Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0182

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/182 tat- 2 ta' Frar 2015 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

OJ L 31, 7.2.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/182/oj

7.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/182

tat-2 ta' Frar 2015

li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 (2) ikklassifikat iż-żebgħa blu tal-polimetin (żebgħa fluworexxenti) dilwita f'taħlita ta' solventi tal-glikol tal-etilen u l-metanol, użata f'analizzaturi awtomatiċi tad-demm biex il-lewkoċiti jingħataw il-kulur permezz ta' mmarkar fluworexxenti wara li jkunu għaddew minn trattament preparatorju speċifiku, taħt l-intestatura 3212 tan-Nomenklatura Magħquda bħala żebgħa u materjal li jagħti l-kulur. Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda kienet eskluża għar-raġuni li l-materjal li jagħti l-kulurtal-intestatura 3204 li jkun għall-bejgħ huwa kklassifikat taħt l-intestatura 3212.

(2)

Fil-Kawża C-480/13 Sysmex Europe GmbH v Hauptzollamt Hamburg-Hafen  (3), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qatgħet li prodott, magħmul mis-solventi u ta' sustanza abbażi ta' polimetin għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda bħala reaġenti tal-laboratorju. Il-Qorti kkunsidrat, fuq l-informazzjoni sottomessa, li l-użu ta' dak il-prodott bħala materjal li jagħti l-kulur m'huwa xejn aktar minn possibilità purament teoretika.

(3)

Il-prodott eżaminat mill-Qorti fil-kawża C-480/13 huwa identiku għall-prodott li l-klassifikazzjoni tiegħu hija stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011.

(4)

Bħala konsegwenza, huwa xieraq li r-Regolament tal-Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011 jitħassar sabiex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja taż-żebgħa blu tal-polimetin (żebgħa fluworexxenti) dilwita f'taħlita ta' solventi tal-glikol tal-etilen u l-metanol u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fi ħdan l-Unjoni.

(5)

Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011 għandu jitħassar.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2011 jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2011 tas-12 ta' Awwissu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 211, 18.8.2011, p. 9).

(3)  Sentenza li ngħtat fis-17 ta' Lulju 2014, li għadha ma ġietx ippubblikata fir-REK, paragrafi 42, 44 u 45.


Top