Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2322

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 328, 12.12.2015, p. 67–96 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2322/oj

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/67


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2322

tal-10 ta' Diċembru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“EASA”) għaddew informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista. L-informazzjoni rilevanti ġiet ikkomunikata wkoll minn ċerti pajjiżi terzi. Abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni informat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsawru l-bażi ta' deċiżjoni li timponi fuqhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li hija inkluża fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti fornuti mill-Istati Membri, biex jissottomettu kummenti bil-miktub u biex jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3) (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru”).

(5)

Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Botswana, tar-Repubblika tal-Guinea, tal-Indja, tal-Indoneżja, tal-Iran, tal-Iraq, tal-Każakistan, tal-Libanu, tal-Madagascar, tal-Mozambique, tan-Nepal, tal-Filippini, tas-Sudan, tat-Tajwan, tat-Tajlandja, u taż-Żambja. Il-Kummissjoni tat ukoll informazzjoni lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Georgia, fil-Libja, f'São Tomé u Príncipe, fit-Taġikistan u fil-Jemen u dwar konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6)

L-EASA ppreżentat ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' awditjar li twettqu mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”), lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Arju. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa fuq kumpaniji tal-ajru bil-liċenzja minn stati li fir-rigward tagħhom l-ICAO kienet identifikat Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSCs”) jew li fir-rigward tagħhom l-EASA kkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tippermetti l-akkwist ta' aktar informazzjoni fir-rigward tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ngħataw il-liċenzja f'dawk l-istati.

(7)

L-EASA infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu skont il-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-EASA informat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi stati milquta minn miżuri jew minn monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-Aġenzija forniet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili, bil-ħsieb li dan jgħin biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards applikabbli tal-avjazzjoni ċivili internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal talbiet bħal dawn fuq bażi bilaterali, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni enfasizzat is-siwi li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta Safety Collaborative Assistance Network (“SCAN”) tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9)

Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tas-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal kumpaniji tal-ajru projbiti.

Kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-EASA tal-informazzjoni li tirriżulta minn spezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq inġenji tal-ajru ta' kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li twettqu mill-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u awditjar speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta' infurzar u informaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar dawk il-miżuri. Malta għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar ċerti azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru Maltin u l-Estonja rrappurtat dwar is-sitwazzjoni tal-kumpanija tal-ajru AS Avies. Qabel il-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, il-Greċja tat tagħrif dwar ċerti azzjonijiet li kienet ħadet fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru Griegi.

(11)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mill-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza, l-Istati Membri tennew li se jaġixxu fil-pront kif ikun meħtieġ.

Kumpaniji tal-ajru mill-Botswana

(12)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (“CAAB”) tat tagħrif dwar il-progress tas-soluzzjoni tal-SSCs u sejbiet oħra tal-ICAO f'ittra tas-27 ta' Awwissu 2015. Il-CAAB uriet li għamlet iktar progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-CAAB hija impenjata mal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO biex tirċievi iktar assistenza fir-riżoluzzjoni tal-SSCs u ta' sejbiet oħrajn. Il-CAAB stiednet l-ICAO twettaq Missjoni Koordinata ta' Validazzjoni (“ICVM”) tal-ICAO qabel it-tmiem tal-2015 sabiex tivverifika r-riżoluzzjoni tal-SSCs.

(13)

L-implimentazzjoni mtejba tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jappoġġawx deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni għandu jkompli jsirilha monitoraġġ mill-qrib.

(14)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Botswana.

Kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea

(15)

Kif ġie miftiehem fil-laqgħa teknika mal-Kummissjoni li saret fi Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Guinea, id-Direction nationale de l'aviation civile (“DNAC”), taw tagħrif b'mod regolari lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiv, li ġie approvat mill-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll dwar l-inizjattivi kollha marbuta miegħu.

(16)

L-aħħar rapport ta' progress sottomess mid-DNAC wasal għand il-Kummissjoni fl-10 ta' Awwissu 2015. Dan jistabbilixxi l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiv, li bħalissa jikkonċentra dwar l-istatus tal-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-kumpanija tal-ajru u r-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru. Fl-aħħar ta' Marzu 2013 ġie sospiż kull Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru (“AOC”) li kien jeżisti qabel. Iċ-ċertifikazzjoni sħiħa konformi tal-ICAO (fuq 5 fażijiet) tal-kumpaniji tal-ajru Eagle Air u PROBIZ Guinée ġew konklużi u dawk il-kumpaniji tal-ajru kisbu l-AOCs rispettivi tagħhom fl-10 ta' April 2015 (AOC nru 1/DNAC/2015) u tal-4 ta' Awwissu 2015 (AOC nru 2/DNAC/2015). Erba' kumpaniji tal-ajru oħrajn, jiġifieri Konair, Sahel Aviation Guinée, Fly Nimba Airlines u Ijet Aviation, ukoll bdew il-proċess ta' ċertifikazzjoni.

(17)

Ir-reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru mexa 'l quddiem u d-DNAC irrapportat li ħames inġenji tal-ajru ġodda ġew miżjuda mar-reġistru tal-inġenji tal-ajru.

(18)

L-implimentazzjoni gradwali tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva, b'konformità ma' dak li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma jiġġustifikawx, fil-preżent, deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Guinea. Madankollu, is-sitwazzjoni għandha tibqa' tkun sorveljata mill-qrib.

(19)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika tal-Guinea.

(20)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun sfurzata tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mill-Indja

(21)

Fl-20 ta' Ottubru 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u rappreżentanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Indja (“id-DGCA Indjan”) u l-kumpanija tal-ajru Air India. Id-DGCA Indjan forna dettalji fir-rigward tal-miżuri ta' sostenibbiltà li għaddejin li implimenta fir-rigward tal-kapaċità tas-sorveljanza tas-sikurezza tiegħu. Il-konsultazzjonijiet tekniċi intużaw ukoll bħala opportunità biex tkun diskussa mad-DGCA Indjan l-interazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani mal-programm SAFA.

(22)

Dawn il-konsultazzjonijiet għamluha ċara li, anki jekk ċerti miżuri kienu implimentati mid-DGCA Indjan biex jiżgura s-sostenibbiltà tat-titjib fis-sikurezza tal-avjazzjoni li ttieħdu s'issa, ġiet identifikata l-ħtieġa għal aktar azzjoni f'diversi oqsma. Min-naħa l-oħra, id-DGCA Indjan qed juża l-bażi tad-dejta tas-SAFA biex jissorvleja l-prestazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru Indjani bħala parti mill-programm SAFA. Fost l-oħrajn, dan huwa evidenti mill-fatt li d-DGCA Indjan irrapporta li f'Ġunju 2015 kien iltaqa' ma' Air India biex jiddiskuti l-proċessi mwettqin f'Air India b'rabta ma' kif Air India ġġesti l-prestazzjoni tagħha bħala parti mill-programm SAFA.

(23)

Air India tat ħarsa ġenerali tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha, sommarju tal-informazzjoni statistika tas-SAFA skont il-flotta, eżempji tal-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-programm ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħha u dettalji tal-proċess tas-SAFA li nediet għat-titjib kontinwu.

(24)

F'ittra tad-29 ta' Ottubru 2015, b'segwitu għall-konsultazzjonijiet tekniċi, il-Kummissjoni tenniet mad-DGCA Indjan għadd ta' messaġġi, fosthom li l-prestazzjoni SAFA ta' kumpaniji tal-ajru Indjani għandha tkun sorveljata aktar bir-reqqa. Il-Kummissjoni indikat ukoll lil Air India li l-progress fir-rigward tal-ġestjoni tal-proċess SAFA għandu jintwera permezz tal-prestazzjoni tagħha bħala parti mill-programm SAFA. Kemm id-DGCA Indjan kif ukoll Air India ġew mgħarrfa bir-responsabbiltà li l-EASA għandha skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (6) (il-Parti TCO) li twettaq valutazzjonijiet tas-sikurezza ta' operaturi ta' pajjiżi terzi u li l-prestazzjoni bħala parti minn programm SAFA hija wieħed mill-elementi ewlenin li l-EASA tqis meta twettaq il-valutazzjoni.

(25)

Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mid-DGCA Indjan u minn Air India. Ġie vvalutat li, din id-darba, ma hemm bżonn ta' ebda projbizzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, iżda li aktar laqgħat tekniċi għadhom meħtieġa biex ikun żgurat li kwistjonijiet relatati mas-sigurtà jkunu jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa.

(26)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Indja.

