Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1348

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas- 17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-dejta li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 363, 18.12.2014, p. 121–142 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1348/oj

18.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 363/121


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1348/2014

tas- 17 ta' Diċembru 2014

dwar ir-rappurtar tad-dejta li jimplimenta l-Artikolu 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sorveljanza effettiva tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa teħtieġ monitoraġġ regolari tad-dettalji tal-kuntratti, inklużi tal-ordnijiet sabiex isir in-negozju kif ukoll id-dejta dwar il-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, il-ħżin, il-konsum jew it-trażmissjoni tal-elettriku u tal-gass naturali.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jeżiġi li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija”) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tagħmel monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa fl-Unjoni. Sabiex l-Aġenzija taqdi dmirha, trid tingħata settijiet kompluti ta' informazzjoni rilevanti fil-ħin dovut.

(3)

Il-parteċipanti fis-suq għandhom regolarment jirrappurtaw id-dettalji tal-kuntratti tal-enerġija bl-ingrossa lill-Aġenzija, kemm fejn għandu x'jaqsam il-forniment tal-elettriku u tal-gass naturali, kif ukoll it-trasport ta' dawk il-prodotti. Il-kuntratti biex jiġu bbilanċjati s-servizzi, il-kuntratti bejn membri differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji, u l-kuntratti għall-bejgħ tal-prodott ta' faċilitajiet żgħar tal-produzzjoni tal-enerġija għandhom jiġu rrappurtati lill-Aġenzija biss fuq talba motivata tagħha fuq bażi ad hoc.

(4)

B'mod ġenerali, iż-żewġ firmatarji tal-kuntratt għandhom jirrappurtaw id-dettalji meħtieġa tal-kuntratt konkluż. Sabiex ir-rappurtar ikun iżjed faċli, il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jirrappurtaw f'isem xulxin, jew jużaw is-servizzi ta' partijiet terzi għal dan il-għan. Minkejja dan, u biex jitħaffef il-ġbir tad-dejta, id-dettalji tal-kuntratti tat-trasport miksuba permezz tal-allokazzjoni tal-kapaċità primarja minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni (“TSO”) għandhom jiġu rrappurtati biss mit-TSO rispettiv. Id-dejta li tiġi rrappurtata għandha tinkludi wkoll talbiet għall-kapaċità milħuqa u mhux milħuqa.

(5)

Sabiex l-abbużi tas-suq jinkixfu b'mod effikaċi, huwa importanti li apparti d-dettalji tal-kuntratti, l-Aġenzija tkun tista' tagħmel moniteraġġ tal-ordnijiet sabiex isir in-negozju li jitqiegħdu fis-swieq organizzati. Billi wieħed ma jistennix li għall-parteċipanti fis-suq se tkun ħaġa faċli li jirreġistraw din id-dejta, l-ordnijiet mqabbla u mhux mqabbla għandhom jiġu rrappurtati permezz tas-suq organizzat fejn tqiegħdu jew permezz ta' partijiet terzi li jkunu jistgħu jipprovdu din l-informazzjoni.

(6)

Sabiex jiġi evitat ir-rappurtar doppju, l-Aġenzija għandha tiġbor id-dettalji tad-derivati relatati mal-kuntratti għall-forniment jew it-traspor tal-elettriku jew tal-gass naturali li jkunu ġew irrappurtati, bi qbil mar-regolamenti finanzjarji rilevanti, lir-repożitorji tan-negozju jew lir-regolaturi finanzjarji minn dawk is-sorsi. Minkejja dan, is-swieq organizzati, is-sistemi ta' tqabbil jew ta' rappurtar tan-negozju, li jkunu rrappurtaw id-dettalji ta' dawn id-derivati skont regoli finanzjarji, skont il-ftehim li jkollhom, għandhom ikunu jistgħu jirrappurtaw l-istess informazzjoni lill-Aġenzija wkoll.

(7)

Ir-rappurtar effiċjenti u l-monitoraġġ immirat jirrikjedu li ssir distinzjoni bejn kuntratti standard u dawk mhux standard. Billi l-prezzijiet ta' kuntratti standard iservu wkoll bħala prezzijiet ta' referenza għal kuntratti mhux standard, l-Aġenzija għandha tirċievi l-informazzjoni dwar il-kuntratti standard kuljum. Għandu jkun possibbli li d-dettalji tal-kuntratti mhux standard jiġu rrappurtati sa xahar wara li jiġu konklużi.

(8)

Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrappurtaw ukoll, fuq bażi regolari, id-dejta marbuta mad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastruttura tal-produzzjoni u trasport tal-enerġija inkluż dik dwar il-gass naturali likwifikat (“LNG”) u l-faċilitajiet tal-ħżin, lill-Aġenzija u fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar minn fuq il-parteċipanti fis-suq u biex isir l-aħjar użu tas-sorsi tad-dejta eżistenti, fejn hu possibbli r-rappurtar għandu jinvolvi t-TSOs, in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (“l-ENTSO għall-Elettriku”), in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass (“l-ENTSO għall-Gass”), l-operaturi tas-sistema tal-LNG u l-operaturi tas-sistema tal-ħżin tal-gass naturali. Skont l-importanza u d-disponibbiltà tad-dejta, ir-regolarità tar-rappurtar tista' tvarja bil-biċċa l-kbira tad-dejta tiġi rrappurtata kuljum.. Ir-rekwiżiti tar-rappurtar għandhom jirrispettaw l-obbligu tal-Aġenzija li ma tqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-publiku informazzjoni sensittiva minn perspettiva kummerċjali, u li tippubblika jew tiżvela biss informazzjoni li x'aktarx ma toħloqx distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa.

(9)

Huwa importanti li l-partijiet li jirrappurtaw ikollhom għarfien ċar tad-dettalji tal-informazzjoni li jeħtiġilhom jirrappurtaw. Għaldaqstant, l-Aġenzija għandha tispjega l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata f'manwal għall-utenti. L-Aġenzija trid tiżgura wkoll li l-informazzjoni tiġi rrappurtata f'formati elettroniċi li huma faċilment aċċessibbli għall-partijiet li jirrappurtaw.

(10)

Sabiex żgur ikun hemm trasferiment kontinwu u sikur ta' settijiet ta' dejta kompleti, il-partijiet li jirrappurtaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti bażiċi fejn tidħol il-kapaċità tagħhom li jawtentikaw is-sorsi tad-dejta, biex jivverifikaw il-korrettezza u kompletezza tad- d-dejta u biex jiżguraw il-kontinwità kummerċjali. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti tal-partijiet li jkunu qed jirrappurtaw. Il-valutazzjoni għandha tiżgura trattament proporzjonat ta' partijiet terzi professjonali li jirrappurtaw id-dejta tal-parteċipanti fis-suq u tal-parteċipanti fis-suq li jirrappurtaw id-dejta tagħhom.

(11)

It-tip ta' dejta li għandha tiġi rrappurtata u s-sors tagħha jistgħu jinfluwenzaw ir-riżorsi u l-ħin li jridu jinvestu l-partijiet li jirrappurtaw biex jitħejjew għall-preżentazzjoni tad-dejta. Pereżempju, it-tlestija ta' proċeduri għar-rappurtar ta' kuntratti standard li jkunu saru fi swieq organizzati tieħu inqas ħin mit-twaqqif ta' sistemi għar-rappurtar ta' kuntratti li mhumiex standard jew għar-rappurtar ta' ċertu dejta fundamentali. Għaldaqstant, l-obbligu tar-rappurtar għandu jiddaħħal bil-mod il-mod, u jibda bit-trażmissjoni ta' dejta fundamentali disponibbli fuq il-pjattaformi tat-trasparenza tal-ENTSO għall-Elettriku u tal-ENTSO għall-Gass, kif ukoll kuntratti standard li jsiru fi swieq organizzati. Imbagħad għandu jibda jsir ir-rappurtar tal-kuntratti mhux standard, b'mod li jirrifletti ż-żmien miżjud meħtieġ biex jitlestew il-proċeduri għar-rappurtar. Ir-rappurtar gradwali tad-dejta jgħin lill-Aġenzija wkoll talloka r-riżorsi aħjar u titħejja biex tirċievi l-informazzjoni.

