EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1186

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1186 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 193, 21.7.2015, p. 20–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 07/03/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1186/oj

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/20


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1186

tal-24 ta' April 2015

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku tal-ħiters tal-post lokali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE teżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti ddelegati dwar it-tikkettar tal-prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom potenzjal sostanzjali għall-iffrankar fl-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni rilevanti tagħhom f'funzjonalitajiet ekwivalenti.

(2)

Il-ħiters tal-post lokali b'funzjonalità ekwivalenti juru differenzi kbar f'termini tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija li jużaw tammonta għal parti sinifikanti mid-domanda totali għall-enerġija fl-Unjoni. Hemm lok għal tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija tagħhom.

(3)

Il-ħiters tal-post lokali li jużaw bijomassa li mhix tal-injam għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi u għalhekk għandhom jiġu eżentati minn dan ir-Regolament.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati dwar it-tikkettar u t-tagħrif standard dwar il-prodotti sabiex il-manifatturi jkollhom inċentiv itejbu l-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali, sabiex l-utenti aħħarin jitħeġġu jixtru prodotti li jkunu effiċjenti fl-enerġija u sabiex jingħata kontribut għall-funzjonament tas-suq intern.

(5)

Minħabba li l-użu tipiku tal-ħiters tal-post lokali huwa differenti minn dak ta' prodotti oħrajn għat-tisħin tal-post li qed jiġu rregolati u, għalhekk, ukoll il-konsum tal-enerġija tagħhom, dan ir-Regolament għandu jdaħħal skala tat-tikkettar għalihom li tkun differenti minn dik imdaħħla għal prodotti oħrajn għat-tisħin tal-post.

(6)

Minħabba li l-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi jinxtraw direttament mill-professjonisti u mhux mill-konsumaturi aħħarin, dan ir-Regolament mhu qed jistabbilixxi l-ebda rekwiżit tat-tikkettar enerġetiku għalihom.

(7)

Ir-rekwiżiti minimi li japplikaw għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku skont ir-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 (2) jipprovdu t-titjib tekniku massimu potenzjali ta' dawn il-prodotti. B'hekk, mhu se jitħalla l-ebda lok għad-divrenzjar bejniethom. Il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku ma jistgħux jeħdulhom posthom, b'mod dirett, il-ħiters tal-post lokali li jużaw fjuwils oħrajn li jkunu iktar effiċjenti minnhom u għalhekk, it-tikketta mhux se tikseb l-għan tagħha li l-konsumaturi jingħataw tagħrif dwar l-effiċjenza relattiva ta' prodotti differenti.

(8)

Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fil-prodotti għat-tisħin hija konsistenti mal-għan li tiġi promossal-enerġija rinnovabbli. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament idaħħal approċċ speċifiku għall-ħiters tal-post lokali, jiġifieri “fattur tat-tikkettar tal-bijomassa”, li jkun iffissat f'ċertu livell hekk li l-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li jużaw il-pelits biss ikunu jistgħu jiġu kklassifikati fil-klassi A++.

(9)

It-tagħrif mogħti fuq it-tikketta għandu jinkiseb permezz ta' proċeduri tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketti tal-prodotti għall-ħiters tal-post lokali.

(11)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-iskeda tat-tagħrif tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-post lokali.

(12)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għat-tagħrif li għandu jingħata f'kull każ ta' bejgħ mill-bogħod ta' ħiters tal-post lokali li jieħu kwalunkwe forma, u fi kwalunkwe riklam u materjal tekniku ta' promozzjoni dwarhom.

(13)

Huwa xieraq li jsir provvediment għal analiżi mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar enerġetiku u l-forniment ta' tagħrif addizzjonali dwar il-prodotti għall-ħiters tal-post lokali li jkollhom potenza termika nominali ta' 50 kW jew inqas.

Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta' sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bil-kompressuri tal-elettriku jew bil-fjuwil;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li huma maħsubin għall-kombustjoni tal-bijomassa li mhix tal-injam biss;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għal skopijiet oħra minbarra t-tisħin tal-post fuq ġewwa biex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin permezz tal-konvezzjoni jew tar-radjazzjoni tas-sħana;

(e)

għall-ħiters tal-post lokali li huma maħsubin għall-użu fuq barra biss;

(f)

għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika kkombinata diretta u indiretta tagħhom;

(g)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi li mhumiex immuntati fil-fabbrika jew li ma jingħatawx minn manifattur wieħed bħala komponenti jew partijiet magħmulin minn qabel li jridu jiġu mmuntati fil-post;

(h)

għall-ħiters tal-post lokali mudwalin u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi;

(i)

għall-prodotti għat-tisħin bl-arja;

(j)

għall-istufi tas-sawna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat għat-tisħin tal-post li jarmi s-sħana permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett jew permezz tat-trasferiment tas-sħana dirett flimkien mat-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott, possibbilment flimkien mal-produzzjoni tas-sħana għal spazji oħrajn, u li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jibdlu l-elettriku jew il-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi direttament fi sħana jew permezz tal-użu tal-effett Joule jew permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils rispettivament;

2.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils solidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ, ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq jew kuker li juża l-fjuwils solidi;

3.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils gassużi;

4.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ jew ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq li juża l-fjuwils likwidi;

5.

“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana;

6.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni ma jkunux iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

7.

“ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, li fih is-sodda tan-nar u l-gassijiet tal-kombustjoni jistgħu jkunu iżolati mill-ispazju li fih ikun imwaħħal il-prodott u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

8.

“kuker” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi li jintegra f'qafas wieħed il-funzjoni ta' ħiter tal-post lokali u ħobb jew forn għat-tħejjija tal-ikel, jew it-tnejn li huma, u li jkun imqabbad ma' fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija jew li jkollu bżonn kanal tat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu 'l barra l-prodotti tal-kombustjoni;

9.

“ħiter tal-post lokali tal-fjuwil” tfisser ħiter tal-post lokali b'fuklar miftuħ, ħiter tal-post lokali b'fuklar magħluq jew kuker;

10.

“ħiter tal-post lokali mudwal” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras u jkun immirat lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li tkun ħierġa mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan b'mod dirett l-oġġetti li jridu jissaħħnu, u li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab;

11.

“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils likwidi jew gassużi u li jkun mgħammar b'berner, li għandu jiġi installat 'il fuq mil-livell tar-ras ħdejn l-oġġetti li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post b'mod ewlieni permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu jew mit-tubi li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, u li l-prodotti tal-kombustjoni tiegħu jridu jinħarġu 'l barra permezz ta' kanal tat-tromba taċ-ċumnija;

12.

“ħiter bla tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, minbarra ħiter tal-post lokali mudwal, li joħroġ il-prodotti tal-kombustjoni fil-post fejn ikun jinsab il-prodott;

13.

“ħiter b'fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-fjuwils solidi, likwidi jew gassużi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f'fuklar ta' ċumnija mingħajr ma l-prodott ikun imqabbad mal-fetħa taċ-ċumnija jew tal-fuklar ta' ċumnija, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mis-sodda tan-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija;

14.

“prodott għat-tisħin bl-arja” tfisser prodott li jipprovdi s-sħana għal sistema ta' tisħin bl-arja biss, li jista' jkollu sistema ta' pajpijiet u li huwa ddisinjat b'tali mod li jintuża waqt li jkun imwaħħal f'post speċifiku jew immuntat fil-ħajt u li jqassam l-arja permezz ta' fann, sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura komda għall-bnedmin fl-ispazju magħluq fejn ikun jinsab il-prodott;

15.

“stufa tas-sawna” tfisser hiter lokali għat-tisħin tal-post li jkun inkorporat f'sawna niexfa jew imxarrba jew f'ambjenti simili, jew li jkun maħsub biex jintuża fihom;

16.

“fjuwil solidu” tfisser fjuwil li huwa solidu f'temperaturi ambjentali ta' ġewwa normali, inklużi l-bijomassa solida u l-fjuwils fossili solidi;

17.

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

18.

“bijomassa tal-injam” tfisser il-bijomassa li ġejja mis-siġar, mill-buxx u mill-arbuxxelli, inkluż l-injam taz-zkuk, l-injam imlaqqax, l-injam ikkompressat f'forma ta' pelits, l-injam ikkompressat f'forma ta' mattunelli u s-serratura;

19.