(27)

Il-Kummissjoni beħsiebha tissokta bil-konsultazzjonijiet uffiċjali tagħha mad-DGCA Indjan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(28)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru Indjani skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja

(29)

Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja, id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili Indoneżjan (“id-DGCA Indoneżjan”), se jissoktaw bil-għan li jissorvlejaw il-progress tad-DGCA Indoneżjan biex ikun żgurat li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull kumpanija tal-ajru ċċertifikata fl-Indoneżja tinġieb f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Wara l-verifika tal-ICAO ta' Mejju tal-2014, id-DGCA Indoneżjan iffinalizza l-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u qiegħed fil-proċess li jlesti l-azzjonijiet korrettivi stabbiliti fil-Pjan. Fuq talba tad-DGCA Indoneżjan, kien hemm laqgħa teknika fid-29 ta' Ottubru bejn il-Kummissjoni, l-EASA, ċerti Stati Membri u d-DGCA Indoneżjan, kif ukoll il-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air. F'din il-laqgħa ħareġ biċ-ċar li l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa sabiex jiġu rettifikati s-sejbiet minn awditi preċedenti qed jitħejjew, iżda dawk l-azzjonijiet għadhom biss fi stadji differenti ta' implimentazzjoni. Id-dgħufija ewlenija li ġiet identifikata hija t-twettiq ta' spezzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-ajru u l-inġenji tal-ajru. Il-proċeduri biex jitwettaq dan ix-xogħol huma fis-seħħ, iżda dawn mhux dejjem jiġu segwiti fil-prattika. L-għadd ta' sejbiet waqt l-ispezzjonijiet għadu baxx u r-rappurtar ta' sejbiet lill-kumpaniji li jkunu spezzjonati mhux dejjem isir b'konformità mal-proċeduri applikabbli. Proċeduri xierqa għas-segwitu tas-sejbiet huma nieqsa u s-segwitu ta' sejbiet attwali għadha dgħajfa u l-iskadenzi ma jiġux rispettati, u lanqas ma jiġu infurzati dejjem. Id-DGCA Indoneżjan irid jindirizza madwar 59 AOCs u għadd minn dawn il-kumpaniji tal-ajru qed jikbru b'ritmu mgħaġġel. Huwa essenzjali li d-DGCA Indoneżjan ilaħħaq ma' dawn l-iżviluppi.

(30)

Il-kumpanija tal-ajru Citilink forniet preżentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kumpanija u dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fil-kumpanija. It-tkabbir tal-kumpanija jissokta b'madwar tmien inġenji tal-ajru fis-sena filwaqt li s-sistemi u l-proċeduri jidher li qed jistabbilizzaw gradwalment. L-analiżi tad-dejta dwar it-titjiriet tjiebet u l-kumpanija hija konxja mir-riskji operazzjonali. Is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza ġiet stabbilita iżda jeħtieġ li tiżviluppa aktar, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mar-rata baxxa ta' rapporti ta' inċidenti u okkorrenzi.

(31)

Lion Air u Batik Air ippreżentaw flimkien, hekk kif it-tnejn li huma jagħmlu parti mil-Lion Air Group. It-tkabbir ta' dawn iż-żewġ kumpaniji tal-ajru għadu konsiderevoli, it-tnejn li huma mistennija jirċievu madwar 10 inġenji tal-ajru ġodda fl-2016 u numri komparabbli ta' inġenji tal-ajru fis-snin li ġejjin. L-isfidi ewlenin għal dawk il-kumpaniji tal-ajru huma r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' biżżejjed persunal fl-oqsma kollha. Iż-żewġ kumpaniji tal-ajru ppreżentaw pjanijiet għat-taħriġ tal-ekwipaġġ tat-titjira u għar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' persunal ieħor. Ir-rekwiżiti ta' kwalifiki minimi għal bdoti li jkun għadhom kif ġew reklutati u r-rekwiżiti biex jiġu promossi għall-kariga ta' kaptan mal-Lion Air huma komparattivament baxxi, meta mqabbla mal-ambjent operattiv li ħafna drabi joffri sfida. B'konsegwenza ta' dan, u minħabba tkabbir mgħaġġel tal-kumpanija tal-ajru, hemm għadd kbir ta' bdoti li huma relattivament bla esperjenza mal-Lion Air. Dan jista' jkun relatat mal-għadd kbir ta' approċċi mhux stabbilizzati u riskju għoli ta' inċidenti fl-illandjar (inżul f'daqqa, ħruġ mir-runway). Eżempju ta' dan huwa l-ħruġ mir-runway tal-kumpanija tal-ajru Batik Air li seħħ fis-6 ta' Novembru 2015. Fir-rigward ta' dan l-inċident speċifiku, id-DGCA Indoneżjan u l-kumpanija tal-ajru Batik Air ħadu azzjoni immedjata biex jinvestigaw kif jixraq l-inċident u biex jieħdu miżuri ta' mitigazzjoni. Barra minn hekk, is-sistema ta' monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet tjiebet u qiegħda twassal għal riżultati sinifikanti u titjib fis-sikurezza. Is-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza jidher li hija żviluppata sew u, reċentament, ir-rapportar tal-inċidenti u tal-okkorrenzi beda jitjieb ukoll, minkejja li hemm bżonn li l-implimentazzjoni effettiva u l-identifikazzjoni tal-perikli jimmaturaw iktar. Mil-laqgħa ħareġ ċar li t-theddid għall-Lion Air u għall-Batik Air huma t-tkabbir mgħaġġel u n-nuqqas ta' esperjenza relattiv tal-ekwipaġġ tat-titjiriet.

(32)

Id-DGCA Indoneżjan ġie mistieden għal seduta ta' smigħ quddiem il-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru 2015. Id-DGCA Indoneżjan tenna l-punti li kienu ppreżentati matul il-laqgħa teknika tad-29 ta' Ottubru 2015. Dawn jinkludu l-programm ta' sorveljanza kontinwa u s-sistema ta' ġestjoni tas-sejbiet. Intwerew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza dwar l-erba' kumpaniji tal-ajru Indoneżjani li bħalissa huma eżentati mill-projbizzjoni ġenerali fuq il-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani, kif ukoll dwar it-tliet kumpaniji tal-ajru preżenti waqt is-smigħ. Id-DGCA Indoneżjan ta preżentazzjoni wkoll dwar l-iżvilupp tas-sistema ta' ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza. Id-DGCA Indoneżjan stieden lill-Kummissjoni għal żjara ta' verifika fuq il-post. Tali missjoni toħloq l-opportunità biex ikun eżaminat il-progress u biex ikun determinat il-livell tal-implimentazzjoni attwali tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali fl-awtorità u l-kumpaniji tal-ajru.

(33)

Il-kumpaniji tal-ajru Citilink, Lion Air u Batik Air għamlu preżentazzjonijiet dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni min-naħa tagħhom tal-ġestjoni tas-sikurezza, fil-biċċa l-kbira f'konformità mal-preżentazzjoni tagħhom waqt il-laqgħa teknika tad-29 ta' Ottubru.

(34)

F'ittra tat-22 ta' Ottubru 2015, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda kienu ġew iċċertifikati mill-aħħar aġġornament, jiġifieri l-AOC Nru 135-054 kien inħareġ għall-Alda Trans Papua u l-AOC Nru 135-059 kien inħareġ għall-Weststar Aviation Indonesia. Madankollu, id-DGCA Indoneżjan ma forniex evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'dik l-istess ittra, id-DGCA Indoneżjan informa lill-Kummissjoni li l-AOC tal-kumpaniji tal-ajru Pacific Royale Airways (AOC 121-045), Air Maleo (AOC 121-041, għall-operazzjonijiet domestiċi ta' merkanzija biss), Manunggal Air Service (AOC 121-020), Nusantara Buana Air (AOC 135-041), Survai Udara Penas (Persero, AOC 135-006) uAsconusa Air Transport (AOC 135-022) kienu ġew irrevokati.

(35)

Għalkemm jista' jiġi nnutat progress minn mindu saret il-verifika tal-ICAO f'Mejju 2014 u anke mil-laqgħa teknika f'Ottubru, il-verifika tat-titjib hija prerekwiżit biex tinkiseb il-kunfidenza fis-sigurtà meħtieġa biex ikun ikkunsidrat iktar illaxkar tal-projbizzjoni operattiva fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru Indoneżjani. Għaldaqstant, fl-2016 għandha tiġi organizzata żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-UE sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Bħalissa, madankollu, ma hemmx biżżejjed evidenza biex tappoġġa deċiżjoni fir-rigward ta' aktar tnaqqis tal-projbizzjoni operattiva għall-kumpaniji tal-ajru mill-Indoneżja, inkluż fir-rigward ta' Citilink, Lion Air u Batik Air.

(36)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkludi l-Alda Trans Papua u l-Weststar Aviation fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Il-Pacific Royale Airways, il-Manunggal Air Service, in-Nusantara Buana Air, il-Survai Udara Penas u l-Asconusa Air Transport għandhom jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru mill-Iran

(37)

Il-kumpanija tal-ajru Iran Air, iċċertifikata milll-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (“CAOIRI”), kienet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fit-30 ta' Marzu 2010. Wara żjara ta' valutazzjoni fuq il-post, ir-restrizzjonijiet operattivi għall-flotta tal-Iran Air ġew speċifikati aktar fil-5 ta' Lulju 2010.