(12)

Il-miżuri li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat maħtur skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-forniment tad-dejta lill-Aġenzija bl-implimentazzjoni tal-Artikolu 8(2) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1227/2011. Huwa jiddefinixxi d-dettalji ta' prodotti tal-enerġija bl-ingrossa u ta' dejta fundamentali li għandhom jiġu rrappurtati. Huwa jistabbilixxi wkoll il-mezzi xierqa għar-rappurtar tad-dejta, inkluż l-iskedar u r-regolarità tar-rapporti tad-dejta.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 984/2013 (3).

Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“dejta fundamentali” tfisser informazzjoni marbuta mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-ħżin, għall-konsum jew għat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali jew marbuta mal-kapaċità u l-użu tal-faċiliatjiet tal-LNG, inkluż nuqqas ta' disponibbiltà, ippjanat jew mhux ippjanat, ta' dawn il-faċilitajiet;

(2)

“kuntratt standard” tfisser kuntratt li jikkonċerna prodott tal-enerġija bl-ingrossa li jitqiegħed f'suq organizzat, irrispettivament jekk it-tranżazzjoni ssirx jew le f'dak is-suq;

(3)

“kuntratt mhux standard” tfisser kuntratt li jikkonċerna kull prodott tal-enerġija bl-ingrossa li ma jkunx kuntratt standard;

(4)

“suq organizzat” tfisser:

(a)

sistema multilaterali li ġġib flimkien, jew tiffaċiliata li jinġiebu flimkien, interessi multipli ta' xiri u bejgħ ta' partijiet terzi, fil-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa b'mod li jwassal biex isir kuntratt,

(b)

kull sistema jew faċilità oħra fejn l-interessi ta' partijiet terzi multipli fix-xiri u fil-bejgħ ta' prodotti tal-enerġija bl-ingrossa jistgħu jaġixxu b'mod reċiproku li jwassal biex isir kuntratt.

Dawn jinkludu postijiet ta'-skambju tal-elettriku u tal- gass, sensara u persuni oħra li jirranġaw it-tranżazzjonijiet b'mod professjonali, u postijiet tan-negozju kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/65/UE (4)

(5)

“grupp” għandha tfisser l-istess kif tfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

(6)

“kuntratt intragrupp” huwa kuntratt dwar prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jsir ma' kontraparti oħra li tkun parti mill-istess grupp, sakemm iż-żewġ kontrapartijiet ikunu mdaħħlin b'mod sħiħ fl-istess konsolidazzjoni;

(7)

“bejgħ u xiri privat” tfisser kull tranżazzjoni li ssir barra s-suq organizzat;

(8)

“nominazzjoni” tfisser,

għall-elettriku: in-notifika dwar l-użu ta' kapaċità transżonali minn detentur ta' drittijiet ta' trażmissjoni fiżika u l-kontraparti tiegħu lill-operatur(i) tas-sistema ta' trażmissjoni (TSO) rispettiv(i),

għall-gass naturali: ir-rappurtar minn qabel mill-utent tan-netwerk lit-TSO tal-fluss reali li l-utent tan-netwerk jixtieq idaħħal jew jirtira mis-sistema;

(9)

“enerġija li tibbilanċja” tfisser enerġija li tintuża mit-TSOs biex jibbilanċjaw;

(10)

“kapaċità tal-bilanċ (riżervi)” tfisser il-kapaċità ta' riżerva kkuntrattata;

(11)

“servizzi ta' bbilanċjar” tfisser,

għall-elettriku: l-ibbilanċjar tal-kapaċità jew l-ibbilanċjar tal-enerġija, jew it-tnejn li huma,

għall-gass naturali: servizz fornut lil TSO permezz ta' kuntratt dwar gass li jkun meħtieġ biex jissodisfa varjazzjonijiet ta' terminu qasir fid-domanda jew fil-forniment tal-gass;

(12)

“unità tal-konsum” tfisser riżors li jirċievi l-elettriku jew il-gass naturali għall-użu proprju;

(13)

“unità tal-produzzjoni” tfisser faċilità għall-ġenerazzjoni tal-elettriku kkostitwita minn unità ta' ġenerazzjoni waħda jew minn aggregazzjoni ta' unitajiet ta' ġenerazzjoni;

KAPITOLU II

OBBLIGI TA' RAPPURTAR DWAR IT-TRANŻAZZJONIJIET

Artikolu 3

Lista tal-kuntratti li għandhom jiġu rappurtati

1.   Il-kuntratti li jidhru hawn taħt għandhom jiġu rrappurtati lill-Aġenzija:

(a)

Rigward il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa b'relazzjoni għall-forniment ta' elettriku jew ta' gass naturali bi twassil fl-Unjoni:

(i)

Kuntratti li jsiru fl-istess jum għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali fejn il-konsenja ssir fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn u kif dawn jiġu nnegozjati, b'mod partikolari, irrispettivament minn jekk dawn ikunux irkantati jew innegozjati b'mod kontinwu,

(ii)

Kuntratti li jsiru b'jum bil-quddiem għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali fejn il-konsenja ssir fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn u kif dawn jiġu nnegozjati, b'mod partikolari, irrispettivament minn jekk dawn ikunux irkantati jew innegozjati b'mod kontinwu,

(iii)

Kuntratti li jsiru b'jumejn bil-quddiem għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali fejn il-konsenja ssir fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn u kif dawn jiġu nnegozjati, b'mod partikolari, irrispettivament minn jekk dawn ikunux irkantati jew innegozjati b'mod kontinwu,

(iv)

Kuntratti ta' tmiem il-ġimgħa għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali fejn il-konsenja ssir fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn u kif dawn jiġu nnegozjati, b'mod partikolari, irrispettivament minn jekk dawn ikunux irkantati jew innegozjati b'mod kontinwu,

(v)

Kuntratti ta' wara il-jum għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali fejn il-konsenja ssir fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn u kif dawn jiġu nnegozjati, b'mod partikolari, irrispettivament minn jekk dawn ikunux irkantati jew innegozjati b'mod kontinwu,

(vi)

Kuntratti oħrajn għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali bi żmien ta' konsenja ta' aktar minn jumejn, fejn il-konsenja ssir fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn u kif dawn jiġu nnegozjati, b'mod partikolari, irrispettivament minn jekk dawn ikunu irkantati jew innegozjati b'mod kontinwu,

(vii)

Kuntratti għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali lil unità tal-konsum waħda li jkollha l-kapaċità li tikkonsma 600 GWh/sena jew iżjed,

(viii)

Opzjonijiet (Options), futures, swaps u kull derivat ieħor ta' kuntratti relatati mal-elettriku jew mal-gass naturali, prodotti, innegozjati jew konsenjatifl-Unjoni.

(b)

Il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa b'relazzjoni mat-trasport ta' elettriku jew ta' gass naturali fl-Unjoni:

(i)

Kuntratti relatati mat-trasport tal-elettriku jew tal-gass naturali fl-Unjoni bejn żewġ postijiet jew żoni tal-offerti jew iżjed li jiġu konklużi b'riżultat ta' allokazzjoni ta' kapaċità espliċita primarja mit-TSO jew f'ismu, li jispeċifikaw id-drittijiet jew l-obbligi ta' kapaċità fiżika jew finanzjarja,

(ii)

Kuntratti relatati mat-trasport tal-elettriku jew tal-gass naturali fl-Unjoni bejn żewġ postijiet jew żoni tal-offerti jew iżjed, li jiġu konklużi bejn parteċipanti fis-swieq sekondarji, li jispeċifikaw id-drittijiet jew l-obbligi ta' kapaċità fiżika jew finanzjarja, inkluż il-bejgħ mill-ġdid u t-trasferiment ta' dawn il-kuntratti,

(iii)

Opzjonijiet (Options), futures, swaps u kull derivat ieħor ta' kuntratti relatati mat-trasport tal-elettriku jew tal-gass naturali fl-Unjoni.