“bijomassa li mhix tal-injam” tfisser bijomassa, minbarra l-bijomassa tal-injam, inkluż it-tiben, il-Miscanthus, il-qasab, il-qalba tal-frott li tista' tittiekel, iż-żrieragħ, l-għadam taż-żebbuġ, il-fdalijiet taż-żebbuġ u l-qxur tal-ġewż, fost l-oħrajn;

20.

“fjuwil ippreferut” tfisser il-fjuwil li preferibbilment għandu jintuża għall-ħiter tal-post lokali skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur;

21.

“fjuwil fossili solidu” tfisser fjuwil solidu minbarra l-bijomassa, inkluż l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, taħlita ta' fjuwils fossili jew taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili, u għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan jinkludi wkoll il-pit;

22.

“fjuwil ieħor adattat” tfisser fjuwil, minbarra l-fjuwil ippreferut, li jista' jintuża fil-ħiter tal-post lokali skont l-istruzzjonijiet tal-fornitur, li jinkludi kwalunkwe fjuwil li jissemma fil-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, fuq is-siti tal-Internet tal-manifatturi u tal-fornituri li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas, fil-materjal tekniku jew ta' promozzjoni u fir-riklami;

23.

“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f'kW;

24.

“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta' ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f'kW;

25.

“funzjonalità ta' tisħin indirett” tfisser il-kapaċità tal-prodott li jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-produzzjoni tal-misħun għall-użu domestiku;

26.

“potenza termika nominali” (Pnom ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista' tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-fornitur, mogħtija f'kW;

27.

“potenza termika minima” (Pmin ) tfisser il-potenza termika ta' ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta u kemm il-potenza termika indiretta (fejn din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bl-inqas potenza termika possibbli, kif iddikjarat mill-fornitur, mogħtija f'kW;

28.

“maħsub għall-użu fuq barra” tfisser li l-prodott huwa adattat għat-tħaddim sikur 'il barra mill-postijiet magħluqa, inkluż għall-użu possibbli fuq barra;

29.

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 2 jew fit-Tabella 3 tal-Anness V, bħal dawk ta' mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess fornitur.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa IX.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

1.   Mill-1 ta' Jannar 2018, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz ħiters tal-post lokali li ma jkunux ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi u ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi għandhom jiżguraw:

(a)

li t-tali ħiters tal-post lokali ikollhom tikketta stampata li tkun konformi mal-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u li tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li jkunu konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(b)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom tikketta elettronika għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali li tkun fil-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li tkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(c)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott għat-tali ħiters tal-post lokali skont l-Anness IV;

(d)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom skeda elettronika tat-tagħrif tal-prodott għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali skont l-Anness IV;

(e)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fl-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f)

li kwalunkwe riklam li jkollu x'jaqsam mat-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x'jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g)

li kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna t-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2022, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz il-ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi jew il-ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi għandhom jiżguraw:

(a)

li t-tali ħiters tal-post lokali ikollhom tikketta stampata li tkun konformi mal-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u li tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li jkunu konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(b)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom tikketta elettronika għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali li tkun fil-format stabbilit fil-punt 1 tal-Anness III u tkun tinkludi t-tagħrif stabbilit fih u li tkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fl-Anness II;

(c)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott għat-tali ħiters tal-post lokali skont l-Anness IV;

(d)

li l-bejjiegħa titqegħdilhom għad-dispożizzjoni tagħhom skeda elettronika tat-tagħrif tal-prodott għat-tali mudell ta' ħiter tal-post lokali skont l-Anness IV;

(e)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fl-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(f)

li kwalunkwe riklam li jkollu x'jaqsam mat-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x'jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g)

li kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna t-tali mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa

Il-bejjiegħa tal-ħiters tal-post lokali għandhom jiżguraw:

(a)

li, fil-punt tal-bejgħ, kull ħiter tal-post lokali jkollu fuqu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3, fuq in-naħa ta' barra fuq quddiem tal-ħiter tal-post lokali, b'tali mod li din tkun tidher b'mod ċar;

(b)

li l-ħiters tal-post lokali offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs ikunu kkummerċjalizzati bit-tagħrif ipprovdut mill-fornituri skont l-Anness VI f'każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief f'każijiet fejn l-offerta ssir permezz tal-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

li kwalunkwe riklam ta' mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x'jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(d)

li kwalunkwe materjal tekniku ta' promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl u tal-kalkolu

It-tagħrif li għandu jingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandu jinkiseb permezz ta' metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VIII.

