EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0848

Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza

OJ L 141, 5.6.2015, p. 19–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/848/oj

5.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/19


REGOLAMENT (UE) 2015/848 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2015

dwar proċedimenti ta' insolvenza

(tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (3). Ir-rapport ikkonkluda li r-Regolament b'mod ġenerali qed jaħdem sew imma li hemm ix-xewqa li tittejjeb l-applikazzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex tissaħħaħ l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti transkonfinali ta' insolvenza. Billi dak ir-Regolament ġie emendat diversi drabi u għandhom isiru aktar emendi, huwa għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-Unjoni għandha l-objettiv li tistabbilixxi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(3)

Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ li l-proċedimenti transkonfinali ta' insolvenza joperaw b'effiċjenza u b'effettività. Dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġi adottat sabiex jinkiseb dak l-objettiv, li jaqa' taħt l-ambitu tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili fit-tifsira tal-Artikolu 81 tat-Trattat.

(4)

L-attivitajiet tal-impriżi għandhom iżjed u iżjed effetti transkonfinali u għalhekk jiġu dejjem aktar regolati bil-liġi tal-Unjoni. L-insolvenza ta' dawn l-impriżi taffettwa wkoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u hemm il-ħtieġa għal att tal-Unjoni li jkun jeħtieġ il-koordinazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu rigward l-assi tad-debitur f'każ ta' falliment.

(5)

Biex is-suq intern jiffunzjona sew, hu neċessarju li jiġu evitati inċentivi għall-partijiet biex jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, bil-ħsieb li jiksbu pożizzjoni legali aktar favorevoli għad-detriment tal-korp ġenerali tal-kredituri (forum shopping).

(6)

Dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza u azzjonijiet li jkunu ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u jkunu marbutin magħhom mill-qrib. Dan ir-Regolament għandu jkun fih ukoll dispożizzjonijiet rigward ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi maħruġa f'tali proċedimenti, u dispożizzjonijiet rigward il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta' insolvenza. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jistipula regoli dwar il-koordinament tal-proċedimenti ta' insolvenza li jirrelataw mal-istess debitur jew ma' diversi membri tal-istess grupp ta' kumpaniji.

(7)

Falliment, proċeduri marbuta mal-istralċ ta' kumpaniji jew persuni ġuridiċi oħrajn insolventi, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijiet u proċedimenti analogi u azzjonijiet relatati ma' proċedimenti ta' dan it-tip huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dawk il-proċedimenti għandhom ikunu koperti b'dan ir-Regolament. L-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha kemm jista' jkun tevita lakuni regolatorji bejn iż-żewġ strumenti. Madankollu, is-sempliċi fatt li proċedura nazzjonali ma tkunx elenkata fl-Anness A għal dan ir-Regolament ma għandux jimplika li din hi koperta bir-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

(8)

Sabiex jinkiseb l-għan li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività ta' proċedimenti ta' insolvenza li għandhom effetti transkonfinali, huwa meħtieġ, u xieraq, li dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni, l-għarfien, u l-liġi applikabbli f'dan il-qasam ikunu miġburin f'miżura tal-Unjoni li tkun torbot u tapplika direttament fl-Istati Membri.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċedimenti ta' insolvenza li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fih, irrispettivament minn jekk id-debitur ikunx persuna fiżika jew persuna ġuridika, negozjant jew individwu. Dawk il-proċedimenti ta' insolvenza huma elenkati b'mod eżawrjenti fl-Anness A. Fir-rigward ta' proċeduri nazzjonali li jinsabu fl-Anness A, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ebda eżami ulterjuri mill-qrati ta' Stat Membru ieħor rigward jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament humiex issodisfati. Proċeduri nazzjonali ta' insolvenza mhux elenkati fl-Anness A ma għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(10)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż għal proċedimenti li jippromwovu s-salvataġġ ta' negozji li huma ekonomikament vijabbli iżda f'diffikultà u l-intraprendituri jingħataw ċans ieħor. Dan għandu, b'mod partikolari, jestendi l-iktar għal proċedimenti li jipprovdu għar-ristrutturar ta' debitur fi stadju fejn hemm biss ċans ta' insolvenza, u għal proċedimenti li jħallu lid-debitur f'kontroll sħiħ jew parzjali tal-assi u l-affarijiet tiegħu. Dan għandu jestendi wkoll għal proċedimenti li jipprevedu rilaxx mid-dejn jew aġġustament tad-dejn fir-rigward ta' konsumaturi u persuni li jaħdmu għal rashom, pereżempju billi jitnaqqas l-ammont li jrid jitħallas mid-debitur jew billi jiġi estiż il-perjodu mogħti biex jitħallas id-debitur. Peress li tali proċedimenti ma jfissrux neċessarjament il-ħatra ta' prattikant fl-insolvenza, dawn għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament jekk iseħħu taħt il-kontroll jew is-superviżjoni ta' qorti. F'dan il-kuntest, it-terminu “kontroll” għandu jinkludi sitwazzjonijiet fejn il-qorti tintervjeni biss wara appell minn kreditur jew partijiet interessati oħrajn.

(11)

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal proċeduri li jagħtu sospensjoni temporanja fuq azzjonijiet ta' infurzar miġjuba minn kredituri individwali fejn tali azzjonijiet jistgħu jaffettwaw ħażin in-negozjati u jxekklu l-prospetti ta' ristrutturar tan-negozju tad-debitur. Tali proċeduri ma għandhomx ikunu detrimentali għall-korp ġenerali tal-kredituri u, jekk ma jkun jista' jintlaħaq ftehim dwar pjan ta' ristrutturar, għandhom ikunu preliminari għal proċeduri oħra koperti b'dan ir-Regolament.

(12)

Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċedimenti li biex dawn jinbdew ikunu soġġetti għall-pubbliċità sabiex il-kredituri jkunu jistgħu jsiru jafu dwar il-proċedimenti u jressqu t-talbiet tagħhom, b'hekk tkun żgurata n-natura kollettiva tal-proċedimenti, u sabiex il-kredituri jingħataw l-opportunità li jisfidaw il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti.

(13)

Għaldaqstant, proċedimenti ta' insolvenza li jkunu kunfidenzjali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Filwaqt li tali proċedimenti jista' jkollhom rwol importanti f'xi Stati Membri, in-natura kunfidenzjali tagħhom tagħmilha impossibbli għal kreditur jew qorti li jinsabu fi Stat Membru ieħor biex ikunu jafu li tali proċedimenti jkunu nfetħu, u b'hekk ikun diffiċli li wieħed jipprevedi r-rikonoxximent tal-effetti tagħhom madwar l-Unjoni.

(14)

Il-proċedimenti kollettivi li huma koperti b'dan ir-Regolament għandhom jinkludu lill-kredituri kollha jew parti sinifikanti minnhom li lilhom hu dovut l-ammont kollu jew proporzjon sostanzjali tad-djun pendenti tad-debitur dment li l-pretensjonijiet ta' dawk il-kredituri li mhumiex involuti f'tali proċedimenti ma jiġux affettwati. Proċedimenti li jinvolvu biss il-kredituri finanzjarji ta' debitur għandhom ikunu koperti wkoll. Il-proċedimenti li ma jinkludux il-kredituri kollha ta' debitur għandhom ikunu proċedimenti li jkollhom l-għan li jsalvaw lid-debitur. Proċedimenti li jwasslu għal waqfien definittiv tal-attivitajiet tad-debitur jew il-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur għandhom jinkludu l-kredituri kollha tad-debitur. Barra minn hekk, il-fatt li xi proċedimenti ta' insolvenza għal persuni fiżiċi jeskludu kategoriji speċifiċi ta' pretensjonijiet, bħal talbiet għall-manteniment, mill-possibbiltà ta' rilaxx mid-dejn ma għandux ifisser li tali proċedimenti mhumiex kollettivi.

(15)

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal proċedimenti li, skont il-liġi ta' xi Stati Membri, jinfetħu u jiġu żvolti għal ċertu perjodu ta' żmien fuq bażi interim jew provviżorja qabel ma qorti toħroġ ordni li tikkonferma l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti fuq bażi non-interim. Għalkemm ittikkettati bħala “interim”, il-proċedimenti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha ta' dan ir-Regolament.

(16)

Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċedimenti li huma bbażati fuq liġijiet relatati mal-insolvenza. Madankollu, il-proċedimenti li huma bbażati fuq il-liġi ġenerali tal-kumpaniji li mhijiex imfassla esklussivament għal sitwazzjonijiet ta' insolvenza ma għandhomx jitqiesu bħala li huma bbażati fuq liġijiet relatati mal-insolvenza. Bl-istess mod, l-iskop ta' aġġustament tad-dejn ma għandux jinkludi proċedimenti speċifiċi fejn id-djun ta' persuna fiżika bi dħul baxx ħafna u valur ta' assi baxx ħafna jiġu kkanċellati, dment li dan it-tip ta' proċedimenti fl-ebda ċirkostanza ma jipprevedu ħlas lill-kredituri.

(17)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż għal proċedimenti li jinbdew minħabba sitwazzjonijiet fejn id-debitur jiffaċċja diffikultajiet mhux ta' natura finanzjarja, dment, li tali diffikultajiet joħolqu theddida reali u serja għall-kapaċità attwali jew futura tad-debitur biex iħallas id-dejn tiegħu hekk kif dan isir dovut. Il-medda ta' żmien rilevanti għad-determinazzjoni ta' tali theddida tista' tiġi estiża għal perjodu ta' diversi xhur jew saħansitra anki aktar sabiex jittieħed kont ta' każijiet fejn id-debitur jiffaċċja diffikultajiet mhux ta' natura finanzjarja li jheddu l-istat tan-negozju tiegħu u, fil-perjodu medju, il-likwidità tiegħu. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, meta d-debitur ikun tilef kuntratt li huwa ta' importanza ewlenija għalih.

(18)

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat minn kumpanniji insolventi kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(19)

Proċedimenti ta' insolvenza li jikkonċernaw impriżi tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti tal-investiment u ditti oħra, istituzzjonijiet jew impriżi koperti mid-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u impriżi ta' investiment kollettiv għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, minħabba li huma kollha soġġetti għal arranġamenti speċjali u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom setgħat vasti ta' intervent.

(20)

Il-proċedimenti ta' insolvenza mhux neċessarjament jinvolvu l-intervent ta' awtorità ġudizzjarja. Għalhekk, it-terminu “qorti” f'dan ir-Regolament għandu, f'ċerti dispożizzjonijiet, jingħata tifsira wiesgħa li tinkludi persuna jew korp bis-setgħa, mogħtija mid-dritt nazzjonali, li jiftaħ proċedimenti ta' insolvenza. Sabiex dan ir-Regolament japplika, il-proċedimenti (inklużi atti u formalitajiet stabbiliti fil-liġi) ma għandhomx biss jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, iżda għandhom ikunu wkoll rikonoxxuti uffiċjalment u jkollhom effett ġuridiku fl-Istat Membru fejn ikunu nfetħu proċedimenti ta' insolvenza.

(21)

Il-prattikanti fl-insolvenza huma definiti f'dan ir-Regolament u elenkati fl-Anness B. Il-prattikanti fl-insolvenza li huma maħtura mingħajr l-involviment ta' korp ġudizzjarju għandhom, taħt id-dritt nazzjonali, ikunu regolati b'mod adatt u awtorizzati biex jaġixxu fi proċedimenti ta' insolvenza. Il-qafas regolatorju nazzjonali għandu jipprevedi arranġamenti adegwati li jittrattaw konflitti ta' interess potenzjali.

(22)

Dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-fatt li b'riżultat ta' liġijiet sostantivi li huma differenti ħafna minn xulxin, mhux prattiku li jkunu introdotti proċedimenti ta' insolvenza b'kamp ta' applikazzjoni universali madwar l-Unjoni kollha. F'dan l-isfond, l-applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni tal-liġi tal-Istat dwar ftuħ ta' proċedimenti ta' spiss twassal għal diffikultajiet. Dan japplika, pereżempju, għal liġijiet nazzjonali ferm differenti dwar interessi ta' sigurtà li jinsabu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, id-drittijiet preferenzjali li jgawdu wħud mill-kredituri fi proċedimenti ta' insolvenza huma, f'ċerti każi, għalkollox differenti. Fir-rieżami li jmiss ta' dan ir-Regolament, ser ikun meħtieġ li jiġu identifikati aktar miżuri sabiex jittejbu d-drittijiet preferenzjali tal-impjegati fil-livell Ewropew. Dan ir-Regolament għandu jieħu konsiderazzjoni tal-liġijiet nazzjonali differenti f' żewġ modi differenti. Minn naħa l-waħda, għandhom jiġu magħmula regoli speċjali dwar l-applikabilità tal-liġi fil-każ ta' drittijiet partikolarment sinjifikanti u relazzjonijiet legali (eżempju drittijiet in rem u kuntratti ta' impjieg). Minn naħa l-oħra, proċedimenti nazzjonali li jkopru biss assi li jinstabu fl-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, għandhom ukoll ikunu permissibbli flimkien mal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza b'kamp ta' applikazzjoni universali.

(23)

Dan ir-Regolament jawtorizza l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza li jinbdew fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu ċ-ċentru prinċipali tal-interessi tiegħu. Dawk il-proċedimenti għandhom ambitu universali u huma mmirati li jkopru l-assi kollha tad-debitur. Sabiex tiġi protetta d-diversità ta' interessi, dan ir-Regolament jippermetti proċedimenti sekondarji ta' insolvenza li jinfetħu sabiex jimxu flimkien mal-proċedimenti prinċipali. Proċedimenti sekondarji jistgħu jinfetħu fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu stabbiliment. L-effetti ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza huma limitati għall-assi li jinsabu f'dak l-Istat. Regoli mandatorji ta' koordinazzjoni mal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jissodisfaw il-ħtieġa ta' unità fl-Unjoni.

(24)

Fejn ikunu nfetħu proċedimenti prinċipali ta' insolvenza li jikkonċernaw persuna ġuridika jew kumpanija fi Stat Membri għajr dak tal-uffiċċju rreġistrat tagħhom, għandu jkun possibbli li jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza fl-Istat Membru tal-uffiċċju rreġistrat, dment li d-debitur qed iwettaq attività ekonomika b'mezzi umani u assi f'dak l-Istat, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(25)

Dan ir-Regolament japplika biss għal proċedimenti rigward debitur li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu jkun jinsab fl-Unjoni.

(26)

Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni stipulati f'dan ir-Regolament jistabbilixxu biss ġurisdizzjoni internazzjonali, jiġifieri, huma jawtorizzaw lill-Istat Membru li l-qrati tiegħu jistgħu jibdew il-proċedimenti ta' insolvenza. Ġurisdizzjoni territorjali f'dak l-Istat Membru għandha tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

(27)

Qabel il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza, il-qorti kompetenti għandha teżamina fuq inizjattiva tagħha jekk iċ-ċentru tal-interessi prinċipali jew l-istabbiliment tad-debitur jinsabx effettivament fil-ġurisdizzjoni tagħha.

(28)

Meta jkun qed jiġi determinat jekk iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jistax jiġi aċċertat minn partijiet terzi, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-kredituri u l-perċezzjoni tagħhom dwar fejn debitur iwettaq l-amministrazzjoni tal-interessi tiegħu. Dan jista' jirrikjedi, fl-eventwalità ta' bidla fiċ-ċentru tal-interessi prinċipali, li l-kredituri jiġu infurmati bil-post il-ġdid minn fejn id-debitur qed iwettaq l-attivitajiet tiegħu fi żmien debitu, pereżempju billi tinġibed l-attenzjoni dwar il-bidla fl-indirizz f'korrispondenza kummerċjali, jew billi l-post il-ġdid isir magħruf pubblikament permezz ta' mezzi oħra adatti.

(29)

Dan ir-Regolament għandu jkun fih għadd ta' salvagwardji bil-għan li jiġi evitat “forum shopping” frodulenti jew abbużiv.

(30)

Għaldaqstant, il-preżunzjonijiet li l-uffiċċju reġistrat, il-post prinċipali tan-negozju u r-residenza abitwali huma ċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandhom ikunu konfutabbli, u l-qorti rilevanti ta' Stat Membru għandha tivvaluta bir-reqqa jekk iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jinsabx ġenwinament f'dak l-Istat Membru. Fil-każ ta' kumpanija, għandu jkun possibbli li din il-preżunzjoni tiġi kkontestata jekk l-amministrazzjoni ċentrali tal-kumpanija tkun tinsab fi Stat Membru minbarra dak li ma jkunx tal-uffiċċju rreġistrat tagħha, u fejn valutazzjoni komprensiva tal-fatturi rilevanti kollha tistabbilixxi, b'mod li jkun jista' jiġi aċċertat minn partijiet terzi, li ċ-ċentru attwali ta' tmexxija u superviżjoni tal-kumpanija u tat-tmexxija tal-interessi tagħha jinsab f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-każ ta' individwu li ma jeżerċitax negozju indipendenti jew attività professjonali, għandu jkun possibbli li din il-preżunzjoni tiġi kkontestata pereżempju jekk il-parti l-kbira tal-assi tad-debitur tkun tinsab barra l-Istat Membru tar-residenza abitwali tad-debitur, jew jekk ikun jista' jiġi stabbilit li r-raġuni ewlenija għaċ-ċaqliq kienet li jagħmel rikors għall-proċedimenti ta' insolvenza fil-ġurisdizzjoni l-ġdida u jekk dan ir-rikors ikunx ta' ħsara materjali għall-interessi tal-kredituri li n-negozju tagħhom mad-debitur ikun seħħ qabel ir-rilokazzjoni.

(31)

Bl-istess objettiv tal-prevenzjoni ta' “forum shopping” frodulenti jew abbużiv, il-preżunzjoni li ċentru tal-interessi prinċipali huwa fil-post tal-uffiċċju rreġistrat, il-post prinċipali tal-individwu ta' negozju jew residenza abitwali tal-individwu, ma għandhomx japplikaw meta, rispettivament, fil-każ ta' kumpanija, persuna ġuridika jew individwu li jeżerċita negozju indipendenti jew attività professjonali, id-debitur ikun irriloka l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jew il-post prinċipali tan-negozju għal Stat Membru ieħor f'perjodu ta' tliet xhur qabel it-talba biex jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza, jew, fil-każ ta' individwu li ma jeżerċitax negozju indipendenti jew attività professjonali, id-debitur ikun irriloka r-residenza abitwali tiegħu għal Stat Membru ieħor f'perjodu ta' sitt xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.

(32)

Fil-każijiet kollha, fejn iċ-ċirkostanzi tal-każ jagħtu lok għal dubju rigward il-ġurisdizzjoni tal-qorti, il-qorti għandha titlob lid-debitur iressaq evidenza addizzjonali biex jappoġġa dak li qed isostni u, fejn il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta' insolvenza tippermetti dan, tagħti lill-kredituri tad-debitur l-opportunità li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni.

(33)

Fil-każ li l-qorti invokata bit-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza issib li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ma jinsabx fit-territorju tagħha, din ma għandhiex tiftaħ proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.

(34)

Barra minn hekk, kwalunkwe kreditur tad-debitur għandu jkollu rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni biex tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza. Il-konsegwenzi ta' kwalunkwe kontestazzjoni għad-deċiżjoni biex tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza għandhom jiġu rregolati mid-dritt nazzjonali.

(35)

Il-qrati tal-Istat Membru fi ħdan it-territorju li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza għandu jkollhom ukoll ġurisdizzjoni għal azzjonijiet li jkunu ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u li jkunu marbutin mill-qrib magħhom. Dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu azzjonijiet ta' nullità kontra konvenuti fi Stati Membri oħra u azzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligi li jinqalgħu matul il-proċedimenti ta' insolvenza, bħal ħlas bil-quddiem għall-ispejjeż tal-proċedimenti. Min-naħa l-oħra, azzjonijiet għall-prestazzjoni tal-obbligi f'kuntratt konkluż mid-debitur qabel il-ftuħ ta' proċedimenti ma jirriżultawx direttament mill-proċedimenti. Meta tali azzjoni tkun relatata ma' azzjoni oħra bbażata fuq il-liġi ċivili u kummerċjali ġenerali, il-prattikant fl-insolvenza għandu jkun jista' jġib iż-żewġ azzjonijiet fil-qrati tad-domiċilju tal-konvenut jekk iqis li jkun iktar effiċjenti li tinġieb azzjoni f'dik il-qorti. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, meta l-prattikant fl-insolvenza ikun jixtieq jgħaqqad azzjoni għar-responsabilità ta' direttur fuq il-bażi tal-liġi tal-insolvenza ma' azzjoni bbażata fuq il-liġi tal-kumpaniji jew il-liġi ġenerali dwar it-tort.