(38)

L-Iran Air forniet informazzjoni dwar il-flotta preżenti tagħha lill-Kummissjoni, appoġġata minn dokumentazzjoni rilevanti. Din talbet li teskludi l-inġenji tal-ajru kollha tat-tip A320 mir-restrizzjonijiet operattivi, biex l-Iran Air tkun tista' topera wkoll l-inġenju tal-ajru ġdida tagħha A320 fl-Unjoni. Skont l-informazzjoni mogħtija minn Iran Air, l-età medja tal-flotta A320 tal-Iran Air hija inqas mill-età medja tal-inġenji tal-ajru li huma permessi li joperaw fl-Unjoni. L-Iran Air issostni wkoll li l-inġenji tal-ajru jistgħu jitħaddmu b'mod affidabbli. Madankollu, peress li ma kienx possibbli li tkun verifikata l-evidenza mogħtija, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ma kienx possibbli li jiżdiedu inġenji tal-ajru ġodda mal-lista ta' inġenji tal-ajru li Iran Air tista' topera fl-Unjoni.

(39)

Skont l-AOC tal-Air Iran, l-għadd ta' inġenji tal-ajru tat-tipi li għandhom permess joperaw fl-Unjoni, naqas. Il-lista ta' inġenji tal-ajru eżentati inklużi fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(40)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, huwa vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-flotta attwali ta' inġenji tal-ajru ta' Air Iran fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru mill-Iraq

(41)

L-EASA kitbet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Iraqina (“ICAA”) f'erba' darbiet differenti mit-13 ta' Ġunju 2014 sas-16 ta' Marzu 2015, fir-rigward ta' tħassib dwar is-sikurezza b'rabta mal-prestazzjoni tal-Iraqi Airways bħala parti mill-programm SAFA. Fir-rigward ta' dak it-tħassib, id-dejta ta' SAFA tirrifletti l-evidenza ta' nuqqas ta' biżżejjed analiżi tal-kawża ewlenija mill-Iraqi Airways.

(42)

Iraqi Airways applikat mal-EASA għal awtorizzazzjoni ta' Operatur ta' Pajjiż Terz (“TCO”) fl-20 ta' Awwissu 2014. L-EASA vvalutat l-applikazzjoni għal TCO tal-Iraqi Airways f'konformità mar-rekwiżiti tal-Parti TCO.

(43)

L-EASA, waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-awtorizzazzjoni TCO tal-Iraqi Airways, uriet tħassib fundamentali fir-rigward tan-nuqqas ta' kapaċità tal-Iraqi Airways li twieġeb dwar tħassib fis-sikurezza li tqajjem u li tissottometti dokumentazzjoni b'rabta mas-sikurezza fil-waqt. Għaldaqstant, l-EASA kkonkludiet li aktar valutazzjoni mhix se twassal għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-Iraqi Airways u li b'hekk din ma tissodisfax ir-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 452/2014. Konsegwentement, fis-16 ta' Lulju 2015, l-EASA ċaħdet, għar-raġunijiet ċari ta' sikurezza kif deskritt hawn fuq, l-applikazzjoni TCO tal-Iraqi Airways.

(44)

Fit-28 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA. L-ittra kienet tirrappreżenta l-ftuħ tal-konsultazzjonijiet uffiċjali mal-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza regolatorja tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F'din l-ittra, il-Kummissjoni spjegat li l-bażi għall-ftuħ ta' dawn il-konsultazzjonijiet uffiċjali dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' Iraqi Airways bħala parti mill-programm SAFA kif ukoll id-deċiżjoni negattiva meħuda mill-EASA fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Iraqi Airways għal awtorizzazzjoni TCO.

(45)

Fis-27 ta' Ottubru 2015 il-Kummissjoni kitbet lill-ICAA u lill-Iraqi Airways biex tinforma liż-żewġ partijiet li l-każ tal-Iraqi Airways kien twiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-24 sas-26 ta' Novembru 2015 tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li kemm l-ICAA kif ukoll l-Iraqi Airways jingħataw l-opportunità li jinstemgħu quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(46)

Fit-3 ta' Novembru 2015, seħħet konferenza telefonika vidjo bejn il-Kummissjoni, l-EASA, l-Istati Membri u r-rappreżentanti kemm mill-ICAA u mill-Iraqi Airways. Waqt il-konferenza telefonika vidjo, l-ICAA tat ħarsa ġenerali tal-funzjonijiet tagħha, inklużi l-prinċipji bażiċi tat-twettiq tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Informazzjoni oħra mogħtija mill-ICAA kienet tinkludi ħarsa ġenerali tas-superviżjoni li tapplika għall-Iraqi Airways kif ukoll dwar kif l-ICAA ssegwi l-informazzjoni marbuta mal-programm SAFA. Waqt din il-konferenza, il-preżentazzjoni tal-Iraqi Airways kienet tinkludi biss ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni b'rabta mas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kwalità tagħha u proċessi oħra b'rabta mas-sikurezza.

(47)

Fil-25 ta' Novembru 2015, l-ICAA u l-Iraqi Airways instemgħu wkoll quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru. Fost elementi oħra, l-ICAA rrapportat li għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal seba' entitajiet b'AOC, fosthom l-Iraqi Airways. L-ICAA pprovdiet ukoll sommarju tal-azzjonijiet ippjanati sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha. L-EASA tat informazzjoni dwar it-tħassib tas-sikurezza li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni negattiva tagħha dwar it-TCO.

(48)

Iraqi Airways ressqet għadd ta' elementi, inkluża informazzjoni mill-analiżi u s-segwitu SAFA tagħha. Il-preżentazzjoni ma tatx biżżejjed evidenza tal-funzjonament dettaljat tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kwalità tal-Iraqi Airways. L-informazzjoni mogħtija minn Iraqi Airways ma kinitx biżżejjed fin-natura tagħha sabiex tindirizza bis-sħiħ it-tħassib dwar is-sikurezza li wassal għad-deċiżjoni negattiva tal-EASA li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni TCO tal-Iraqi Airways.

(49)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex il-kumpanija tal-ajru Iraqi Airways tiżdied mal-lista fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(50)

Peress li din l-inklużjoni hija konsegwenza diretta tad-deċiżjoni negattiva dwar l-awtorizzazzjoni TCO mill-EASA, il-Kummissjoni beħsiebha terġa' tqis dik l-inklużjoni, jekk u meta l-EASA tgħarrafha li hi tqis li l-kundizzjonijiet ġew sodisfatti biex l-EASA tieħu deċiżjoni pożittiva bħala parti mill-Parti-TCO fir-rigward tal-Iraqi Airways.

Kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(51)

Sa minn Lulju 2009, il-kumpaniji tal-ajru kollha ċertifikati fil-Każakistan, ħlief għal waħda, huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva sħiħa, primarjament minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-awtorità responsabbli mis-sorveljanza tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċertifikati fil-Każakistan (il-Kumitat tal-Avjazzjoni ĊIvili tal-Każakistan; (“CAC”) li timplimenta u tinforza standards tas-sikurezza internazzjonali. Eċċezzjoni parzjali kienet magħmula għall-kumpanija tal-ajru Air Astana. Air Astana ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u tħalliet topera fl-Unjoni b'parti mill-flotta tagħha, u llimitatat għal-livell tal-operazzjonijiet tagħha f'dak iż-żmien.

(52)

Fl-2014, wara titjib fir-rekords SAFA, Air Astana tħalliet iżżid il-livell ta' operazzjonijiet fl-Unjoni, iżda biss bit-tip ta' inġenju tal-ajru li kienet permessa topera lejn l-Unjoni mill-2009.

(53)

Air Astana kienet ċertifikata mill-ġdid mis-CAC f'April 2015 u taħt l-Awditu tas-Sikurezza Operazzjonali (“IOSA”) tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (“IATA”) f'Mejju 2015. Il-kumpanija tal-ajru tat aġġornamenti regolari dwar l-operazzjonijiet ta' titjir, ta' taħriġ u l-attivitajiet ta' manutenzjoni tagħha. L-awditu ta' Air Astana mwettaq mill-EASA f'Ottubru 2015 fil-qafas tal-Parti TCO, ma żvela l-ebda evidenza ta' nuqqasijiet ta' konformità mal-istandards internazzjonali. Air Astana nstabet li kellha biżżejjed persunal u li kienet ġestita b'mod effettiv minn tim ta' ġestjoni internazzjonali kompetenti, flimkien ma' persunal lokali. L-organizzazzjoni żviluppat kultura tas-sikurezza b'saħħitha u kredibbli. Għaldaqstant, it-tim ta' awditu tal-EASA rrakkomanda lil Air Astana għal awtorizzazzjoni TCO mingħajr sejbiet.