Artikolu 6

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali ddikjarata.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2024. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b'mod partikulari, jekk jistgħux jitnaqqsu l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tar-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018 għall-ħiters tal-post lokali li ma jkunux ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi u ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi. Madankollu, japplikaw mill-1 ta' April 2018 l-Artikoli 3(1)(f) and (g) and Article 4(b), (c) and (d).

3.   Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 għall-ħiters bla tromba taċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi u għall-ħiters b'fetħa għaċ-ċumnija li jużaw fjuwils solidi. Madankollu, japplikaw mill-1 ta' April 2022 l-Artikoli 3(2)(f) and (g) and Article 4(b), (c) and (d).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ara l-paġna 76 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).


ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa IX

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa IX, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“koeffiċjent ta' konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta' konverżjoni huwa ta': CC = 2,5;

(2)

“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta' sħana rrilaxxat minn unità ta' fjuwil li jkun fiha l-livell ix-xieraq ta' ndewwa tal-fjuwil, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jerġgħux jinġiebu fit-temperatura ambjentali;

(3)

“effiċjenza utli fil-potenza termika nominali jew fil-potenza termika minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbla mal-input totali tal-enerġija espress f'termini tan-NCV ta' ħiter tal-post lokali, mogħti bħala perċentwali,);

(4)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(5)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f'każ li l-prodott ikun joffri l-funzjonalità ta' tisħin indirett u jkun fih ċirkolatur, u għandu jingħata f'kW;

(6)

“qawwa elettrika meħtieġa fil-modalità Stennija” (elsb) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

(7)

“l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil solidu, likwidu jew gassuż tal-prodott sabiex dan jipprovdi fjamma li sservi bħala sors ta' tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni li jkun meħtieġ għall-potenza termika nominali jew għall-potenza termika fil-każ ta' tagħbija parzjali, jekk din tkun mixgħula għal iktar minn ħames minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, mogħti f'kW;

(8)

“potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott mhuwiex kapaċi jvarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu u ma jagħti l-ebda tagħrif dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b'mod awtomatiku għal magħha;

(9)

“żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li wieħed jista' jvarja b'mod manwali l-potenza termika tal-prodott b'żewġ livelli jew aktar u li l-prodott mhuwiex mgħammar b'apparat li jirregola b'mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta' ġewwa;

(10)

“b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat mhux elettroniku li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(11)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa;

(12)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal perjodu ta' 24 siegħa;

(13)

“b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jħallih ivarja b'mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien skont il-livell partikulari meħtieġ ta' kumdità termika fuq ġewwa u li jippermetti li jiġu stabbiliti l-iskeda taż-żmien u t-temperaturi għal ġimgħa sħiħa. Il-konfigurazzjoni tal-kronometru għandha tkun tali li tippermetti varjazzjoni minn jum għall-ieħor matul dak il-perjodu ta' sebat ijiem;

(14)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li awtomatikament inaqqas il-livell tat-temperatura ambjentali li għandu jintlaħaq meta ma jkun hemm ħadd fil-kamra;

(15)

“kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b'apparat elettroniku li jkun integrat fih jew li jkun fuq barra tiegħu, li jnaqqas il-potenza termika meta jinfetaħ bieb jew tinfetaħ tieqa. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetaħ bieb jew li nfetħet tieqa, dan jista' jew ikun installat fil-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jewinkella tista' tintuża kombinazzjoni ta' dawn l-għażliet;

(16)

“b'għażla ta' kontroll mill-bogħod” tfisser il-funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod mal-apparat ta' kontroll tal-prodott minn barra l-bini fejn ikun installat il-prodott;

(17)

“modalità Stennija” tfisser qagħda li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejnijiet tal-elettriku, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet tal-elettriku biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta' riattivazzjoni jew funzjoni ta' riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istatus;

(18)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' ħiter tal-post lokali minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur jew tal-istess bejjiegħ;

(19)

“fjuwil fossili ieħor” tfisser fjuwil fossili minbarra l-antraċite u l-faħam niexef għall-bajli, il-kokk iebes, il-kokk ta' temperatura baxxa, il-faħam bituminuż, il-linjite, il-pit jew taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli;

(20)

“bijomassa oħra tal-injam” tfisser il-bijomassa tal-injam minbarra l-injam taz-zkuk li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas, il-fjuwil f'forma ta' mattunelli li jkun fih inqas minn 14 % ndewwa jew l-injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa;

(21)

“kontenut ta' ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali.