2.   Sabiex tiffaċilita ir-rappurtar, l-Aġenzija għandha tfassal u żżomm lista pubblika ta' kuntratti standard u taġġorna din il-lista fi żmien dovut. Sabiex tiffaċilita r-rappurtar, l-Aġenzija għandha tfassal u tippubblika lista ta' swieq organizzati malli jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha taġġorna din il-lista fil-ħin dovut.

Sabiex jgħinu lill-Aġenzija tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-ewwel sottoparagrafu, is-swieq organizzati għandhom jippreżentawlha d-dejta ta' referenza li turi l-identità għal kull prodott tal-enerġija bl-ingrossa li jaċċettaw għan-negozju. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata qabel ma jibda' n-negozju f'dak il-kuntratt partikolari, f'format iddefinit mill-Aġenzija. Is-swieq organizzati għandhom jippreżentaw l-aġġornamenti tal-informazzjoni hekk kif isir kull tibdil.

Biex ikun faċilitat ir-rappurtar, klijenti aħħarin li jkunu partijiet għal kuntratt, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a)(vii) għandhom jinfurmaw lill-kontraparti tagħhom dwar il-kapaċità teknika tal-unità ta' konsum inkwistjoni li tikkonsma 600 GWh/sena jew iżjed.

Artikolu 4

Lista tal-kuntratti li għandhom jiġu rrapurtati fuq talba tal-Aġenzija

1.   Sakemm ma jkunux konklużi fis-swieq organizzati, il-kuntratti li ġejjin u d-dettalji tat-tranżazzjonijiet relatati ma' dawk il-kuntratti għandhom jiġu rrappurtati biss meta l-Aġenzija tagħmel talba ġustifikata u dan fuq bażi ad hoc:

(a)

Kuntratti intragrupp,

(b)

Kuntratti għall-konsenja fiżika tal-elettriku prodott minn unità waħda tal-produzzjoni b'kapaċità ta' 10 MW jew inqas, jew minn għadd ta' unitajiet tal-produzzjoni b'kapaċità totali flimkien ta' 10 MW jew inqas,

(c)

Kuntratti għall- konsenja fiżika ta' gass naturali prodott minn faċilità waħda tal-produzzjoni b'kapaċità ta' produzzjoni ta' 20 MW jew inqas,

(d)

Kuntratti għall-ibbilanċjar tas-servizzi ta' elettriku u gass naturali.

2.   Il-parteċipanti fis-suq li jkunu qed jieħdu sehem biss fit-tranżazzjonijiet relatati mal-kuntratti msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ma għandomx ikunu meħtieġa jirreġistraw ruħhom mal-awtorità regolatorja nazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.

Artikolu 5

Dettalji tal-kuntratti li jinkludu ordnijiet tan-negozjar li għandhom jiġu rrappurtati

1.   L-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 3 għandha tinkludi:

(a)

b'rabta mal-kuntratti standard għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness,

(b)

b'rabta mal-kuntratti mhux standard għall-forniment tal-elettriku jew tal-gass naturali, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness,

(c)

b'rabta mal-kuntratti standard u mal-kuntratti mhux standard għat-trasport tal-elettriku, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness,

(d)

b'rabta mal-kuntratti standard u mal-kuntratti mhux standard għat-trasport tal-gass naturali, id-dettalji stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness.

Id-dettalji tat-tranżazzjonijiet li jsiru fil-qafas ta' kuntratti mhux standard li jispeċifikaw mill-inqas volum u prezz iddefiniti għandhom jiġu rrappurtati skont it-Tabella 1 tal-Anness.

2.   L-Aġenzija għandha tispjega d-dettalji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li għandha tiġi rrappurtata f'manwal għall-utenti, u wara li tikkonsulta mal-partijiet rilevanti, tagħmlu disponibbli għall-publiku meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-partijiet rilevanti dwar aġġornamenti materjali tal-manwal tal-utenti.

Artikolu 6

Mezzi ta' rappurtar tat-tranżazzjonijiet

1.   Il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrappurtaw id-dettalji tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa nnegozjati fis-swieq organizzati lill-Aġenzija, permezz tas-suq organizzat ikkonċernat, jew permezz ta' sistemi ta' rikonċiljazzjoni jew ta' rappurtar tan-negozju, dan jinkludi l-ordnijiet rikonċiljati u mhux rikonċiljati.

Is-suq organizzat fejn ġie nnegozjat il-prodott tal-enerġija bl-ingrossa jew fejn saret l-ordni, fejn il-parteċipant fis-suq jitlob dan, għandu joffri ftehim dwar ir-rappurtar tad-dejta.

2.   It-TSOs jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrappurtaw id-dettalji tal-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(b)(i), inkluż l-ordnijiet rikonċiljati u mhux rikonċiljati.

3.   Il-parteċipanti fis-suq jew partijiet terzi li jaġixxu f'isimhom għandhom jirrappurtaw id-dettalji tal-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(a), 3(1)(b)(ii) u 3(1)(b)(iii) li jkunu ġew iffinalizzati barra suq organizzat.

4.   L-informazzjoni relatata ma' prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li tkun ġiet irrappurtata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill (6) jew skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tingħata lill-Aġenzija permezz ta':

(a)

repożitorji tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

(b)

il-mekkaniżmi ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014,

(c)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014,

(d)

l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq,

skont ir-rilevanza.

5.   Fejn il-persuni jkunu rrappurtaw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-obbligi tagħhom relatati mar-rappurtar ta' dawk id-dettalji skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jitqiesu bħala sodisfatti.

6.   Bi qbil mat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u mingħajr ħsar għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, is-swieq organizzati, jew is-sistemi ta' rikonċiljazzjoni tan-negozju jew tar-rappurtar għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu direttament lill-Aġenzija.

7.   F'każ fejn parti terza tirrapporta f'isem wieħed mill-kontrapartijiet jew f'isem it-tnejn li huma, jew jekk kontraparti tirrapporta d-dettalji ta' kuntratt f'isimha u f'isem il-kontraparti tagħha wkoll, ir-rapport għandu jkun fih id-dejta rilevanti għal kull waħda mill-kontrapartijiet u sett komplut ta' dettalji li kienu jiġu rrappurtati kieku l-kuntratti ġew irrappurtati minn kull kontraparti b'mod separat.

8.   L-Aġenzija tista' titlob l-informazzjoni addizzjonali u l-kjarifiki marbuta mad-dejta rrappurtata mingħand il-parteċipanti fis-suq u mingħand il-partijiet li jirrappurtaw.

Artikolu 7

Meta għandhom jiġu rrappurtati t-tranżazzjonijiet

1.   Id-dettalji tal-kuntratti standard u ta' ordnijiet sabiex isir in-negozjar, anki dawk tal-irkantijiet, għandhom jiġu rrappurtati kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn jum tax-xogħol wara li jiġi konkluż il-kuntratt.

Kull modifika, jew it-terminazzjoni tal-kuntratt konkluż jew ordni sabiex isir in-negozjar, għandhom jiġu rrappurtati kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn l-ewwel jum tax-xogħol wara l-modifika jew it-terminazzjoni.

2.   Fil-każ ta' swieq tal-irkantijiet fejn l-ordnijiet ma jintwerewx pubblikament, għandhom jiġu rrappurtati kuntratti konklużi u ordnijiet finali biss. Dawn għandhom jiġu rrappurtati mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol ta' wara l-irkant.

3.   L-ordnijiet li jsiru fis-servizzi tas-senserija bil-leħen u li ma jidhrux fuq l-iskrins elettroniċi jridu jiġu rrappurtati biss fuq talba tal-Aġenzija.

4.   Id-dettalji tal-kuntratti mhux standard, inkluż kull modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt u t-tranżazzjonijiet imsemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandhom jiġu rappurtati mhux aktar tard minn xahar wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tal-kuntratt.

5.   Id-dettalji tal-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(b)(i) għandhom jiġu rrappurtati kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol wara li jkunu disponibbli r-riżultati tal-allokazzjoni. Kull modifika, jew it-terminazzjoni tal-kuntratti ffinalizzati, għandhom jiġu rrappurtati kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn l-ewwel jum tax-xogħol wara l-modifika jew it-terminazzjoni.

