (assi)

(b)

Skont l-Artikolu 25(2)

15

Kapital u riżervi

 

 

15.1

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

Valur nominali

16

Profitt għas-sena

 

Valur nominali


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).


ANNESS II

Karta tal-bilanċ annwali tal-BĊE

(EUR miljun)

Assi (2)

Sena tar-rappurtar

Sena preċedenti

Passiv

Sena tar-rappurtar

Sena preċedenti

1.   Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

2.   Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

2.1.

Ammonti riċevibbli mill-IMF

2.2.

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

3.   Krediti kontra residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

4.   Krediti kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

4.1.

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

4.2.

Krediti li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

5.   Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

5.1.

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

5.2.

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

5.3.

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

5.4.

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

5.5.

Faċilità ta' self marġinali

5.6.

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

6.   Krediti oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

7.   Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

7.1.

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

7.2.

Titoli oħra

8.   Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

9.   Krediti Intra-Eurosistema

9.1.

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

9.2.

Krediti marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

9.3.

Krediti oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

10.   Partiti fil-proċess li jiġu saldati

11.   Assi oħrajn

11.1.

Muniti taż-żona tal-euro

11.2.

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

11.3.

Assi finanzjarji oħrajn

11.4.

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

11.5.

Dovuti u spejjeż imħallsa minn qabel

11.6.

Varji

12.   Telf ghas-sena

 

 

1.   Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

2.   Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

2.1.

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

2.2.

Faċilità ta' depożitu

2.3.

Depożiti b'terminu fiss

2.4.

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

2.5.

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

3.   Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

4.   Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

5.   Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

5.1.

Gvern ġenerali

5.2.

Obbligazzjonijiet oħrajn

6.   Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

7.   Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

8.   Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

8.1.

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

8.2.

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

9.   Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

10.   Krediti Intra-Eurosistema

10.1.

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

10.2.

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

11.   Partiti fil-proċess li jiġu saldati

12.   Obbligazzjonijiet oħrajn

12.1.

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

12.2.

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

12.3.

Varji

13.   Dispożizzjonijiet

14.   Kontijiet ta' rivalutazzjoni

15.   Kapital u riżervi

15.1.

Kapital

15.2.

Riżervi

16.   Profitt għas-sena

 

 

Assi totali

 

 

Passiv totali

 

 


(1)  Alternattivament il-BĊE jista' jippubblika l-ammonti eżzatti f'euro, jew ammonti rrawndjati b'mod differenti

(2)  It-tabella tal-assi tista' tiġi ppubblikata wkoll fuq it-tabella tal-passiv.


ANNESS III

KONT TAL-QLIGĦ U T-TELF IPPUBBLIKAT TAL-BĊE

(EUR miljun)

Kont tal-qligħ u t-telf għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru …

Rapportar sena

Sena preċedenti sena

1.1.1.

Dħul minn imgħax fuq assi ta' riżervi barranin

 

 

1.1.2.

Dħul minn imgħax li jirriżulta mill-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

 

 

1.1.3.

Dħul ieħor minn imgħax

 

 

1.1.

Introjtu minn imgħax

 

 

1.2.1.

Remunerazzjoni għal krediti tal-BĊNi fir-rigward ta' riżervi barranin trasferiti

 

 

1.2.2.

Spejjeż oħra ta' imgħax

 

 

1.2.

Spejjeż ta' imgħax

 

 

1.

Dħul nett mill-imgħax

 

 

2.1.

Qligħ/telf realizzat li jirriżulta minn operazzjonijiet finanzjarji

 

 

2.2.

Tnaqqis fil-valur ta' assi u posizzjonijiet finanzjarji

 

 

2.3.

Trasferiment lil/minn provvedimenti għar-rata tal-kambju barrani, ir-rata ta' imgħax, il-kreditu u r-riskji fil-prezz tad-deheb

 

 

2.

Riżultat nett ta' operazzjonijiet finanzjarji, tnaqqis fil-valur u provvedimenti għal riskji

 

 

3.1.

Miżati u dħul minn kummissjonijiet

 

 

3.2.

Miżati u spejjeż ta' kummissjonijiet

 

 

3.

Dħul/prezz nett ta' miżati u kummissjonijiet (2)

 

 

4.

Dħul mill-ishma u interessi ta' parteċipazzjoni azzjonarja

 

 

5.

Dħul ieħor

 

 

Dħul totali nett

 

 

6.

Spejjeż tal-persunal (3)

 

 

7.

Spejjeż amministrattivi (3)

 

 

8.

Deprezzament ta' assi fissi tanġibbli u mhux tanġibbli

 

 

9.

Servizzi ta' produzzjoni ta' karti tal-flus (4)

 

 

10.

Spejjeż oħra

 

 

 

 

 

(Telf)/qligħ għas-sena

 

 


(1)  Alternattivament il-BĊE jista' jippubblika l-ammonti eżzatti f'euro, jew ammonti rrawndjati b'mod differenti

(2)  It-tqassim bejn dħul u spejjeż jista' jkun ipprovdut alternattivament fin-noti spjegattivi tal-kontijiet annwali.

(3)  Dan jinkludi provvedimenti amministrattivi.

(4)  Dan l-element jintuża fil-każ ta' produzzjoni esterna tal-karti tal-flus (għall-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji esterni responsabbli mill-produzzjoni f'isem il-banek ċentrali). Huwa rrakkomandat li l-ispejjeż magħmulin fir-rigward tal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-euro għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf kif ikun hemm il-fattura għalihom jew meta jsiru, ara wkoll il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34).


ANNESS IV

DEĊIŻJONI MĦASSRA BIL-LISTA TAGĦHA TA' EMENDI SUĊĊESSIVI

Deċiżjoni BĊE/2010/21

ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1

Deċiżjoni BĊE/2012/30

ĠU L 356, 22.12.2012, p. 93

Deċiżjoni BĊE/2013/52

ĠU L 33, 4.2.2014, p. 7

Deċiżjoni BĊE/2014/55

ĠU L 68, 13.3.2015, p. 53

Deċiżjoni BĊE/2015/26

ĠU L 193, 21.7.2015, p. 134


ANNESS V

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Deċiżjoni BĊE/2010/21

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 26

Artikolu 27


Top