EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1320

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1320 tat-30 ta' Lulju 2015 dwar l-irtirar tar-referenzi tal-istandards dwar ħowlders tal-gażażi, gażażi, għajnuniet għaż-żamma f'wiċċ l-ilma għat-tagħlim tal-għawm u fuq barbikjus mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 203, 31.7.2015, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1320/oj

31.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1320

tat-30 ta' Lulju 2015

dwar l-irtirar tar-referenzi tal-istandards dwar ħowlders tal-gażażi, gażażi, għajnuniet għaż-żamma f'wiċċ l-ilma għat-tagħlim tal-għawm u fuq barbikjus mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari t-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jeħtieġ li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1493 (3), il-Kummissjoni ppubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ir-referenzi tal-istandards EN 12586:1999 u EN 12586:1999/AC:2002 dwar ħowlder tal-gażażi u EN 1400:2002 (partijiet 1, 2 u 3) fuq il-gażażi.

(4)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE (4), il-Kummissjoni ppubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi tal-istandards EN 13138-2:2002 dwar għajnuniet għaż-żamma f'wiċċ l-ilma għat-tagħlim tal-għawm u EN 1860-1:2003 fuq barbikjus.

(5)

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni rtira l-istandards EN 12586:1999, EN 12586:1999/AC:2002, EN 1400:2002 (partijiet 1, 2 u 3), EN 13138-2:2002 u EN 1860-1:2003. Dawn l-istandards li ma għadhomx jeżistu ma jiżgurawx konformità mal-ħtieġa ġenerali tas-sigurtà.

(6)

Għalhekk, ir-referenzi għal dawn l-istandards għandhom jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi għall-istandards li jmiss għandhom jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

EN 12586:1999 u EN 12586:1999/AC:2002 “Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal — Ħowlder tal-gażażi — Rekwiżiti u metodi ta' sigurtà”;

(b)

EN 1400-1:2002: “Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal — Gażażi għat-trabi u t-tfal iż-żgħar — Parti 1: Rekwiżiti ta' sigurtà ġenerali u informazzjoni dwar il-prodott”;

(c)

EN 1400-2:2002: “Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal — Gażażi għat-trabi u t-tfal iż-żgħar — Parti 2: Rekwiżiti u testijiet mekkaniċi”;

(d)

EN 1400-3:2002: “Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal — Gażażi għat-trabi u t-tfal iż-żgħar — Parti 3: Rekwiżiti u testijiet kimiċi”;

(e)

EN 13138-2:2002 “Għajnuniet li jżommu fil-wiċċ għat-tagħlim tal-għawm — Parti 2: Rekwiżiti ta' sigurtà u metodi ta' ttestjar biex jinżammu l-għajnuniet li jżommu fil-wiċċ”;

(f)

EN 1860-1:2003 “Apparati, fjuwils solidi u lajters tan-nar għall-barbikjus — Parti 1: Barbikjus li jużaw fjuwils solidi — Rekwiżiti u metodi ta' ttestjar”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1493 tat-23 ta' April 2004 dwar il-konformità ta' ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-konformità ta' ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta' sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 51).


Top