(36)

Il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni li tiftaħ il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandha tkun tista' tordna miżuri provviżorji u protettivi mill-waqt tat-talba tal-ftuħ tal-proċedimenti. Miżuri ta' preservazzjoni kemm qabel u kif ukoll wara l-bidu ta' proċedimenti ta' insolvenza huma importanti sabiex jiggarantixxu l-effettività tal-proċedimenti ta' insolvenza. F'dan ir-rigward dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal possibbiltajiet varji. Minn naħa l-waħda, il-qorti kompetenti għal proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandha tkun tista' wkoll tordna miżuri provviżorji u protettivi li jkopru assi li jinsabu fit-territorji ta' Stati Membri oħra. Min-naħa l-oħra, prattikant fl-insolvenza maħtur temporanjament qabel il-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jkun jista', fl-Istat Membru li fih ikun jinsab stabbiliment li jappartjeni lid-debitur, japplika għal miżuri ta' preservazzjoni li jkunu possibbli permezz tal-liġi ta' dawk l-Istati Membri.

(37)

Qabel ma jinfetħu l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, id-dritt li jintalab il-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu l-istabbiliment tiegħu għandu jkun limitat għal kredituri lokali u l-awtoritajiet pubbliċi jew għal każijiet fejn il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza ma jkunux jistgħu jinfetħu permezz tal-liġi tal-Istat Membru fejn id-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu. Ir-raġuni għal din ir-restrizzjoni hija illi f'dawk il-każijiet fejn proċedimenti territorjali ta' insolvenza ikunu mitluba qabel ma l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jiġu intenzjonalment limitati għal dak li hu assolutament meħtieġ.

(38)

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, dan ir-Regolament ma jillimitax id-dritt li jintalab il-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza fi Stat Membru fejn id-debitur ikollu stabbiliment. Il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jew xi persuna awtorizzata permezz tal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru tista titlob il-ftuħ tal-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

(39)

Dan ir-Regolament għandu jipprevedi regoli biex tiġi determinata l-lokalizzazzjoni tal-assi tad-debitur, li għandhom japplikaw meta jiġi determinat liema assi jappartjenu għall-proċedimenti prinċipali jew sekondarji, jew f'sitwazzjonijiet li jinvolvu d-drittijiet tal-partijiet terzi in rem. B'mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jipprovdi li privattivi Ewropej b'effett unitarju, marka kummerċjali tal-Komunità jew kwalunkwe dritt simili ieħor, bħal drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità jew disinji tal-Komunità, għandhom jiġu inklużi biss fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.

(40)

Proċeduri sekondarji ta' insolvenza jistgħu jservu diversi skopijiet, apparti mill-protezzjoni ta' interessi lokali. Jistgħu jinqalgħu każijiet fejn il-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur ikun kompless wisq biex jiġi amministrat bħala unità jew fejn id-differenzi fis-sistemi legali kkonċernati jkunu tant kbar illi jistgħu jinħolqu diffikultajiet mill-estensjoni ta' effetti li joriġinaw mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ ta' proċedimenti lill-Istati Membri l-oħra fejn ikunu jinstabu l-assi. Għal dik ir-raġuni, il-prattikant fl-insolvenza jista' jitlob għal ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza fil-proċeduri prinċipali ta' insolvenza fejn l-amministrazzjoni effiċjenti tal-patrimonju tal-insolvenza tkun titlob hekk.

(41)

Proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jistgħu jxekklu wkoll l-amministrazzjoni effiċjenti tal-patrimonju tal-insolvenza. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi żewġ sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom il-qorti invokata b'talba biex jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali, għandha tkun tista' tipposponi jew tirrifjuta l-ftuħ ta' proċedimenti bħal dawn.

(42)

L-ewwel, dan ir-Regolament jagħti l-possibbiltà lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza li jagħti impenn lill-kredituri lokali sabiex huma jiġu trattati daqslikieku jkunu nfetħulhom il-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza. Dak l-impenn għandu jissodisfa għadd ta' kondizzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari li jkun approvat b'maġġoranza kwalifikata ta' kredituri lokali. Meta jingħata tali impenn, il-qorti invokata b'talba biex tiftaħ proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tkun tista' tirrifjuta dik it-talba jekk hi tkun sodisfatta li dak l-impenn jipproteġi b'mod adegwat l-interessi ġenerali tal-kredituri lokali. Meta tevalwa dawk l-interessi l-qorti għandha tieħu kont tal-fatt li l-impenn ikun ġie approvat minn maġġoranza kwalifikata ta' kredituri lokali.

(43)

Għall-finijiet li jingħata impenn lil kredituri lokali, l-assi u d-drittijiet li jinsabu fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu stabbiliment għandhom jifformaw sottokategorija tal-patrimonju tal-insolvenza, u, li fid-distribuzzjoni tagħhom jew tar-rikavat li jirriżulta mit-tisrif tagħhom, il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jirrispetta d-drittijiet ta' prijorità li l-kredituri kien ikollhom kieku nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza f'dak l-Istat Membru.

(44)

Il-liġi nazzjonali għandha tkun applikabbli, kif adatt, fir-rigward tal-approvazzjoni tal-impenn. B'mod partikolari, fejn skont il-liġi nazzjonali r-regoli tal-votazzjoni sabiex jiġi adottat pjan ta' ristrutturar jeħtieġu l-approvazzjoni minn qabel tal-pretensjonijiet tal-kredituri, dawk il-pretensjonijiet għandhom jiġu meqjusa bħala approvati għall-fini ta' votazzjoni fuq l-impenn. Fejn hemm proċeduri differenti għall-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ristrutturar skont il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċedura speċifika li għandha tkun rilevanti f'dan il-kuntest.

(45)

It-tieni, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li b'mod temporanju l-qorti tissospendi l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, meta tkun ingħatat sospensjoni temporanja ta' proċedimenti ta' infurzar individwali fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, sabiex tiġi ppreservata l-effiċjenza tas-sosepensjoni tal-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza. Il-qorti għandha tkun tista' tagħti s-sospensjoni temporanja jekk hija tkun sodisfatta li hemm miżuri fis-seħħ li jipproteġu l-interess ġenerali tal-kredituri lokali. F'tali każ, il-kredituri kollha li jistgħu jiġu affettwati mill-eżitu tan-negozjati dwar pjan ta' ristrutturar għandhom jiġu infurmati dwar in-negozjati u jitħallew jipparteċipaw fihom.

(46)

Sabiex jiġi żgurat il-ħarsien effettiv tal-interessi lokali, il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza ma għandux ikun jista' jsarraf jew jerġa' jalloka, b'mod abbużiv, l-assi li jinsabu fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment, b'mod partikolari, għall-fini li tiġi mxekkla l-possibbiltà li dawn l-interessi jkunu jistgħu effettivament jiġu ssodisfati jekk sussegwentement jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

(47)

Dan ir-Regolament ma għandux jimpedixxi lill-qrati ta' Stat Membru li fih ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza milli jissanzjonaw id-diretturi tad-debitur għal xi ksur ta' dmirijiethom, dment li dawk il-qrati jkollhom ġurisdizzjoni biex jindirizzaw tilwim bħal dan skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

(48)

Proċedimenti prinċipali ta' insolvenza u proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jistgħu jikkontribwixxu għall-amministrazzjoni effiċjenti tal-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur jew għat-tisrif effettiv tal-assi totali jekk ikun hemm kooperazzjoni proprja bejn l-atturi involuti fil-proċedimenti kurrenti kollha. Kooperazzjoni xierqa timplika illi l-prattikanti fl-insolvenza varji u l-qrati involuti jikkooperaw mill-qrib, b'mod partikolari billi jiskambjaw ammont suffiċjenti ta' informazzjoni. Sabiex jiġi assigurat ir-rwol dominanti tal-proċediment prinċipali ta' insolvenza, il-prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti bħal dawn għandu jingħata diversi possibbiltajiet għal intervent fi proċedimenti sekondarji ta' insolvenza li jkunu pendenti fl-istess żmien. B'mod partikolari, il-prattikant fl-insolvenza għandu jkun jista' jipproponi pjan ta' ristrutturar jew kompożizzjoni jew japplika għal sospensjoni tat-tisrif tal-assi fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza. Meta jkunu qegħdin jikkoperaw, il-prattikanti fl-insolvenza u l-qrati għandhom iqisu l-aqwa prattiki għall-kooperazzjoni f'kawżi ta' insolvenza transkonfinali, kif stabbilit fil-prinċipji u l-linji gwida għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni adottata minn organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali attivi fil-qasam tal-liġi tal-insolvenza, u b'mod partikolari linji gwida relevanti mħejjija mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali (UNCITRAL).

(49)

Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni xierqa, il-prattikanti fl-insolvenza u l-qrati għandhom ikunu jistgħu jidħlu fi ftehimiet u protokolli sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transkonfinali ta' diversi proċedimenti ta' insolvenza fi Stati Membri differenti dwar l-istess debitur jew membri tal-istess grupp ta' kumpaniji, fejn dan ikun kompatibbli mar-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti. Tali ftehimiet u protokolli jistgħu jvarjaw fil-forma, b'tali mod li jistgħu jkunu bil-miktub jew bil-fomm, u fl-ambitu, tant li jistgħu jvarjaw mill-ġeneriku għall-ispeċifiku, u jistgħu jidħlu fis-seħħ minn partijiet differenti. Ftehimiet ġeneriċi sempliċi jistgħu jenfasizzaw il-ħtieġa għall-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet, mingħajr ma jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi, waqt li ftehimiet speċifiċi aktar dettaljati jistabbilixxu qafas ta' prinċipji li jirregolaw diversi proċedimenti ta' insolvenza u jistgħu jiġu approvati mill-qrati involuti, fejn hekk ikun jitlob id-dritt nazzjonali. Dawn jistgħu jirriflettu qbil bejn il-partijiet biex jieħdu jew jibqgħu lura milli jieħdu ċerti passi jew azzjonijiet.

(50)

Bl-istess mod, il-qrati ta' Stati Membri differenti jistgħu jikkooperaw billi jikkoordinaw il-ħatra ta' prattikanti fl-insolvenza. F'dak il-kuntest, huma jistgħu jaħtru prattikant uniku fl-insolvenza għal diversi proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward tal-istess debitur jew għal membri differenti ta' grupp ta' kumpaniji, dment li dan ikun kompatibbli mar-regoli li japplikaw għal kull wieħed mill-proċedimenti, b'mod partikolari ma' kwalunkwe rekwiżiti dwar il-kwalifiki u l-liċenzjar tal-prattikant fl-insolvenza.

(51)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-proċedimenti ta' insolvenza relatati ma' kumpaniji differenti li jifformaw parti minn grupp ta' kumpaniji.

(52)

Fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza għal diversi kumpaniji tal-istess grupp, għandu jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn l-atturi involuti f'dawk il-proċedimenti. Il-prattikanti fl-insolvenza varji u l-qrati involuti għalhekk għandu jkollhom obbligu simili ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni ma' xulxin bħal dawk involuti fi proċedimenti prinċipali u sekondarji ta' insolvenza relatati mal-istess debitur. Il-kooperazzjoni bejn il-prattikanti fl-insolvenza ma għandhiex tmur kontra l-interessi tal-kredituri f'kull wieħed mill-proċedimenti u li din il-kooperazzjoni għandu jkollha l-għan li ssib soluzzjoni li tisfrutta s-sinerġiji fil-grupp kollu.

(53)

L-introduzzjoni ta' regoli dwar il-proċedimenti ta' insolvenza ta' gruppi ta' kumpaniji ma għandhiex tillimita l-possibbiltà li qorti tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza għal bosta kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp f'ġurisdizzjoni waħda jekk il-qorti ssib li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta' dawk il-kumpaniji jinsab fi Stat Membru wieħed. F'każijiet bħal dawn, il-qorti għandha tkun tista' taħtar ukoll, jekk ikun xieraq, lill-istess prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti kollha kkonċernati, dment li dan ma jkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għalihom.

(54)

Bil-ħsieb li titkompla titjieb il-koordinazzjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza ta' membri ta' grupp ta' kumpaniji, u biex ikun hemm ristrutturar ikkoordinat tal-grupp, dan ir-Regolament għandu jintroduċi regoli proċedurali dwar il-koordinazzjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza ta' membri ta' grupp ta' kumpaniji. Tali koordinazzjoni għandha tara li tiżgura l-effiċjenza tal-koordinazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tirrispetta l-personalità ġuridika separata ta' kull membru tal-grupp.

(55)

Prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' insolvenza li jinfetħu fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpanniji għandu jkun jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi. Madankollu, fejn il-liġi applikabbli għall-insolvenza tirrikjedi dan, dak il-prattikant fl-insolvenza għandu jikseb l-awtorizzazzjoni meħtieġa qabel ma ssir tali talba. It-talba għandha tispeċifika l-elementi essenzjali tal-koordinazzjoni, b'mod partikolari deskrizzjoni tal-pjan ta' koordinazzjoni, proposta li turi min għandu jinħatar bħala koordinatur u deskrizzjoni tal-ispejjeż stmati tal-koordinazzjoni.

(56)

Sabiex tiġi żgurata n-natura volontarja tal-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi, il-prattikanti fl-insolvenza involuti għandhom ikunu jistgħu joġġezzjonaw għall-parteċipazzjoni fil-proċedimenti f'perjodu ta' żmien speċifiku. Sabiex il-prattikanti fl-insolvenza involuti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata dwar il-parteċipazzjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, għandhom jiġu infurmati fi stadju bikri dwar l-elementi essenzjali tal-koordinazzjoni. Madankollu, kwalunkwe prattikant fl-insolvenza li inizjalment oġġezzjona għall-inklużjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni għandu jkun jista' sussegwentement jitlob li jipparteċipa fihom. F'tali każ, il-koordinatur għandu jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta' tali talba. Il-prattikanti kollha fl-insolvenza, inkluż il-prattikant fl-insolvenza li jagħmel it-talba, għandhom jiġu infurmati dwar id-deċiżjoni tal-koordinatur u għandu jkollhom l-opportunità jikkontestaw dik id-deċiżjoni quddiem il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.

(57)

Il-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi dejjem għandhom jippruvaw jiffaċilitaw l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti ta' insolvenza tal-membri ta' grupp, u għandhom impatt ġeneralment pożittiv fuq il-kredituri. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-qorti li magħha ġiet ippreżentata talba għal proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi tagħmel valutazzjoni ta' dawk il-kriterji qabel ma jinfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi.

(58)

Il-vantaġġi tal-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi ma għandhomx imorru lil hinn mill-ispejjeż ta' dawk il-proċedimenti. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-ispejjeż tal-koordinazzjoni, u s-sehem ta' dawk l-ispejjeż li kull membru ta' grupp għandu jagħmel tajjeb għalihom huma adegwati, proporzjonati u raġonevoli, u għandhom jiġu determinati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi. Il-prattikanti fl-insolvenza involuti għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkontrollaw dawk l-ispejjeż minn stadju bikri tal-proċedimenti. Fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi dan, il-kontroll tal-ispejjeż minn stadju bikri tal-proċedimenti jista' jinvolvi lill-prattikant fl-insolvenza li qed ifittex l-approvazzjoni ta' qorti jew ta' kumitat ta' kredituri.

(59)

Fejn il-koordinatur iqis li t-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha jeħtieġ żieda sinifikanti fl-ispejjeż meta mqabbla mal-ispejjeż stmati inizjalment u, fi kwalunkwe każ, fejn l-ispejjeż jaqbżu l-10 % tal-ispejjeż stmati, il-koordinatur għandu jiġi awtorizzat mill-qorti li fetħet il-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp biex jinqabżu tali spejjeż. Qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp għandha tagħti l-possibbiltà lill-prattikanti fl-insolvenza parteċipanti biex jinstemgħu quddiemha sabiex jikkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-adegwatezza tat-talba tal-koordinatur.

(60)

Għall-membri ta' grupp ta' kumpaniji li mhumiex jipparteċipaw fi proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll mekkaniżmu alternattiv biex jinkiseb ristrutturar ikkoordinat tal-grupp. Prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti relatati ma' membru ta' grupp ta' kumpaniji għandu jkollu locus standi biex jitlob sospensjoni ta' kwalunkwe miżura relatata mat-tisrif tal-assi fil-proċedimenti miftuħin fir-rigward ta' membri oħrajn tal-gruppi mhumiex soġġetti għall-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-gruppi. Għandu jkun possibbli biss li tintalab sospensjoni jekk jiġi ppreżentat pjan ta' ristrutturar għall-membri tal-grupp ikkonċernat, jekk il-pjan ikun għall-benefiċċju tal-kredituri fil-proċedimenti li fir-rigward tagħhom tintalab is-sospensjoni, u jekk tkun neċessarja sabiex jiġi żgurat li l-pjan jista' jiġi implimentat kif suppost.

(61)

Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jistabbilixxu regoli nazzjonali li jissupplimentaw ir-regoli dwar il-kooperazzjoni, il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni fir-rigward tal-insolvenza tal-membri ta' gruppi ta' kumpaniji li jinsabu f'dan ir-Regolament, dment li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk ir-regoli nazzjonali jkun limitat għall-ġurisdizzjoni nazzjonali u li l-applikazzjoni tagħhom ma ddgħajjifx l-effiċjenza tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(62)

Ir-regoli dwar il-kooperazzjoni, il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qafas tal-insolvenza tal-membri ta' grupp ta' kumpaniji previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss sal-punt li l-proċedimenti relatati mal-membri differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji jkunu nfetħu f'aktar minn Stat Membru wieħed.

(63)

Kwalunkwe kreditur li għandu r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju tiegħu rreġistrat fl-Unjoni għandu jkollu d-dritt li jressaq l-pretensjonijiet tiegħu f'kull waħda mill-proċedimenti ta' insolvenza pendenti fl-Unjoni li hi marbuta mal-assi tad-debitur. Dan għandu japplika wkoll għall-awtoritajiet tat-taxxi u għall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-prattikant fl-insolvenza milli jressaq pretensjonijiet f'isem ċerti gruppi ta' kredituri, pereżempju impjegati, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi dan. Madankollu, sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-kredituri, it-tqassim tal-proċedimenti għandu jkun ikkoordinat. Kull kreditur għandu jkun jista' jżomm dak li jkun irċieva matul il-kors tal-proċedimenti ta' insolvenza imma għandu jkun intitolat biss li jipparteċipa fid-distribuzzjoni tal-assi totali fi proċedimenti oħra jekk kredituri bl-istess drittijiet ta' pożizzjoni jkunu akkwistaw l-istess proporzjon tal-pretensjonijiet tagħhom.

(64)

Huwa essenzjali li kredituri li jkollhom ir-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Unjoni jkunu infurmati bil-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza relatati mal-assi tad-debitur tagħhom. Sabiex tiġi żgurata trażmissjoni malajr tal-informazzjoni lill-kredituri, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ma għandux japplika fejn dan ir-Regolament jirreferi għall-obbligu li jiġu infurmati l-kredituri. L-użu ta' formoli standard disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-kompitu tal-kredituri meta jressqu pretensjonijiet fi proċedimenti miftuħa fi Stat Membru ieħor. Il-konsegwenzi ta' preżentazzjoni inkompleta tal-formoli standard għandhom ikunu kwistjoni għad-dritt nazzjonali.

(65)

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-għarfien immedjat ta' ġudizzji li jkopru l-ftuħ, it-twettiq u l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u fis-sentenzi mgħotija b' konnessjoni diretta ma' proċedimenti ta' insolvenza bħal dawk. Għarfien awtomatiku għandu għalhekk ifisser li l-effetti attribwiti għal proċedimenti bil-liġi tal-Istat Membru li fih ikunu ġew miftuħa l-proċedimenti, ikunu estiżi lejn l-Istati Membri l-oħra kollha. L-għarfien tas-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka. Għal dan il-għan, ir-raġunijiet għal nuqqas ta' għarfien għandhom jitnaqqsu għal minimu meħtieġ. Dan huwa wkoll il-bażi li fuqu għandha tiġi solvuta xi tilwima meta l-qrati ta' żewġ Stati Membri jinsistu t-tnejn fuq il-kompetenza li jiftħu l-proċedimenti prinċipali tal-insolvenza. Id-deċiżjoni tal-Prim Awla li tiftaħ il-proċedimenti għandha tkun magħrufa fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma dawk l-Istati jkollhom il-poter li jiskrutinizzaw id-deċiżjoni tal-qorti.