6.   Id-dettalji tal-kuntratti tal-enerġija bl-ingrossa, li jkunu ġew konklużi qabel id-data ta' meta jsir applikabbli l-obbligu tar-rappurtar u li jkunu għadhom ma ġewx irrappurtati sa dik id-data, għandhom jiġu rrappurtati lill-Aġenzija fi żmien 90 jum wara li l-obbligu tar-rappurtar isir applikabbli għal dawk il-kuntratti.

Id-dettalji li jridu jiġu rappurtati għandhom jinkludu biss id-dejta li tista' tinħareġ mir-rekords eżistenti tal-parteċipant fis-suq. Dawn iridu jkunu magħmulin mill-inqas mid-dejta msemmija fl-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u fl-Artikolu 40(2) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

KAPITOLU III

IR-RAPPURTAR TAD-DEJTA FUNDAMENTALI

Artikolu 8

Ir-regoli għar-rappurtar tad-dejta fundamentali dwar l-elettriku

1.   F'isem il-parteċipanti fis-suq, l-ENTSO għall-elettriku għandu jirrapporta l-informazzjoni lill-Aġenzija dwar il-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għall-produzzjoni, għall-konsum u għat-trażmissjoni tal-elettriku, inkluż nuqqas ta' disponibbiltà ppjanat u mhux ippjanat ta' dawn il-faċilitajiet, kif imsemmi fl-Artikoli 6 sa 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 (10). L-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata permezz tal-pjattaforma ċentrali għat-trasparenza tal-informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 543/2013.

2.   L-ENTSO għall-elettriku għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 minnufih malli din tkun disponibbli fil-pjattaforma ċentrali għat-trasparenza tal-informazzjoni.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 543/2013 għandha tingħata lill-Aġenzija f'forma diżaggregata u tinkludi l-isem u l-post tal-unità tal-konsum imsemmija, mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 543/2013 għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

3.   It-TSOs għall-elettriku jew il-partijiet terzi f'isimhom għandhom jirrappurtaw lill-Aġenzija u,, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq talba tagħhom, bi qbil mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, in-nominazzjonijiet finali bejn iż-żoni tal-offerti, u jispeċifikaw l-identità tal-parteċipanti fis-suq involuti u l-kwantità ppjanata. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

Artikolu 9

Ir-regoli għar-rappurtar tad-dejta fundamentali dwar il-gass

1.   F'isem il-parteċipanti fis-suq, l-ENTSO għall-gass għandu jirrapporta l-informazzjoni lill-Aġenzija dwar il-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet għat-trażmissjoni, tal-gass naturali, inkluż id-disponibbiltà ppjanata u mhux ippjanata ta' dawn il-faċilitajiet, kif imsemmi fil-punti 3.3(1) u 3.3(5) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). L-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz tal-pjattaforma ċentrali għall-Unjoni kollha kif imsemmi fil-punt 3.1.1(1)(h) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

L-ENTSO tal-gass għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu minnufih malli din tkun disponibbli fil-pjattaforma ċentrali tal-Unjoni.

2.   It-TSOs tal-gass jew il-partijiet terzi f'isimhom għandhom jirrappurtaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali,, bi qbil mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, in-nominazzjonijiet ta' jum minn qabel u n-nominazzjonijiet mill-ġdid finali tal-kapaċitajiet ibbukkjati, u jispeċifikaw l-identità tal-parteċipanti fis-suq involuti u l-kwantitàjiet allokati. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

L-informazzjoni għandha tingħata dwar il-punti li ġejjin tas-sistema ta' trażmissjoni.

(a)

il-punti ta' interkonnessjoni kollha,

(b)

il-punti tad-dħul tal-faċilitajiet ta' produzzjoni, fosthom il-pajpijiet tal-gass upstream,

(c)

il-punti tal-ħruġ konnessi ma' klijent wieħed,

(d)

il-punti tad-dħul u tal-ħruġ tal-ħażna,

(e)

għall-faċilitajiet tal-LNG,

(f)

għaċ-ċentri fiżiċi u virtwali.

3.   L-operaturi tas-sistemi tal-LNG kif iddefiniti fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2009/73/KE għandhom jirrappurtaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji, l-informazzjoni li ġejja dwar kull faċilità tal-LNG:

(a)

il-kapaċità teknika, kuntrattata u disponibbli ta' kuljum tal-faċilità tal-LNG,

(b)

il-prodott li toħroġ il-faċilità tal-LNG u l-inventarju tagħha ta' kull jum,

(c)

avviżi dwar nuqqas ta' disponibbiltà tal-faċilità tal-LNG, ppjanata u mhux ippjanata, inkluż il-ħin li jinħareġ l-avviż u l-kapaċitajiet ikkonċernati.

4.   L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 għandha tingħata mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

L-informazzjoni u l-aġġornamenti tagħha msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 għandhom jingħataw minnufih malli jkunu disponibbli.

5.   Il-parteċipanti fis-suq jew l-Operaturi tas-Sistema LNG f'isimhom għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja għal kull faċilità tal-LNG lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ukoll:

(a)

rigward il-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid:

(i)

id-data tal-ħatt jew tat-tagħbija mill-ġdid,

(ii)

il-volumi li jinħattu jew li jitgħabbew mill-ġdid għal kull bastiment,

(iii)

l-isem tal-klijent aħħari,

(iv)

l-isem u d-daqs tal-bastiment li qed juża l-faċilità.

(b)

il-ħatt u t-tagħbija ta' kull jum ippjanati fil-faċilità tal-LNG għax-xahar li ġej, tispeċifika il-parteċipant fis-suq u isem il-klijent aħħari (jekk dan ikun differenti mill-parteċipant fis-suq).

6.   L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) tal-paragrafu 5 għandha tingħata mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss wara l-ħatt jew it-tagħbija mill-ġdid.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 5 għandha tkun disponibbli xahar qabel dak li għalih tirreferi.

7.   L-operaturi tas-sistema tal-ħżin kif iddefinit fl-Artikolu 2(10) tad-Direttiva 2009/73/KE għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja, permezz ta' pjattaforma komuni, lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom, anki lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' kull faċilità tal-ħżin jew, fil-każ ta' faċilitajiet li jaħdmu bħala gruppi, ta' kull grupp ta' faċilitajiet tal-ħżin:

(a)

il-kapaċità teknika, kuntrattata u disponibbli tal-faċilità tal-ħżin,

(b)

l-ammont ta' gass li jifdal fl-istokk fi tmiem il-jum tal-gass, dħul (injezzjonijiet) u ħruġ (ġbid) għall-kull jum tal-gass,

(c)

avviżi dwar nuqqas ta' disponibbiltà il-faċilità tal-ħżin,ppjanata u mhux ippjanata, inkluż il-ħin li jinħareġ l-avviż u l-kapaċitajiet ikkonċernati.

8.   L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 għandha tkun disponibbli mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

L-informazzjoni u l-aġġornamenti tagħha msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 7 għandhom jingħataw minnufih malli jkunu disponibbli.

9.   Il-parteċipanti fis-suq jew, l-Operaturi tas-Sistema tal-Ħżin f'isimhom, għandhom jirrappurtaw lill-Aġenzija u, fuq talba tagħhom lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, dwar l-ammont ta' gass li jkun ħażen il-parteċipant fis-suq fi tmiem il-jum tal-gass. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss.

Artikolu 10

Il-proċeduri tar-rappurtar

1.   Il-parteċipanti fis-suq li jagħtu informazzjoni privileġġata fuq il-websajt tagħhom, jew il-fornituri tas-servizz li jagħtu din l-informazzjoni f'isem il-parteċipanti fis-suq, għandhom jipprovdu l-web feeds biex l-Aġenzija tkun tista' tiġbor din id-dejta b'mod effiċjenti.

2.   Meta jkun qed jirrapporta l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9, inkluż l-informazzjoni privileġġata, il-parteċipant fis-suq għandu jidentifika ruħu, jew għandu jiġi identifikat mit-terza parti li tkun qed tirrapporta f'ismu, permezz tal-kodiċi ta' reġistrazzjoni tal-ACER li jkun irċieva l-parteċipant fis-suq, jew il-kodiċi uniku tal-parteċipant fis-suq li jkun ipprovda hu meta rreġistra skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.