(54)

Għall-fini tal-għoti ta' informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-sikurezza fil-Każakistan, is-CAC ġie mistieden sabiex jinstema' fil-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fl-24 ta' Novembru 2015. Din indikat li għadd ta' azzjonijiet qed jitwettqu biex jindirizzaw in-nuqqasijiet imsemmija mill-ICAO fl-2014 bħala parti mill-ICVM, inkluż l-SSC fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru. Dawk l-azzjonijiet jinkludu l-istabbiliment ta' programm ta' taħriġ għall-ispetturi tas-sikurezza tal-avjazzjoni u t-titjib tal-proċeduri fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u tal-ħruġ ta' approvazzjonijiet speċifiċi. Fir-rigward tal-SSC, is-CAC indika li r-riżoluzzjoni tiegħu mhix mistennija qabel tmiem l-2015, l-aktar bikri. Barra minn hekk, f'Novembru 2015, l-awtoritajiet kompetenti tal-Każakistan iffirmaw Memorandum ta' Ftehim ma' fornitur ta' servizzi ta' konsulenza, bil-ħsieb li jogħla l-livell ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards rilevanti tas-sikurezza fil-Każakistan. Is-CAC indika wkoll li, fl-2015, total ta' 12-il operatur li kien qed jissorvelja ġew ċertifikati mill-ġdid u li tneħħew 5 AOCs. Filwaqt li dawn huma żviluppi pożittivi, tibqa' xi inċertezza importanti b'rabta mal-livell ta' konformità taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u tal-proċessi tal-approvazzjoni, kif ukoll dwar l-effettività tal-miżuri regolatorji implimentati bi tweġiba għas-SSC.

(55)

Air Astana kienet mistiedna wkoll biex tinstema' waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru li saret fl-24 ta' Novembru 2015. Air Astana tat evidenza li stabbiliet proċess tal-ġestjoni tas-sikurezza stabbli u effettiv biex tindirizza l-periklu għas-sikurezza, twettaq analiżi tal-kawża ewlenija u tħeġġeġ kultura ta' sikurezza fi ħdan l-organizzazzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-kumpanija tal-ajru wriet il-kapaċità li ġġesti bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni u l-volum tal-attivitajiet tagħha b'mod sikur u effiċjenti. Barra minn hekk, Air Astana żgurat li s-sorveljanza tal-flotta tagħha titwettaq f'konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali tas-sikurezza.

(56)

Il-kumpanija tal-ajru SCAT JSC, iċċertifikata fil-Każakistan, talbet li tinstema' mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, u dan seħħ fl-24 ta' Novembru 2015. Il-kumpanija tal-ajru lestiet ċertifikazzjoni IOSA b'suċċess. Skont l-informazzjoni mogħtija minn SCAT JSC, għadd mill-inġenji tagħha tat-tip Boeing B-737 u B-757 huma reġistrati fil-Litwanja. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-progress miksub minn SCAT JSC, il-kumpanija tal-ajru naqset milli tipprovdi evidenza li l-operazzjonijiet tat-titjir tagħha, kif ukoll l-ajrunavigabbiltà u l-manutenzjoni kontinwi tal-inġenji tal-ajru tagħha, qed jitwettqu b'konformità mal-istandards tas-sikurezza applikabbli.

(57)

Abbażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż kif mogħti waqt is-smigħ tal-24 ta' Novembru 2015, ġie konkluż li l-proġett għal riforma regolatorja fil-Każakistan fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili qed jagħmel progress kajman. Madankollu, bħala prova ta' progress aktar fond, l-SSC pendenti fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru għandhom jiġu solvuti qabel illaxkar sostanzjali tar-restrizzjonijiet kif japplikaw bħalissa għal kumpaniji tal-ajru sorveljati mis-CAC, ħlief għal Air Astana, jistgħu jitqiesu.

(58)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ir-riżultati pożittivi tal-awditu TCO tal-Air Astana u l-ispjegazzjonijiet tagħha mogħtija waqt is-smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, huwa meqjus li l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' projbizzjoni parzjali fuq Air Astana ma għadhomx preżenti.

(59)

Fir-rigward ta' SCAT JSC, il-Kummissjoni beħsiebha teżamina dan il-każ aktar, biex tiżgura li kwalunkwe laxkar potenzjali futur tal-projbizzjoni operattiva fuq SCAT JSC mhux se jsarraf f'riskji għas-sikurezza għal operazzjonijiet fl-Unjoni.

(60)

Għaldaqstant, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Air Astana titneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(61)

L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Astana skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mil-Libanu

(62)

Konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Libaniża (“CAA Libaniża”), se jissoktaw bil-għan li jikkonfermaw li l-Libanu qed jimplimenta l-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat bi tweġiba għas-sejbiet u l-SSC ibbażat fuq l-ICVM ta' Diċembru 2012.

(63)

Fl-4 ta' Novembru 2015, rappreżentanti mis-CAA Libaniż u l-kumpaniji tal-ajru tagħhom Middle East Airlines u Wings of Lebanon attendew laqgħa teknika fi Brussell mal-Kummissjoni u l-EASA, biex jagħtu aġġornament dwar il-progress li qed isir mis-CAA Libaniż, speċjalment dwar ir-riżoluzzjoni tal-SSC, dwar l-istabbiliment ta' Bord tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili u dwar is-separazzjoni tal-funzjonijiet tas-sorveljanza tas-sikurezza minn funzjonijiet ta' għoti tas-servizzi li bħalissa jinstabu t-tnejn fis-CAA Libaniż.

(64)

Is-CAA Libaniż ta informazzjoni addizjonali lill-ICAO fir-rigward tal-SSC u preżenta din l-informazzjoni waqt il-laqgħa teknika. Is-CAA Libaniż reċentement stieden lill-ICAO biex jivverifikaw l-azzjonijiet korrettivi, iżda dan għadu jrid isir. Issemma li d-Direttorat tas-Sikurezza tat-Titjiriet tagħha, id-direttorat responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni u għas-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru, għandha pożizzjoni iktar indipendenti fis-CAA Libaniż, għalkemm dan ma kienx appoġġat minn evidenza ċara waqt il-laqgħa teknika.

(65)

Il-kumpanija tal-ajru Middle East Airlines tat preżentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-operazzjonijiet u tas-sikurezza tagħha u l-kumpanija tal-ajru dehret li tinsab fil-kontroll tal-proċessi fl-oqsma tal-operazzjonijiet tal-ajru li fihom is-sikurezza hija kritika, it-taħriġ tal-ekwipaġġ, il-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza. L-EASA tat informazzjoni dwar il-fatt li laqgħa reċenti mal-Middle East Airlines, fil-qafas tat-applikazzjoni tagħha għal awtorizzazzjoni TCO, ħalliet riżultati pożittivi. Il-kumpanija tal-ajru regolarment torganizza awditi minn partijiet terzi sabiex ittaffi n-nuqqas ta' sorveljanza tas-sikurezza mill-awtorità tagħha stess u biex titjieb aktar l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(66)

Il-kumpanija tal-ajru Wings of Lebanon ppreżentat l-operazzjoni tagħha b'inġenju tal-ajru wieħed biss u l-proċessi tas-sikurezza li għandu fis-seħħ. Reċentement, il-persuni fl-aktar karigi ewlenin ta' din il-kumpanija tal-ajru nbidlet u dan wassal għal titjib fil-proċeduri operattivi fi ħdan il-kumpanija tal-ajru u tat bidu tajjeb għall-iżvilupp ta' sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza.

(67)

It-titjib fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza, peress li huma inkrementali, flimkien ma' miżuri ta' mitigazzjoni meħuda mill-Middle East Airlines u l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza, ma jiġġustifikawx, f'dan l-istadju, deċiżjoni li tkun imponuta projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Libanu. Madankollu, biex tkun monitorjata s-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libanu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(68)

Għalhekk, b'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mil-Libanu.

(69)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar

(70)

Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Madagascar, l-Aviation Civile de Madagascar (“ACM”). Fuq talba tal-ACM, saret laqgħa fi Brussell fit-2 ta' Ottubru 2015 bejn, minn naħa waħda, il-Kummissjoni, l-EASA u Stat Membru u min-naħa l-oħra, l-ACM u l-kumpanija tal-ajru Air Madagascar.

(71)

Matul dik il-laqgħa, l-ACM u l-Air Madagascar taw informazzjoni dwar il-progress li sar miż-żewġ organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni preventivi u korrettivi li jimplimentaw biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sikurezza msemmija fil-premessi 66 sa 74 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2011. Kemm l-ACM kif ukoll l-Air Madagascar jikkunsidraw li dawk in-nuqqasijiet tas-sikurezza ġew indirizzati kif suppost; L-ACM talbet valutazzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet operattivi imposti fuq l-Air Madagascar.