(66)

Dan ir-Regolament għandu jesiġi, għall-materji koperti minnu, regoli uniformi dwar kunflitt ta' liġijiet, li jissosttiwixxu, fil-kamp tal-applikazzjoni tagħhom, ir-regoli nazzjonali tal-liġi privata internazzjonali. Sakemm ma jingħadx mod ieħor, għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti (lex concursus). Din ir-regola ta' kunflitt ta' liġijiet għandha tkun valida kemm għal proċedimenti prinċipali ta' insolvenza kif ukoll għal proċedimenti lokali. Il-lex concursus tiddetermina l-effetti tal-proċedimenti ta' insolvenza, kemm proċedurali kif ukoll sostantivi, fuq il-persuni u relazzjonijiet legali li jikkonċernawhom. Jirregola il-kondizzjonijiet kollha għal ftuħ, it-twettieq u l-egħluq tal-proċedimenti ta' insolvenza.

(67)

L-għarfien awtomatiku ta' proċedimenti ta' insolvenza li għalihom normalment tapplika l-liġi tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti jista' jfixkel ir-regoli li skonthom jitwettqu t-transazzjonijiet fl-Istati Membri l-oħra. Sabiex jitħarsu l-aspettattivi leġittimi u iċ-ċertezza ta' transazzjonijiet fi Stati Membri apparti minn dak ta' fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti, għandha ssir dispożizzjoni għal numru ta' eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali.

(68)

Hemm ħtieġa partikolari għal referenza speċjali li tmur lil hinn mil-liġi tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti fil-każ tad-drittijiet in rem ladarba tali drittijiet huma ta' importanza konsiderevoli għal-għoti ta' kreditu. Il-bażi, il-validità u l-firxa tad-drittijiet in rem għandu għalhekk normalment jiġi determinat bi qbil mal-lex situs u ma għandux ikun effettwat bil-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza. Il-propjetarju ta' dritt in rem għandu għalhekk ikun jista' jkompli jinsisti bid-dritt tiegħu ta' segregazzjoni jew ta' ftehim separat għal garanzija kollaterali. Meta l-assi huma suġġetti għad-drittijiet in rem taħt il-lex situs fi Stat Membru wieħed iżda l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jitwettqu fi Stat Membru ieħor, il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jkun jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza fil-ġurisdizzjoni fejn joriġinaw id-drittijiet in rem jekk id-debitur ikollu stabbiliment hemmhekk. Jekk proċedimenti sekondarji ta' insolvenza ma jinfetħux, kwalunkwe dħul żejjed mill-bejgħ ta' assi koperti bid-drittijiet in rem għandu jitħallas lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.

(69)

Dan ir-Regolament jistipula bosta dispożizzjonijiet għal qorti sabiex tordna proċedimenti ta' sospensjoni ta' ftuħ jew proċedimenti ta' sospensjoni tal-infurzar. Kwalunkwe sospensjoni ta' dan it-tip ma għandhiex taffettwa d-drittijiet in rem tal-kredituri jew ta' partijiet terzi.

(70)

Jekk ma tkunx permissibbli tpaċija ta' pretensjonijiet skont il-liġi tal-Istat tal-ftuħ ta' proċedimenti, il-kreditur għandu b'dana kollu jkun intitolat għal tpaċija jekk dan ikun possibbli skont il-liġi applikabbli għat-talba tal-insolvenza tad-debitur. B' dan il-mod, it-tpaċija takkwista funzjoni ta' tip ta' garanzija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet legali li fuqhom ikun jista' joqgħod il-kreditur ikkonċernat meta titressaq it-talba.

(71)

Teżisti wkoll il-ħtieġa għal protezzjoni speċjali fil-każ ta' sistema ta' pagamenti u swieq finanzjarji, pereżempju, fir-rigward ta' ftehimiet ta' għeluq ta' pożizzjoni u ta' ftehimiet ta' kumpens li jinstabu f'sistemi bħal dawk kif ukoll għall-bejgħ ta' kambjali u għall-garanziji li hemm dispożizzjoni dwarhom fi transazzjonijiet bħal dawn kif jiġu rregolati b' mod partikolari bid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għal transazzjonijiet bħal dawn, l-unika liġi li hija rilevanti għandha għalhekk tkun dik applikabbli għas-sistema jew is-suq ikkonċernat. Dik il-liġi hija intenzjonata li tneħħi l-possibbiltà ta' mekkaniżmi għal pagament u twettiq ta' transazzjonijiet, u li hemm dispożizzjoni dwarhom bis-sistemi ta' pagament u kumpens b'bilanċ jew bis-swieq finanzjarjament regolati tal-Istati Membri li jiġu mibdula fil-każ ta' insolvenza ta' sieħeb fin-negozju. Id-Direttiva 98/26/KE fiha dispożizzjonijiet speċjali li għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-regoli ġenerali stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(72)

Sabiex ikunu protetti l-impjegati u l-impjiegi, l-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq il-kontinwazzjoni jew it-terminazzjoni ta' impjieg u fuq id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet kollha f'dan l-impjieg għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-ftehim ta' impjieg rilevanti skont ir-regoli ġenerali dwar il-kunflitt fil-liġijiet. Barra minn hekk, f'każijiet fejn it-terminazzjoni ta' kuntratti ta' impjieg teħtieġ l-approvazzjoni minn qorti jew awtorità amministrattiva, l-Istat Membru li fih jinsab stabbiliment tad-debitur għandu jżomm il-ġurisdizzjoni li jagħti tali approvazzjoni anki jekk ma jkun infetaħ l-ebda proċediment ta' insolvenza f'dak l-Istat Membru. Kwalunkwe kwistjoni oħra tal-liġi dwar l-insolvenza, bħal jekk il-pretensjonijiet tal-impjegati humiex protetti minn drittijiet preferenzjali u x'tip ta' status tali drittijiet preferenzjali jista' jkollhom, għandhom jiġu determinati mil-liġi tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza (prinċipali jew sekondarji) ħlief f'każijiet fejn impriża, sabiex tevita proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, tkun ingħatat skont dan ir-Regolament.

(73)

Il-liġi applikabbli għall-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kwalunkwe kawża pendenti jew proċedimenti arbitrali pendenti li jikkonċernaw assi jew dritt li jifforma parti mill-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru fejn il-kawża tkun pendenti jew fejn hemm is-sede tal-arbitraġġ. Madankollu, din ir-regola ma għandhiex taffettwa r-regoli nazzjonali dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi ta' arbitraġġ.

(74)

Sabiex jitqiesu r-regoli proċedurali speċifiċi tas-sistemi tal-qrati f'ċerti Stati Membri, għandha tkun provduta flessibbiltà fir-rigward ta' ċerti regoli f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, ir-referenzi f'dan ir-Regolament għall-avviż li jingħata minn korp ġudizzjarju ta' Stat Membru għandu jinkludu, fejn ir-regoli proċedurali ta' Stat Membru hekk jeħtieġu, ordni minn dak il-korp ġudizzjarju li jmexxi l-avviż li għandu jingħata.

(75)

Għal raġunijiet ta' negozju, il-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti għandu jiġi ppublikat, fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza, fi Stat Membru għajr dak li l-qorti tkun tat is-sentenza. Jekk hemm stabbiliment fl-Istat Membru kkonċernat, tali pubblikazzjoni għandha tkun obbligatorja. B'danakollu, fl-ebda każ, ma għandha l-pubblikazzjoni tkun kondizzjoni bil-quddiem ta' għarfien ta' proċedimenti barranin.

(76)

Sabiex tittejjeb l-għoti tal-informazzjoni lill-kredituri u l-qrati rilevanti u biex jipprevjenu l-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza paralleli, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti f'kawżi ta' insolvenza transkonfinali f'reġistru elettroniku aċċessibbli mill-pubbliku. Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dik l-informazzjoni għall-kredituri u l-qrati domiċiljati jew li jinsabu fi Stati Membri oħra, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-interkonnessjoni ta' tali reġistri ta' insolvenza permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jippubblikaw informazzjoni rilevanti f'diversi reġistri u għandu jkun possibbli li jiġu interkonnessi flimkien aktar minn reġistru wieħed għal kull Stat Membru.

(77)

Dan ir-Regolament għandu jiddetermina l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandu jiġi ppubblikat fir-reġistri ta' insolvenza. L-Istati Membri ma għandhomx jiġu preklużi milli jinkludu informazzjoni addizzjonali. Meta d-debitur ikun individwu, ir-reġistri ta' insolvenza għandhom ikollhom jindikaw numru ta' reġistrazzjoni biss li qed jeżerċita negozju indipendenti jew attività professjonali, jekk id-debitur ikun qed jeżerċita negozju indipendenti jew attività professjonali. Dak in-numru ta' reġistrazzjoni għandu jinftiehem bħala n-numru tar-reġistrazzjoni uniku tan-negozju indipendenti tad-debitur jew l-attività professjonali tiegħu ippubblikat fir-reġistru tal-kummerċ, jekk ikun hemm.

(78)

Informazzjoni dwar ċerti aspetti tal-proċedimenti ta' insolvenza hija essenzjali għall-kredituri, bħal limiti taż-żmien għat-tressiq tal-pretensjonijiet jew biex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet. Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux jimponi fuq l-Istati Membri biex jikkalkulaw dawk il-limiti ta' żmien fuq bażi każ b'każ. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom billi jżidu l-ħoloq attivi għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika fejn tingħata l-informazzjoni awtospjegattiva fuq il-kriterji għall-kalkoli ta' dawk il-limiti ta' żmien.

(79)

Sabiex tingħata biżżejjed protezzjoni għal informazzjoni relatata ma' individwi li ma jeżerċitawx negozju indipendenti jew attività professjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw dik l-informazzjoni soġġetta għal kriterji ta' tiftix supplimentari bħan-numru ta' identifikazzjoni personali tad-debitur, l-indirizz, id-data tat-twelid jew id-distrett tal-qorti kompetenti jew biex jagħmlu l-aċċess possibbli biss fuq talba lil awtorità kompetenti jew meta ssir verifika ta' interess leġittimu.

(80)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu ma jinkludux, fir-reġistri tagħhom tal-insolvenza, informazzjoni dwar individwi li ma jeżerċitawx negozju indipendenti jew attività professjonali. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tingħata lill-kredituri permezz ta' avviż individwali u li l-pretensjonijiet tal-kredituri li ma jirċevux l-informazzjoni ma jiġux affettwati mill-proċedimenti.

(81)

Jista' jkun il-każ li uħud mill-persuni kkonċernati ma jkunux konxji mill-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvneza u jaġixxu in bona fede b'tali mod li jkun hemm kunflitt maċ-ċirkostanzi l-ġodda. Sabiex jitħarsu persuni li, ma jkunux konxji li jkunu nfetħu l-proċedimenti barranin, u jagħmlu pagament lid-debitur minflok lill-prattikant fl-insolvenza barrani, għandu jkun hemm dispożizzjoni li pagament bħal dan għandu jkollu l-effett li jneħħi l-piż tad-dejn.

(82)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(83)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jara li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 8, 17 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-ħarsien tad-data personali, id-dritt tal-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust.

(84)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(85)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (11).

(86)

Minħabba li l-għanijiet t ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, permezz ta' raġuni li jinħoloq qafas legali għall-amministrazzjoni xierqa ta' proċedimenti ta' insolvenza transkonfinali, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(87)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(88)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u la hi marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

(89)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ta l-opinjoni tiegħu fis-27 ta' Marzu 2013 (12),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-proċedimenti kollettivi pubbliċi, inklużi proċedimenti interim, li huma bbażati fuq liġijiet relatati mal-insolvenza u fejn, għall-fini ta' salvataġġ, aġġustament tad-dejn, riorganizzazzjoni jew likwidazzjoni,

(a)

debitur ikun totalment jew parzjalment ipprivat mill-assi tiegħu u jinħatar prattikant fl-insolvenza;

(b)

l-assi u l-affarijiet ta' debitur ikunu suġġetti għall-kontroll jew is-sorveljanza ta' qorti; jew

(c)

sospensjoni temporanja ta' proċedimenti ta' infurzar individwali tingħata minn qorti jewbl-applikazzjoni tal-liġi sabiex ikunu jistgħu jsiru n-negozjati bejn id-debitur u l-kredituri tiegħu, dment li l-proċedimenti li fihom tingħata s-sospensjoni jipprevedu miżuri adatti għall-protezzjoni tal-korp ġenerali ta' kredituri u, fejn ma jintlaħaq l-ebda qbil, huma preliminari għal wieħed mill-proċedimenti msemmija fil-punt (a) jew (b).

Fejn il-proċedimenti msemmijin f'dan il-paragrafu jistgħu jitniedu f'sitwazzjonijiet fejn hemm biss probabbiltà ta' insolvenza, l-għan tagħhom għandu jkun li tiġi evitata l-insolvenza tad-debitur jew il-waqfien tal-attivitajiet ta' negozju tad-debitur.

Il-proċedimenti msemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness A.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proċedimenti msemmija fil-paragrafu 1 li jikkonċernaw:

(a)

impriżi tal-assigurazzjoni;

(b)

istituzzjonijiet ta' kreditu;

(c)

kumpaniji ta' investiment u kumpaniji oħrajn, istituzzjonijiet u impriżi sa fejn huma koperti mid-Direttiva 2001/24/KE; jew

(d)

impriżi ta' investiment kollettiv.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(1)

“proċedimenti kollettivi” tfisser proċedimenti li jinkludu t-total ta' jew parti sinifikanti mill-kredituri tad-debitur, dment li, fil-każ tal-aħħar, il-proċedimenti ma jaffettwawx il-pretensjonijiet ta' kredituri li mhumiex involuti fihom;

(2)

“impriżi għal investiment kollettiv” tfisser impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u fondi ta' investiment alternattiv (AIF) kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(3)

“debitur fil-pussess” tfisser debitur li fil-konfront tiegħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza li mhux neċessarjament jinvolvu l-ħatra ta' prattikant fl-insolvenza jew it-trasferiment sħiħ tad-drittijiet u d-dmirijiet ta' ġestjoni tal-assi tad-debitur lil prattikant fl-insolvenza u fejn, allura, id-debitur jibqa' totalment jew mill-inqas parzjalment fil-kontroll tal-assi u l-affarijiet tiegħu;

(4)

“proċedimenti ta' insolvenza” tfisser il-proċedimenti elenkati fl-Anness A;

(5)

“prattikant fl-insolvenza” tfisser kwalunkwe persuna jew korp li l-funzjoni tiegħu, inkluż fuq bażi interim, li

(i)

li tivverifika u jammetti l-pretensjonijiet ippreżentati fi proċedimenti ta' insolvenza;

(ii)

tirrappreżenta l-interess kollettiv tal-kredituri;

(iii)

tamministra, kemm għalkollox jew parzjalment, l-assi li ġew ipprivati lid-debitur;

(iv)

tillikwida l-assi msemmija fil-punt (iii); jew

(v)

tissorvelja l-amministrazzjoni tal-affarijiet tad-debitur.

Il-persuni u korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu huma mniżżla fl-Anness B;

(6)

“qorti” tfisser

(i)

fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 1(1), l-Artikolu 4(2), l-Artikoli 5 u 6, l-Artikolu 21(3), il-punt (j) tal-Artikolu 24(2), l-Artikoli 36 u 39, u l-Artikoli 61 sa 77, il-korp ġudizzjarju ta' Stat Membru;

(ii)

fl-Artikoli l-oħra kollha, il-korp ġudizzjarju jew kwalunkwe korp kompetenti ieħor ta' Stat Membru li għandu s-setgħa jiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza, li jikkonferma dan il-ftuħ jew li jieħu deċiżjoni tul dawk il-proċedimenti;

(7)

“sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza” tinkludi:

(i)

id-deċiżjoni ta' kull qorti li tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza jew li tikkonferma l-ftuħ ta' proċedimenti ta' dan it-tip; u

(ii)

id-deċiżjoni ta' qorti li taħtar prattikant fl-insolvenza;

(8)

“iż-żmien tal-ftuħ ta' proċedimenti” tfisser iż-żmien meta s-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza ssir effettiva, irrispettivament jekk is-sentenza hijiex finali jew le;

(9)

“l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-assi” tfisser, fil-każ ta':

(i)

ishma rreġistrati f'kumpaniji, minbarra dawk imsemmija fil-punt (ii), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kumpanija li ħarġet l-ishma għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(ii)

strumenti finanzjarji, li s-sjieda tagħhom tirriżulta minn entrati f'reġistru jew kont miżmum minn intermedjarju jew minn xi ħadd f'ismu (“titoli f'forma miktuba”), l-Istat Membru fejn jinżamm ir-reġistru jew il-kont fejn hemm l-entrati;

(iii)

flus kontanti miżmuma f'istituzzjoni ta' kreditu, l-Istat Membru indikat fil-kont IBAN, jew, għal flus kontanti miżmuma f'kontijiet ma' istituzzjonijiet ta' kreditu li ma għandhomx IBAN, l-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta' kreditu li għandha l-kont għandha l-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew, fejn huwa miżmum il-kont ma' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, l-Istat Membru fejn tinsab il-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor;

(iv)

proprjetà u drittijiet għall-propjetà ta' intitolament jew intitolament li jiddaħħal f'reġistru pubbliku għajr dawk imsemmija fil-punt (i), l-Istat Membru li r-reġistru jkun jinżamm taħt l-awtorità tiegħu;

(v)

privattivi Ewropej, l-Istat Membru li tingħatalu l-privattiva Ewropea;

(vi)

id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu s-sid ta' tali drittijiet għandu r-residenza abitwali jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

(vii)

proprjetà tanġibbli, għajr dik imsemmija fil-punti (i) sa (iv), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinstab il-proprjetà;

(viii)

pretensjonijiet kontra partijiet terzi ħlief dawk relatati ma' assi msemmija fil-punt (iii), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-parti terza meħtieġa li tissodisfa l-pretensjonijiet ikollu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu, kif iddeterminat skont l-Artikolu 3(1);

(10)

“stabbiliment” tfisser kull post ta' operazzjoni fejn debitur iwettaq jew ikun wettaq fi tliet xhur qabel it-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza attività ekonomika mhux transitorja b'mezzi umani jew b'assi;

(11)

“kredituri lokali” tfisser kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom kontra debitur ikunu ġew mill-operat jew f'konnessjoni mal-operat ta' stabbiliment li jinsab fi Stat Membru li mhux dak fejn id-debitur għandu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu;

(12)

“kreditur barrani” tfisser kreditur li għandu r-residenza abitwali, domiċilju jew uffiċċju reġistrat fi Stat Membru li mhuwiex dak fejn fih infetħu l-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri;

(13)

“grupp ta' kumpanniji” tfisser impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji kollha tagħha;

(14)

“impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla, jew direttament jew indirettament, impriża sussidjarja waħda jew aktar u tinkludi impriża li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) għandha titqies impriża prinċipali.

Artikolu 3

Ġurisdizzjoni internazzjonali

1.   Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni biex jiftħu l-proċedimenti tal-insolvenza (“il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza”). Iċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandu jkun il-post fejn id-debitur iwettaq l-amministrazzjoni tal-interessi tiegħu fuq bażi regolari u li jista' jiġi aċċertat minn partijiet terzi.

Fil-każ ta' kumpannija jew persuna ġuridika, il-preżunzjoni tkun li l-post tal-uffiċċju rreġistrat ikun iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Dik il-preżunzjoni għandha tapplika biss jekk l-uffiċċju rreġistrat ma jkunx iċċaqlaq għal Stat Membru ieħor fi żmien perjodu ta' tliet xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.

Fil-każ ta' individwu li qed jeżerċita attività ta' negozju jew professjonali indipendenti, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandu jkun preżunt li hu l-post prinċipali tan-negozju ta' dak l-individwu fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Dik il-preżunzjoni għandha tapplika biss jekk il-post prinċipali tan-negozju ta' dak l-individwu ma jkunx iċċaqlaq għal Stat Membru ieħor fi żmien perjodu ta' 3 xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.

Fil-każ ta' kwalunkwe individwu ieħor, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandu jkun preżunt li hu l-post tar-residenza abitwali tal-individwu fin-nuqqas ta' prova kuntrarja. Din il-preżunzjoni għandha tapplika biss jekk ir-residenza abitwali ma tkunx iċċaqilqet għal Stat Membru ieħor fi żmien perjodu ta' sitt xhur qabel it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.

