This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1734
Council Decision (EU) 2015/1734 of 18 September 2015 establishing the position to be adopted on behalf of the European Union at the 12th General Assembly of the Intergovernmental Organisation for International Carriage by Rail (OTIF) as regards certain amendments to the Convention concerning International Carriage by Rail (COTIF) and to its Appendices
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1734 tat-18 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ċerti emendi għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-Appendiċijiet tagħha
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1734 tat-18 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ċerti emendi għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-Appendiċijiet tagħha
ĠU L 252, 29.9.2015, pp. 43–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1734
tat-18 ta' Settembru 2015
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF) rigward ċerti emendi għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u għall-Appendiċijiet tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni ngħaqdet mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata bil-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (“il-Konvenzjoni COTIF”), bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE (1). |
|
(2) |
L-Istati Membri kollha, għajr Ċipru u Malta, huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni COTIF u japplikawha. |
|
(3) |
L-Assemblea Ġenerali, stabbilita skont il-punt (a) tal-Artikolu 13§ 1 tal-Konvenzjoni COTIF (“Assemblea Ġenerali”), matul it-12 il-sessjoni tagħha li ser issir bejn id-29 u t-30 ta' Settembru 2015, mistennija tiddeċiedi dwar ċerti emendi għall-Konvenzjoni COTIF u għall-Appendiċijiet tagħha: fl-Appendiċi D (Regoli Uniformi għall-Kuntratti tal-Użu tal-Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali — CUV), fl-Appendiċi F (Regoli Uniformi li jirrigwardaw il-Validazzjoni ta' Standards Tekniċi u l-Adozzjoni ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Applikati għall-Materjal tal-Ferroviji bl-intenzjoni li jintużaw mit-Traffiku Internazzjonali — APTU) u fl-Appendiċi G (Regoli Uniformi li jirrigwardaw l-Ammissjoni Teknika ta' Materjal tal-Ferroviji użat fit-Traffiku Internazzjonali — ATMF). |
|
(4) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti punti għandha tiġi adottata skont l-Artikolu 218(9) tat-Trattat, peress li d-deċiżjonijiet dwar dawk l-emendi li jridu jittieħdu waqt l-Assemblea Ġenerali huma atti b'effett legali u s-suġġett tagħhom huwa fil-kompetenza tal-Unjoni. |
|
(5) |
L-emendi għall-Konvenzjoni COTIF għandhom l-għan li jaġġornaw il-kompiti tal-Kumitat tal-Esperti Tekniċi u referenza għad-definizzjoni ta' “detentur” f'konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, u li jibdlu ċerti regoli dwar il-finanzjament, l-awditjar u r-rappurtar tal-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija (OTIF), kif ukoll li jagħmlu ċerti bidliet amministrattivi żgħar. |
|
(6) |
L-emendi fl-Appendiċi D (CUV) li ppreżenta s-Segretarju Ġenerali tal-OTIF għandhom l-għan li jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni fil-kuntratti tal-użu tal-vetturi fit-traffiku internazzjonali bil-ferrovija. |
|
(7) |
L-emendi fl-Appendiċi F (APTU) u G (ATMF) għandhom l-għan li jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom bit-tneħħija tar-referenza għal “materjal ferrovjarju ieħor”. |
|
(8) |
L-emendi għall-Appendiċi D (CUV), F (APTU) u G (ATMF) għall-Konvenzjoni COTIF, kif ukoll ċerti emendi għall-Konvenzjoni COTIF innifisha jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni u huma f'konformità mal-liġi u mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, u għalhekk l-Unjoni għandha tappoġġahom. |
|
(9) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fit-12-il Assemblea Ġenerali għandha tkun ibbażata fuq l-Anness għal din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fit-12-il Assemblea Ġenerali fil-kuntest tal-Konvenzjoni COTIF għandha tkun skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
2. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fl-Assemblea Ġenerali jistgħu jaqblu dwar xi tibdiliet żgħar fid-dokumenti msemmija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Id-Deċiżjonijiet tat-12-il Assemblea Ġenerali, la darba adottati, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u jindikaw meta ser jidħlu fis-seħħ.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
C. DIESCHBOURG
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta' Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad- 9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat- 3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
ANNESS
1. Dokumenti ta' referenza
Dokumenti li jikkonċernaw ir-reviżjoni tal-COTIF u tal-Appendiċijiet tagħha huma disponibbli fis-sit web tal-OTIF:
http://www.otif.org/en/law/general-assembly/working-documents-concerning-revision-of-cotif.html.