(1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).


ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' ħiter tal-post lokali għandha tiġi stabbilita skont l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tiegħu kif stipulat fit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI)

A++

EEI ≥ 130

A+

107 ≤ EEI < 130

A

88 ≤ EEI < 107

B

82 ≤ EEI < 88

Ċ

77 ≤ EEI < 82

D

72 ≤ EEI < 77

E

62 ≤ EEI < 72

F

42 ≤ EEI < 62

G

EEI < 42

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta' ħiter tal-post lokali għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness VIII.


ANNESS III

It-tikketta

1.

Il-ħiters tal-post lokali

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiter tal-post lokali għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV.

is-simbolu tal-potenza termika diretta;

V.

il- potenza termika diretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

VI.

għall-ħiters tal-post lokali bit-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, is-simbolu tal-potenza termika indiretta

VII.

għall-ħiters tal-post lokali bit-trasferiment tas-sħana għal fluwidu, il-potenza termika indiretta u l-valur tagħha f'kW, imqarreb għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-post lokali għandhom ikunu skont il-punt 2 ta' dan l-Anness.

2.

Id-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-post lokali għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 millimetri u għolja mill-inqas 200 millimetru. F'każ li t-tikketta tiġi stampata f'format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa' proporzjonat ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK — blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed — bħal f'dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-istampa t'hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-logo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa': 86 millimetru, għoli: 17-il millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 86 millimetru.

Image

L-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

il-vleġeġ: għoli: 6 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: 1,3 millimetri, kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

is-seba' klassi: 00-X-X-00,

it-tmien klassi: 00-X-X-00,

l-aħħar klassi: 00-X-X-00;

il-kliem: Calibri tipa grassa 14-il pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

il-vleġġa: wisa': 22 millimetru, għoli: 12-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b'ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati 'l fuq mill-vers, allinjati f'ringiela waħda.

Image

Il-funzjonalità tat-tisħin dirett:

pittogramma kif murija;

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Jekk applikabbli, il-funzjonalità tat-tisħin indirett:

pittogramma kif murija;

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-potenza termika diretta nominali:

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri;

il-valur “XY,Z”: Calibri tipa grassa 34 pt, 100 % iswed;

il-kliem “kW”: Calibri tipa normali 18-il pt, 100 % iswed.

Image

Jekk ikun il-każ, il-potenza termika indiretta nominali:

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri;

il-valur “XY,Z”: Calibri tipa grassa 34 pt, 100 % iswed;

il-kliem “kW”: Calibri tipa normali 18-il pt, 100 % iswed.

Image

Enerġija:

il-kliem: Calibri tipa normali 8 pt, 100 % iswed.

Image

Is-sena ta' dħul tat-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 86 bi 12-il millimetru.


ANNESS IV

L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott

1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-ħiter tal-post lokali għandu jingħata fl-ordni li ġejja u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f'materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

(d)

il-potenza termika diretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

(e)

il-potenza termika indiretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

(f)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VIII;

(g)

l-effiċjenza enerġetika utli fil-potenza termika nominali u, jekk ikun il-każ, fit-tagħbija minima, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali u kkalkulata skont l-Anness VIII;

(h)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni.

2.

Skeda waħda tat-tagħrif tista' tkopri għadd ta' mudelli tal-ħiters tal-post lokali fornuti mill-istess fornitur.

3.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista' jingħata bħala kopja tat-tikketta, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.


ANNESS V

Id-dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-post lokali msemmija fl-Artikolu 3(1)(e) u fl-Artikolu 3(2)(e) għandha tinkludi:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati użati;

(d)

f'każ li l-fjuwil ippreferut ikun bijomassa oħra tal-injam, bijomassa li mhix tal-injam, fjuwil fossili ieħor jew taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils fossili kif imsemmi fit-Tabella 2, deskrizzjoni tal-fjuwil li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità u l-istandard tekniku jew l-ispeċifikazzjoni teknika tal-fjuwil, inklużi l-kontenut ta' ndewwa mkejjel fil-fjuwil u l-kontenut ta' rmied imkejjel fih u, fil-każ ta' fjuwils fossili oħrajn, il-kontenut volatili mkejjel fil-fjuwil ukoll;