2.   Meta ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur ikun jinstab fit-territorju ta' Stat Membru, il-qrati ta' Stat Membru ieħor għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni li jiftħu proċedimenti ta' insolvenza kontra dak id-debitur fil-każ biss li dak ikollu stabbiliment fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. L-effetti ta' dawk il-proċedimenti għandhom ikunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor.

3.   Meta proċedimenti ta' insolvenza jkunu nfetħu skont il-paragrafu 1, kull proċediment miftuħ sussegwentement skont il-paragrafu 2 ikun proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

4.   Il-proċedimenti territorjali ta' insolvenza msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinfetħu biss qabel il-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza skont il-paragrafu 1 meta:

(a)

l-proċedimenti ta' insolvenza skont il-paragrafu 1 ma jistgħux jinfetħu minħabba l-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur; jew

(b)

l-ftuħ ta' proċedimenti territorjali ta' insolvenza huma mitluba minn:

(i)

kreditur li l-pretensjoni tiegħu tirriżulta minn operazzjoni jew b'rabta magħha, ta' stabbiliment li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru fejn huwa mitlub il-ftuħ tal-proċedimenti territorjali; jew

(ii)

awtorità pubblika li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-istabbiliment, għandha d-dritt li titlob il-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza.

Meta jinfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza prinċipali, il-proċedimenti territorjali ta' insolvenza għandhom isiru proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

Artikolu 4

Eżami tal-ġurisdizzjoni

1.   Qorti li tiġi invokata bit-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza għandha teżamina ex ufficio jekk għandhiex ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3. Is-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza għandha tispeċifika r-raġunijiet fuq xiex tkun ibbażata l-ġurisdizzjoni tal-qorti, u, b'mod partikolari, jekk il-ġurisdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2).

2.   Minkejja l-paragrafu 1, meta jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza f'konformità mal-liġi nazzjonali mingħajr deċiżjoni mill-qorti, l-Istati Membri jistgħu jinkarigaw il-prattikant fl-insolvenza maħtur f'tali proċedimenti biex jeżamina jekk l-Istat Membru li fih tinsab pendenti talba għall-ftuħ ta' proċedimenti għandux il-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3. Fejn dan ikun il-każ, il-prattikant fl-insolvenza għandu jispeċifika fid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata l-ġurisdizzjoni, u, b'mod partikolari, jekk il-ġurisdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2).

Artikolu 5

Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni li tiftaħ proċedimenti prinċipali ta' insolvenza

1.   Id-debitur jew kwalunkwe kreditur jista' jikkontesta quddiem qorti id-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għal raġunijiet ta' ġurisdizzjoni internazzjonali.

2.   Id-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza tista' tiġi kkontestata minn partijiet oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, jew għal raġunijiet oħra minbarra n-nuqqas ta' ġurisdizzjoni internazzjonali, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi dan.

Artikolu 6

Ġurisdizzjoni għal azzjoni li tirriżulta direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u li tkun marbuta mill-qrib magħhom

1.   Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu nfetħu proċedimenti ta' insolvenza f'konformità mal-Artikolu 3 ikollhom ġurisdizzjoni għal kull azzjoni li tirriżulta direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u li tkun marbuta magħhom, bħal azzjonijiet ta' nullità.

2.   Meta azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun relatata ma' azzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kontra l-istess konvenut, il-prattikant fl-insolvenza jista' jressaq iż-żewġ azzjonijiet quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab domiċiljat il-konvenut, jew, fejn l-azzjoni tkun kontra diversi konvenuti, quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kwalunkwe wieħed minnhom ikun domiċiljat, dment li dawk il-qrati jkollhom ġurisdizzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għad-debitur fil-pussess, dment li d-dritt nazzjonali jippermetti lid-debitur fil-pussess, skont id-dritt nazzjonali jagħmel rikors f'isem il-patrimonju tal-insolvenza.

3.   Għall-fini tal-paragrafu 2, azzjonijiet jitqiesu li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta' sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.

Artikolu 7

Liġi applikabbli

1.   Ħlief fejn ipprovdut b' mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta' insolvenza u l-effetti tagħhom għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, (l-“Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti”).

2.   Il-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta' dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-għeluq tagħhom. Għandha tiddetermina b' mod partikolari:

(a)

id-debituri li kontrihom jistgħu jinġiebu l-proċedimenti ta' insolvenza abbażi tal-kapaċità tagħhom;

(b)

l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza u t-trattament tal-assi akkwistati minn jew li jmissu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza;

(c)

il-poteri rispettivi tad-debitur u tal-prattikant fl-insolvenza;

(d)

il-kondizzjonijiet li bihom tista' tiġi invokata t-tpaċija;

(e)

l-effetti tal-proċedimenti ta' insolvenza fuq kuntratti kurrenti li minnhom id-debitur jagħmel parti;

(f)

l-effetti tal-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali, bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti;

(g)

il-pretensjonijiet li jkunu ġew ippreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u t-trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza;

(h)

ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tal-pretensjoni;

(i)

ir-regoli li jirregolaw id-distribuzzjoni ta' rikavat mit-tisrif tal-assi, il-gradazzjoni ta' pretensjonijiet u d-dritt tal-kredituri li ġew parzjalment sodisfatti wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza bis-saħħa tad-dritt in rem jew permezz ta' tpaċija;

(j)

il-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta', proċedimenti ta' insolvenza, b'mod partikolari b'kompożizzjoni;

(k)

id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza;

(l)

min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza;

(m)

ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' invalidità, invalidabilità u nuqqas ta' eżegwibilità ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali tal-kredituri.

Artikolu 8

Drittijiet ta' partijiet terzi in rem

1.   Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza ma għandux jaffettwa d-drittijiet in rem ta' kredituri jew partijiet terzi rigward assi tanġibbli jew mhux tanġibbli, mobbli jew immobbli, kemm l-assi speċifiċi kif ukoll il-kollezzjonijiet ta' assi indefiniti ħolistikament li jinbidlu minn żmien għal żmien, li jappartjenu għad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti.

2.   Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, b' mod partikolari, jfissru:

(a)

id-dritt li tiddisponi mill-assi jew li jiġu disposti u biex tikseb sodisfazzjon mir-rikavat jew mid-dħul minn dawk l-assi, partikolarment bis-saħħa ta' preferenza jew ipoteka;

(b)

id-dritt esklużiv li tintlaqa' talba, partikolarment dritt garantit bi preferenza dwar talba jew b'ċessjoni tat-talba bħala garanzija;

(c)

id-dritt li jintalbu assi minn, u/jew li jeħtieġu restituzzjoni minn, xi ħadd li jkollu l-pussess jew użu tagħhom kuntrarju tax-xewqat tal-parti hekk intitolata;

(d)

id-dritt in rem għall-użu li jagħti benefiċċju tal-assi.

3.   Id-dritt, irreġistrat f'reġistru pubbliku u infurzabbli kontra partijiet terzi, li abbażi tiegħu jista' jiġi akkwistat dritt in rem fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 1 għandu jkun meqjus bħala dritt in rem.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprekludi azzjonijiet ta' invalidità, invalidabilità u nuqqas ta' eżegwibilità kif imsemmi fil-punt (m) tal-Artikolu 7(2).

Artikolu 9

Tpaċija

1.   Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza ma għandhomx jaffetwaw id-dritt tal-kredituri li jitolbu tpaċija għall-pretensjonijiet tagħhom mal-pretensjonijiet ta' debitur, meta tali tpaċija tkun permissibbli bil-liġi applikabbli għat-talbiet tad-debitur insolventi.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprekludi azzjonijiet ta' invalidità, invalidabbiltà u nuqqas ta' infurzabbiltà kif imsemmi fil-punt (m) tal-Artikolu 7(2).

Artikolu 10

Riserva ta' titolu

1.   Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza kontra xerrej ta' ass ma għandux jaffettwa d-drittijiet tal-bejjiegħa li huma bbażati fuq riżerva ta' titolu meta fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti l-ass ikun jinstab fit-territorju ta' Stat Membru apparti minn dak l-Istat fejn jinfetħu l-proċedimenti.

2.   Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza kontra bejjiegħ ta' ass, wara l-kunsinna tal-ass, ma għandux jikkonstitwixxi bażi sabiex jitreġġa' lura jew jintemm il-bejgħ u ma għandux jipprevjeni lix-xerrej milli jakkwista titolu meta fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti l-ass mibjugħ ikun jinstab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor minn dak l-Istat fejn jinfetħu l-proċedimenti.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprekludu azzjonijiet ta' invalidità, invalidabbiltà u nuqqas ta' infurzabbiltà kif imsemmi fil-punt (m) tal-Artikolu 7(2).

Artikolu 11

Kuntratti marbuta ma' proprjetà immobbli

1.   L-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kuntratt li jagħti d-dritt li tiġi akkwistata jew li jsir użu minn propjetà immobbli għandhom jiġu regolati biss bil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-propjetà immobbli.

2.   Il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tapprova t-tmiem jew il-modifika tal-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu meta:

(a)

il-liġi tal-Istat Membru applikabbli għal dawk il-kuntratti tirrikjedi li tali kuntratt jista' jintemm jew jiġi modifikat biss bl-approvazzjoni tal-qorti li tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza; u

(b)

l-ebda proċediment ta' insolvenza ma jkun infetaħ f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 12

Sistema ta' pagamenti u swieq finanzjarji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, l-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għal pagament jew sistema tas-saldu jew għal suq finanzjarju għandha tiġi regolata biss bil-liġi tal-Istat Membru applikabbli għal dik is-sistema jew suq.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprekludi xi azzjoni għal invalidità, invalidabbiltà jew nuqqas ta' infurzabbiltà li tista' tittieħed sabiex jitwarrbu pagamenti jew transazzjonijiet taħt il-liġi applikabbli għas-sistema rilevanti ta' pagamenti jew suq finanzjarju.

Artikolu 13

Kuntratti ta' impjieg

1.   L-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kuntratti ta' impjieg u relazzjonijiet għandhom jiġu regolati biss bil-liġi tal-Istat Membru applikabbli għall-kuntratt ta' impjieg.

2.   Il-qrati tal-Istat Membru li fihom jistgħu jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandhom iżommu l-ġurisdizzjoni li japprovaw it-tmiem jew il-modifika tal-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu saħansitra jekk ma jkun infetaħ l-ebda proċediment ta' insolvenza f'dak l-Istat Membru.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal awtorità kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex tapprova t-terminazzjoni jew il-modifika ta' kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Effetti fuq id-drittijiet soġġetti għal reġistrazzjoni

L-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq id-drittijiet ta' debitur fi propjetà immobbli, vapur jew ajruplan li huma soġġetti għal reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku għandu jiġi determinat bil-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm dak ir-reġistru.

Artikolu 15

Privattivi Ewropej b'effett unitarju u marki kummerċjali Komunitarji

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, privattiva Ewropea b'effett unitarju, marka kummerċjali Komunitarja jew kwalunkwe dritt ieħor simili stabbilit bid-dritt tal-Unjoni jista' jkun inkluż biss fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 16

Atti detrimentali

Il-punt (m) tal-Artikolu 7(2) ma għandux japplika meta l-persuna li tibbenefika minn att detrimentali għal-kredituri kollha tipprovdi prova li:

(a)

l-att huwa soġġett għal-liġi ta' Stat Membru ieħor minn dak l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, u

(b)

l-liġi ta' dak l-Istat Membru ma tippermettix xi mezzi biex jiġi kkontestat dak l-att fil-każ rilevanti.

Artikolu 17

Protezzjoni ta' xerrejja terzi

Meta, b'att konkluż wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza, debitur jiddisponi, għal konsiderazzjoni, minn:

(a)

xi assi immobbli,

(b)

vapur jew inġenju tal-ajru soġġetti għal reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku, jew

(c)

titoli li l-eżistenza tagħhom tirrikjedi reġistrazzjoni f'reġistru stabbilit mil-liġi,

il-validità ta' dak l-att għandha tiġi regolata bil-liġi tal-Istat li fit-territorju tiegħu jkunu jinstabu l-assi immobbli jew permezz tal-awtorità li biha jinżamm ir-reġistru.

Artikolu 18

Effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kawżi jew proċedimenti arbitrali pendenti

L-effetti ta' proċedimenti ta' insolvenza fuq kawża pendenti jew proċedimenti arbitrali pendenti li jikkonċernaw ass jew dritt li jifforma parti mill-patrimonju tal-insolvenza ta' debitur għandu jkun irregolat biss mil-liġi tal-Istat Membru fejn dik il-kawża tkun pendenti jew fejn hemm is-sede tat-tribunal arbitrali.

KAPITOLU II

GĦARFIEN TA' PROĊEDIMENTI TA' INSOLVENZA

Artikolu 19

Prinċipju

1.   Kwalunkwe sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza mogħtija minn qorti ta' Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha mill-waqt li jsir effettiv fl-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti.

Ir-regola stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha wkoll tapplika fejn, minħabba l-kapaċità ta' debitur, ma jistgħux jinġiebu proċedimenti ta' insolvenza kontra dak id-debitur fi Stat Membru ieħor.

2.   Għarfien tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) ma għandux jipprekludi l-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) minn qorti fi Stat Membru ieħor. Dawn il-proċedimenti tal-aħħar għandhom ikunu sekondarji għal proċedimenti ta' insolvenza fi ħdan it-tifsira tal-Kapitolu III.

Artikolu 20

Effetti ta' għarfien

1.   Is-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha, mingħajr formalitajiet ulterjuri, tipproduċi l-istess effetti fi kwalunkwe Stat Membru ieħor taħt il-liġi tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti, dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor u sakemm ma jinfetħux proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) f'xi Stat Membru ieħor.

2.   L-effetti tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) ma jistgħux jiġu sfidati fi Stati Membri oħra. Kwalunkwe restrizzjoni għad-drittijiet tal-kredituri, b'mod partikolari sospensjoni jew it-tneħħija, għandhom jipproduċu effetti vis-à-vis assi li jinstabu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor biss fil-każ ta' dawk il-kredituri li jkunu taw il-kunsens tagħhom.

Artikolu 21

Setgħat tal-prattikant fl-insolvenza

1.   Il-prattikant fl-insolvenza maħtur minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) jista' jeżerċita s-setgħat kollha mogħtija lilu bil-liġi tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti fi Stat Membru ieħor, sakemm ma jinfetħux proċedimenti ta' insolvenza oħra hemm u lanqas ma jittieħdu miżuri ta' preservazzjoni kuntrarja wara talba għal ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza f'dak l-Istat. Soġġett għall-Artikoli 8 u 10, il-prattikant fl-insolvenza jista', b'mod partikolari, ineħħi l-assi tad-debitur mit-territorju tal-Istat Membru fejn ikunu.

2.   Il-prattikant fl-insolvenza maħtur minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) jista' fi Stat Membru ieħor jitlob permezz tal-qrati jew barra mill-qorti li propjetà mobbli tkun tneħħiet mit-territorju tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti lejn it-territorju ta' dak l-Istat Membru ieħor wara l-bidu tal-proċedimenti ta' insolvenza. Il-prattikant fl-insolvenza jista' wkoll jiftaħ azzjoni li twarrab li tkun fl-interess tal-kredituri.

3.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, il-prattikant fl-insolvenza għandu jkun konformi mal-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkollu l-ħsieb li titteħed azzjoni, b' mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' proċedimenti għat-tisrif tal-assi. Dawk is-setgħat ma jistgħux jinkludu miżuri koerċittivi, sakemm mhux ordnatimill-qorti ta' dak l-Istat Membru, jew id-dritt ta' deċiżjoni dwar proċedimenti ġuridiċi jew tilwim.

Artikolu 22

Prova tal-ħatra tal-prattikant fl-insolvenza

Il-ħatra tal-prattikant fl-insolvenza għandha tiġi manifestata b'kopja ċertifikata tad-deċiżjoni oriġinali li tkun ħatritu jew ħatritha b'xi ċertifikat ieħor maħruġ mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni.

Tista' tkun meħtieġa traduzzjoni f'lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkollu l-intenzjoni li jaġixxi. Ma għandha tiġi mitluba l-ebda legalizzazzjoni jew xi formalità simili oħra.

Artikolu 23

Radd lura u imputazzjoni

1.   Kreditur li, wara l-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1), jakkwista bi kwalunkwe mezz, b' mod partikolari permezz ta' infurzar, sodisfazzjoni totali jew parzjali tal-pretensjoni tiegħu fuq l-assi li jappartjenu lid-debitur li jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandu jrodd lura lill-prattikant fl-insolvenza dak li jkun ġie akkwistat, soġġett għall-Artikoli 8 u 10.

2.   Sabiex jiżgura trattament ugwali tal-kredituri, kreditur li jkollu, matul il-proċedimenti ta' insolvenza, akkwista dividend fuq il-pretensjoni tiegħu għandu jaqsam fid-distribuzzjoni magħmula fi proċedimenti oħra biss meta kredituri tal-istess grad jew kategorija jkunu, f'dawk il-proċedimenti l-oħra, akkwistaw dividend ekwivalenti.

Artikolu 24

Stabbiliment ta' reġistri ta' insolvenza

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu fit-territorju tagħhom reġistru wieħed jew diversi li fih tiġi ppubblikata l-informazzjoni li tikkonċerna proċedimenti ta' insolvenza (“reġistri ta' insolvenza”). Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata kemm jista' jkun malajr wara l-ftuħ ta' tali proċedimenti.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27, u għandha tinkludi dan li ġej (“informazzjoni mandatorja”):

(a)

id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza;

(b)

il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' insolvenza u n-numru ta' referenza tal-kawża, jekk jeżisti;

(c)

it-tip ta' proċedimenti ta' insolvenza msemmija fl-Anness A li kienu miftuħa u, fejn applikabbli, kwalunkwe tip ta' sottotip ta' tali proċedimenti miftuħa f'konformità mal-liġi nazzjonali;

(d)

jekk il-ġurisdizzjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti hijiex ibbażata fuq l-Artikolu 3(1), 3(2) jew 3(4);

(e)

jekk id-debitur huwa kumpannija jew persuna ġuridika, isem id-debitur, in-numru ta' reġistrazzjoni, l-uffiċċju rreġistrat jew, jekk differenti, l-indirizz postali;

(f)

jekk id-debitur huwa individwu, jekk jeżerċitax attività ta' negozju jew professjonali indipendenti jew le, isem id-debitur, in-numru ta' reġistrazzjoni, jekk jeżisti, u l-indirizz postali jew, fejn l-indirizz huwa protett, il-post u d-data tat-twelid tad-debitur;

(g)

l-isem, l-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku, jekk jeżistu, tal-prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti;

(h)

il-limitu ta' żmien biex jitressqu l-pretensjonijiet, jekk jeżisti, jew referenza għall-kriterji għall-kalkolu ta' dak il-limitu ta' żmien;

(i)

id-data tal-għeluq tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, jekk teżisti;

(j)

il-qorti li quddiemha u, fejn applikabbli, il-limitu ta' żmien li fih għandha tiġi kkontestata d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċeduri ta' insolvenza f'konformità mal-Artikolu 5, jew referenza għall-kriterji għall-kalkolu ta' dak il-limitu ta' żmien.

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jinkludu dokumenti jew informazzjoni addizzjonali fir-reġistri nazzjonali ta' insolvenza tagħhom, bħall-iskwalifiki ta' diretturi b'rabta mal-insolvenza.

4.   L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jinkludu l-informazzjoni fir-reġistri ta' insolvenza msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu b'rabta ma' individwi li ma jeżerċitawx attività ta' negozju jew professjonali, jew li jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni ta' dawk ir-reġistri, dment li huma jinfurmaw lil kredituri barranin magħrufa, skont l-Artikolu 54, bl-elementi msemmijin fil-punt (j) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-proċedimenti ta' insolvenza ma għandhomx jaffettwaw il-pretensjonijiet tal-kredituri barranin li ma jkunux irċevew l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

5.   Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fir-reġistri skont dan ir-Regolament ma għandha jkollha ebda effett legali minbarra dawk stabbiliti fil-liġi nazzjonali u fl-Artikolu 55(6).