3.   Wara li tikkonsulta mal-partijiet rilevanti, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi l-proċeduri, l-istandards u l-formati elettroniċi bbażati fuq l-istandards stabbiliti tal-industrija għar-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9. L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-partijiet rilevanti dwar aġġornamenti materjali tal-proċeduri, l-istandards u l-formati elettroniċi msemmija.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi u r-responsabbiltà għar-rappurtar tad-dejta

1.   Sabiex tiżgura li jsir skambju u maniġġar tal-informazzjoni effiċjenti, effikaċi u sikur, wara li tikkonsulta mal-partijiet rilevanti, l-Aġenzija għandha tiżviluppa r-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-preżentazzjoni tad-dejta. L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-partijiet rilevanti dwar aġġornamenti materjali ta' dawn ir-rekwiżiti.

Ir-rekwiżiti għandhom:

(a)

jiżguraw is-sigurtà, il-konfidenzjalità u kompletezza tal-informazzjoni,

(b)

jippermettu l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji fir-rapporti tad-dejta,

(c)

jippermettu l-awtentikazzjoni tas-sors tal-informazzjoni,

(d)

jiżguraw il-kontinwità kummerċjali.

L-Aġenzija għandha tivvaluta jekk il-partijiet li jkunu qed jirrappurtaw jikkonformawx mar-rekwiżiti. Il-partijiet li jkunu qed jirrappurtaw, li jikkonformaw mar-rekwiżiti, għandhom jiġu rreġistrati mill-Aġenzija. L-entitajiet elenkati fl- Artikolu 6(4), jitqiesu li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fit-tieni sottoparagrafu.

2.   Il-persuni li huma meħtieġa jirrappurtaw id-dejta msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 9 għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li din tkun kompleta, preċiża u li tingħata fil-ħin lill-Aġenzija, u, fejn ikun meħtieġ lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

F'każ li persuna msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tirrapporta din id-dejta permezz ta' terza parti, din il-persuna ma tinżammx responsabbli jekk id-dejta tat-terza parti ma tkunx kompleta, preċiża jew ma tingħatax fil-ħin. F'dawk il-każijiet it-terza parti għandha tinżamm responsabbli għal dawk in-nuqqasijiet, mingħajr ħsara għall-Artikoli 4 u 18 tar-Regolament 543/2013 dwar is-sottomissjoni tad-dejta fis-swieq tal-elettriku.

Il-persuni msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu madankollu għandhom jieħdu l-passi biex jivverifikaw li d-dejta li jippreżentaw permezz tat-terza parti tkun kompleta u preċiża, u li din tasal fil-ħin.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ u miżuri oħrajn

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-obbligi ta' rappurtar stipulati fl-Artikolu 9(1) għandhom japplikaw mis-7 ta' Ottubru 2015.

L-obbligi ta' rappurtar stipulati fl-Artikoli 6(1) minbarra b'rabta mal-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(b) għandhom japplikaw mis-7 ta' Ottubru 2015.

L-obbligi ta' rappurtar stipulati fl-Artikolu 8(1) għandhom japplikaw mis-7 ta' Ottubru 2015 iżda mhux qabel ma tibda titħaddem il-pjattaforma ċentrali għat-trasparenza tal-informazzjoni skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 543/2013.

L-obbligi ta' rappurtar stipulati fl-Artikoli 6(2) 6(3), 8(3), 9(2), 9(3), 9(5), 9(7) u 9(9) għandhom japplikaw mis-7 ta' Ottubru 2016.

L-obbligi ta' rappurtar stipulati fl-Artikoli 6(1) b'rabta mal-kuntratti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(b) għandhom japplikaw mis-7 ta' Ottubru 2016.

3.   Mingħajr ħsara għat-tieni u l-ħames sottoparagrafi tal-paragrafu 2, l-Aġenzija tista' tagħmel ftehimiet ma' swieq organizzati, u tinnegozja sistemi ta' rikonċiljazzjoni jew tar-rappurtar biex tikseb id-dettalji ta' kuntratti qabel ma jsir applikabbli l-obbligu ta' rappurtar.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 984/2013 tal-14 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta' Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta' Trażmissjoni tal-Gass u li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 273, 15.10.2013, p. 5).

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)

(5)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84)

(7)  Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(9)  Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data (dejta) fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 1).

(11)  Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).


ANNESS

DETTALJI TAL-KUNTRATTI LI JRIDU JIĠU RRAPPURTATI

Tabella 1

Dettalji li jridu jiġu rrappurtati tal-kuntratti standard għall-provvista tal-elettriku u tal-gass

(Formola standard għar-rappurtar)

Nru tal-attribut

Identifikatur tal-attribut

Deskrizzjoni

Partijiet fil-kuntratt

1

Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontraparti

Il-parteċipant fis-suq jew il-kontraparti li f'isimhom huwa rrappurtat ir-rekord tat-tranżazzjoni għandhom jiġu identifikati b'kodiċi uniku.

2

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 1

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GLN/GSI).

3

Identifikazzjoni tan-negozjant u/jew tal-parteċipant fis-suq jew ta' kontraparti kif identifikati fis-suq organizzat

Il-username tal-login jew il-kont ta' negozjar tan-negozjant u/jew tal-parteċipant fis-suq jew ta' kontraparti kif speċifikat minn sistema teknika tas-suq organizzat.

4

Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq l-ieħor jew tal-kontraparti l-oħra

Il-kodiċi uniku li jidentifika lill-kontraparti l-oħra tal-kuntratt.

5

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 4

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GLN/GSI).

6

Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta

L-identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta.

7

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 6

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GLN/GSI).

8

Identifikazzjoni tal-benefiċjarju

Jekk il-benefiċjarju tal-kuntratt, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, ikun kontraparti ta' dan il-kuntratt, l-attribut għandu jitħalla vojt. Jekk il-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontraparti ta' dan il-kuntratt, il-kontraparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b'kodiċi uniku.

9

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 8

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GLN/GSI).

10

Kapaċità ta' negozjar tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontraparti fl-attribut 1

Tidentifika jekk il-kontraparti tar-rapportar ikkonkludietx il-kuntratt bħala prinċipal għan-nom tagħha stess (għan-nom tagħha stess jew għan-nom ta' klijent) jew bħala aġent għan-nom ta' u f'isem klijent.

11

Indikatur ta' xiri/bejgħ

Jidentifika jekk il-kuntratt tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontraparti identifikati fl-attribut 1 kienx ta' xiri jew ta' bejgħ.

12

Inizjatur/aggressur

Meta n-negozju jsir permezz ta' pjattaforma sensara elettronika jew bl-użu tal-leħen, l-inizjatur ikun il-parti li qiegħdet l-ordni tal-kumpanija fis-suq l-ewwel, u l-aggressur huwa l-parti li jibda t-tranżazzjoni.

Dettalji tal-ordni

13

Identifikazzjoni tal-ordni

L-ordni għandha tiġi identifikata bl-użu ta' kodiċi uniku li hu l-identifikatur mogħti mis-suq jew minn kontrapartijiet.

14

Tip ta' ordni

It-tip ta' ordni kif iddefinit mill-funzjonalità li jagħti s-suq organizzat.

15

Kundizzjoni tal-ordni

Kundizzjoni speċjali biex twettaq l-ordni

16

Status tal-ordni

L-istatus tal-ordni, pereżempju jekk l-ordni tkunx attiva jew diżattivata.

17

Volum minimu tal-eżekuzzjoni

Il-Volum Minimu tal-Eżekuzzjoni — Kwalunkwe kwantità minima/volum minimu ta' eżekuzzjoni ddefinit(a).

18

Limitu tal-prezz

Il-prezz iddefinit tal-limitu biex ordni tiskatta jew ordni biex twaqqaf it-telf.

19

Volum mhux żvelat

Il-volum tal-ordni li ma jiġix żvelat fis-suq

20

Tul tal-ordni

It-tul tal-ordni huwa t-tul ta' żmien li l-ordni tibqa' teżisti fis-sistema sakemm titneħħa/tiġi kkanċellata, sakemm ma tiġix eżegwita.

