EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2248

Deċiżjoni (UE) 2015/2248 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

OJ L 318, 4.12.2015, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2248/oj

4.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/36


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2248 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Ottubru 2015

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fil-limitu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex ikun hemm il-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda oħra jew aktar.

(2)

Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet skont il-limitu ta' nfiq tal-intestatura 3 (Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea b'EUR 66,1 miljun għas-sena finanzjarja 2015 sabiex jiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni.

(3)

L-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà huma EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 66,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza).

Dak l-ammont għandu jintuża biex jiffinanzja miżuri għall-immaniġġjar tal-kriżi tar-refuġjati.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà huma EUR 52,9 miljun fl-2016 u EUR 13,2 miljun fl-2017.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, it-28 ta' Ottubru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


Top