Artikolu 25

Interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema deċentralizzata għall-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dik is-sistema tkun magħmula mir-reġistri ta' insolvenza u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jservu ta' punt ta' aċċess elettroniku pubbliku ċentrali għall-informazzjoni fis-sistema. Is-sistema għandha tipprovdi servizz ta' tfittxija fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex tagħmel disponibbli l-informazzjoni obbligatorja u kwalunkwe dokument jew informazzjoni oħra inkluża fir-reġistri ta' insolvenza li l-Istati Membri jagħżlu li jagħmlu disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

2.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn li ġejjin sas-26 ta' Ġunju 2019:

(a)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi abbażi tal-ispeċifikazzjoni tal-interfaċċa stabbilit għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza;

(b)

il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards minimi ta' sikurezza tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-informazzjoni fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza;

(c)

kriterji minimi għas-servizz ta' tfittxija pprovduti mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bbażati fuq l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24;

(d)

kriterji minimi għall-preżentazzjoni tar-riżultati ta' tfittxijiet ta' dan it-tip ibbażati fuq l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 24;

(e)

il-mezzi u l-kundizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti mis-sistema ta' interkonnessjoni; u

(f)

glossarju li fih spjegazzjoni bażika tal-proċedimenti ta' insolvenza nazzjonali elenkati fl-Anness A.

Artikolu 26

Spejjeż għall-istabbiliment u l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza

1.   L-istabbiliment, iż-żamma fis-seħħ u l-iżvilupp futur tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza għandhom ikunu ffinanjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jagħmel tajjeb għall-ispejjeż għall-istabbiliment u l-aġġustament tar-reġistri nazzjonali ta' insolvenza tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, flimkien mal-ispejjeż għall-amministrazzjoni, l-operazzjoni u ż-żamma fis-seħħ ta' dawk ir-reġistri. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li japplika għal għotjiet biex jiġu appoġġati tali attivitajiet taħt il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 27

Kundizzjonijiet tal-aċċess għal informazzjoni permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni obbligatorja msemmija fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 24(2) hija disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-sistema tar-reġistri ta' insolvenza interkonnessi.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jimponu tariffa raġonevoli għal aċċess għad-dokumenti jew informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 24(3) permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tarreġistri ta' insolvenza.

3.   L-Istati Membri jista' jkollhom aċċess għal informazzjoni obbligatorja dwar individwi li ma jeżerċitawx attività ta' negozju jew professjonali indipendenti, u dwar individwi li jeżerċitaw attività ta' negozju jew professjonali indipendenti meta l-proċedimenti ta' insolvenza ma jkunux relatati ma' din l-attività soġġett għal kriterji ta' tiftix supplimentari relatati mad-debitur, flimkien mal-kriterji minimi msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 25(2).

4.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jkun kondizzjonali fuq talba lill-awtorità kompetenti. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-aċċess kondizzjonali għall-verifika tal-eżistenza ta' interess leġittimu għall-aċċess għal informazzjoni bħal din. Il-persuna li tagħmel it-talba għandha tkun tista' tippreżenta t-talba għal informazzjoni b'mod elettroniku permezz ta' formola standard mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettroniku. Meta jkun meħtieġ interess leġittimu, għandu jkun permissibbli għall-persuni li jagħmlu t-talba biex jiġġustifikaw it-talba tagħhom permezz ta' kopji elettroniċi tad-dokumenti rilevanti. Il-persuna li tagħmel it-talba għandha tingħata tweġiba mill-awtorità kompetenti fi żmien tlett ijiem ta' xogħol.

Il-persuna li tagħmel it-talba ma għandhiex tkun obbligata tipprovdi traduzzjonijiet ta' dokumenti li jiġġustifikaw it-talba tagħha u lanqas tħallas xi spejjeż ta' traduzzjoni li l-awtorità kompetenti tista' ġġarrab.

Artikolu 28

Pubblikazzjoni fi Stat Membru ieħor

1.   Il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess għandu jitlob li l-avviż tas-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti tal-insolvenza u, fejn adatt, id-deċiżjoni li taħtar il-prattikant fl-insolvenza jiġu ppubblikati fi kwalunkwe Stat Membru ieħor fejn ikun jinsab stabbiliment tad-debitur f'konformità mal-proċeduri ta' pubblikazzjoni previsti f'dak l-Istat Membru. Tali pubblikazzjoni għandha tispeċifika, fejn adatt, il-prattikant fl-insolvenza maħtur u jekk ir-regola tal-ġurisdizzjoni applikata tkunx dik skont l-Artikolu 3(1) jew (2).

2.   Il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess jista' jitlob li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ppubblikata fi kwalunkwe Stat Membru ieħor fejn il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess iqis li dan ikun meħtieġ f'konformità mal-proċeduri ta' pubblikazzjoni previsti f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 29

Reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi ta' Stat Membru ieħor

1.   Fejn il-liġi ta' Stat Membru li fih ikun jinsab stabbiliment tad-debitur, u dan l-istabbiliment fejn ikun iddaħħal f'reġistru pubbliku ta' dak l-Istat Membru, jew il-liġi ta' Stat Membru li fih tkun tinsab proprjetà immobbli li tappartjeni għad-debitur tirrikjedi li l-informazzjoni dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 28 tiġi ppubblikata fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistru tal-kumpanniji jew kwalunkwe reġistru pubbliku ieħor, il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżgura din ir-reġistrazzjoni.

2.   Il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess jista' jirrikjedi din ir-reġistrazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor, dment li l-liġi tal-Istat Membru li fih hemm miżmum ir-reġistru jippermetti tali reġistrazzjoni.

Artikolu 30

Spejjeż

L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni previsti fl-Artikoli 28 u 29 għandhom jiġu meqjusa bħala spejjeż u nefqiet imġarrba fil-proċedimenti.

Artikolu 31

Rispett ta' obbligu lejn debitur

1.   Meta jkun ġie onorat obbligu fi Stat Membru għal benefiċċju ta' debitur li jkun soġġett għal proċedimenti ta' insolvenza miftuħa fi Stat Membru ieħor, meta suppost li jkun ġie onorat għall-benefiċċju tal-prattikant fl-insolvenza f'dawk il-proċedimenti, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tkun meqjusa li ssoddisfat dan l-obbligu jekk ma kinitx taf bil-ftuħ tal-proċedimenti.

2.   Fejn tali obbligu jkun onorat qabel ma tkun saret il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 28, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tkun presunta, fin-nuqqas ta' prova kontrarja, li ma kinitx taf bil-ftuħ tal-proċeduri ta' insolvenza. Fejn l-obbligu jkun onorat wara li tali pubblikazzjoni tkun saret, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tkun presunta, fin-nuqqas ta' prova kuntrarja, li kienet taf bil-ftuħ tal-proċeduri.

Artikolu 32

Għarfien u eżegwibilità ta' sentenzi oħrajn

1.   Sentenzi mogħtija minn qorti li s-sentenza tagħha dwar il-ftuħ ta' proċedimenti tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 19 u li jikkonċernaw l-andament u l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza, u kompożizzjonijiet approvati minn dik il-qorti wkoll ikunu rikonoxxuti mingħajr ebda formalitajiet ulterjuri. Dawn is-sentenzi għandhom jiġu eżegwiti f'konformità mal-Artikoli 39 sa 44 u 47 sa 57 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta' insolvenza u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom, anke jekk ikunu ngħataw minn qorti oħra.

L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal sentenzi relatati ma' miżuri ta' preservazzjoni meħuda fuq talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza jew b'konnessjoni magħha.

2.   L-għarfien u l-infurzar ta' sentenzi ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu regolati mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 sakemm dak ir-Regolament ikun applikabbli.

Artikolu 33

Politika pubblika

Kwalunkwe Stat Membru jista' jirrifjuta li jirrikonoxxi proċedimenti ta' insolvenza miftuħa fi Stat Membru ieħor jew li jinfurza sentenza mogħtija fil-kuntest ta' tali proċedimenti meta l-effetti ta' tali rikonoxximent jew infurzar ikunu manifestament kontra l-politika pubblika ta' dak l-Istat, b'mod partikolari l-prinċipji fundamentali tiegħu jew id-drittijiet kostituzzjonali u l-libertajiet tal-individwu.

KAPITOLU III

PROĊEDIMENTI SEKONDARJI TA' INSOLVENZA

Artikolu 34

Ftuħ tal-proċedimenti

Meta jkunu nfetħu proċedimenti prinċipali ta' insolvenza f'qorti ta' Stat Membru u jkunu ġew rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor, qorti ta' dak l-Istat Membru ieħor li jkollha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tista' tiftaħ proċedimenti sekondarji ta' insolvenza skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu. Meta l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jirrikjedu li d-debitur ikun insolventi, l-insolvenza tad-debitur ma għandhiex terġa' tiġi eżaminat mill-ġdid fl-Istat Membru li fih il-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jistgħu jinfetħu. L-effetti ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jkunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkunu fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor li fih ikunu nfetħu dawk il-proċedimenti.

Artikolu 35

Liġi applikabbli

Dment li mhux previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu l-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

Artikolu 36

Dritt li jingħata impenn sabiex jiġu evitati proċedimenti sekondarji ta' insolvenza

1.   Sabiex jiġi evitat il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jista' jagħti impenn unilaterali (“l-impenn”) fir-rigward tal-assi li jinsabu fl-Istat Membru li fih jistgħu jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, li fid-distribuzzjoni ta' dawk l-assi jew tar-rikavat irċevut b'riżultat tat-tisrif tagħhom, huwa jikkonforma mad-drittijiet ta' distribuzzjoni u ta' prijorità skont il-liġi nazzjonali li l-kredituri lokali kien ikollhom kieku nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza f'dak l-Istat Membru. L-impenn għandu jispeċifika l-assunzjonijiet fattwali li fuqhom huwa bbażat, b'mod partikolari fir-rigward tal-valur tal-assi li jinsabu fl-Istat Membru kkonċernat u l-għażliet disponibbli biex jissarrfu dawn l-assi.

2.   Fejn impenn ikun ingħata f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-liġi applikabbli għad-distribuzzjoni tar-rikavat mit-tisrif tal-assi msemmi fil-paragrafu 1, il-gradazzjoni ta' pretensjonijiet tal-kredituri u d-drittijiet tal-kredituri fir-rigward tal-assi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih setgħu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza. Il-mument rilevanti għad-determinazzjoni tal-assi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun il-mument li fih jingħata l-impenn.

3.   L-impenn għandu jsir bil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn setgħu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post li fih setgħu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

4.   L-impenn għandu jsir bil-miktub. Għandha tkun soġġett għal kwalunkwe rekwiżiti oħra relatati mal-forma, u rekwiżiti ta' approvazzjoni bħal distribuzzjonijiet, jekk jeżistu, tal-Istat li fih infetħu l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.

5.   L-impenn għandu jiġi approvat mill-kredituri lokali magħrufa. Ir-regoli dwar il-maġġoranza kwalifikata u l-votazzjoni li japplikaw għall-adozzjoni ta' pjanijiet ta' ristrutturar skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jistgħu japplikaw ukoll għall-approvazzjoni tal-impenn. Il-kredituri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-vot b'mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod, fejn dan ikun permess mil-liġi nazzjonali. Il-prattikant tal-insolvenza għandu jinforma lill-kredituri magħrufa lokali tal-impriża, ir-regoli u l-proċeduri għall-approvazzjoni tagħha u tal-approvazzjoni jew ir-rifjut tal-impriża.

6.   Impenn mogħti u approvat f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun vinkolanti fuq l-assi. Jekk jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza f'konformità mal-Artikolu 37 u 38, il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jittrasferixxi kwalunkwe assi li huwa neħħa mit-territorju ta' dak l-Istat Membru wara li jkun ingħata l-impenn jew, f'każ li jkun diġà sar tisrif ta' dawk l-assi, ir-rikavat tagħhom, lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

7.   Fejn il-prattikant fl-insolvenza jkun ta impenn, huwa għandu jinforma lill-kredituri lokali dwar id-distribuzzjonijiet intenzjonati qabel ma jiddistribwixxi l-assi u r-rikavat msemmija fil-paragrafu 1. Jekk dik l-informazzjoni ma tkunx konformi mat-termini tal-impenn jew mal-liġi applikabbli, kwalunkwe kreditur lokali jista' jikkontesta din id-distribuzzjoni quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih infetħu l-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza sabiex tinkiseb distribuzzjoni f'konformità mat-termini tal-impenn u l-liġi applikabbli. F'dan il-każ, ma għandha sseħħ l-ebda distribuzzjoni sakemm il-Qorti tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kontestazzjoni.

8.   Il-kredituri lokali jistgħu jagħmlu talba lill-qrati tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu proċedimenti prinċipali ta' insolvenza sabiex jitolbu lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jieħu kwalunkwe miżura adatta meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mat-termini tal-impenn, disponibbli skont il-liġi tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.

9.   Il-kredituri lokali jistgħu jagħmlu talba lill-qrati tal-Istat Membru li fih setgħu nfetħu l-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza sabiex jitolbu lill-qorti tieħu miżuri provviżorji jew protettivi biex tiġi żgurata konformità mill-prattikant fl-insolvenza mat-termini tal-impenn.

10.   Il-prattikant fl-insolvenza għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata lill-kredituri lokali bħala riżultat tan-nuqqas ta' konformità tiegħu mal-obbligi u r-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu.

11.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, awtorità li hija stabbilita fl-Istat Membru fejn setgħu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza u li hija obbligata skont id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) tiggarantixxi l-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti ta' ħaddiema li jirriżultaw minn kuntratti ta' impjieg jew minn relazzjonijiet ta' impjieg għandha titqies bħala “kreditur lokali”, fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi dan.

Artikolu 37

Dritt għal talba ta' ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza

1.   Il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jista' jiġi mitlub minn:

(a)

il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza;

(b)

kwalunkwe persuna jew awtorità oħra mogħtija s-setgħa titlob il-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza skont il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun mitlub il-ftuħ tal-proċediment sekondarji ta' insolvenza.

2.   Fejn impriża tkun saret vinkolanti skont l-Artikolu 36, it-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tiġi ppreżentata fi żmien 30 jum minn meta jiġi riċevut l-avviż tal-approvazzjoni tal-impriża.

Artikolu 38

Deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza

1.   Qorti invokata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tavża minnufih lill-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza u tagħtih l-opportunità li jinstema' fuq it-talba.

2.   Fejn il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jkun ta impriża skont l-Artikolu 36, il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza ma għandhiex tiftaħ proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jekk tkun sodisfatta li l-impriża tipproteġi adegwatament l-interessi ġenerali tal-kredituri lokali.

3.   Meta tkun ingħatat sospensjoni temporanja ta' proċedimenti ta' eżekuzzjoni individwali sabiex ikunu jistgħu jsiru negozjati bejn id-debitur u l-kredituri, il-qorti, fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza jew tad-debitur fil-pussess, jistgħu jissospendu l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur, dment li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-interessi tal-kredituri lokali.

Il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tista' tordna miżuri ta' protezzjoni sabiex tipproteġi l-interessi tal-kredituri lokali billi teżiġi lill-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess li ma jneħħux jew jeħilsu minn kwalunkwe assi li jinsabu fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment tiegħu sakemm dan isir fil-perkors normali tan-negozju. Il-qorti tista' tordna wkoll miżuri oħra biex tipproteġi l-interessi tal-kredituri lokali waqt sospensjoni dment li ma tkunx inkompatibbli mar-regoli nazzjonali dwar proċedura ċivili.

Is-sospensjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandha tiġi rtirata mill-qorti ex ufficio jew fuq talba ta' kwalunkwe kreditur jekk matul is-sospensjoni jkun ġie konkluż ftehim fin-negozjati msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Is-sospensjoni tista' tiġi rtirata mill-qorti ex ufficio jew fuq talba ta' kwalunkwe kreditur jekk it-tkomplija tas-sospensjoni tkun ta' detriment għad-drittijiet tal-kreditur, b'mod partikolari jekk in-negozjati jkunu ġew interrotti jew sar evidenti li dawn aktarx ma jiġux konklużi jew jekk il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess kiser il-projbizzjoni biex jeħles mill-assi tiegħu jew biex ineħħihom mit-territorju tal-Istat Membru fejn ikun jinsab l-istabbiliment.

4.   Fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiftaħ tip ta' proċedimenti ta' insolvenza kif elenkat fl-Anness A li ma jkunx dak tat-tip mitlub inizjalment, dment li l-kondizzjonijiet għall-ftuħ ta' dik it-tip ta' proċedura hija l-iktar waħda xierqa rigward l-interessi tal-kredituri lokali u l-koerenza bejn il-proċedimenti prinċipali u sekondarji ta' insolvenza. It-tieni sentenza tal-Artikolu 34 għandha tapplika.

Artikolu 39

Stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni biex jinfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza

Il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jista' jikkontesta d-deċiżjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fihom ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, fuq il-bażi li dik il-qorti ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Artikolu 38.

Artikolu 40

Pagament bil-quddiem ta' infiq u spejjeż

Meta l-liġi tal-Istat Membru li fih jintalab il-ftuħ tal-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza tirrikjedi li l-assi tad-debitur ikunu suffiċjenti sabiex ikopru l-infiq u l-ispejjeż, kollha jew parti minnhom, tal-proċedimenti, il-qorti tista', meta tirċievi tali talba, titlob li l-applikant jagħmel pagament bil-quddiem tal-ispejjeż jew li jipprovdi sigurtà xierqa.

Artikolu 41

Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn prattikanti fl-insolvenza

1.   Il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza u l-prattikant jew il-prattikanti fl-insolvenza fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza dwar l-istess debitur għandhom jikkooperaw ma' xulxin sakemm din il-kooperazzjoni tkun kompatibbli mar-regoli applikabbli għall-proċedimenti rispettivi. Din il-kooperazzjoni tista' tkun fi kwalunkwe forma, inkluża l-konklużjoni ta' ftehimiet jew protokolli.

2.   Waqt l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-prattikanti fl-insolvenza għandhom:

(a)

mill-aktar fis possibbli jikkomunikaw lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-proċedimenti l-oħra, b'mod partikolari kwalunkwe progress li jkun sar fil-preżentazzjoni u l-verifika tal-pretensjonijiet u l-miżuri kollha mmirati lejn is-salvataġġ jew ir-ristrutturar tad-debitur jew it-tmiem tal-proċedimenti, dment li jsiru arranġamenti xierqa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali;

(b)

jesploraw il-possibilità ta' ristrutturar tad-debitur u, fejn tkun teżisti tali possibilità, jikkoordinaw l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturazzjoni;

(c)

jikkoordinaw l-amministrazzjoni tat-tisrif jew l-użu tal-assi u l-affarijiet tad-debitur; il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza għandu jagħti lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza opportunità bikrija biex jippreżenta proposti dwar it-tisrif jew l-użu tal-assi fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal sitwazzjonijiet fejn, fil-proċedimenti prinċipali jew sekondarji ta' insolvenza jew fi kwalunkwe proċediment ta' insolvenza territorjali li jikkonċerna l-istess debitur u li jinfetħu fl-istess żmien, id-debitur jibqa' jkollu l-pussess tal-assi tiegħu.

Artikolu 42

Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati

1.   Sabiex ikun iffaċilitat il-koordinazzjoni ta' proċedimenti ta' insolvenza prinċipali u territorjali u sekondarji li jikkonċernaw lill-istess debitur, il-qorti li jkollha talba pendenti quddiemha għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti tikkoopera ma' kwalunkwe qorti oħra li jkollha proċedimenti ta' insolvenza pendenti quddiemha jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli ta' kull wieħed mill-proċedimenti. Għal dak il-għan, il-qrati jistgħu, fejn xieraq, jaħtru persuna jew entità indipendenti biex taġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha, sakemm ma jkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għalihom.

2.   Waqt li tiġi implimentata l-kooperazzjoni stipulata fil-paragrafu 1, il-qrati, jew kwalunkwe persuna jew entità maħtura biex taġixxi f'isimhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jistgħu jikkommunikaw direttament ma', jew jitolbu informazzjoni jew għajnuna direttament minn xulxin sakemm tali komunikazzjoni tirrispetta d-drittijiet proċedurali tal-partijiet għall-proċedimenti u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

3.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi implimentata bi kwalunkwe mezz li l-qorti tikkunsidra adatt. Dan jista' jikkonċerna, b'mod partikolari

(a)

koordinazzjoni fil-ħatra ta' prattikanti fl-insolvenza;

(b)

komunikazzjoni tal-informazzjoni b'kull mezz meqjus xieraq mill-qorti;

(c)

koordinazzjoni tal-amministrazzjoni u s-sorveljanza tal-assi u l-affarijiet tad-debitur;

(d)

koordinazzjoni tat-tmexxija tas-seduti;

(e)

koordinazzjoni fl-approvazzjoni tal-protokolli, fejn meħtieġ.