(72)

Il-progress rapportat mill-ACM fir-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO kif ukoll l-informazzjoni fornuta mill-ACM u mill-kumpanija tal-ajru Air Madagascar fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva rispettivi tagħhom ġew innotati mill-Kummissjoni. Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress miksub mill-ACM u l-kumpanija tal-ajru Air Madagascar, u anke meta wieħed iqis il-progress ulterjuri mistenni, madankollu l-kundizzjonijiet għall-illaxkar tal-projbizzjoni parzjali attwali fuq Air Madagascar għadhom ma ġewx issodisfati. Verifika tal-implimentazzjoni attwali ta' standards internazzjonali tas-sikurezza tibqa' meħtieġa. L-ACM jeħtieġ li tikkonsolida l-esperjenza tagħha fir-rigward tal-proċessi l-ġodda li tkun implimentat. F'dan ir-rigward, żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Madagascar tista' tkun ikkunsidrata għall-ewwel kwart tal-2016. Barra minn hekk, attwalment, ma hemmx biżżejjed evidenza ta' sostenn li tiġġustifika kwalunkwe laxkar tar-restrizzjonijiet operattivi fuq il-kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar.

(73)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Madagascar.

Kumpaniji tal-ajru mill-Mozambique

(74)

Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni, li twettqet f'April 2015, ippermettiet lill-Kummissjoni li tikkonkludi li, filwaqt li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili kompetenti fil-Mozambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”) urew progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, għad fadal nuqqasijiet importanti fis-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fil-Mozambique. Għaldaqstant ġie deċiż li l-Kummissjoni, b'appoġġ mill-EASA, tagħti assistenza teknika lill-IACM, bil-għan li tgħin biex jissolvew in-nuqqasijiet li baqa' u tikkonkludi l-proċess tal-bini tal-kapaċità interna neċessarju biex tintlaħaq is-sostenibbiltà meħtieġa.

(75)

Fit-12 ta' Ottubru 2015 inbeda proġett ta' assistenza teknika u dan se jibqa' għaddej sa kmieni Ġunju 2016. L-ewwel fażi tal-proġett tat xi riżultati inizjali. Rieżami profond tal-qafas legali u tar-regolamenti applikabbli tal-avjazzjoni wasslet għall-identifikazzjoni ta' korrezzjonijiet u ta' titjib għal adozzjoni iktar tard. Il-prinċipji u l-istruttura ta' għadd ta' atti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni ċivili qed jitqiesu għal adattament għall-ispeċifiċitajiet tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Mozambique. Qed jitnieda sforz iffukat biex ikunu indirizzati sistematikament is-sejbiet kollha miftuħa tal-ICAO USOAP, bil-ħsieb li jittejjeb b'mod sinifikanti l-proporzjon ta' implimentazzjoni effettiva. Kien hemm sessjoni ta' kuntatti mal-kumpaniji tal-ajru eżistenti kollha u twettaq rieżami tal-istatus ta' ċertifikazzjoni tagħhom. Għadd ta' protokolli ta' kooperazzjoni qed jiġu kkunsidrati sabiex jirrinforzaw uħud mill-iktar oqsma vulnerabbli tal-IACM. Ġiet varata l-identifikazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi interni kollha tal-IACM li jirrikjedu tiġdid sinifikanti.

(76)

Proġett ta' assistenza teknika fuq perjodu qasir inbeda fl-14 ta' Settembru 2015 u ntemm fit-13 ta' Novembru 2015. Dan ta taħriġ fuq il-lant tax-xogħol u gwida dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi u ffukar tas-sorveljanza, b'mod partikolari, fuq l-Ajruport Internazzjonali ta' Nacala ġdid u l-Ajruport Internazzjonali ta' Beira eżistenti.

(77)

Madankollu, l-kapaċità tal-IACM li tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-Mozambique, f'dan l-istadju, mhix f'livell suffiċjenti skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għaldaqstant ma hemmx evidenza biżżejjed biex tappoġġa deċiżjoni dwar il-laxkar tal-projbizzjoni operattiva tal-kumpaniji tal-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Mozambique.

(78)

Skont il-lista mogħtija mill-IACM fil-5 ta' Novembru 2015, tliet kumpaniji tal-ajru ġodda ġew iċċertifikati fil-Mozambique, li huma l-Ambassador Lda (AOC MOZ-21), l-Everett Aviation Lda (AOC MOZ-18) u l-Inaer Aviation Mozambique Lda (AOC MOZ-19). Madankollu, l-IACM ma setax iforni evidenza li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Permezz ta' din l-istess lista, l-IACM infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs tal-kumpaniji tal-ajru Aero-Serviços Sarl (AOC MOZ-08), Emílio Air Charter Lda (AOC MOZ- 05) u Unique Air Charter Lda (AOC MOZ- 13), li qabel kienu sospiżi matul il-proċess ta' ċertifikazzjoni mill-ġdid issa ġew revokati, minħabba li naqsu milli jlestu dak il-proċess.

(79)

Għaldaqstant, b'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tkun emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni operattiva fl-Unjoni biex fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tkun tinkludi l-kumpaniji tal-ajru Ambassador Lda, Everett Aviation Lda u Inaer Aviation Mozambique Lda, u biex mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Aero-Serviços Sarl, Emílio Air Charter Lda u Unique Air Charter Lda.

Kumpaniji tal-ajru min-Nepal

(80)

Il-Kummissjoni kompliet il-konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”) biex tistabbilixxi l-kapaċitajiet tal-CAAN li timplimenta u li tinforza biżżejjed l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza.

(81)

Il-Kummissjoni u l-EASA żaru lill-CAAN mill-5 sad-9 ta' Ottubru 2015. L-iskop ta' din iż-żjara fuq il-post kien biex l-EASA tforni assistenza teknika fil-forma ta' valutazzjoni tal-progress li sar mill-CAAN f'rabta mas-sejbiet tal-verifika tal-ICAO u biex jiġi rivedut il-pjan direzzjonali biex jinkludi u jforni rakkomandazzjonijiet sabiex il-kwistjonijiet pendenti jingħalqu. Il-Kummissjoni ħadet sehem f'din iż-żjara fuq il-post biex teżamina l-progress li jkun sar mill-CAAN b'rabta man-nuqqasijiet li wasslu għall-projbizzjoni fuq il-kumpaniji tal-ajru Nepaliżi imposti f'Diċembru 2013.

(82)

Iż-żjara fuq il-post ikkonfermat li l-CAAN għamel progress bl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Skont l-ICAO, il-pjan ta' azzjoni korrettiva abbozzat mill-CAAN jindirizza bis-sħiħ is-sejbiet, inklużi s-sejbiet li wasslu għall-SSC tal-ICAO. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ma setgħetx tiġi vverifikata matul iż-żjara fuq il-post. Is-SSC b'rabta mal-operazzjonijiet bl-ajru għadu fis-seħħ. Il-CAAN jipprevedi missjoni tat-Tim tas-Sikurezza tal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO f'Diċembru 2015 biex titwettaq valutazzjoni inizjali tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi, bil-għan li jkun hemm ICVM possibbli fl-ewwel kwart tal-2016. Matul din l-ICVM, l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet korrettivi għandha tkun ivverifikata mill-ICAO. Il-CAAN tapplika programm ta' verifika regolari fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha u fuq fornituri oħrajn tas-servizzi taħt is-sorveljanza tagħha. Madankollu, il-programm ta' spezzjoni jeħtieġ jiġi żviluppat iktar.

(83)

Matul laqgħa mal-Ministru tal-Italja għat-Turiżmu, il-Kultura u l-Avjazzjoni Ċivili, ġie enfasizzat li l-għoti tas-setgħa sħiħa lill-CAAN biex jiffunzjonaw indipendentement mil-livell politiku fil-funzjonijiet relatati mas-sikurezza, u li jkollu biżżejjed persunal u li dan il-persunal ikun kwalifikat huma elementi neċessarji fit-titjib tas-sistema ta' sorveljanza tal-avjazzjoni fin-Nepal. Il-Ministru informa li aktar emendi fl-Att tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal qed jitħejjew sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet istituzzjonali u l-indipendenza tal-funzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza mill-fornituritas-servizz u li l-CAAN huwa appoġġat b'mod sħiħ fir-rigward tar-riżoluzzjoni tas-sejbiet kollha.

(84)

Fis-7 u fit-8 ta' Ottubru 2015, il-kumpaniji tal-ajru Buddha Air, Yeti Airlines, Tara Air u Nepal Airlines Corporation, reġistrati fin-Nepal, irċevew żjara mill-Kummissjoni u l-EASA sabiex dawn iwettqu eżami tal-iżviluppi mill-aħħar żjara fi Frar 2014. L-erba' kumpaniji tal-ajru ġew iċċertifikati mill-ġdid f'konformità mal-approċċ f'ħames fażijiet u l-CAAN qed twettaq sorveljanza regolari. L-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza u l-kultura tas-sikurezza f'dawn il-kumpaniji tal-ajru tinsab fi stadji differenti ta' maturità u għalkemm xi wħud minnhom huma b'mod ċar aktar avvanzati minn oħrajn, l-ebda kumpanija tal-ajru attwalment ma tissodisfa l-istandards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza.