(e)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(f)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur;

(g)

it-tagħrif inkluż fit-Tabella 2 (għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi) u fit-Tabella 3 (għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi), bil-valuri mkejlin u kkalkulati skont l-Anness VIII;

(h)

ir-rapporti tat-testijiet li jkunu saru mill-fornituri jew f'isimhom, inklużi l-isem u l-indirizz tal-entità li tkun wettqet it-testijiet;

(i)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-post lokali jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(j)

lista tal-mudelli ekwivalenti, jekk din tkun tapplika.

Dan it-tagħrif jista' jingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri meħudin skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Tabella 2

Il-parametri tekniċi għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

Il-fjuwil ippreferut (wieħed biss):

Fjuwils oħrajn adattati:

Zkuk tal-injam li jkun fihom 25 % ndewwa jew inqas

[iva/le]

[iva/le]

Injam ikkompressat li jkun fih inqas minn 12 % ndewwa

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa oħra tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Bijomassa li mhix tal-injam

[iva/le]

[iva/le]

Antraċite u faħam niexef għall-bajli

[iva/le]

[iva/le]

Kokk iebes

[iva/le]

[iva/le]

Kokk ta' temperatura baxxa

[iva/le]

[iva/le]

Faħam bituminuż

[iva/le]

[iva/le]

Linjite f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Pit f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Fjuwil fossili ieħor

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita ta' bijomassa u fjuwils fossili f'forma ta' mattunelli

[iva/le]

[iva/le]

Taħlita oħra ta' bijomassa u fjuwils solidi

[iva/le]

[iva/le]

Karatteristiċi meta l-ħiter ikun qed jaħdem bil-fjuwil ippreferut

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, η s [f'perċentwali]:

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI):

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

 

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV kif jasal)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-elettriku awżiljarju

 

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali

(jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

 

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

 

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

 

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

 

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

 

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

 

 

 

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

 

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

 

 

 

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

 

 

 

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

 

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu


Tabella 3

Il-parametri tekniċi għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi jew gassużi

Identifikatur(i) tal-mudell:

Funzjonalità ta' tisħin indirett: [iva/le]

Potenza termika diretta: …(kW)

Potenza termika indiretta: …(kW)

Fjuwil

 

 

 

Jekk jogħġbok agħżel it-tip ta' fjuwil

[gassuż/likwidu]

[Jekk jogħġbok speċifika]

 

 

 

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika

 

Effiċjenza utli (abbażi tan-NCV)

Potenza termika nominali

Pnom

x,x

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika nominali

ηth,nom

x,x

%

Potenza termika minima (valur ta' referenza)

Pmin

[x,x/N.A.]

kW

 

Effiċjenza utli fil-potenza termika minima (valur ta' referenza)

ηth,min

[x,x/N.A.]

%

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-elettriku awżiljarju

 

It-tip ta' potenza termika/ta' kontroll tat-temperatura ambjentali

(jekk jogħġbok agħżel waħda minn dawn l-għażliet)

Fil-potenza termika nominali

elmax

x,xxx

kW

 

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

Fil-potenza termika minima

elmin

x,xxx

kW

 

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

Fil-modalità Stennija

elSB

x,xxx

kW

 

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

[iva/le]

 

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

[iva/le]

 

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

[iva/le]

 

 

 

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

[iva/le]

 

 

 

Għażliet oħra ta' kontroll (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet)

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

[iva/le]

 

 

 

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

[iva/le]

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti

 

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

[iva/le]

 

L-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota (jekk din tkun applikabbli)

Ppilot

[x,xxx/N.A.]

kW

 

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu


(1)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).


ANNESS VI

It-tagħrif li għandu jingħata f'każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri, ħlief fuq l-Internet

1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

(b)

il-potenza termika diretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali;

(c)

il-potenza termika indiretta f'kW, imqarrba għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.

2.

It-tagħrif imsemmi fil-punt 1 għandu jkun stampat jew muri b'daqs u tipa li jkunu leġġibbli.


ANNESS VII

It-tagħrif li għandu jingħata fil-każ tal-bejgħ, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs fuq l-Internet

1.