Artikolu 43

Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-prattikanti fl-insolvenza u l-qrati

1.   Sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza prinċipali, territorjali u sekondarji miftuħa fir-rigward tal-istess debitur,

(a)

prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jikkoopera u jikkomunika ma' kwalunkwe qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti;

(b)

prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti ta' insolvenza territorjali jew sekondarji għandu jikkoopera u jikkomunika mal-qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti, u

(c)

prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti ta' insolvenza territorjali jew sekondarji għandu jikkoopera u jikkomunika mal-qorti li jkollha quddiemha talba pendenti għall-ftuħ ta' proċedimenti territorjali jew sekondarji oħra ta' insolvenza jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti,

dment li tali kooperazzjoni u komunikazzjoni ma jkunux inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal kull proċediment u ma jinkludux kwalunkwe kunflitt ta' interess.

2.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi implimentata bi kwalunkwe mezz adatt bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 42(3).

Artikolu 44

Spejjeż ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni

Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 42 u 43 ma għandhomx iwasslu biex il-qrati jimponu spejjeż lil xulxin għal kooperazzjoni u komunikazzjoni.

Artikolu 45

Eżerċizzju tad-drittijiet ta' kredituri

1.   Kwalunkwe kreditur jista' jippreżenta t-talba tiegħu fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza u fi kwalunkwe proċediment sekondarju ta' insolvenza.

2.   Il-prattikanti fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali u kwalunkwe proċediment sekondarju ta' insolvenza għandhom jippreżentaw fil-proċedimenti l-oħra t-talbiet li jkunu diġà ġew ippreżentati fil-proċedimenti li għalihom ikunu ġew maħtura, dment li l-interessi tal-kredituri f'dawn il-proċedimenti tal-aħħar ikunu b'hekk moqdija, suġġett għad-dritt tal-kredituri li jopponu tali preżentazzjoni jew li jirtiraw il-preżentazzjoni tat-talbiet tagħhom meta l-liġi applikabbli hekk tipprovdi.

3.   Il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali jew sekondarji ta' insolvenza għandu jkun intitolat li jipparteċipa fi proċedimenti oħra bl-istess bażi bħala kreditur, b' mod partikolari billi jattendi laqgħat tal-kredituri.

Artikolu 46

Sospensjoni tal-proċess ta' tisrif tal-assi

1.   Il-qorti, li tkun fetħet il-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, għandha tissospendi l-proċess ta' tisrif tal-assi kollu jew parti minnu, mal-wasla ta' talba mill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza. F'dan il-każ, tista' tinħtieġ illi l-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jieħu kwalukwe miżura meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti sekondarji u tal-klassijiet individwali ta' kredituri. Talba bħal din mill- prattikant fl-insolvenza tista' tkun miċħuda biss jekk ikun manifestat li ma jkollha ebda interess għall-kredituri fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza. Tista' tiġi ordnata sospensjoni bħal din fil-proċess ta' tisrif tal-assi sa massimu ta' tlett xhur. Tista' titkompla jew tiġġedded għal perjodi simili.

2.   Il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittermina s-sospensjoni tal-proċess ta' tisrif tal-assi:

(a)

fuq it-talba tal- prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza,

(b)

fuq il-mozzjoni tagħha stess, fuq talba minn kreditur jew fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jekk dik il-miżura ma tidhirx aktar ġustifikata, b'mod partikolari, fl-interessi ta' kredituri fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza jew fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza.

Artikolu 47

Setgħa tal-prattikant fl-insolvenza biex jipproponi pjanijiet ta' ristrutturazzjoni

1.   Fejn il-liġi tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza tippermetti li dawn il-proċedimenti jingħalqu mingħajr likwidazzjoni bi pjan ta' ristrutturar, b'miżura komposta jew b'miżura komparabbli, il-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza għandu jkollu s-setgħa li jipproponi huwa stess miżura bħal din f'konformità mal-proċedura ta' dak l-Istat Membru.

2.   Kwalunkwe restrizzjoni għad-drittijiet tal-kredituri li toriġina minn miżura msemmija fil-paragrafu 1 li tiġi proposta fi proċedimenti sekondarji ta' insolvenza, bħal sospensjoni ta' pagament jew għeluq ta' dejn, ma għandhiex ikollha effett fuq l-assi ta' debitur li ma jkunux koperti b'dawk il-proċedimenti mingħajr il-kunsens tal-kredituri kollha li jkollhom interess.

Artikolu 48

Impatt tal-għeluq tal-proċedimenti ta' insolvenza

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49, l-għeluq tal-proċedimenti ta' insolvenza ma għandux jipprevjeni l-kontinwazzjoni ta' proċedimenti ta' insolvenza oħra li jikkonċernaw l-istess debitur li jkunu għadhom miftuħa f'dak il-mument.

2.   Fejn il-proċedimenti ta' insolvenza li jikkonċernaw persuna ġuridika jew kumpannija fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat ta' dik il-persuna jew ta' dik il-kumpannija, ikunu jimplikaw ix-xoljiment tal-persuna ġuridika jew tal-kumpannija, dik il-persuna ġuridika jew il-kumpannija għandha tibqa' teżisti sakemm kwalunkwe proċediment ta' insolvenza ieħor rigward l-istess debitur ikun ingħalaq jew sa meta l-prattikant jew il-prattikanti fl-insolvenza f'dawn il-proċedimenti jkunu taw kunsens għax-xoljiment.

Artikolu 49

Assi li jibqgħu fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza

Jekk bir-realizzazzjoni ta' assi fil-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jkun possibbli li jintlaħqu t-talbiet kollha permissibbli permezz ta' dawk il-proċedimenti, il-prattikant fl-insolvenza maħtur f'dawk il-proċedimenti għandu immedjatament jittrasferixxi xi assi li jkun baqa' lill-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza.

Artikolu 50

Ftuħ sussegwenti tal-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza

Meta l-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) jinfetħu wara l-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 41, 45, 46, 47 u 49 għandhom japplikaw għal dawk miftuħa l-ewwel, sakemm jippermetti l-progress ta' dawk il-proċedimenti.

Artikolu 51

Konverżjoni ta' proċedimenti sekondarji ta' insolvenza

1.   Fuq it-talba tal-prattikant fl-insolvenza fil-proċedimenti prinċipali ta' insolvenza, il-qorti tal-Istat Membru li fiha jkunu nfetħu proċedimenti sekondarji ta' insolvenza tista' tordna li l-proċedimenti sekondarji ta' insolvenza jinbidlu f'tip ieħor ta' proċedimenti ta' insolvenza elenkati fl-Anness A, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet għall-ftuħ ta' dak it-tip ta' proċediment skont il-liġi nazzjonali u dment li dak it-tip ta' proċediment ikun l-aktar xieraq rigward l-interessi tal-kredituri lokali u l-koerenza bejn il-proċedimenti ta' insolvenza prinċipali u dawk sekondarji.

2.   Meta tikkunsidra t-talba msemmija fil-paragrafu 1, il-qorti tista' titlob informazzjoni mill-prattikanti fl-insolvenza involuti fiż-żewġ proċedimenti.

Artikolu 52

Miżuri ta' preservazzjoni

Meta l-qorti ta' Stat Membru li jkollha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) taħtar amministratur temporanju sabiex tassigura il-preservazzjoni tal-assi tad-debitur, dak l-amministratur temporanju għandu jkun awtorizzat li jitlob kwalunkwe miżura sabiex jassigura u jippreserva xi assi ta' debitur li jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor, kif previst skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru, għall-perjodu bejn it-talba għal ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza u s-sentenza għal ftuħ tal-proċedimenti.

KAPITOLU IV

GĦOTI TA' INFORMAZZJONI GĦAL KREDITURI U PREŻENTAZZJONI TAT-TALBIET TAGĦHOM

Artikolu 53

Dritt ta' preżentazzjoni ta' talbiet

Kwalunkwe kreditur barrani, jista' jressaq pretensjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza bi kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni, li jkun aċċettat bil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti. Ir-rappreżentanza minn avukat jew professjonist ġuridiku ieħor ma għandhiex tkun obbligatorja għall-fini uniku tat-tressiq ta' pretensjonijiet.

Artikolu 54

Dmir li jiġu infurmati l-kredituri

1.   Malli jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza fi Stat Membru, il-qorti ta' dak l-Istat li jkollha l-ġurisdizzjoni, jew il- prattikant fl-insolvenza maħtur minn dik il-qorti, għandha immedjatament tinforma lill-kredituri magħrufa barranin.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ipprovduta b'avviż individwali, għandha b'mod partikolari tinkludi limiti taż-żmien, il-penalitajiet imposti rigward dawk il-limiti ta' żmien, il-korp jew l-awtorità awtorizzata li taċċetta l-preżentazzjoni ta' talbiet u ta' kwalunkwe miżuri oħra stabbiliti. Avviż bħal dan għandu wkoll jindika jekk il-kredituri li t-talbiet tagħhom ikunu preferenzjali jew assigurati in rem jeħtieġx li jippreżentaw it-talbiet tagħhom. L-avviż għandu jinkludi wkoll kopja tal-formola standard għat-tressiq ta' pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 55 jew informazzjoni dwar fejn tkun disponibbli dik il-formola.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi provduta bl-użu tal-formola standard għall-avviżi li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-Artikolu 88. Il-formola għandha tiġi ppubblikata fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u għandu jkollha l-intestatura “Avviż ta' proċedimenti ta' insolvenza” bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Hija għandha tiġi trażmessa bil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-proċedimenti tal-insolvenza jkunu nfetħu, jew b'lingwa oħra li dak l-Istat ikun indika li jista' jaċċetta f'konformità mal-Artikolu 55(5) jekk ikun preżunt li dik il-lingwa tkun aktar faċli biex tinftiehem mill-kredituri barranin.

4.   Fi proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward ta' individwu li ma jeżerċitax attività professjonali jew ta' negozju, l-użu tal-formola standard imsemmija f'dan l-Artikolu ma għandux ikun obbligatorju jekk il-kredituri ma jkunux meħtieġa jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom sabiex jittieħed kont tad-djun tagħhom fil-proċedimenti.

Artikolu 55

Proċedura għat-tressiq tal-pretensjonijiet

1.   Kwalunkwe kreditur barrani jista' jressaq il-pretensjoni tiegħu bl-użu tal-formola standard tal-pretensjonijiet li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-Artikolu 88. Il-formola għandu jkollha l-intestatura “Tressiq ta' pretensjonijiet” bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Il-formola standard tal-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem, l-indirizz postali, l-indirizz elettroniku, jekk jeżisti, in-numru ta' identifikazzjoni personali, jekk jeżisti, u d-dettalji tal-bank tal-kreditur barrani imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)

l-ammont tal-pretensjoni, li jispeċifika l-kapital u, fejn applikabbli, l-interessi u d-data ta' meta bdiet u d-data meta kellha titħallas, jekk tkun differenti;

(c)

jekk jintalbu interessi, ir-rata tal-interessi, jekk l-interessi humiex ta' natura legali jew kuntrattwali, il-perjodu ta' żmien li fih jintalbu l-interessi u l-ammont ta' interessi kkapitalizzat;

(d)

jekk jintalbu l-ispejjeż li jkunu ġġarrbu fit-twettiq tal-pretensjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti, l-ammont u d-dettalji ta' dawk l-ispejjeż;

(e)

in-natura tal-pretensjoni;

(f)

jekk hux qed jintalab kwalunkwe status ta' kreditur preferenzjali u l-bażi ta' din il-pretensjoni;

(g)

jekk hux qed jintalab titolu in rem jew riżerva ta' titolu fir-rigward tal-pretensjoni u jekk ikun hekk, x'assi huma koperti mit-titolu li qed jinvoka, id-data meta ngħatat il-garanzija u, f'każ li l-garanzija tkun ġiet irreġistrata, in-numru ta' reġistrazzjoni; u

(h)

jekk hux qed tintalab tpaċija u, jekk ikun hekk, l-ammonti tal-pretensjonijiet reċiproċi li jkun hemm fid-data meta nfetħu l-proċedimenti ta' insolvenza, id-data meta bdew u l-ammont nett tat-tpaċija mitluba.

Il-formola standard tal-pretensjonijiet għandha tkun akkumpanjata minn kwalunkwe kopji ta' dokumenti ta' sostenn.

3.   Il-formola standard tal-pretensjonijiet għandha tindika li l-għoti ta' informazzjoni rigward id-dettalji tal-bank u n-numru ta' identifikazzjoni personali tal-kreditur imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 mhuwiex obbligatorji.

4.   Fejn kreditur iressaq il-pretensjoni tiegħu b'mezzi oħra u mhux bil-formola standard imsemmija fil-paragrafu 1, il-pretensjoni tiegħu għandu jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

5.   Il-pretensjonijiet jistgħu jitressqu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-qorti, il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess jista' jitlob lill-kreditur jipprovdi traduzzjoni bil-lingwa uffiċjali tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti tal-insolvenza, jew b'lingwa oħra li dak l-Istat Membru ikun indika li jista' jaċċetta. Kull Stat Membru għandu jindika jekk jaċċettax xi lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni minbarra tiegħu li hija aċċettabbli għalih għall-fini tat-tressiq ta' pretensjonijiet.

6.   Il-pretensjonijiet għandhom jitressqu fil-perjodu stipulat mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti. Fil-każ ta' kreditur barrani, dak il-perjodu ma għandux ikun inqas minn 30 jum wara l-pubblikazzjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza fir-reġistru tal-insolvenza tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti. Fejn Stat Membru jiddependi fuq l-Artikolu 24(4), dak il-perjodu ma għandux ikun anqas minn 30 ġurnata minn meta jkun infurmat il-kreditur skont l-Artikolu 54.

7.   Fejn il-qorti, il-prattikant fl-insolvenza jew id-debitur fil-pussess ikollu dubji fir-rigward ta' pretensjoni mressqa f'konformità ma' dan l-Artikolu, huwa għandu jagħti lill-kreditur l-opportunità li jipprovdi evidenza addizzjonali dwar l-eżistenza u l-ammont tal-pretensjoni.

KAPITOLU V

PROĊEDIMENTI TA' INSOLVENZA TA' MEMBRI TA' GRUPP TA' KUMPANNIJI

TAQSIMA 1

Kooperazzjoni u komunikazzjoni

Artikolu 56

Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-insolvenza

1.   Meta l-proċedimenti ta' insolvenza jkunu relatati ma' żewġ membri jew iktar ta' grupp ta' kumpanniji, prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti li jikkonċernaw membru tal-grupp għandu jikkoopera ma' kwalunkwe prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp dment li dik il-kooperazzjoni tkun adatta biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva ta' dawn il-proċedimenti, tkun kompatibbli mar-regoli applikabbli għal dawn il-proċedimenti u ma tikkostitwixxi l-ebda kunflitt ta' interess. Dik il-kooperazzjoni tista' tkun fi kwalunkwe għamla, inkluża l-konklużjoni ta' ftehimiet jew protokolli.

2.   Fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-prattikanti fl-insolvenza għandhom

(a)

jikkomunikaw lil xulxin kemm jista' jkun malajr kull informazzjoni oħra li tista' tkun rilevanti għall-proċedimenti l-oħra, sakemm ikunu saru l-arranġamenti xierqa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali;

(b)

jikkunsidraw jekk hemmx il-possibbiltà li jikkoordinaw l-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-affarijiet tal-membri tal-grupp li huma soġġetti għall-proċedimenti ta' insolvenza, u jekk ikun il-każ, jikkoordinaw din l-amministrazzjoni u s-superviżjoni;

(c)

jikkunsidraw jekk hemmx possibbiltajiet ta' ristrutturazzjoni tal-membri tal-grupp li huma soġġetti għal proċedimenti ta' insolvenza u, jekk ikun il-każ, jikkoordinaw fir-rigward tal-proposta u n-negozjati għal pjan ta' ristrutturazzjoni kkoordinat;

Għall-finijiet tal-punti (b) u (c), xi wħud mill-prattikanti fl-insolvenza msemmija fil-paragrafu 1, jew kollha kemm huma, jistgħu jaqblu li jingħataw setgħat addizzjonali lill-prattikant fl-insolvenza li jkun ġie maħtur f'wieħed mill-proċedimenti fejn dan it-tip ta' ftehim hu permess mir-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti. Huma jistgħu jilħqu qbil ukoll dwar l-allokazzjoni ta' ċerti kompiti bejniethom, fejn tali allokazzjoni ta' kompiti tkun permessa mir-regoli li japplikaw għal kull wieħed mill-proċedimenti.

Artikolu 57

Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati

1.   Meta l-proċedimenti ta' insolvenza jkunu relatati ma' żewġ membri jew iktar ta' grupp ta' kumpanniji, il-qorti li tkun fetħet dawn il-proċedimenti għandha tikkoopera ma' kull qorti oħra li jkollha pendenti quddiemha talba biex jinfetħu proċedimenti fir-rigward ta' membru ieħor tal-istess grupp jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti, dment li dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti, ma tkunx inkompatibbli mar-regoli li japplikaw għalihom u ma tikkostitwixxi l-ebda kunflitt ta' interess. Għal dak il-għan, il-qrati jistgħu, fejn xieraq, jaħtru persuna jew entità indipendenti biex taġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħhom, sakemm dan ma jkunx kompatibbli mar-regoli li japplikaw għalihom.

2.   Fl-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-qrati, jew kwalunkwe persuna jew entità maħtura biex taġixxi f'isimhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1, jistgħu jikkommunikaw ma' xulxin direttament, jew jitolbu informazzjoni jew assistenza direttament minn xulxin, dment li din il-komunikazzjoni tirrispetta d-drittijiet proċedurali tal-partijiet fil-proċedimenti u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

3.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi implimentata bi kwalunkwe mezz li l-qorti tqis li jkun adatt. Tista' b'mod partikolari, tikkonċerna

(a)

koordinazzjoni fil-ħatra ta' prattikanti fl-insolvenza;

(b)

il-komunikazzjoni tal-informazzjoni b'kull mezz meqjus xieraq mill-qorti;

(c)

koordinazzjoni tal-amministrazzjoni u s-superviżjoni tal-assi u l-affarijiet tal-membri tal-grupp;

(d)

koordinazzjoni tat-tmexxija tas-seduti;

(e)

koordinazzjoni fl-approvazzjoni tal-protokolli, fejn meħtieġ.

Artikolu 58

Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn prattikanti fl-insolvenza u l-qrati

Prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' insolvenza fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpanniji:

(a)

għandu jikkoopera u jikkomunika ma' kwalunkwe qorti oħra li jkollha pendenti quddiemha talba biex jinfetħu proċedimenti fir-rigward ta' membru ieħor tal-istess grupp ta' kumpanniji jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti; u

(b)

jista' jitlob lil dik il-qorti, informazzjoni li tikkonċerna l-proċedimenti fir-rigward tal-membru l-ieħor tal-grupp jew jitlob assistenza li tikkonċerna l-proċedimenti li hu jkun inħatar fihom,

dment li dik il-kooperazzjoni u komunikazzjoni jkunu xierqa sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti, ma jikkostitwixxu l-ebda kunflitt ta' interess u jkunu kompatibbli mar-regoli li japplikaw għalihom.

Artikolu 59

Spejjeż marbutin mal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni fi proċedimenti li jikkonċernaw membri ta' grupp ta' kumpanniji

L-ispejjeż tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni provduti fl-Artikoli 56 sa 60 li jiġu mġarrba minn prattikant fl-insolvenza jew qorti, għandhom jitqiesu bħala spejjeż u nfiq imġarrba fil-proċedimenti.

Artikolu 60

Setgħat tal-prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti li jikkonċernaw membri ta' grupp ta' kumpanniji

1.   Prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' insolvenza li jkunu nfetħu fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpanniji jista', dment li dan ikun xieraq biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti,

(a)

jixhed fi kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp;

(b)

jitlob sospensjoni ta' kwalunkwe miżura marbuta mat-tisrif tal-assi fil-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp, dment li:

(i)

ikun ġie propost pjan ta' ristrutturazzjoni għal xi membri tal-grupp jew kollha kemm huma li għalihom ikunu nfetħu proċediment ta' insolvenza skont il-punt (c) tal-Artikolu 56(2) u dan jippreżenta probabbiltà raġonevoli ta' suċċess;

(ii)

tali sospensjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta' ristrutturazzjoni;

(iii)

il-pjan ta' ristrutturazzjoni jkun għall-benefiċċju tal-kredituri fil-proċedimenti li għalihom tkun intalbet is-sospensjoni; u

(iv)

la l-proċedimenti ta' insolvenza li fihom inħatar il-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u lanqas il-proċedimenti li fir-rigward tagħhom hi rikjesta s-sospensjoni mhuma soġġetti għal koordinazzjoni skont it-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu;

(c)

jagħmel rikors biex jinfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 61.

