Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1169

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1169 tal-14 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja (notifikata bid-dokument C(2015) 4712) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 188, 16.7.2015, p. 45–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1169/oj

16.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/45


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1169

tal-14 ta' Lulju 2015

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja, għall-Litwanja u għall-Polonja

(notifikata bid-dokument C(2015) 4712)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(2)

F'Mejju 2015, il-Polonja (il-gmina (muniċipalità) ta' Michalowo) innotifikat numru ta' każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali, u warajha nnotifikaw ukoll il-Litwanja (ir-rajono savivaldybė (distrett) ta' Prienai u Kėdainiai) u l-Estonja (il-vald (muniċipalità) ta' Türi) fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Dawn il-każijiet seħħew fiż-żoni elenkati fil-Parti I ta' dak l-Anness jew f'żoni elenkati fil-Partijiet II u III li kienu qrib il-Parti I.

(3)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju li ġġib is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, fil-Litwanja u fil-Polonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, biex jiġi evitat xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE biex tqis is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali rigward dik il-marda f'dawk it-tliet Stati Membri.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex jiġu modifikati ż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Estonja, il-Litwanja u l-Polonja.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.

L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn (il-belt) ta' Kunda,

il-linn ta' Paide,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Võru,

il-maakond (il-kontea) ta' Jõgeva,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,

il-vald ta' Albu,

il-vald ta' Ambla,

il-vald ta' Anija,

il-vald ta' Are,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Halinga,

il-vald ta' Imavere,

il-vald ta' Järva-Jaani,

il-vald ta' Järvakandi,

il-vald ta' Juuru,

il-vald ta' Kaiu,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Kareda,

il-vald ta' Kehtna,

il-vald ta' Koeru,

il-vald ta' Kohila,

il-vald ta' Koigi,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Kose,

il-vald ta' Kõue,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Lasva,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Märjamaa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Meremäe,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paide,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Raikküla,

il-vald ta' Rapla,

il-vald ta' Roosna-Alliku,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Sauga,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tartu,

il-vald ta' Tootsi,

il-vald ta' Tori,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väätsa,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Vastseliina,

il-vald ta' Vigala

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võnnu,

il-vald ta' Võru,

2.

Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads (il-muniċipalità) ta' Alūksnes, il-pagasts (il-lokalitajiet) ta' Ilzenes, Zeltiņu, Kalncempju, Annas, Malienas, Jaunannas, Mālupes u Liepnas,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Virešu,

fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Krimuldas,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvu,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas.

3.

Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampole.

4.

Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ ‘województwo podlaskie’):

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (id-distrett) ta' Augustów,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok,

il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie.

il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki,

il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,

il-powiat ta' Bielsk,

il-powiat ta' Białystok,

il-powiat ta' Suwałki,

il-powiat ta' Mońki.

PARTI II

1.

L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn (il-belt) ta' Vändra,

il-linn ta' Viljandi.

il-linn ta' Võhma,

il-maakond (il-kontea) ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Abja,

il-vald ta' Antsla,

il-vald ta' Haanja,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Käru,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Misso,

il-vald ta' Mõniste,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Pärsti,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Rõuge,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Sõmerpalu,

il-vald ta' Suure-Jaani,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Türi,

il-vald ta' Urvaste,

il-vald ta' Vändra,

il-vald ta' Varstu,

il-vald ta' Viiratsi,

2.

Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads (il-muniċipalità) ta' Alūksnes, il-pagasti (il-lokalitajiet) ta' Veclaicenes, Jaunlaicenes, Ziemeru, Alsviķu, Mārkalnes, Jaunalūksnes u Pededzes,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Gaujienas, Trapenes u Apes,

fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Limbažu,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Salacgrīvas,

in-novads ta' Varakļānu,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.

Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių uVelžio,

l-apskritis (il-kontea) ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė (il-belt) ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaunas,

ir-rajono savivaldybe ta' Kedainiai;

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmerge,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Elektrenai.

4.

Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ ‘województwo podlaskie’):

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,

il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,

il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka.

PARTI III

1.

Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aglonas,

in-novads ta' Beverīinas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Daugavpils,

ir-republikas pilsēta of Rēzekne.

2.

Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai, il-parti tas-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Šimonys u Skapiškis,

ir-rajono savivaldybe ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybe ta' Moletai,

ir-rajono savivaldybe ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybe ta' Švencionys,

ir-rajono savivaldybe ta' Utena,

ir-rajono savivaldybe ta' Zarasai,

is-savivaldybe (il-muniċipalità) ta' Visaginas.

3.

Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fid-dipartiment ta' Podlaskie (l-hekk imsejjaħ ‘województwo podlaskie’):

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni fl-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardinja.”


Top