(85)

Il-CAAN forniet ukoll informazzjoni li kienu ġew iċċertifikati żewġ kumpaniji tal-ajru ġodda. Is-Saurya Airlines kien inħarġilha AOC bin-numru 083/2014 fit-13 ta' Novembru 2014 u l-Himalaya Airlines kien inħarġilha AOC bin-numru 084/2015 fid-09 ta' Marzu 2015. Madankollu, il-CAAN ma setax iforni evidenza li turi li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk il-kumpaniji tal-ajru hija żgurata f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(86)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tinkludi s-Saurya Airlines u l-Himalaya Airlines fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

Kumpaniji tal-ajru mill-Filippini

(87)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Filippini u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq kumpaniji tal-ajru Filippini b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(88)

Qabel il-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini (“CAAP”) forniet ċertu informazzjoni teknika lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sorveljanza tagħha tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Filippini. L-informazzjoni mogħtija inkludiet li bħalissa hemm 38 persuna li għandhom l-AOC attiva fil-Filippini. It-tim ta' ġestjoni tal-CAAP li sa issa kien ikkontribwixxa għat-titjib pożittiv fl-Avjazzjoni Ċivili Filippina għadu fis-seħħ u għadu impenjat għall-programm tiegħu ta' titjib kontinwu. Barra minn hekk, l-informazzjoni mogħtija mis-CAAP u l-analiżi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-inċidenti u l-aċċidenti ma tindikax li hemm xejriet inkwetanti fir-rigward ta' kumpaniji tal-ajru ċċertifikati tal-Filippini.

(89)

Philippine Airlines, Air Philippines' Corporation u Cebu Pacific Air kienu soġġetti għal ispezzjonijiet SAFA tar-rampi fl-imgħoddi riċenti. Ir-rapporti jindikaw li ma hemmx xejriet avversi marbuta ma' dawn l-ispezzjonijiet tas-SAFA fir-rampa.

(90)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Filippini.

(91)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru mill-Filippini mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa

(92)

Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri komplew jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq ċerti kumpaniji tal-ajru Russi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(93)

Fit-23 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA u ta' Stat Membru, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (“FATA”). L-għan ta' din il-laqgħa kien li jiġu riveduti l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru Russi waqt l-ispezzjonijiet SAFA tar-rampi għall-perjodu bejn l-20 ta' Settembru 2014 u d-19 ta' Ottubru 2015 u li jidentifikaw każijiet li jeħtieġu attenzjoni speċifika.

(94)

Matul din il-laqgħa, il-Kummissjoni indikat in-nuqqas ta' analiżi xierqa tal-kawżi ewlenin minn xi operaturi bi proporzjon SAFA ta' tnejn (2) jew ogħla. FATA ddikjarat li s-sejbiet imqajma matul l-ispezzjonijiet SAFA qed jiġu analizzati regolarment u li l-effettività tal-azzjoni korrettiva tal-operaturi tiġi sorveljata kostantement. Il-FATA impenjat ruħha li ssegwi dawk il-każijiet fejn in-nuqqasijiet ta' konformità għadhom ma ġewx rettifikati sew u li jipprovdu lill-Kummissjoni b'aġġornamenti dwar l-istatus ta' dawk il-każijiet. Barra minn hekk, il-FATA forniet aġġornament dwar l-iktarkażijiet reċenti ta' sospensjoni u ta' revoka ta' AOCs ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għas-sorveljanza tagħha.

(95)

Mill-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li l-awtoritajiet Russi tal-avjazzjoni jew il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa ma għandhomx għalfejn jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Madankollu, ġie maqbul li l-laqgħat regolari ta' esperti tas-sikurezza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Russi, mill-inqas darba qabel kull laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, għandhom jitkomplew.

(96)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni billi jiġu inklużi l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(97)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(98)

Jekk dawn l-ispezzjonijiet jindikaw riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità mal-istandards rilevanti tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni kontra l-kumpaniji tal-ajru mill-Federazzjoni Russa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru mis-Sudan

(99)

L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (“SCAA”) żammet kuntatti regolari mal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpaniji tal-ajru li ġew irreġistrati fis-Sudan. L-attivitajiet tas-sorveljanza tal-SCAA tjiebu fir-rigward ta' għadd ta' kumpaniji tal-ajru. Għalkemm l-SCAA kien ikkonferma r-rieda tiegħu li jirċievi żjara ta' valutazzjoni fuq il-post f'Ottubru 2015, sussegwentement talab li ż-żjara tiġi posposta sal-bidu tal-2016, sabiex l-SCAA u l-kumpaniji tal-ajru jkollhom aktar żmien biex jimplimentaw l-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(100)

Se titwettaq missjoni ta' valutazzjoni tas-sikurezza biex jiġi identifikat jekk l-SCAA u l-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan jissodisfawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(101)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mis-Sudan.

Kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan

(102)

Wara li kkunsidrat iż-żewġ aċċidenti fatali li esperjenzat il-kumpanija tal-ajru TransAsia Airways (“TNA”) fl-aħħar 18-il xahar, il-Kummissjoni daħlet f'konsultazzjonijiet formali mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajwan (“CAA”) skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006. Is-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA kienu, f'dan il-kuntest, mistiedna għal laqgħa teknika fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2015 mal-Kummissjoni u l-EASA sabiex jiddiskutu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza stabbilita mis-CAA kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza ta' TNA.

(103)

Matul dik il-laqgħa, is-CAA nnotifikat li s-sistema tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza hija mibnija fuq l-istandards u l-prattiki rakkomandati tal-ICAO, u billi għamlet referenza għat-tmien (8) elementi kritiċi tal-ICAO, spjegat kif twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha ta' sorveljanza tas-sikurezza. Is-CAA tat f'aktar dettall l-azzjonijiet imnedija wara l-inċidenti u l-aċċidenti li jinvolvu lill-kumpanija tal-ajru TNA matul l-aħħar sentejn. F'konformità mar-regolamenti Tajwaniżi, is-CAA iffriżat ukoll il-livell ta' operazzjonijiet bl-ajru mwettaq mill-kumpanija tal-ajru TNA għal perjodu ta' sena mid-data tat-tieni inċident. Fl-aħħar nett, is-CAA enfasizzat l-impenn tagħha li timplimenta l-Anness 19 tal-ICAO u ħabbret li sal-aħħar tal-2017 se twettaq valutazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tas-Sikurezza (SMS) fuq il-kumpaniji tal-ajru kollha li ġew iċċertifikati fit-Tajwan.

(104)

Matul l-istess laqgħa, il-kumpanija tal-ajru TNA informat lill-Kummissjoni li wara l-inċidenti fatali tal-2014 u tal-2015 hija żviluppat u implimentat Pjan ta' Azzjoni għat-Titjib tas-Sikurezza tat-Titjiriet li jkopru l-oqsma li ġejjin: it-titjib tal-kultura korporattiva, l-inġinerija tal-organizzazzjonijiet, l-implimentazzjoni tal-SMS, it-taħriġ u l-kejl. Huwa rrapporta li fl-2015 saru tibdiliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-kumpanija tal-ajru, inkluż il-wasla ta' persuni ġodda fil-maniġment għoli tal-kumpanija tal-ajru, it-twaqqif ta' dipartiment tal-assigurazzjoni tal-kwalità, l-istabbiliment ta' kumitat għas-sikurezza tat-titjir għat-tfassil ta' politika tas-sikurezza u t-tiġdid tal-flotta, biex l-età medja tal-flotta tkun ta' erba' snin fl-2016. Ittieħdu wkoll azzjonijiet speċifiċi biex jitjieb it-taħriġ tal-ekwipaġġi tat-titjir. Minbarra l-attivatjiet tas-sorveljanza li twettqu mis-CAA, fl-2015 twettqu żjarat ta' valutazzjoni mill-ATR u mill-Fondazzjoni tas-Sikurezza tat-Titjir bl-assistenza ta' Airbus u ta' Bureau Veritas. Iż-żewġ żjarat ta' valutazzjoni fuq il-post wasslu għal serje ta' rakkomandazzjonijiet li ġew indirizzati bi pjan ta' azzjoni korrettiv żviluppat sussegwentament mill-kumpanija tal-ajru TNA.

(105)

Fl-aħħar tal-laqgħa, is-CAA kkonkludiet billi tenniet li l-aspetti kollha tas-settur tal-avjazzjoni fit-Tajwan huma konformi mal-istandards internazzjonali stipulati mill-ICAO u impenjat ruħha li tkompli tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpanija tal-ajru TNA u tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva.

(106)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ġie vvalutat li ma kienx meħtieġ li s-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru u li mhija meħtieġa l-ebda projbizzjoni operattiva fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan. Madankollu, is-CAA u l-kumpanija tal-ajru TNA qablu li jissoktaw konsultazzjonijiet tekniċi sabiex jippermettu lill-Kummissjoni li ssegwi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi u preventivi rispettivi u biex jippermettu li kwistjonijiet relatati mas-sikurezzà jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa.