2.   Il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tissospendi kompletament jew parzjalment kwalunkwe miżura marbuta mat-tisrif tal-assi fil-proċedimenti jekk tkun sodisfatta li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

Qabel ma tordna s-sospensjoni, il-qorti għandha tisma' x-xhieda tal-prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti li tkun intalbet is-sospensjoni tagħhom. Tali sospensjoni tista' tiġi ordnata għal kwalunkwe perjodu, li ma jaqbiżx tliet xhur, li l-qorti tqis li jkun xieraq u li jkun kompatibbli mar-regoli li japplikaw għall-proċedimenti.

Il-qorti li tordna s-sospensjoni tista' titlob li l-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-paragrafu 1 jieħu kwalunkwe miżura adatta disponibbli skont il-liġi nazzjonali biex jiġu ggarantiti l-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti.

Il-qorti tista' testendi t-tul tas-sospensjoni b'tali perjodu jew perjodi oħrajn li hi tqis li huma xierqa u li huma kompatibbli mar-regoli applikabbli fil-proċedimenti dment li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b)(ii) sa (iv) tal-paragrafu 1 jibqgħu jiġu sodisfatti u li t-tul ta' żmien tas-sospensjoni (il-perjodu inizjali flimkien ma' kwalunkwe estensjoni ta' dan it-tip) ma jaqbiżx sitt xhur.

TAQSIMA 2

Koordinazzjoni

Subtaqsima 1

Proċedura

Artikolu 61

Talba biex jinfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp

1.   Tista' ssir talba għal proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp quddiem kwalunkwe qorti li jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-proċedimenti ta' insolvenza ta' membru tal-grupp minn prattikant fl-insolvenza maħtur fi proċedimenti ta' insolvenza li jkunu nfetħu fir-rigward ta' membru tal-grupp.

2.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir f'konformità mal-kondizzjonijiet provduti fil-liġi applikabbli għall-proċedimenti li fihom ikun inħatar il-prattikant fl-insolvenza.

3.   It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn:

(a)

proposta rigward persuna li ser tiġi nnominata bħala l-koordinatur tal-grupp (“il-koordinatur”), dettalji dwar l-eliġibbiltà tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 71, dettalji tal-kwalifiki tiegħu jew tagħha u qbil bil-miktub min-naħa tiegħu jew tagħha li ser taġixxi ta' koordinatur;

(b)

deskrizzjoni ġenerali tal-koordinazzjoni proposta tal-grupp u b'mod partikolari r-raġunijiet għalfejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63(1) ikunu ġew sodisfatti;

(c)

lista tal-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward tal-membri tal-grupp u, fejn rilevanti, il-qrati u l-awtoritajiet kompetenti involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza tal-membri tal-grupp;

(d)

deskrizzjoni ġenerali tal-estimi tal-ispejjeż ta' koordinazzjoni proposta tal-grupp u l-estimi tas-sehem ta' dawk l-ispejjeż li għandu jitħallas minn kull membru tal-grupp.

Artikolu 62

Regola ta' prijorità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 66, fejn jintalab il-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, kwalunkwe qorti li ma tkunx l-ewwel qorti invokata għandha tastjenti mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.

Artikolu 63

Notifika mill-qorti invokata

1.   Il-qorti invokata b'talba biex tiftaħ proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp għandha tinnotifika malajr kemm jista' jkun it-talba għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp u l-koordinatur propost lill-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward tal-membri tal-grupp kif indikat fit-talba msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 61(3), jekk tkun sodisfatta li:

(a)

il-ftuħ ta' tali proċedimenti jkun adatt biex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti ta' insolvenza li jkunu relatati ma' membri differenti tal-grupp;

(b)

l-ebda kreditur ta' xi wieħed mill-membri tal-grupp li jkun mistenni li ser jipparteċipa fil-proċedimenti x'aktarx li jiġi żvantaġġat finanzjarjament mill-inklużjoni ta' dak il-membru f'tali proċedimenti; u

(c)

il-koordinatur propost jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 71.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha telenka l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 61(3).

3.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat permezz ta' ittra rreġistrata, attestata permezz ta' konferma tar-riċevuta.

4.   Il-qorti invokata għandha tagħti lill-prattikanti fl-insolvenza involuti, l-opportunità li jinstemgħu.

Artikolu 64

Oġġezzjonijiet mill-prattikanti fl-insolvenza

1.   Prattikant fl-insolvenza maħtur fir-rigward ta' kwalunkwe membru tal-grupp jista' joġġezzjona għal,

(a)

l-inklużjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp tal-proċedimenti ta' insolvenza li għalihom ikun inħatar jew;

(b)

il-persuna proposta bħala koordinatur.

2.   L-oġġezzjonijiet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitressqu fil-qorti msemmija fl-Artikolu 63 fi żmien 30 jum minn meta tasal in-notifika tat-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp mill-prattikant fl-insolvenza msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Aritkolu.

L-oġġezzjoni tista' ssir permezz tal-formola standard stabbilita f'konformità mal-Artikolu 88.

3.   Qabel ma jiddeċiedi jekk għandux jipparteċipa jew le fil-koordinazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, il-prattikant fl-insolvenza għandu jikseb kwalunkwe approvazzjoni li tista' tkun meħtieġa skont il-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti li għalihom ikun inħatar.

Artikolu 65

Konsegwenzi tal-oġġezzjoni għall-inklużjoni fil-koordinazzjoni tal-grupp

1.   Meta prattikant fl-insolvenza jkun oġġezzjona għall-inklużjoni tal-proċedimenti li għalihom ikun inħatar fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, dawk il-proċedimenti ma għandhomx jiġu inklużi fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.

2.   Is-setgħat tal-qorti msemmija fl-Artikolu 68 jew tal-koordinatur li jirriżultaw minn dawk il-proċedimenti ma għandu jkollhom l-ebda effett fir-rigward ta' dak il-membru, u ma għandhomx jinvolvu spejjeż għal dak il-membru.

Artikolu 66

Għażla tal-qorti għal proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp

1.   Meta tal-inqas żewġ terzi mill-prattikanti fl-insolvenza kollha maħtura fil-proċedimenti ta' insolvenza tal-membri tal-grupp ikunu qablu li qorti ta' Stat Membru ieħor li jkollha l-ġurisdizzjoni tkun l-aktar qorti adatta għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, dik il-qorti għandu jkollha ġurisdizzjoni esklussiva.

2.   L-għażla tal-qorti għandha ssir bi ftehim konġunt bil-miktub jew evidenzjat bil-miktub. Din tista' ssir sakemm jinfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 68.

3.   Kwalunkwe qorti minbarra l-qorti invokata skont il-paragrafu 1 għandha tastjeni mill-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.

4.   It-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp għandha titressaq quddiem il-qorti li jkun intlaħaq qbil dwarha f'konformità mal-Artikolu 61.

Artikolu 67

Konsegwenzi ta' oġġezzjonijiet għall-koordinatur propost

Meta jaslu oġġezzjonijiet għall-ħatra tal-persuna proposta bħala koordinatur propost minn prattikant fl-insolvenza li ma joġġezzjonax ukoll għall-inklużjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp tal-membru li għalih ikun inħatar, il-qorti tista' tibqa' lura milli taħtar lil dik il-persuna u tistieden lill-prattikant fl-insolvenza li jkun oġġezzjonaw biex jippreżenta talba ġdida f'konformità mal-Artikolu 61(3).

Artikolu 68

Deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni

1.   Wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 64(2), il-qorti tista' tiftaħ proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, meta tkun sodisfatta li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 63(1) ikunu ntlaħqu. F'dan il-każ, il-qorti għandha

(a)

taħtar koordinatur;

(b)

tiddeċiedi dwar il-pjan ta' koordinazzjoni; u

(c)

tieħu deċiżjoni dwar l-estimi tal-ispejjeż u s-sehem li għandu jitħallas mill-membri tal-grupp.

2.   Id-deċiżjoni rigward il-ftuħ ta' proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp għandha tiġi nnotifikata lill-prattikanti fl-insolvenza parteċipanti u lill-koordinatur.

Artikolu 69

Inklużjoni fakultattiva sussegwenti mill-prattikanti fl-insolvenza

1.   F'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe prattikant fl-insolvenza jista' jitlob, wara d-deċiżjoni tal-qorti msemmija fl-Artikolu 68, l-inklużjoni tal-proċedimenti li għalihom ikun inħatar, fejn

(a)

kien hemm oġġezzjoni għall-inklużjoni tal-proċedimenti ta' insolvenza fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp, jew

(b)

il-proċedimenti ta' insolvenza rigward membru tal-grupp ikunu nfetħu wara li l-qorti tkun fetħet proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-koordinatur jista' jaċċetta din it-talba wara li jkun ikkonsulta lill-prattikanti fl-insolvenza involuti jekk

(a)

ikun jew tkun sodisfatta li, b'kont meħud tal-istadju li jkun intlaħaq mill-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp meta ssir it-talba, il-kriterji stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 63(1) ikunu ġew sodisfatti; jew

(b)

il-prattikanti kollha fl-insolvenza involuti jaqblu, soġġett għall-kondizzjonijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   Il-koordinatur għandu jinforma lill-qorti u lill-prattikanti fl-insolvenza parteċipanti bid-deċiżjoni tiegħu jew tagħha skont il-paragrafu 2 u bir-raġunijiet li fuqhom ikun ibbaża d-deċiżjoni.

4.   Kwalunkwe prattikant fl-insolvenza parteċipanti jew kwalunkwe prattikant fl-insolvenza li t-talba tiegħu għal inklużjoni fil-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp tkun ġiet rifjutata jista' jikkontesta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 f'konformità mal-proċedura stabbilita skont il-liġi tal-Istat Membru li fih ikunu nfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.

Artikolu 70

Rakkomandazzjonijiet u pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp

1.   Fit-tmexxija tal-proċedimenti ta' insolvenza tagħhom, il-prattikanti fl-insolvenza għandhom jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet tal-koordinatur u l-kontenut tal-pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp imsemmi fl-Artikolu 72(1).

2.   Il-prattikant fl-insolvenza ma għandux ikun obbligat li jsegwi, kompletament jew parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet tal-koordinatur jew il-pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp.

Jekk ma jsegwix ir-rakkomandazzjonijiet tal-koordinatur jew il-pjanijiet ta' koordinazjoni tal-grupp, huwa għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn ma segwihomx lill-persuni jew lill-entitajiet li lilhom jirrapporta skont il-liġi nazzjonali tiegħu.

Subtaqsima 2

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 71

Il-koordinatur

1.   Il-koordinatur għandu jkun persuna eliġibbli skont il-liġi ta' Stat Membru li jaġixxi bħala prattikant fl-insolvenza.

2.   Il-koordinatur ma għandux ikun wieħed mill-prattikanti fl-insolvenza maħtur biex jaġixxi fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tal-grupp, u ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta' interess fir-rigward tal-membri tal-grupp, tal-kredituri tagħhom u l-prattikanti fl-insolvenza maħtura fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tal-grupp.

Artikolu 72

Kompiti u drittijiet tal-koordinatur

1.   Il-koordinatur għandu:

(a)

jidentifika u jiddeskrivi fil-qosor rakkomandazzjonijiet għat-twettiq ikkoordinat tal-proċedimenti ta' insolvenza;

(b)

jipproponi pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp li jidentifika, jiddeskrivi u jirrakkomanda sett komprensiv ta' miżuri adatti għal approċċ integrat għar-riżoluzzjoni tal-insolvenzi tal-membri tal-grupp. B'mod partikolari, il-pjan jista' jinkludi proposti għal:

(i)

il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġu stabbiliti mill-ġdid ir-rendiment ekonomiku u s-solidità finanzjarja tal-grupp jew kwalunkwe parti minnu;

(ii)

ir-riżoluzzjoni ta' tilwim fil-grupp innifsu fir-rigward tat-transazzjonijiet u l-azzjonijiet ta' nullità fil-grupp stess;

(iii)

ftehimiet bejn il-prattikanti fl-insolvenza tal-membri tal-grupp insolventi.

2.   Il-koordinatur jista' wkoll:

(a)

jinstema' u jipparteċipa, b'mod partikolari billi jattendi laqgħat tal-kredituri, fi kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp;

(b)

iwettaq medjazzjoni fi kwalunkwe tilwim li jqum bejn żewġ prattikanti fl-insolvenza jew iżjed tal-membri tal-grupp;

(c)

jippreżenta u jispjega l-pjan ta' koordinazzjoni tal-grupp tiegħu lil persuni jew entitajiet li lilhom jirrapporta skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(d)

jitlob informazzjoni minn kwalunkwe prattikant fl-insolvenza rigward kwalunkwe membru tal-grupp fejn tali informazzjoni tkun utli jew tista' tkun ta' użu fl-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni ta' strateġiji u miżuri għall-koordinazzjoni tal-proċedimenti; u

(e)

jitlob is-sospensjoni għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur tal-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru tal-grupp, dment li tali sospensjoni tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan u tkun għall-benefiċċju tal-kredituri fil-proċedimenti li għalihom tkun intalbet is-sospensjoni, jew jitlob it-tneħħija ta' kwalunkwe sospensjoni eżistenti. Tali talba għandha ssir lill-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti li tkun intalbet is-sospensjoni tagħhom.

3.   Il-pjan imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma għandux jinkludi rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' kwalunkwe konsolidazzjoni tal-proċedimenti jew ta' patrimonji ta' insolvenza.

4.   Il-kompiti u d-drittijiet tal-koordinatur kif definiti skont dan l-Artikolu ma għandhom jiġu estiżi għall-ebda membru tal-grupp li mhuwiex qiegħed jipparteċipa fi proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.

5.   Il-koordinatur għandu jwettaq dmirijietu b'mod imparzjali u bl-attenzjoni dovuta.

6.   Meta l-koordinatur jistma li biex iwettaq il-kompiti tiegħu jeħtieġ li l-ispejjeż jiżdiedu b'mod sinifikanti meta mqabbla mal-estimi tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 61(3), u fi kwalunkwe każ, fejn l-ispejjeż jaqbżu 10 % tal-estimi tal-ispejjeż, il-koordinatur għandu

(a)

jinforma mingħajr dewmien lill-prattikanti fl-insolvenza parteċipanti, u

(b)

ifittex l-approvazzjoni minn qabel tal-qorti li tiftaħ il-proċedimenti għall-koordinazzjoni tal-grupp.

Artikolu 73

Lingwi

1.   Il-kordinatur għandu jikkomunika mal-prattikant fl-insolvenza ta' membru tal-grupp parteċipanti bil-lingwa miftiehma mal-prattikant fl-insolvenza jew, fin-nuqqas ta' qbil, fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u tal-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti fir-rigward ta' dak il-membru tal-grupp.

2.   Il-koordinatur għandu jikkomunika ma' qorti bil-lingwa uffiċjali applikabbli għal dik il-qorti.

Artikolu 74

Kooperazzjoni bejn il-prattikanti fl-insolvenza u l-koordinatur

1.   Il-prattikanti fl-insolvenza maħtura b'rabta mal-membri tal-grupp u l-koordinatur għandhom jikkooperaw ma' xulxin dment li tali kooperazzjoni tkun kompatibbli mar-regoli li japplikaw għall-proċedimenti rispettivi.

2.   B'mod partikolari, il-prattikanti fl-insolvenza għandhom jikkomunikaw kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-koordinatur biex iwettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha.

Artikolu 75

Revoka tal-ħatra tal-koordinatur

Il-qorti għandha tirrevoka l-ħatra tal-koordinatur ex officio jew fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza ta' membru tal-grupp parteċipanti fejn:

(a)

il-koordinatur jaġixxi bi ħsara għall-kredituri ta' membru tal-grupp parteċipanti; jew

(b)

il-koordinatur ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu jew tagħha skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 76

Debitur fil-pussess

Id-dispożizzjonijiet applikabbli, taħt dan il-Kapitolu, għall-prattikant fl-insolvenza għandhom ukoll japplikaw, kif xieraq għad-debitur fil-pussess.

Artikolu 77

Spejjeż u distribuzzjoni

1.   Ir-remunerazzjoni għall-koordinatur għandha tkun adegwata, proporzjonata mal-kompiti mwettqa u għandha tirrifletti spejjeż raġonevoli.

2.   Meta jkun wettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha, il-koordinatur għandu jistabbilixxi d-dikjarazzjoni finali tal-ispejjeż u s-sehem li għandu jitħallas minn kull membru, u jippreżenta din id-dikjarazzjoni lil kull prattikant fl-insolvenza parteċipanti u lill-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' koordinazzjoni.

3.   Fin-nuqqas ta' oġġezzjonijiet mill-prattikanti fl-insolvenza fi żmien 30 jum minn meta tasal id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandu jitqies li jkun intlaħaq qbil dwar l-ispejjeż u s-sehem li għandu jitħallas minn kull membru. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' koordinazzjoni għal konferma.

4.   Fil-każ ta' oġġezzjoni, abbażi ta' applikazzjoni mill-koordinatur jew kwalunkwe prattikant fl-insolvenza parteċipanti, il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż u s-sehem li għandu jitħallas minn kull Membru f'konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u b'kont meħud tal-estimi tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 68(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 72(6).

5.   Kwalunkwe prattikant fl-insolvenza parteċipanti jista' jikkontesta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 f'konformità mal-proċedura stabbilita skont il-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu nfetħu proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp.

KAPITOLU VI

PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 78

Protezzjoni tad-data

1.   Ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali li jsir fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament dment li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE ma jiġux affettwati.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali li jsir mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 79

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali f'reġistri nazzjonali ta' insolvenza

1.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-awtorità pubblika, l-aġenzija jew kwalunkwe entità oħra maħtura bil-liġi nazzjonali biex teżerċita l-funzjonijiet ta' kontrollur f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE, bil-ħsieb li dan jiġi ppubblikat fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data personali pproċessata fir-reġistri nazzjonali tagħhom ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 24.

3.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiġi vverifikat li l-kontrollur, maħtur bil-liġi nazzjonali f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE, jiżgura l-konformità mal-prinċipji tal-kwalità tad-data, b'mod partikolari l-preċiżjoni u l-aġġornament tad-data maħżuna fir-reġistri nazzjonali ta' insolvenza.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli, f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE, għall-ġbir u l-ħżin ta' data f'bażijiet ta' data nazzjonali u għal deċiżjonijiet meħudin biex din id-data tkun disponibbli fir-reġistru interkonness li jista' jiġi kkonsultat permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika.

5.   Bħala parti mill-informazzjoni li għandha tingħata lis-suġġetti tad-data sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari d-dritt għat-tħassir tad-data, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-suġġetti tad-data dwar il-perjodu ta' aċċessibbilità stabbilit għad-data personali maħżuna f'reġistri ta' insolvenza.

Artikolu 80

Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali

1.   Il-Kummissjoni għandha teżerċita r-responsabbiltajiet tal-kontrollur skont l-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħha definiti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-linji politiċi meħtieġa u tapplika s-soluzzjonijiet tekniċi meħtieġa biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha fi ħdan l-ambitu tal-funzjoni ta' kontrollur.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-miżuri tekniċi meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tad-data personali fit-transitu, b'mod partikolari l-kunfidenzjalità u l-integrità għal kwalunkwe trażmissjoni lejn il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u minnu.

4.   L-obbligi tal-Kummissjoni ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u entitajiet oħrajn għall-kontenut u t-tħaddim tal-bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi ġestiti minnhom.

Artikolu 81

Obbligi ta' informazzjoni

Mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li għandha tingħata lis-suġġetti tad-data f'konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tinforma lis-suġġetti tad-data, permezz ta' pubblikazzjoni fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika, dwar ir-rwol tagħha fl-ipproċessar tad-data u l-finijiet għalfejn dik id-data ser tiġi pproċessata.

Artikolu 82

Ħżin tad-data personali

Fir-rigward tal-informazzjoni minn bażijiet ta' data nazzjonali interkonnessi, ma għandha tinħażen l-ebda data personali relatata mas-suġġetti tad-data fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika. Id-data kollha ta' dan it-tip għandha tiġi maħżuna f'bażijiet ta' data nazzjonali operati mill-Istati Membri jew entitajiet oħrajn.

Artikolu 83

Aċċess għal data personali permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika

Id-data personali maħżuna fir-reġistri nazzjonali ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 24, għandha tkun aċċessibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika dment li din tibqa' aċċessibbli skont il-liġi nazzjonali.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 84

Applikabilità fiż-żmien

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal proċedimenti ta' insolvenza miftuħa wara s-26 ta' Ġunju 2017. Atti kommessi minn debitur qabel dik id-data għandhom jibqgħu jiġu rregolati bil-liġi li kienet applikabbli għalihom fiż-żmien ta' meta saru.

