Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015L1168

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1168 tal-15 ta' Lulju 2015 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 188, 16.7.2015, p. 39–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2015/1168/oj

16.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/39


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1168

tal-15 ta' Lulju 2015

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-linji gwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali linji gwida. Għal varjetajiet oħra dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2)

Is-CPVO sadanittant stabbilixxa linji gwida oħrajn u aġġorna dawk eżistenti.

(3)

Għalhekk, id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Lulju 2016, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2016. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2016.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza ta' dan it-tip waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza ta' dan it-tip.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta'ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).


ANNESS

PARTI A

ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca filiformis Pourr.

Żwien in-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien in-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca rubra L.

Żwien aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium × boucheanum Kunth

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 rev. tal-11.3.2015

Brassica napus L.

Kolza Svediża

TP 36/2 tas-16.11.2011

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Kolza

TP 89/1 tal-11.3.2015

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 tat-28.11.2012

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/1 tas-6.11.2003

Avena sativa L. (jinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/1 tas-6.11.2003

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/3 tal-21.3.2012

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/2 tal-21.3.2012

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta' xi speċi tal-ġenus Triticum ma' xi speċi tal-ġenus Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L.

Qamħirrun

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/2 tal-1.12.2005

It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Ħaxix iebes li jixxeblek

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħaxix rescue

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien twil

TG/39/8 tas-17.4.2002

Festuca pratensis Huds.

Żwien il-bur

TG/39/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mit-tlaqqigħ ta' speċi tal-ġenus Festuca ma' speċi tal-ġenus Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Ħaxix ta' timothy żgħir

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Ħaxix ta' timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Poa pratensis L.

Ħaxix il-bur taz-zokk lixx

TG/33/7 tad-9.4.2014

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina tal-werqa dejqa

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago × varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TG/32/7 tal-20.3.2013

 

 

 

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TG/178/3 tal-4.4.2001

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Gosypium spp.

Qoton

TG/88/6 tal-4.4.2001

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

Sinapis alba L.

Ġarġir abjad

TG/179/3 tal-4.4.2001

Glycine max (L.) Merr.

Żerriegħa tas-sojja

TG/80/6 tal-1.4.1998

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/3 tas-6.10.1989

It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

PARTI B

ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (Grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tal-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 tal-11.3.2010

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 tal-21.3.2007

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta' Brussell

TP 54/2 tal-1.12.2005

Brassica oleracea L.

Kolrabi

TP 65/1 tal-25.3.2004

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 tas-16.2.2011

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 tal-21.3.2007

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tat-13.3.2008

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qara' bagħli jew Zukkini

TP 119/1rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/2 tas-27.2.2013

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/5 tas-16.2.2011

Solanum lycopersicum L.

Tadama

TP 44/4 rev. tas-27.2.2013

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta' Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 rev. tal-11.3.2015

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 tas-27.2.2013

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful kbir

TP Broadbean/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħ ħelu u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum lycopersicum L. × Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. × Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. × Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg

Tadam selvaġġ

TP 294/1 tad-19.3.2014

It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b'weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

TG/154/3 tat-18.10.1996

Rheum rhabarbarum L.

Rabarbru

TG/62/6 tal-24.3.1999

It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


Top