(107)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajwan.

(108)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajwan skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja

(109)

Permezz ta' ittra tal-14 ta' Ottubru 2015, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja (“CAA tat-Tajlandja”) ipprovdiet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi li jindirizzaw is-SSC tal-ICAO u sejbiet oħra magħmula mill-ICAO u l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni. Ġie nnutat li l-Gvern tat-Tajlandja rnexxielu jorganizza mill-ġdid dak li kien id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f'CAA tat-Tajlandja awtonoma f'temp ta' ftit xhur. Is-CAA tat-Tajlandja rreklutat speċjalisti tekniċi ġodda kif ukoll persunal addizjonali ta' spezzjoni u tinsab fil-proċess li tkompli ssaħħaħ il-forza tax-xogħol tagħha.

(110)

Mid-9 sat-12 ta' Novembru 2015, l-EASA wettqet żjara fit-Tajlandja, inkluż lis-CAA tat-Tajlandja, biex teżamina n-nuqqas ta' konformità identifikat mill-ICAO, fid-dawl tal-applikazzjonijiet TCO minn żewġ kumpaniji tal-ajru Tajlandiżi. L-osservazzjonijiet magħmula mill-EASA huma konsistenti mas-sejbiet tal-ICAO. L-EASA sabet CAA tat-Tajlandja kemxejn dgħajfa u mgħobbija wisq bix-xogħol, iżda nnutat ukoll żviluppi inkoraġġanti. Żviluppi oħra jeħtieġu l-appoġġ politiku u perjodu ta' żmien realistiku u twil biżżejjed biex jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi b'mod sostenibbli.

(111)

Fuq talba tal-Gvern tat-Tajlandja, ġiet organizzata laqgħa teknika fit-23 ta' Novembru 2015, li għaliha attendew il-Kummissjoni, l-EASA, uffiċjali ta' livell għoli tal-gvern Tajlandiż, uffiċjali mis-CAA tat-Tajlandja u rappreżentanti tal-kumpanija tal-ajru Thai Airways International. L-informazzjoni mogħtija matul dik il-laqgħa dwar it-titjib tas-sistema tal-avjazzjoni ċivili Tajlandiża kienet meqjusa sinifikanti wkoll għall-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(112)

Għaldaqstant, id-delegazzjoni Tajlandiża ġie mistieden għal smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru. Is-CAA tat-Tajlandja ppreżentat it-titjib organizzazzjonali u l-pjanijiet ta' azzjoni fuq terminu ta' żmien qasir, medju u twil li gġandu jirrettifika s-sejbiet tal-ICAO u jsolvi l-SSC. F'dak li għandu x'jaqsam mal-iskedi ta' żmien, is-CAA tat-Tajlandja spjegat li huwa meqjus aktar importanti li jkun hemm kwalità għolja fis-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni milli li jkunu stabbiliti skadenzi li ma jkunx realistiku li jintlaħqu. Is-CAA tat-Tajlandja beħsiebha timplimenta r-regolamenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea u qed tagħmel kuntratti mal-EASA u msieħba oħra Ewropej għall-appoġġ ta' din l-implimentazzjoni. Thai Airways ippreżentat dwar l-iżvilupp tal-kumpanija tal-ajru u l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza u l-ġestjoni tas-sikurezza fl-operazzjonijiet tagħha.

(113)

Għalkemm l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza huwa f'livell baxx, kif jidher mir-riżultati tal-verifika tal-ICAO fi Frar 2015, il-gvern u s-CAA tat-Tajlandja juru impenn ċar biex itejbu s-sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza fit-Tajlandja u taw evidenza li turi li fi żmien qasir diġà inkiseb progress rilevanti. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza fuq il-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja ma tappoġġax deċiżjoni li tkun imposta projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi. Biex tkun monitorjata s-sitwazzjoni, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tat-Tajlandja b'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(114)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mit-Tajlandja.

(115)

L-Istati Membri jridu jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fuq il-kumpaniji tal-ajru li ġew iċċertifikati fit-Tajlandja skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(116)

Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza tindika li hemm riskji imminenti tas-sikurezza b'konsegwenza ta' nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista' tkun obbligata tieħu azzjoni ulterjuri b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Kumpaniji tal-ajru miż-Żambja

(117)

Fl-4 ta' Settembru 2015, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”) aġġornat lill-Kummissjoni dwar ix-xogħol marbut mal-pjan ta' azzjoni Żambjan tas-sikurezza. Dan l-aġġornament juri li sar progress tajjeb. Madankollu, ċerti azzjonijiet għadhom fl-istadji finali tagħhom u għadhom ma tlestewx kompletament. Bi qbil reċiproku bejn il-Kummissjoni u ż-ZCAA, ġie deċiż li ż-żjara ta' valutazzjoni tal-UE tiġi posposta għall-bidu tal-2016.

(118)

Iż-ZCAA mistennija li tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel iktar preparazzjonijiet għal żjara ta' valutazzjoni fuq il-post fil-bidu tal-2016 biex tivverifika l-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards fiż-Żambja.

(119)

Għalhekk, f'konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li f'dan l-istadju ma hemmx raġunijiet biex tiġi emendata l-lista Komunitarja tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru miż-Żambja.

(120)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

(121)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness A ta' dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness B ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2015

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tal-It-Tlieta, 29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).


ANNESS A

LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

Isem l-entità ġuridika tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-Operatur

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

PAMIR AIRLINES

Mhux magħruf

PIR

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

SAFI AIRWAYS

AOC 181

SFW

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Angola

AEROJET

AO 008-01/11

TEJ

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR GICANGO

009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR JET

AO 006-01/11-MBC

MBC

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR NAVE

017

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR26

AO 003-01/11-DCD

DCD

Ir-Repubblika tal-Angola

ANGOLA AIR SERVICES

006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

DIEXIM

007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

FLY540

AO 004-01 FLYA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

GIRA GLOBO

008

GGL

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIANG

010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

HELIMALONGO

AO 005-01/11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

MAVEWA

016

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Angola

SONAIR

AO 002-01/10-SOR

SOR

Ir-Repubblika tal-Angola

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Benin

AERO BENIN

PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

AEB

Ir-Repubblika tal-Benin

AFRICA AIRWAYS

Mhux magħruf

AFF

Ir-Repubblika tal-Benin

ALAFIA JET

PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN GOLF AIR

PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS.

BGL

Ir-Repubblika tal-Benin

BENIN LITTORAL AIRWAYS

PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

LTL

Ir-Repubblika tal-Benin

COTAIR

PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS.

COB

Ir-Repubblika tal-Benin

ROYAL AIR

PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS

BNR

Ir-Repubblika tal-Benin

TRANS AIR BENIN

PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS

TNB

Ir-Repubblika tal-Benin

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Kongo

AERO SERVICE

RAC06-002

RSR

Ir-Repubblika tal-Kongo

CANADIAN AIRWAYS CONGO

RAC06-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EMERAUDE

RAC06-008

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAFLIGHT SERVICES

RAC 06-003

EKA

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Ir-Repubblika tal-Kongo

EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A.

RAC 06-014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

MISTRAL AVIATION

RAC06-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Kongo

TRANS AIR CONGO

RAC 06-001

TSG

Ir-Repubblika tal-Kongo

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0112/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TVC/0053/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

409/CAB/MIN/TVC/0056/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR TROPIQUES

409/CAB/MIN/TVC/00625/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE AIRLINES

106/CAB/MIN/TVC/2012

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BLUE SKY

409/CAB/MIN/TVC/0028/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

409/CAB/MIN/TVC/0064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA)

409/CAB/MIN/TVC/0050/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO AIRWAYS

019/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DAKOTA SPRL

409/CAB/MIN/TVC/071/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

DOREN AIR CONGO

102/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TVC/011/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

409/CAB/MIN/TVC/0059/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KORONGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/001/2011

KGO

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

098/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TVC/009/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVE AIR

004/CAB/MIN/TVC/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVICES AIR

103/CAB/MIN/TVC/2012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

409/CAB/MIN/TVC/0084/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

TRANSAIR CARGO SERVICES

409/CAB/MIN/TVC/073/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

WILL AIRLIFT

409/CAB/MIN/TVC/0247/2011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

PUNTO AZUL

2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

TANGO AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Gaboniża

AFRIC AVIATION

010/MTAC/ANAC-G/DSA

EKG

Ir-Repubblika Gaboniża

ALLEGIANCE AIR TOURIST

007/MTAC/ANAC-G/DSA

LGE

Ir-Repubblika Gaboniża

NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T)

