This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0233
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/233 of 13 February 2015 laying down implementing technical standards with regard to currencies in which there is an extremely narrow definition of central bank eligibility pursuant to Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 tat- 13 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 tat- 13 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 39, 14.2.2015, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/233
tat-13 ta' Frar 2015
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 416(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
l-Artikolu 416(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrikjedi li l-istituzzjonijiet jirrapportaw assi bħala assi likwidi fejn dawn jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Skont it-tielet subparagrafu ta' dan l-Artikolu, il-kundizzjoni li l-assi li huma kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta' likwidità ta' bank ċentrali fi Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, jistgħu jiġu rtirati għal assi likwidi miżmuma biex jissodisfaw il-ħruġ ta' likwidità f'munita li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali. |
(2) |
Bħala rikonoxximent tal-importanza li r- Regolament (UE) Nru 575/2013 ipoġġi fuq l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali fil-kwalifikazzjoni ta' assi bħala likwidu, il-lista ta' muniti li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna tal-eliġibbiltà tal-bank ċentrali teħtieġ li tkun limitata għal dawk il-muniti fejn l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali hija limitata għal dejn tal-gvern ċentrali u dejn maħruġ mill-bank ċentrali u ma jestendix għal kwalunkwe assi oħra li jinkludu assi likwidi b'konformità mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fl-Artikoli 416 u 417 ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) wettqet valutazzjoni bbażata fuq l-aqwa tagħrif disponibbli pprovdut mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali f'munita partikolari. Fil-każ tal-Bulgarija, l-evalwazzjoni indikat li l-bank ċentrali ma jestendix likwidità għal istituzzjonijiet għajr f'ċirkostanzi estremi. Meta jitfaċċa riskju ta' likwidità li jista' jaffettwa l-istabbiltà tas-sistema bankarja, il-Bank Nazzjonali Bulgaru jista' jestendi għal bank solventi krediti denominati f'lev b'maturità ta' mhux aktar minn tliet xhur, sakemm ikunu kompletament kollateralizzati minn deheb, muniti barranin jew assi likwidi ħafna oħrajn. Konsegwentement, il-lev Bulgaru għandu jitqies bħala munita b'definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-ABE lill-Kummissjoni. |
(5) |
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-munita li fiha jkun hemm definizzjoni stretta ħafna ta' eliġibbiltà tal-bank ċentrali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 416(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma stipulati fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
Lev Bulgaru (BGN)