Dettalji tal-kuntratt

21

Identifikazzjoni tal-kuntratt

Il-kuntratt għandu jiġi identifikat permezz ta' kodiċi uniku li jidentifikah u li jingħatalu mis-suq jew mill-kontrapartijiet.

22

Isem tal-kuntratt

L-isem tal-kuntratt kif identifikat mis-suq organizzat.

23

Tip ta' kuntratt

It-tip ta' kuntratt.

24

Prodott tal-enerġija

Il-klassifikazzjoni tal-prodott ta' enerġija.

25

Indiċi tal-iffissar jew prezz ta' referenza

Indiċi tal-iffissar li jistabbilixxi l-prezz tal-kuntratt jew il-prezz ta' referenza għad-derivati.

26

Metodu ta' saldu

Kif jiġi saldat il-kuntratt, huwiex saldat fiżikament bi flus kontanti, skont l-għażla, jew mod ieħor.

27

Identifikazzjoni fis-suq organizzat/OTC

Jekk il-parteċipant fis-suq juża suq organizzat biex jeżegwixxi l-kuntratt, dan is-suq organizzat għandu jiġi identifikat b'kodiċi uniku.

28

Sigħat ta' negozjar tal-kuntratt

Is-sigħat ikkuntrattati li waqthom isir in-negozju fis-suq

29

L-aħħar data u ħin tan-negozjar

L-aħħar data u ħin tan-negozjar tal-kuntratt irrappurtat.

Dettalji tat-tranżazzjoni

30

Kronogramma tat-tranżazzjoni

Id-data u l-ħin tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew tat-tressiq tal-ordni, jew ta' modifika, kanċellazzjoni jew terminazzjoni tagħhom.

31

Identifikazzjoni unika tat-tranżazzjoni

Identifikatur uniku ta' tranżazzjoni kif assenjat mis-suq organizzat tal-eżekuzzjoni, jew miż-żewġ parteċipanti fis-suq f'każ ta' kuntratti bilaterali, biex jitqabblu ż-żewġ naħat tat-tranżazzjoni.

32

Identifikazzjoni marbuta mat-tranżazzjoni

L-identifikatur marbut mat-tranżazzjoni għandu jidentifika l-kuntratt li huwa assoċjat mal-eżekuzzjoni.

33

Identifikazzjoni marbuta mal-ordni

L-identifikatur marbut mal-ordni għandu jidentifika l-ordni li hija assoċjata mal-eżekuzzjoni.

34

Senserija bil-leħen (Voice-brokered)

Jindika jekk it-tranżazzjoni kinitx permezz ta' senserija bil-leħen; “Y” jekk iva, jitħalla vojt jekk le.

35

Prezz

Il-prezz għal kull unità.

36

Valur tal-indiċi

Il-valur tal-indiċi tal-iffissar.

37

Munita tal-prezz

Il-mod li bih jiġi espress il-prezz.

38

Ammont nozzjonali

Il-valur tal-kuntratt.

39

Munita nozzjonali

Il-munita tal-ammont nozzjonali.

40

Kwantità/volum

L-għadd totali ta' unitajiet inklużi fil-kuntratt jew fl-ordni.

41

Kwantità totali nozzjonali tal-kuntratt

L-għadd totali ta' unitajiet ta' prodott tal-enerġija bl-ingrossa.

42

Unità tal-kwantità għall-attributi 40 u 41

L-unità tal-kejl użata fl-attributi 40 u 41.

43

Data tat-terminazzjoni

Id-data li fiha jintemm il-kuntratt irrappurtat. Jekk din id-data ma tkunx differenti mid-data ta' meta jintemm il-forniment, dan l-attribut għandu jitħalla vojt.

Dettalji tal-Opzjoni

44

Tip ta' opzjoni

Jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata biss f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin matul il-kuntratt attiv (Stil Amerikan).

45

Tip ta' opzjoni

Jindika jekk l-opzjoni tkunx waħda ta' xiri, opzjoni put jew oħrajn.

46

Data tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Id-data jew id-dati ta' meta tiġi eżerċitata opzjoni. Jekk ikun hemm iżjed minn waħda, jistgħu jintużaw aktar attributi.

47

Prezz tal-eżerċitar ta' opzjoni

Il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni.

Profil tal-konsenja

48

Post jew żona tal-konsenja

Il-Kodiċi (jiet) EIC tal-punt(i) tal-konsenja jew taż-żona(i) tas-suq.

49

Data tal-bidu tal-konsenja

Id-data ta' meta tibda l-konsenja

50

Data ta' meta jieqaf il-forniment

Id-data ta' meta tieqaf il-konsenja

51

Tul ta' żmien

It-tul ta' żmien tal-konsenja.

52

Tip ta' load

Identifikazzjoni tal-profil tal-konsenja (base load, peak-load, off-peak, blokka ta' sigħat jew oħrajn)

53

Jiem tal-Ġimgħa

Il-jiem tal-ġimgħa tal-konsenja

54

Intervalli tal-konsenja tal-load

L-intervall ta' ħin għal kull blokka jew għamla.

55

Kapaċità tal-konsenja

In-numru ta' unitajiet inklużi fit-tranżazzjoni, għal kull intervall ta' ħin tal-konsenja.

56

L-unità tal-kwantità użata fl-attribut 55

L-unità tal-kejl użata.

57

Prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta' żmien

Jekk japplika, il-prezz għal kull kwantità għal kull intervall ta' żmien tal-konsenja.

Informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja

58

Tip ta' azzjoni

Meta r-rapport ikun fih:

kuntratt jew ordni ta' negozjar għall-ewwel darba, dan jiġi identifikat bħala “ġdid/a”;

modifika tad-dettalji ta' rapport preċedenti, għandu jiġi identifikat bħala “modifika”;

kanċellazzjoni ta' rapport li ġie ppreżentat bi żball, dan għandu jiġi identifikat bħala “żball”;

terminazzjoni ta' kuntratt eżistenti jew ta' ordni tan-negozjar, dan għandu jiġi identifikat bħala “kanċellazzjoni”;


Tabella 2

Dettalji li jridu jiġu rrappurtati tal-kuntratti mhux standard għall-forniment tal-elettriku u tal-gass

(Formola standard tar-rappurtar)

Nru tal-attribut

Identifikatur tal-attribut

Deskrizzjoni

Partijiet fil-kuntratt

1

Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontraparti

Il-parteċipant fis-suq jew il-kontraparti li f'isimha huwa rrappurtat ir-rekord tat-tranżazzjoni għandhom jiġu identifikati b'kodiċi uniku.

2

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 1

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GS1/GLN).

3

Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq l-ieħor jew tal-kontraparti l-oħra

Il-kodiċi uniku li jidentifika lill-kontraparti l-oħra tal-kuntratt.

4

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 3

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GS1/GLN).

5

Identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta

L-identifikazzjoni tal-entità li tirrapporta.

6

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 5

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GS1/GLN).

7

Identifikazzjoni tal-benefiċjarju

Jekk il-benefiċjarju tal-kuntratt, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, ikun kontraparti ta' dan il-kuntratt, l-attribut għandu jitħalla vojt. Jekk il-benefiċjarju tal-kuntratt ma jkunx kontraparti ta' dan il-kuntratt, il-kontraparti tar-rapportar trid tidentifika lil dan il-benefiċjarju b'kodiċi uniku.

8

Tip ta' kodiċi użat fl-attribut 7

Il-kodiċi tar-reġistrazzjoni tal-ACER, l-Identifikatur tal-Entità Legali (LEI), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC), il-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Enerġija (EIC), in-Numru tal-Post Globali (GS1/GLN).

9

Kapaċità ta' negozjar tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontraparti fl-attribut 1

Tidentifika jekk il-kontraparti tar-rapportar ikkonkludietx il-kuntratt bħala prinċipal għan-nom tagħha stess (għan-nom tagħha stess jew għan-nom ta' klijent) jew bħala aġent għan-nom ta' u f'isem klijent.

10

Indikatur ta' xiri/bejgħ

Jidentifika jekk il-kuntratt tal-parteċipant fis-suq jew tal-kontraparti identifikati fl-attribut 1 kienx ta' xiri jew ta' bejgħ.

