Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1921

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1921 tas-26 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

ĠU L 281, 27.10.2015, pp. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1921/oj

27.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1921

tas-26 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) tidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sa fejn l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa.

(3)

Fis-26 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi l-isem tal-persuna deċeduta li għaliha għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti


(1)   ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 il-persuni fiżiċi li ġejjin għandhom jitneħħew mit-taqsima “I. Persuni”.

I.   Persuni

“Amos Bernard MIDZI (Mugenva). Data tat-twelid: 4.7.1952. informazzjoni oħra: (a) Eks Ministru Għall-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri; (b) Eks Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija; (c) Chairman tal-partit ZANU-PF f'Harare, (d) Eks membru tal-Gvern assoċjat mal-fazzjoni ZANU-PF tal-gvern. (e) Organizza konvoj ta' partitarji ZANU-PF u suldati li ħebbu fuq in-nies u qerdu djar f'Ġunju 2008. (f) Kellu rabta mal-vjolenza li seħħet f'Epworth, appoġġja bażijiet militari fl-2008 kif ukoll fl-2011.”


Top