2. Kummenti u pożizzjonijiet dwar il-punti fuq l-aġenda
Il-punt 1. L-elezzjoni tal-President u tal-Viċi-Presidenti
Dokument: xejn.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 2. L-adozzjoni tal-aġenda
Dokumenti: AG 12/2, AG 12/2 Add.1.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 3. Il-formazzjoni tal-Kumitat tal-Kredenzjali
Dokument: xejn.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 4. L-organizzazzjoni tal-ħidma u l-għażla ta' xi Kumitat meqjusa meħtieġa
Dokument: xejn.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 5. L-elezzjoni ta' Segretarju Ġenerali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018
Dokumenti: AG 12/5, AG 12/5.1, AG 12/5.2.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Iż-żewġ kandidati għall-kariga ġejjin mill-Istati Membri tal-UE (l-Awstrija u Franza).
Il-punt 6. Il-membri tal-OTIF — il-qagħda ġenerali
Dokumenti: AG 12/6.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: mhux applikabbli.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 7. Il-qafas baġitarju
Dokumenti: AG 12/7.1, AG 12/7.2.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 8. Ir-reviżjoni parzjali tal-COTIF — il-Konvenzjoni Bażika
Dokumenti: AG 12/8, AG 12/8 Add. 1, AG 12/8 Add. 2.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata:
|
|
L-emendi fl-Artikolu 3 (Il-kooperazzjoni internazzjonali) jiġu appoġġati (tibdil editorjali biex ir-referenza għall-“Komunitajiet Ewropej” tinbidel bir-referenza għall-“Unjoni Ewropea”). |
|
|
L-emendi fl-Artikolu 12 (L-eżekuzzjoni tas-sentenzi. Hemża) jiġu appoġġati għax dawn jemendaw id-definizzjoni ta' “detentur” bi qbil mal-liġi tal-UE. |
|
|
L-emendi fl-Artikolu 20 (Il-Kumitat tal-Esperti Tekniċi) jiġu appoġġati għax dawn huma meħtieġa biex jiġu aġġornati r-Regoli Uniformi APTU u ATMF biex jibqgħu jaqblu mal-liġi tal-UE. |
Emendi oħra: ebda pożizzjoni tal-UE.
Il-punt 9. Ir-reviżjoni parzjali tal-Appendiċi B (CIM UR)
Dokumenti: AG 12/9.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: jittieħed nota tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-progress u t-tkomplija tal-ħidma fuq ir-reviżjoni ta' dan l-Appendiċi.
Il-punt 10. Ir-reviżjoni parzjali tal-Appendiċi D (CUV UR)
Dokumenti: AG 12/10, AG 12/10 Add. 1, AG 12/10 Add. 2, AG 12/10 Add. 3.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: l-UE.
Il-pożizzjoni koordinata:
|
|
L-emendi fl-Artikolu 9 u fir-Rapport ta' Spjegazzjoni jiġu appoġġati, bi qbil mal-pożizzjoni tal-UE rappreżentata waqt il-25 sessjoni tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF (1), għax dawn jiċċaraw ir-rwoli tad-detentur u tal-entità responsabbli għall-manutenzjoni bi qbil mal-liġi tal-UE. |
|
|
L-Artikolu 1a l-ġdid propost mill-Ġermanja fid-dokument AG 12/10 Add. 3 ġie diskuss u appoġġat minn grupp ta' ħidma tal-UE ta' rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-settur ferrovjarju li ltaqa' fis-26 ta' Novembru 2014. Fis-CIM teżisti dispożizzjoni simili (l-Artikolu 2 — Preskrizzjonijiet tad-dritt pubbliku). Għalhekk, din il-proposta tiġi appoġġata wkoll. |
Il-punt 11. Ir-reviżjoni parzjali tal-Appendiċi F (APTU UR)
Dokumenti: AG 12/11.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: l-UE.