Dettalji tal-kuntratt

11

Identifikazzjoni tal-kuntratt

Identifikatur uniku għall-kuntratt kif assenjat miż-żewġ parteċipanti fis-suq.

12

Data tal-kuntratt

Id-data li fiha ġie miftiehem il-kuntratt, jew ta' meta saritlu modifikazzjoni, jew ġie kkanċellat jew intemm.

13

Tip ta' kuntratt

It-tip ta' kuntratt.

14

Prodott tal-enerġija

Il-klassifikazzjoni tal-prodott tal-enerġija għall-kuntratt miftiehem.

15

Prezz jew formula tal-prezz

Prezz fiss jew formula ta' prezz użata fil-kuntratt.

16

Ammont nozzjonali stmat

L-ammont nozzjonali stmat tal-kuntratt (jekk japplika).

17

Munita nozzjonali

Il-munita tal-ammont nozzjonali stmat.

18

Kwantità totali nozzjonali tal-kuntratt

l-għadd totali stmat ta' unitajiet ta' prodott tal-enerġija bl-ingrossa. Din hija ċifra kkalkulata.

19

Kapaċità tal-opzjonalità tal-volum

L-għadd ta' unitajiet inklużi fil-kuntratt, għal kull intervall ta' ħin tal-forniment.

20

Unità tal-kwantità nozzjonali

L-unità tal-kejl użata fil-kaxxi 18 u 19.

21

Opzjonalità tal-volum

Il-klassifikazzjoni tal-volum.

22

Frekwenza tal-opzjonalità tal-volum

Il-frekwenza tal-opzjonalità tal-volum: eż. kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, kull staġun, kull sena jew oħrajn jekk ikunu disponibbli.

23

Intervalli tal-opzjonalità tal-volum

L-intervall ta' żmien għal kull opzjonalità tal-volum jekk disponibbli.

Dettalji tal-indiċijiet tal-iffissar

24

Tip ta' prezzijiet tal-indiċi

Prezz ikklassifikat bħala fiss, indiċi sempliċi (uniku sottostanti) jew formula ta' prezz kumplessa (sottostanti multipli).

25

Indiċi tal-iffissar

Il-lista ta' indiċijiet li jiddeterminaw il-prezz fil-kuntratt. Għal kull indiċi speċifika l-isem. F'każ ta' basket ta' indiċijiet li ma għandhomx identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat.

26

Tipi ta' indiċijiet tal-iffissar

Spot, forward, swap, spread, eċċ.

27

Sorsi tal-indiċijiet tal-iffissar

Għal kull Indiċi speċifika isem is-sors tal-pubblikazzjoni.

F'każ ta' basket ta' indiċijiet li ma għandhomx identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat.

28

L-ewwel data tal-iffissar

l-ewwel data tal-iffissar iddeterminata mill-ewwel data tal-fissazzjonijiet kollha.

29

L-aħħar data tal-iffissar

L-aħħar data tal-iffissar iddeterminata mill-aħħar data tal-fissazzjonijiet kollha.

30

Frekwenza tal-iffissar

Il-frekwenza tal-iffissar: eż. kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, kull staġun, kull sena jew oħrajn.

31

Metodu ta' saldu

Kif jiġi saldat il-kuntratt, huwiex saldat fiżikament, bi flus kontanti, bit-tnejn li huma, skont l-għażla, jew mod ieħor.

Dettalji tal-opzjoni

32

Tip ta' opzjoni

Jindika jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċitata f'data fissa (stil Ewropew u Ażjatiku), f'sensiela ta' dati speċifikati minn qabel (Bermudan) jew fi kwalunkwe ħin li matulu il-kuntratt ikun attiv (Stil Amerikan).

33

Tip ta' opzjoni

Jindika jekk l-opzjoni tkunx waħda call (ta' xiri), put(ta' bejgħ) jew oħrajn.

34

Data tal-ewwel eżerċizzju tal-opzjoni

L-ewwel data tal-eżerċizzju ddeterminata mill-ewwel data tal-eżerċizzji kollha.

35

Data tal-aħħar eżerċizzju tal-opzjoni

L-aħħar data tal-eżerċizzju ddeterminata mill-aħħar data tal-eżerċizzji kollha.

36

Frekwenza tal-eżerċizzju tal-opzjoni

Il-frekwenza tal-opzjonalità tal-Volum: eż. kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, kull staġun, kull sena jew oħrajn.

37

Indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni

Għal kull Indiċi speċifika l-isem. F'każ ta' basket ta' indiċijiet li ma għandhomx identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat.

38

Tip ta' indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni

Spot, forward, swap, spread, eċċ.

39

Sors tal-indiċi tal-eżerċitar tal-opzjoni

Għal kull Indiċi speċifika t-tip ta' ffissar. F'każ ta' basket ta' indiċijiet li ma għandhomx identifikatur uniku, il-basket jew l-indiċi għandu jiġi indikat.

40

Prezz tal-eżerċitar ta' opzjoni

Il-prezz tal-eżerċitar tal-opzjoni.

Profil tal-konsenja

41

Post jew żona tal-konsenja

Il-Kodiċi (jiet) EIC tal-punt(i) tal-konsenja jew taż-żona(i) tas-suq.

42

Data tal-bidu tal- konsenja

Id-data u l-ħin tal-bidu tal- konsenja. Għall-kuntratti mwassla fiżikament din tkun id-data kkuntrattata għall-bidu tal-konsenja.

43

Data ta' meta jieqaf il-konsenja

Id-data u l-ħin ta' tmiem tal-konsenja. Għall-kuntratti mwassla fiżikament din tkun id-data kkuntrattata għat-tmiem tal-konsenja.

44

Tip ta' load

Identifikazzjoni tal-profil tal-konsenja (base load, peak-load, off-peak, blokka ta' sigħat jew oħrajn).

Informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja

45

Tip ta' azzjoni

Meta r-rapport ikun fih:

kuntratt irrappurtat għall-ewwel darba, dan jiġi identifikat bħala “ġdid”;

modifika tad-dettalji ta' kuntratt li jkun ġie rrappurtat qabel, għandu jiġi identifikat bħala “modifika”;

kanċellazzjoni ta' rapport li ġie ppreżentat bi żball, dan għandu jiġi identifikat bħala “żball”;

terminazzjoni ta' kuntratt eżistenti, dan għandu jiġi identifikat bħala “kanċellazzjoni”;


Tabella 3

Dettalji tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jridu jiġu rrappurtati b'rabta ma':

it-trasportazzjoni tal-elettriku — Riżultati tal-allokazzjoni primarja u r-riżultat tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq sekondarju u t-trasferiment ta' drittijiet ta' trażmissjoni tal-elettriku fit-tul

Nru tal-attribut

Identifikatur tal-attribut

Deskrizzjoni

Dejta komuni għar-riżultati totali tal-allokazzjoni primarja u d-dokumenti tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq sekondarju u tad-drittijiet ta' trasferiment u għad-dokument tal-offerta

1.

Identifikazzjoni tad-dokument

Identifikazzjoni unika tad-dokument li dwaru qed tingћata sensiela kronoloġika ta' dejta.

2.

Verżjoni tad-dokument

Il-verżjoni tad-dokument li qed jintbagħat. Dokument jista' jintbagħat diversi drabi, kull trażmissjoni ta' verżjoni tiġi identifikata b'numru differenti li jibdew minn 1 u jiżdiedu skont is-sekwenza.

3.

Tip ta' Dokument

It-tip ikkodifikat tad-dokument li qed jintbagħat.

4.

Identifikazzjoni ta' min jibgħat

L-identifikazzjoni tal-parti li tibgħat id-dokument u li hija responsabbli għall-kontenut tiegħu (kodiċi EIC).

5.

Rwol ta' min jibgħat

Identifikazzjoni tar-rwol ta' min jibgħat, eż. TSO jew entità oħra li tirrapporta.

6.

Identifikazzjoni tar-riċevitur

L-identifikazzjoni tal-parti li qed tirċievi d-dokument.

7.

Rwol tar-riċevitur

L-identifikazzjoni tar-rwol tar-riċevitur.

8.

