Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1924

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1924 tas-26 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

ĠU L 281, 27.10.2015, pp. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1924/oj

27.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1924

tas-26 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1).

(2)

Persuna deċeduta għandha titneħħa mill-Annessi I u II għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

I.   

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:

Isem (u psewdonomi possibbli)

51.

MIDZI, Amos Bernard (Mugenva)

II.   

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, l-entrata għall-persuna fiżika li ġejja titneħħa mit-taqsima “I. Persuni”:

Isem (u psewdonomi)

41.

MIDZI, Amos Bernard (Mugenva)

Top