EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1956

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1956 tas-26 ta' Ottubru 2015 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra

OJ L 284, 30.10.2015, p. 146–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1956/oj

30.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 284/146


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1956

tas-26 ta' Ottubru 2015

li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI tipprevedi li hija għandha ssir effettiva minn data li għandha tiġi determinata mill-Kunsill ladarba l-Kummissjoni tkun infurmat lill-Kunsill li r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ikun daħal fis-seħħ u ikun interament applikabbli.

(2)

Permezz ta' ittra tat-2 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill li r-Regolament (KE) Nru 767/2008 kien daħal fis-seħħ u kien interament applikabbli mis-27 ta' Settembru 2011.

(3)

Il-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju mill-Kunsill tas-setgħat ta' implimentazzjoni tiegħu skont id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI ġew issodisfati u għalhekk għandha tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tistabbilixxi d-data ta' effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI.

(4)

Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/392/UE (3), li ġiet annullata b'sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) (4). F'dik is-sentenza, il-Qorti żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2013/392/UE sad-dħul fis-seħħ ta' att ġdid maħsub sabiex jissostitwixxiha. Għaldaqstant, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni 2013/392/UE tieqaf tipproduċi effetti.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tad-drittijiet ta' aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra, id-data li minnha saret effettiva d-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI għandha tinżamm kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/392/UE.

(6)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (5), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(7)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (7) ta' Schengen li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(8)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt H tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (11). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(11)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta' dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fihom skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (12). Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(12)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-pożizzjoni tal-Istati Membri li fir-rigward tagħhom għadu ma daħalx fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 767/2008. B'mod partikolari, hija ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI għandha ssir effettiva mill-1 ta' Settembru 2013, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/392/UE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2013/392/UE tieqaf tipproduċi effetti mill-31 ta' Ottubru 2015, mingħajr preġudizzju għad-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/392/UE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DIESCHBOURG


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/392/UE tat-22 ta' Lulju 2013 li tistabbilixxi d-data tal-effettività tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 198, 23.7.2013, p. 45).

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' April 2015. il-Parlament vs il-Kunsill, C-540/13, ECLI:EU:C:2015:224.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-Acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).


Top