008/MTAC/ANAC-G/DSA

NRG

Ir-Repubblika Gaboniża

SKY GABON

009/MTAC/ANAC-G/DSA

SKG

Ir-Repubblika Gaboniża

SOLENTA AVIATION GABON

006/MTAC/ANAC-G/DSA

SVG

Ir-Repubblika Gaboniża

TROPICAL AIR-GABON

011/MTAC/ANAC-G/DSA

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Gaboniża

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR BORN INDONESIA

135-055

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALDA TRANS PAPUA

135-056

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ALFA TRANS DIRGANTATA

135-012

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ANGKASA SUPER SERVICES

135-050

LBZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

SQS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

121-043

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

VIT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

BATIK AIR

121-050

BTK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

CITILINK INDONESIA

121-046

CTV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

DRZ

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

EASTINDO

135-038

ESD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG LINTAS INDONESIA

135-052

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ELANG NUSANTARA AIR

135-053

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ENGGANG AIR SERVICE

135-045

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

ERSA EASTERN AVIATION

135-047

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

HEAVY LIFT

135-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA EXTRA

121-054

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

121-034

IDA

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JAYAWIJAYA DIRGANTARA

121-044

JWD

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

JOHNLIN AIR TRANSPORT

135-043

JLB

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KAL STAR

121-037

KLS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KOMALA INDONESIA

135-051

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

KUR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

LION MENTARI AIRLINES

121-010

LNI

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MARTABUANA ABADION

135-049

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MATTHEW AIR NUSANTARA

135-048

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MIMIKA AIR

135-007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

MY INDO AIRLINES

121-042

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NAM AIR

121-058

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

NUSANTARA AIR CHARTER

121-022

SJK

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PEGASUS AIR SERVICES

135-036

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SAYAP GARUDA INDAH

135-004

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

SURYA AIR

135-046

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSNUSA AVIATION MANDIRI

121-048

TNU

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

TWT

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE

121-038

XAR

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

TVV

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRI MG INTRA ASIA AIRLINES

121-018

TMG

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

UNINDO

135-040

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WESTSTAR AVIATION INDONESIA

135-059

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

WING ABADI AIRLINES

121-012

WON

Ir-Repubblika tal-Indoneżja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni tal-Air Astana, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AIR ALMATY

AK-0483-13

LMY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ATMA AIRLINES

AK-0469-12

AMA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR

AK-0467-12

SAP

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEK AIR

AK-0463-12

BEK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BEYBARS AIRCOMPANY

AK-0473-13

BBS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

BURUNDAYAVIA AIRLINES

KZ-01/001

BRY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

COMLUX-KZ

KZ-01/002

KAZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EAST WING

KZ-01/007

EWZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

EURO-ASIA AIR

AK-0472-13

EAK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

FLY JET KZ

AK-0477-13

FJK

Ir-Repubblika tal-Każakistan

INVESTAVIA

AK-0479-13

TLG

Ir-Repubblika tal-Każakistan

IRTYSH AIR

AK-0468-13

MZA

Ir-Repubblika tal-Każakistan

JET AIRLINES

KZ-01/003

SOZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIR JET

AK-0474-13

KEJ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAIRTRANS AIRLINE

AK-0466-12

KUY

Ir-Repubblika tal-Każakistan

KAZAVIASPAS

AK-0484-13

KZS

Ir-Repubblika tal-Każakistan

PRIME AVIATION

AK-0478-13

PKZ

Ir-Repubblika tal-Każakistan

SCAT

KZ-01/004

VSV

Ir-Repubblika tal-Każakistan

ZHETYSU AIRCOMPANY

AK-0470-12

JTU

Ir-Repubblika tal-Każakistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR BISHKEK (li qabel kien l-EASTOK AVIA)

15

EAA

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS)

13

CBK

Ir-Repubblika Kirgiża

HELI SKY

47

HAC

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

MANAS AIRWAYS

42

BAM

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP INTERNATIONAL

(li qabel kien l-S GROUP AVIATION)

45

IND

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY BISHKEK

43

BIS

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

39

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TEZ JET

46

TEZ

Ir-Repubblika Kirgiża

VALOR AIR

07

VAC

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GHADAMES AIR TRANSPORT

012/05

GHT

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tal-Mozambique

AMBASSADOR LDA

MOZ-21

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

COA — COASTAL AVIATION

MOZ-15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CPY — CROPSPRAYERS

MOZ-06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

CRA — CR AVIATION LDA

MOZ-14

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

EVERETT AVIATION LDA

MOZ-18

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA

MOZ-11

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

INAER AVIATION MOZAMBIQUE LDA

MOZ-19

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

KAY — KAYA AIRLINES, LDA

MOZ-09

KYY

Ir-Repubblika tal-Mozambique

LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A.

MOZ-01

LAM

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MAKOND, LDA

MOZ-20

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX

MOZ-02

MXE

Ir-Repubblika tal-Mozambique

OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA

MOZ-17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAF — SAFARI AIR LDA

MOZ-12

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA

MOZ-10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tal-Mozambique

TTA — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA

MOZ-16

TTA

Ir-Repubblika tal-Mozambique

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

AIR KASTHAMANDAP

051/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

GOMA AIR

064/2010

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MAKALU AIR

057A/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MANANG AIR PVT LTD

082/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

MUKTINATH AIRLINES

081/2013

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

Ir-Repubblika tan-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tan-Nepal

YETI AIRLINES DOMESTIC

037/2004

NYT

Ir-Repubblika tan-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Sierra Leone

AIR RUM, LTD

MHUX MAGĦRUF

RUM

Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

MHUX MAGĦRUF

DTY

Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

MHUX MAGĦRUF

ORJ

Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

MHUX MAGĦRUF

PRR

Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

MHUX MAGĦRUF

SVT

Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

MHUX MAGĦRUF

Mhux magħruf

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALFA AIRLINES

54

AAJ

Ir-Repubblika tas-Sudan

ALMAJAL AVIATION SERVICE

15

MGG

Ir-Repubblika tas-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Ir-Repubblika tas-Sudan

BENTIU AIR TRANSPORT

29

BNT

Ir-Repubblika tas-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Ir-Repubblika tas-Sudan

DOVE AIRLINES

52

DOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

ELIDINER AVIATION

8

DND

Ir-Repubblika tas-Sudan

FOURTY EIGHT AVIATION

53

WHB

Ir-Repubblika tas-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

Mhux magħruf

Ir-Repubblika tas-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Ir-Repubblika tas-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Ir-Repubblika tas-Sudan

KUSH AVIATION

60

KUH

Ir-Repubblika tas-Sudan

MARSLAND COMPANY

40

MSL

Ir-Repubblika tas-Sudan

MID AIRLINES

25

NYL

Ir-Repubblika tas-Sudan

NOVA AIRLINES

46

NOV

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUDAN AIRWAYS

1

SUD

Ir-Repubblika tas-Sudan

SUN AIR COMPANY

51

SNR

Ir-Repubblika tas-Sudan

TARCO AIRLINES

56

TRQ

Ir-Repubblika tas-Sudan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Iż-Żambja

ZAMBEZI AIRLINES

Z/AOC/001/2009

ZMA

Iż-Żambja


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS B

LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERAZZJONALI FL-UNJONI  (1)

Isem l-entità ġuridika tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru

Stat tal-Operatur

It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

Ir-Repubblika tal-Angola

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 6 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 u 4 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TEG, D2-TEH, D2-TEI, D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH, D2-TBJ.

Ir-Repubblika tal-Angola

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Comoros

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': LET 410 UVP.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': D6-CAM (851336).

Il-Comoros

AFRIJET BUSINESS SERVICE  (2)

002/MTAC/ANAC-G/DSA

ABS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR.

Ir-Repubblika Gaboniża

NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG)

003/MTAC/ANAC-G/DSA

NVS

Ir-Repubblika Gaboniża

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': TR-AAG, ZS-AFG.

Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel

IRAN AIR  (3)

FS100

IRA

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta':

10 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A300 u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta':

 

EP-IBA,

 

EP-IBB,

 

EP-IBC,

 

EP-IBD,

 

EP-IBG,

 

EP-IBI,

 

EP-IBJ,

 

EP-IBS,

 

EP-ICE,

 

EP-ICF,

 

EP-IBK,

 

EP-IBL.

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': P-632, P-633.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

AIR MADAGASCAR

5R-M01/2009

MDG

Il-Madagascar

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737, inġenji tal-ajru tat-tip ATR 72/42 u 3 inġenji tal-ajru tat-tip DHC 6-300.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta': inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip Boeing B737 kif jissemma fl-AOC, inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip ATR 72/42 kif jissemma fl-AOC; 5R-MGC, 5R-MGD, 5R-MGF.

Ir-Repubblika tal-Madagascar


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.

(2)  L-Afrijet jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni.

(3)  L-Iran Air jista' jopera lejn l-Unjoni bl-inġenji tal-ajru speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Premessa (69) tar-Regolament (UE) Nru 590/2010, ĠU L 170, 6.7.2010, p. 15.


Top