Il-pożizzjoni koordinata: jiġu appoġġati l-emenda fl-Artikolu 3 li għandha l-għan li jiġi ċċarat l-ambitu bit-tħassir ta' “materjal ieħor tal-ferroviji” u l-modifika rilevanti tar-Rapport ta' Spjegazzjoni.
Il-punt 12. Ir-reviżjoni tal-Appendiċi G (ATMF UR)
Dokumenti: AG 12/12.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: l-UE.
Il-pożizzjoni koordinata: jiġu appoġġati l-emendi fl-Artikoli 1 u 3 li għandhom l-għan li jiġi ċċarat l-ambitu bit-tħassir ta' “materjal ieħor tal-ferroviji” u l-modifika rilevanti tar-Rapport ta' Spjegazzjoni.
Il-punt 13. Ir-Rapport ta' Spjegazzjoni rivedut u konsolidat
Dokumenti: AG 12/13, AG 12/13 Add.1-10.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: jiġi nnotat ir-Rapport ta' Spjegazzjoni rivedut u konsolidat u jingħata mandat lis-Segretarju Ġenerali biex jinkludi l-ispjegazzjonijiet adottati minn din l-Assemblea Ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mal-emendi tal-COTIF u tal-Appendiċijiet tiegħu adottati minn din l-Assemblea Ġenerali. Madankollu, il-frażi “… japplikaw għall-attivitajiet tal-ECM, jew …” għandha titħassar fl-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 3a, 10, it-tieni sentenza. Barra minn hekk, fil-verżjoni Ġermaniża l-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 15, 1, it-tieni sentenza għandha tiġi emendata kif ġej:
“In Übereinstimmung mit den gängigen Verfahren verschiedener Vertragsstaaten und zur expliziteren Klarstellung der Pflichten des Halters, obliegt dem Halter die Verpflichtung, den ihm zugeordneten Fahrzeugen eine ECM zuzuweisen.”
Il-punt 14. Liġi Unifikata dwar il-Ferroviji
Dokumenti: AG 12/14.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 15. Rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat Amministrattiv fil-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 u t-30 ta' Settembru 2015
Dokumenti: AG 12/15.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 16. L-elezzjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2015 u t-30 ta' Settembru 2018 (Kompożizzjoni u Presidenza)
Dokumenti: AG 12/16.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 17. Id-data proviżorja tat-13-il Assemblea Ġenerali
Dokument: xejn.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: mhux applikabbli.
Il-pożizzjoni koordinata: xejn.
Il-punt 18. Ħwejjeġ oħra
Dokument: mhux disponibbli.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: tiġi deċiża (“td”) dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.
Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.
Il-punt 19. Xi mandati tal-Assemblea Ġenerali
Dokument: mhux disponibbli.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.
Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.
Il-punt 20. Ir-rapporti tal-Kumitat, jekk ikun meħtieġ
Dokument: mhux disponibbli.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.
Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin jekk ikun meħtieġ.
Il-punt 21. L-adozzjoni ta' deċiżjonijiet, mandati, rakkomandazzjonijiet u dokumenti oħrajn tal-Assemblea Ġenerali (id-dokument finali)
Dokument: mhux disponibbli.
Min jeżerċita d-dritt tal-vot: L-Istati Membri.
Il-pożizzjoni koordinata: td dak il-ħin.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-25 seduta tal-Kumitat tar-Reviżjoni tal-OTIF rigward ċerti emendi fil-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) u fl-Appendiċijiet tagħha (2014/699/UE), ĠU L 293, 9.10.2014, p. 26.