Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2400

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2400 tat-8 ta' Diċembru 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

OJ L 333, 19.12.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2400/oj

19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 333/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2400

tat-8 ta' Diċembru 2015

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115, flimkien mal-Artikolu 218(6)(b) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/860 (1), il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet ġie ffirmat fis-27 ta' Mejju 2015, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(2)

It-test tal-Protokoll Emendatorju, li huwa r-riżultat tan-negozjati, jirrifletti b'mod korrett id-direttiva ta' negozjati maħruġa mill-Kunsill, billi jallinja l-Ftehim mal-aktar żviluppi reċenti fil-livell internazzjonali rigward l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jiġifieri l-Istandard Globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet tat-taxxa żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD). L-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Konfederazzjoni Żvizzera pparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-OECD. It-test tal-Ftehim, kif emendat bil-Protokoll Emendatorju, huwa l-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-Istandard Globali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

(3)

Il-Protokoll Emendatorju għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll Emendatorju huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju (2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-Istati Membri dwar in-notifikazzjonijiet mogħtija skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali kif jirriżulta mill-Protokoll Emendatorju.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/860 tas-26 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' imgħaxijiet (ĠU L 136, 3.6.2015, p. 5).

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top