2.   Minkejja l-Artikolu 91 ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu jkompli japplika għal proċedimenti ta' insolvenza li jaqgħu fl-ambitu ta' dak ir-Regolament u li jkunu nfetħu qabel is-26 ta' Ġunju 2017.

Artikolu 85

Relazzjonijiet għal Konvenzjonijiet

1.   Dan ir-Regolament jissostitwixxi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-materji msemmija fih, u fir-rigward ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, il-Konvenzjonijiet konklużi bejn tnejn jew aktar Stati Membri, b'mod partikolari:

(a)

il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u Franza dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Validità u l-Infurzar ta' Sentenzi, Deċiżjoniet tal-Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmata f'Pariġi fit-8 ta' Lulju 1899;

(b)

il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti, Kompożizzjoni u Sospensjoni ta' Pagamenti (bil-Protokoll Addizzjonali tat-13 ta' Ġunju 1973), iffirmata fi Brussell fis-16 ta' Lulju 1969;

(c)

il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Olanda dwar il-Ġurisdizzjoni Territorjali, Falliment u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmata fi Brussell fit-28 ta' Marzu 1925;

(d)

it-Trattat bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti u Kompożizzjoni, iffirmat fi Vjenna fil-25 ta' Mejju 1979;

(e)

il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar il-Ġurisdizzjoni, l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi dwar Falliment, iffirmata fi Vjenna fis-27 ta' Frar 1979;

(f)

il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Italja dwar l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fit-3 ta' Ġunju 1930;

(g)

il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti u Kompożizzjoni, iffirmata f'Ruma fit-12 ta' Lulju 1977;

(h)

il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Olanda u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-Għarfien Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi u l-Istrumenti l-oħra Eżegwibbli f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fl-Aja fit-30 ta' Awwissu 1962;

(i)

il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Renju tal-Belġju li tipprevedi l-Eżekuzzjoni Reċiproka ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, bi Protokoll, iffirmata fi Brussell fit-2 ta' Mejju 1934;

(j)

il-Konvenzjoni bejn id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Iżvezja u l-Iżlanda dwar Falliment, iffirmata f'Kopenħagen fis-7 ta' Novembru 1933;

(k)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar Ċerti Aspetti Internazzjonali ta' Falliment, iffirmata f'Istanbul fil-5 ta' Ġunju 1990;

(l)

il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja u r-Renju tal-Greċja dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Infurzar tas-Sentenzi, iffirmata f'Ateni fit-18 ta' Ġunju 1959;

(m)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku u l-Infurzar ta' Għotjiet ta' Arbitraġġ u Arranġamenti ta' Arbitraġġ fi Kwistjonijiet Kummerċjali, iffirmat f'Belgrad fit-18 ta' Marzu 1960;

(n)

il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja u r-Repubblika tal-Italja dwar il-Koperazzjoni Ġudizzjarja Reċiproka fi Kwistjonijiet Ċivili u Amministrattivi, iffirmata f'Ruma fit-3 ta' Diċembru 1960;

(o)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja u r-Renju tal-Belġju dwar il-Koperazzjoni Ġudizzjarja fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f'Belgrad fl-24 ta' Settembru 1971;

(p)

il-Konvenzjoni bejn il-Gvernijiet tal-Jugoslavja u Franza dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Pariġi fit-18 ta' Mejju 1971;

(q)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Ellenika dwar l-Għajnuna Legali fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f'Ateni fit-22 ta' Ottubru 1980, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja;

(r)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika ta' Ċipru dwar l-Għajnuna Legali fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmat f'Nikosija fit-23 ta' April 1982, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u Ċipru;

(s)

it-Trattat bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika ta' Franza dwar l-Għajnuna Legali u r-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi f'Materji Ċivili, Familjari u Kummerċjali, iffirmat f'Pariġi fl-10 ta' Mejju 1984, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u Franza;

(t)

it-Trattat bejn ir-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u r-Repubblika Taljana dwar l-Għajnuna Legali f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmat fi Praga fis-6 ta' Diċembru 1985, li għadu fis-seħħ bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Italja;

(u)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali, iffirmat f'Tallinn fil-11 ta' Novembru 1992;

(v)

il-Ftehim bejn l-Estonja u l-Polonja dwar l-Għoti ta' Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f'Tallinn fis-27 ta' Novembru 1998;

(w)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Għajnuna Legali u r-Relazzjonijiet Legali fi Kwistjonijiet Ċivili, Familjari, tax-Xogħol u Kriminali, iffirmat f'Varsavja fis-26 ta' Jannar 1993;

(x)

il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Ellenika dwar assistenza legali f'materji ċivili u kriminali u l-Protokolli tagħha, iffirmata f'Bukarest fid-19 ta' Ottubru 1972;

(y)

il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Franċiża dwar assistenza legali f'materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f'Pariġi fil-5 ta' Novembru 1974;

(z)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika Ellenika dwar Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f'Ateni fl-10 ta' April 1976;

(aa)

il-Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika ta' Ċipru dwar Assistenza Legali f'Materji Ċivili u Kriminali, iffirmat f'Nikosija fid-29 ta' April 1983;

(ab)

il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża dwar Assistenza Legali Reċiproka f'Materji Ċivili, iffirmat f'Sofija fit-18 ta' Jannar 1989;

(ac)

it-Trattat bejn ir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka dwar assistenza ġudizzjarja f'materji ċivili, iffirmat f'Bukarest fil-11 ta' Lulju 1994;

(ad)

it-Trattat bejn ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja dwar assistenza legali u relazzjonijiet legali f'każijiet ċivili, iffirmat f'Bukarest fil-15 ta' Mejju 1999.

2.   Il-Konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu effettivi fir-rigward ta' proċedimenti miftuħa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika:

(a)

f'xi Stat Membru, sal-limitu li ma jkunx jaqbel mal-obbligi li joriġinaw b'rabta ma' falliment minn konvenzjoni konkluża minn dak l-Istat Membru ma' pajjiż terz wieħed jew aktar qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000;

(b)

fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, sal-limitu li dan ma jkunx jaqbel mal-obbligi li joriġinaw b'rabta ma' falliment u l-għeluq ta' negozju ta' kumpaniji insolventi minn xi arranġamenti mal-Commonwealth li jkunu eżistenti fil-waqt meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000.

Artikolu 86

Informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-insolvenza

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (17), u bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku, deskrizzjoni qasira tal-leġiżlazzjoni u l-proċeduri nazzjonali tagħhom marbutin mal-insolvenza, b'mod partikolari rigward il-materji elenkati fl-Artikolu 7(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mod regolari.

3.   L-informazzjoni marbuta ma' dan ir-Regolament għandha titqiegħed mill-Kummissjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 87

Stabbiliment tal-interkonnessjoni tar-reġistri

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 25. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 89(3).

Artikolu 88

Stabbiliment u emendar sussegwenti ta' formoli standard

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u, fejn meħtieġ, jemendaw il-formoli msemmija fl-Artikolu 27(4), l-Artikoli 54 u 55 u l-Artikolu 64(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 89(2).

Artikolu 89

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 90

Klawżola ta' reviżjoni

1.   Mhux aktar tard mis-27 ta' Ġunju 2027, u konsegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposta għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

2.   Mhux aktar tard mis-27 ta' Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, rapport dwar l-applikazzjoni tal- proċedimenti ta' koordinazzjoni tal-grupp. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn meħtieġ, minn proposta għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

3.   Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, studju dwar kwistjonijiet transkonfinali fil-qasam tar-responsabbiltà u l-iskwalifikar tad-diretturi.

4.   Mhux aktar tard mis-27 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, studju dwar il-kwistjoni ta' forum shopping abbużiv.

Artikolu 91

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 hu rrevokat.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni kif stabbilta fl-Anness D ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 92

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2017, bl-eċċezzjoni:

(a)

tal-Artikolu 86, li għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2016;

(b)

L-Artikolu 24(1), li għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2018; u

(c)

L-Artikolu 25 li għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta' Mejju 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 55.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-12 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment insolvenza (ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).

(7)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(9)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(12)  ĠU C 358, 7.12.2013, p. 15.

(13)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(14)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(16)  Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).


ANNESS A

Proċedimenti ta' insolvenza msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 2

BELGIQUE/BELGIË

Het faillissement/La faillite,

De gerechtelijke reorganisatie door een collectief akkoord/La réorganisation judiciaire par accord collectif,

De gerechtelijke reorganisatie door een minnelijk akkoord/La réorganisation judiciaire par accord amiable,

De gerechtelijke reorganisatie door overdracht onder gerechtelijk gezag/La réorganisation judiciaire par transfert sous autorité de justice,

De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes,

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire,

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire,

De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l'article 8 de la loi sur les faillites,

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност,

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurs,

Reorganizace,

Oddlužení,

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren,

Das gerichtliche Vergleichsverfahren,

Das Gesamtvollstreckungsverfahren,

Das Insolvenzverfahren,

EESTI

Pankrotimenetlus,

Võlgade ümberkujundamise menetlus,

ÉIRE/IRELAND

Compulsory winding-up by the court,

Bankruptcy,

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent,

Winding-up in bankruptcy of partnerships,

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court),

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution,

Examinership,

Debt Relief Notice,

Debt Settlement Arrangement,

Personal Insolvency Arrangement,

ΕΛΛΑΔΑ

Η πτώχευση,

Η ειδική εκκαθάριση εν λειτουργία,

Σχέδιο αναδιοργάνωσης,

Απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου,

Διαδικασία Εξυγίανσης,

ESPAÑA

Concurso,

Procedimiento de homologación de acuerdos de refinanciación,

Procedimiento de acuerdos extrajudiciales de pago,

Procedimiento de negociación pública para la consecución de acuerdos de refinanciación colectivos, acuerdos de refinanciación homologados y propuestas anticipadas de convenio,

FRANCE

Sauvegarde,

Sauvegarde accélérée,

Sauvegarde financière accélérée,

Redressement judiciaire,

Liquidation judiciaire,

HRVATSKA

Stečajni postupak,

ITALIA

Fallimento,

Concordato preventivo,

Liquidazione coatta amministrativa,

Amministrazione straordinaria,

Accordi di ristrutturazione,

Procedure di composizione della crisi da sovraindebitamento del consumatore (accordo o piano),

Liquidazione dei beni,

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο,

Εκούσια εκκαθάριση από μέλη,

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου,

Διάταγμα Παραλαβής και πτώχευσης κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος,

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα,

LATVIJA

Tiesiskās aizsardzības process,

Juridiskās personas maksātnespējas process,

Fiziskās personas maksātnespējas process,

LIETUVA

Įmonės restruktūrizavimo byla,

Įmonės bankroto byla,

Įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka,

Fizinio asmens bankroto procesas,

LUXEMBOURG

Faillite,

Gestion contrôlée,

Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif),

Régime spécial de liquidation du notariat,

Procédure de règlement collectif des dettes dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

Csődeljárás,

Felszámolási eljárás,

MALTA

Xoljiment,

Amministrazzjoni,

Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri,

Stralċ mill-Qorti,

Falliment f'każ ta' kummerċjant,

Proċedura biex kumpanija tirkupra,

NEDERLAND

Het faillissement,

De surséance van betaling,

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren (Insolvenzverfahren),

Das Sanierungsverfahren ohne Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren),

Das Sanierungsverfahren mit Eigenverwaltung (Insolvenzverfahren),

Das Schuldenregulierungsverfahren,

Das Abschöpfungsverfahren,

Das Ausgleichsverfahren,

POLSKA

Postępowanie naprawcze,

Upadłość obejmująca likwidację,

Upadłość z możliwością zawarcia układu,

PORTUGAL

Processo de insolvência,

Processo especial de revitalização,

ROMÂNIA

Procedura insolvenței,

Reorganizarea judiciară,

Procedura falimentului,

Concordatul preventiv,

SLOVENIJA

Postopek preventivnega prestrukturiranja,

Postopek prisilne poravnave,

Postopek poenostavljene prisilne poravnave,

Stečajni postopek: stečajni postopek nad pravno osebo, postopek osebnega stečaja and postopek stečaja zapuščine,

SLOVENSKO

Konkurzné konanie,

Reštrukturalizačné konanie,

Oddlženie,

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs,

Yrityssaneeraus/företagssanering,

Yksityishenkilön velkajärjestely/skuldsanering för privatpersoner,

SVERIGE

Konkurs,

Företagsrekonstruktion,

Skuldsanering,

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court,

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court),

Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court,

Voluntary arrangements under insolvency legislation,

Bankruptcy or sequestration.


ANNESS B

Prattikanti fl-insolvenza msemmija fil-punt (5) tal-Artikolu 2

BELGIQUE/BELGIË

De curator/Le curateur,

De gedelegeerd rechter/Le juge-délégué,

De gerechtsmandataris/Le mandataire de justice,

De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes,

De vereffenaar/Le liquidateur,

De voorlopige bewindvoerder/L'administrateur provisoire,

БЪЛГАРИЯ

Назначен предварително временен синдик,

Временен синдик,

(Постоянен) синдик,

Служебен синдик,

ČESKÁ REPUBLIKA

Insolvenční správce,

Předběžný insolvenční správce,

Oddělený insolvenční správce,

Zvláštní insolvenční správce,

Zástupce insolvenčního správce,

DEUTSCHLAND

Konkursverwalter,

Vergleichsverwalter,

Sachwalter (nach der Vergleichsordnung),

Verwalter,

Insolvenzverwalter,

Sachwalter (nach der Insolvenzordnung),

Treuhänder,

Vorläufiger Insolvenzverwalter,

Vorläufiger Sachwalter,

EESTI

Pankrotihaldur,

Ajutine pankrotihaldur,

Usaldusisik,

ÉIRE/IRELAND

Liquidator,

Official Assignee,

Trustee in bankruptcy,

Provisional Liquidator,

Examiner,

Personal Insolvency Practitioner,

Insolvency Service,

ΕΛΛΑΔΑ

Ο σύνδικος,

Ο εισηγητής,

Η επιτροπή των πιστωτών,

Ο ειδικός εκκαθαριστής,

ESPAÑA

Administrador concursal,

Mediador concursal,

FRANCE

Mandataire judiciaire,

Liquidateur,

Administrateur judiciaire,

Commissaire à l'exécution du plan,

HRVATSKA

Stečajni upravitelj,

Privremeni stečajni upravitelj,

Stečajni povjerenik,

Povjerenik,

ITALIA

Curatore,

Commissario giudiziale,

Commissario straordinario,

Commissario liquidatore,

Liquidatore giudiziale,

Professionista nominato dal Tribunale,

Organismo di composizione della crisi nella procedura di composizione della crisi da sovraindebitamento del consumatore,

Liquidatore,

ΚΥΠΡΟΣ

Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής,

Επίσημος Παραλήπτης,

Διαχειριστής της Πτώχευσης,

LATVIJA

Maksātnespējas procesa administrators,

LIETUVA

Bankroto administratorius,

Restruktūrizavimo administratorius,

LUXEMBOURG

Le curateur,

Le commissaire,

Le liquidateur,

Le conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat,

Le liquidateur dans le cadre du surendettement,

MAGYARORSZÁG

Vagyonfelügyelő,

Felszámoló,

MALTA

Amministratur Proviżorju,

Riċevitur Uffiċjali,

Stralċjarju,

Manager Speċjali,

Kuraturi f'każ ta' proċeduri ta' falliment,

Kontrolur Speċjali,

NEDERLAND

De curator in het faillissement,

De bewindvoerder in de surséance van betaling,

De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen,

ÖSTERREICH

Masseverwalter,

Sanierungsverwalter,

Ausgleichsverwalter,

Besonderer Verwalter,

Einstweiliger Verwalter,

Sachwalter,

Treuhänder,

Insolvenzgericht,

Konkursgericht,

POLSKA

Syndyk,

Nadzorca sądowy,

Zarządca,

PORTUGAL

Administrador da insolvência,

Administrador judicial provisório,

ROMÂNIA

Practician în insolvență,

Administrator concordatar,

Administrator judiciar,

Lichidator judiciar,

SLOVENIJA

Upravitelj,

SLOVENSKO

Predbežný správca,

Správca,

SUOMI/FINLAND

Pesänhoitaja/boförvaltare,

Selvittäjä/utredare,

SVERIGE

Förvaltare,

Rekonstruktör,

UNITED KINGDOM

Liquidator,

Supervisor of a voluntary arrangement,

Administrator,

Official Receiver,

Trustee,

Provisional Liquidator,

Interim Receiver,

Judicial factor.


ANNESS C

Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi għalih

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000

(ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/2005

(ĠU L 100, 20.4.2005, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2006

(ĠU L 121, 6.5.2006, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 681/2007

(ĠU L 159, 20.6.2007, p. 1)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008

(ĠU L 213, 8.8.2008, p. 1)

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 210/2010

(ĠU L 65, 13.3.2010, p. 1)

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 583/2011

(ĠU L 160, 18.6.2011, p. 52)

 

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1)

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 663/2014

(ĠU L 179, 19.6.2014, p. 4)

 

Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li jistabbilixxu l-Unjoni Ewropea

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33)


ANNESS D

Tabella ta' korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1346/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, kliem introduttorju

Artikolu 2, punt (a)

Artikolu 2, punt (4)

Artikolu 2, punt (b)

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 2, punt (c)

Artikolu 2, punt (d)

Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 2, punt (e)

Artikolu 2, punt (7)

Artikolu 2, punt (f)

Artikolu 2, punt (8)

Artikolu 2, punt (g), kliem introduttorju

Artikolu 2, punt (9), kliem introduttorju

Artikolu 2, punt (g), l-ewwel inċiż

Artikolu 2, punt (9)(vii)

Artikolu 2, punt (g), it-tieni inċiż

Artikolu 2, punt (9)(iv)

Artikolu 2, punt (g), it-tielet inċiż

Artikolu 2, punt (9)(viii)

Artikolu 2, punt (h)

Artikolu 2, punt 10

Artikolu 2, punti (1) sa (3) u (11) sa (13)

Artikolu 2, punt (9)(i) sa (iii), (v), (vi)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 13, l-ewwel inċiż

Artikolu 16, punt (a)

Artikolu 13, it-tieni inċiż

Artikolu 16, punt (b)

Artikolu 14, l-ewwel inċiż

Artikolu 17, punt (a)

Artikolu 14, it-tieni inċiż

Artikolu 17, punt (b)

Artikolu 14, it-tielet inċiż

Artikolu 17, punt (c)

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 20

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 21(1)

Artikolu 28(2)

Artikolu 21(2)

Artikolu 28(1)

Artikolu 22

Artikolu 29

Artikolu 23

Artikolu 30

Artikolu 24

Artikolu 31

Artikolu 25

Artikolu 32

Artikolu 26

Artikolu 33

Artikolu 27

Artikolu 34

Artikolu 28

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 29

Artikolu 37(1)

Artikolu 37(2)

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 30

Artikolu 40

Artikolu 31

Artikolu 41

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 44

Artikolu 32

Artikolu 45

Artikolu 33

Artikolu 46

Artikolu 34(1)

Artikolu 47(1)

Artikolu 34(2)

Artikolu 47(2)

Artikolu 34(3)

Artikolu 48

Artikolu 35

Artikolu 49

Artikolu 36

Artikolu 50

Artikolu 37

Artikolu 51

Artikolu 38

Artikolu 52

Artikolu 39

Artikolu 53

Artikolu 40

Artikolu 54

Artikolu 41

Artikolu 55

Artikolu 42

Artikolu 56

Artikolu 57

Artikolu 58

Artikolu 59

Artikolu 60

Artikolu 61

Artikolu 62

Artikolu 63

Artikolu 64

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

Artikolu 68

Artikolu 69

Artikolu 70

Artikolu 71

Artikolu 72

Artikolu 73

Artikolu 74

Artikolu 75

Artikolu 76

Artikolu 77

Artikolu 78

Artikolu 79

Artikolu 80

Artikolu 81

Artikolu 82

Artikolu 83

Artikolu 43

Artikolu 84(1)

Artikolu 84(2)

Artikolu 44

Artikolu 85

Artikolu 86

Artikolu 45

Artikolu 87

Artikolu 88

Artikolu 89

Artikolu 46

Artikolu 90(1)

Artikolu 90(2) sa (4)

Artikolu 91

Artikolu 47

Artikolu 92

Anness A

Anness A

Anness B

Anness C

Anness B

Anness C

Anness D


Top