Għall-għanijiet tal-punti 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin li jintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva oħra li tintuża għal dan il-għan;

(b)

“wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċja viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

(c)

“skrin tattilu” tfisser skrin li jiġi attivat meta jintmess, bħall-iskrin tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate u tal-ismartfowns;

(d)

“test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li t-tagħrif jintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għat-tagħrif, bħal, pereżempju, biex jiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

2.

It-tikketta x-xierqa li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(b) jew l-Artikolu 3(2)(b) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fil-punt 2 tal-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra darba fuq l-iskrin tattilu.

3.

L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

(a)

tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; u

(c)

tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

Image

4.

Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

(c)

it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

(d)

it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

(f)

it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

(g)

it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.

5.

L-iskeda tat-tagħrif ix-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(d) jew l-Artikolu 3(2)(d) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tal-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, il-ħolqa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda tat-tagħrif għandha tkun immarkata b'mod ċar u li jista' jinqara bil-kliem “L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott”. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, l-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq il-ħolqa jew hekk kif wieħed iwessa' dik il-ħolqa darba fuq l-iskrin tattilu.


ANNESS VIII

Kejl u kalkoli

1.

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 2 sa 4.

2.

Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Il-ħiters tal-post lokali għandhom jiġu ttestjati għall-fjuwil ippreferut sabiex jiġu stabbiliti l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika u l-potenza termika diretta u indiretta.

(b)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika diretta u indiretta u għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għandhom jitqarrbu għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali.

3.

Kundizzjonijiet ġenerali għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika u għall-konsum tal-ħiters tal-post lokali

(a)

Fejn ikun il-każ, għandhom jitkejlu l-valuri ta' ηth,nom u ηth,min għall-effiċjenza utli u l-valuri ta' Pnom u Pmin għall-potenza termika diretta u indiretta.

(b)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għandu jiġi kkalkulat bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv (ηS,on ), ikkoreġuta, għall-ħiters tal-post lokali li jużaw il-bijomassa bħala l-fjuwil ippreferut, b'fattur li jqis in-natura rinnovabbli tal-fjuwil ippreferut, u kkoreġuta b'fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju u l-konsum tal-enerġija tal-fjamma pilota permanenti. L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) jingħata bħala ċifra li tkun daqs il-valur tiegħu mogħti f'perċentwali.

4.

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

(a)

L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tal-ħiters tal-post lokali kollha huwa ddefinit kif ġej:

Formula

fejn:

ηS,on hija l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv, mogħtija f'perċentwali u kkalkulata kif stabbilit fil-punt 4(b);

BLF huwa l-fattur tat-tikkettar tal-bijomassa, li huwa ta' 1,45 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils tal-bijomassa u ta' 1 għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils fossili;

F(2) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku, ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(3) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, mogħti f'perċentwali;

F(4) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-elettriku awżiljarju fuq l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, mogħti f'perċentwali;

F(5) huwa fattur ta' korrezzjoni li jirrappreżenta l-kontribut negattiv tal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti fuq l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika, mogħti f'perċentwali.

(b)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità Attiv hija kkalkulata kif ġej:

ηS,on= ηth,nom

fejn:

ηth,nom hija l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali abbażi tan-NCV.

(c)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jeskludu lil xulxin b'mod reċiproku jew ma jistgħux jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(2) jikkorrispondi ma' wieħed mill-fatturi mogħtija fit-Tabella 4, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati. Jista' jintgħażel biss valur wieħed.

Tabella 4

Il-fattur ta' korrezzjoni F(2)

Tagħmir tal-prodott (tista' tingħażel biss għażla waħda):

F(2)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil

potenza termika bi stadju wieħed mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali

0,0 %

żewġ stadji jew aktar irregolati b'mod manwali mingħajr kontroll tat-temperatura

1,0 %

b'kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta' termostat mekkaniku

2,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali

4,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġurnata

6,0 %

b'kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali u kronometru ta' ġimgħa

7,0 %

Mill-1 ta' Jannar 2022, F(2) se jkun żero għal ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'emissjonijiet fejn il-kontroll tat-temperatura jkun qiegħed issettjat għal potenza termika minima ogħla minn dawk stipulati fl-Anness II, punt 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 (1). Il-potenza termika ta' dan is-setting m'għandhiex tkun ogħla minn 50 % tal-potenza termika nominali. Mill-1 ta' Jannar 2022, jekk F(2) ma jkunx żero, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet b'potenza termika minima.

(d)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3), li jirrappreżenta l-kontribut pożittiv għall-indiċi tal-effiċjenza enerġetika li jkun ġej mill-kontribuzzjonijiet aġġustati tal-kontrolli tal-kumdità termika fuq ġewwa, li l-valuri tagħhom jistgħu jingħaddu ma' xulxin, huwa kkalkulat kif ġej:

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni F(3) jikkorrispondi għall-għadd tal-valuri mogħtija fit-Tabella 5, skont il-karatteristiċi tal-kontroll applikati.

Tabella 5

Il-fattur ta' korrezzjoni F(3)

Tagħmir tal-prodott (jistgħu jintgħażlu diversi għażliet):

F(3)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwil

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' preżenza

1,0 %

kontroll tat-temperatura ambjentali b'detezzjoni ta' tieqa miftuħa

1,0 %

b'għażla ta' kontroll mill-bogħod

1,0 %

Mill-1 ta' Jannar 2022, F(3) se jkun żero għal ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi b'emissjonijiet fejn il-kontroll tat-temperatura jkun qiegħed issettjat għal potenza termika minima ogħla minn dawk stipulati fl-Anness II, punt 2 tar-Regolament (UE) 2015/1185. Il-potenza termika ta' dan is-setting m'għandhiex tkun ogħla minn 50 % tal-potenza termika nominali. Mill-1 ta' Jannar 2022, jekk F(3) ma jkunx żero, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti dwar l-emissjonijiet b'potenza termika minima.

(e)

Il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju, F(4), huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis il-konsum tal-elettriku awżiljarju waqt tħaddim tal-apparat fil-modalità Mixgħul u fil-modalità Stennija.

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, il-fattur ta' korrezzjoni tal-konsum tal-elettriku awżiljarju huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

elmax huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali, mogħti f'kW;

elmin huwa l-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika minima, mogħti f'kW. F'każ li l-prodott ma joffrix potenza termika minima, għandu jintuża l-valur tal-konsum tal-enerġija elettrika fil-potenza termika nominali;

elsb huwa l-konsum tal-enerġija elettrika tal-prodott meta dan ikun fil-modalità Stennija, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.

(f)

Il-fattur ta' korrezzjoni F(5), li huwa marbut mal-konsum tal-enerġija ta' fjamma pilota permanenti, huwa kkalkulat kif ġej:

Dan il-fattur ta' korrezzjoni jqis l-enerġija meħtieġa għall-fjamma pilota permanenti.

Għall-ħiters tal-post lokali kollha, dan il-fattur ta' korrezzjoni huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

Ppilot huwa l-konsum tal-fjamma pilota, mogħti f'kW;

Pnom hija l-potenza termika nominali tal-prodott, mogħtija f'kW.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1185 tal-24 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS IX

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Bil-għan li tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell. L-apparat għandu jiġi ttestjat bi fjuwil li jkollu karatteristiċi li jkunu simili għal dawk tal-fjuwil li l-manifattur ikun uża biex iwettaq il-kejl skont l-Anness VIII.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri u l-klassijiet mogħtija fuq it-tikketta u fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott ikunu jikkorrispondu mal-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika; u jekk

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat.

2.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx xi wieħed mir-riżultati msemmija fil-punti 2(b) sa 2(d), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b'mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati. Bħala alternattiva, it-tliet apparati l-oħra li jintgħażlu jistgħu jkunu ta' mudell wieħed jew aktar ekwivalenti li jkunu tniżżlu fid-dokumentazzjoni teknika tal-fornitur bħala prodotti ekwivalenti.

Il-mudell għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a)

il-valuri u l-klassijiet iddikjarati u mogħtija fuq it-tikketta u fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott għat-tliet apparati l-oħra jkunu jikkorrispondu mal-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika;

(b)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils solidi, il-valur medju tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(c)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, il-valur medju tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat;

(d)

għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi, il-valur medju tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tat-tliet apparati l-oħra ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 2, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta jieħdu d-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII.

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u m'għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet mogħtija fuq it-tikketta jew fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott m'għandhomx ikunu iktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrappurtati fid-dokumentazzjoni teknika.


Top