Data u ħin tal-ħolqien

Id-data u l-ħin tal-ħolqien tad-dokument, eż. meta t-TSO jew entità oħra li tirrapporta tibgħat it-tranżazzjoni lill-Aġenzija.

9.

Intervall ta' ħin tal-offerti/l-intervall ta' ħin applikabbli

Id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem u ż-żmien li jkopri d-dokument.

10

Qasam

Il-qasam kopert fid-dokument.

11.

L-istatus tad-dokument (fejn japplika)

Jidentifika l-istatus tad-dokument.

Sensiela kronoloġika tal-allokazzjonijiet tal-kapaċità (dwar l-allokazzjoni primarja)

12.

Identifikazzjoni tas-sensiela kronoloġika

L-identifikazzjoni li tidentifika unikament is-sensiela kronoloġika.

13.

Identifikazzjoni tad-dokument tal-offerta

L-identifikazzjoni tad-dokument li fih jinsabu r-referenzi tal-offerti jew tal-bejgħ mill-ġdid.

14.

Verżjoni tad-dokument tal-offerta

Il-verżjoni tad-dokument tal-offerta jew tal-bejgħ mill-ġdid li ntbagħtet.

15.

Identifikazzjoni tal-offerta

L-identifikazzjoni tas-sensiela kronoloġika li ntużat fl-offerta oriġinali jew fil-bejgħ mill-ġdid.

Dan huwa numru uniku li huwa assenjat mill-offerent meta għamel l-offerta oriġinali jew il-bejgħ mill-ġdid. Din għandha titħalla vojta jekk ma tkunx applikabbli.

16.

Offerent

L-identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq li jkun għamel offerta għall-kapaċità jew li jkun biegħha mill-ġdid (il-Kodiċi EIC X).

17.

Identifikazzjoni tal-irkant

L-identifikazzjoni li tikkollega allokazzjoni ma' sett ta' speċifikazzjonijiet maħluqa mill-operatur tal-irkant.

18.

Tip ta' negozju

Jidentifika n-natura tas-sensiela kronoloġika.

19.

Żona tad-dħul

Iż-żona fejn għandha titwassal l-enerġija (il-Kodiċi EIC Y).

20.

Żona tal-ħruġ

Iż-żona minn fejn tkun ġejja l-enerġija (il-Kodiċi EIC Y).

21.

Tip ta' kuntratt

It-tip ta' kuntratt jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom ġiet allokata u ttrattata l-kapaċità, eż. irkant ta' kuljum, ta' kull ġimgħa, ta' kull xahar, ta' kull sena, kuntratti fit-tul, eċċ.

22.

Identifikazzjoni tal-kuntratt

L-identifikazzjoni kuntrattwali tas-sensiela kronoloġika. Dan irid ikun numru uniku li jkun assenjat mill-operatur tal-irkant u għandu jintuża f'kull referenza għall-allokazzjoni.

23.

Unità tal-kejl tal-kwantitajiet

L-unità ta' kejl li biha tiġi espressal-kwantità fis-sensiela kronoloġika.

24.

Munita (fejn japplika)

Il-munita li biha jiġi espress l-ammont ta' flus..

25.

Unità tal-kejl li biha jiġi espress il-prezz (fejn japplika)

L-unità ta' kejl li biha jiġi espress il-prezz fis-sensiela kronoloġika.

26.

Tip ta' kurva (fejn japplika)

Tiddeskrivi t-tip ta' kurva li qed tingħata għas-sensiela kronoloġika inkwistjoni, eż. blokka ta' daqs varjabbli jew blokka ta' daqs fiss, jew punt.

27.

Klassifikazzjoni tal-kategorija (fejn japplika)

Il-kategorija tal-prodott kif iddefinit mir-regoli tas-suq.

Sensiela kronoloġika tal-irkant mingħajr offerti (dwar l-allokazzjoni primarja)

28.

Identifikazzjoni

L-identifikazzjoni tas-sensiela kronoloġika.

29.

Identifikazzjoni tal-irkant

L-identifikazzjoni tal-irkant fejn ma jkunux waslu offerti.

30.

Klassifikazzjoni tal-kategorija (fejn japplika)

Il-kategorija tal-prodott kif iddefinit mir-regoli tas-suq.

Sensiela kronoloġika tad-drittijiet sekondarji (għad-drittijiet sekondarji)

31.

Identifikazzjoni tas-sensiela kronoloġika

L-identifikazzjoni tas-sensiela kronoloġika.

Dan irid ikun numru uniku li jkun assenjat minn dak li jibgħat għal kull sensiela kronoloġika fid-dokument.

32.

Tip ta' negozju

Jidentifika n-natura tas-sensiela kronoloġika, eż. drittijiet tal-kapaċità, notifikazzjoni tat-trasferiment tal-kapaċità, eċċ.

33.

Żona tad-dħul

Iż-żona fejn għandha titwassal l-enerġija (il-Kodiċi EIC Y).

34.

Żona tal-ħruġ

Iż-żona minn fejn tkun ġejja l-enerġija (il-Kodiċi EIC Y).

35.

Detentur tad-drittijiet

L-identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq li huwa l-proprjetarju, jew li għandu d-dritt li juża d-drittijiet ta' trażmissjoni inkwistjoni (il-Kodiċi EIC X).

36.

Persuna li qed tirċievi (fejn japplika)

L-identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq li lilu ġew ittrasferiti d-drittijiet, jew in-negozjant responsabbli mill-interkonnessjonijiet magħżul mil-persuna li qed tittrasferixi (kif indikat fl-attribut tad-detentur tad-drittijiet) biex juża d-drittijiet (il-Kodiċi EIC X).

37.

Identifikazzjoni tal-kuntratt

L-identifikazzjoni kuntrattwali tas-sensiela kronoloġika. Dan għandu jkun in-numru li ġie assenjat mill-allokatur tal-kapaċità tat-trażmissjoni (eż. TSO jew operatur tal-irkant, jew pjattaforma tal-allokazzjoni).

38.

Tip ta' kuntratt

It-tip ta' kuntratt jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li bihom ġew allokati u ttrattati d-drittijiet, eż. irkant ta' kuljum, ta' kull ġimgħa, ta' kull xahar, ta' kull sena, eċċ.

39.

Identifikazzjoni ta' kuntratt preċedenti (fejn japplika)

l-identifikazzjoni ta' kuntratt preċedenti użat biex jidentifika d-drittijiet tat-trasferiment.

40.

Unità tal-kejl tal-kwantitajiet

L-unità ta' kejl li biha tiġi espressal-kwantità fis-sensiela kronoloġika.

41.

Identifikazzjoni tal-irkant (fejn japplika)

L-identifikazzjoni li tikkollega d-drittijiet tal-kapaċità ma' sett ta' speċifikazzjonijiet maħluqa mill-allokatur tal-kapaċità ta' trażmissjoni eż. TSO jew operatur tal-irkant jew pjattaforma tal-allokazzjoni.

42.

Munita (fejn japplika)

Il-munita li biha jiġi espress l-ammont ta' flus.

43.

Unità tal-kejl li biha jiġi espress il-prezz (fejn japplika)

L-unità ta' kejl li biha jiġi espress il-prezz fis-sensiela kronoloġika.

44.

Tip ta' kurva (fejn japplika)

Jiddeskrivi t-tip ta' kurva li qed tingħata għas-sensiela kronoloġika inkwistjoni, eż. blokka ta' daqs varjabbli jew blokka ta' daqs fiss, jew punt.

Perjodu għall-allokazzjoni primarja u l-proċessi sekondarji

45.

Intervall ta' ħin

Din l-informazzjoni tagħti d-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu rrappurtat.

46.

Riżoluzzjoni

Ir-riżoluzzjoni tiddefinixxi l-għadd ta' perjodi li fih huwa maqsum l-intervall tal-ħin (ISO 8601).

Intervall għall-allokazzjoni primarja u l-proċessi sekondarji

47.

Pożizzjoni

Il-pożizzjoni relattiva ta' perjodu ta' żmien f'intervall.

48.

Kwantità

Il-kwantità li ġiet allokata fl-irkant primarju. Il-kwantità li ġiet assenjata lill-parti nnominata għad-drittijiet sekondarji.

49.

Prezz (fejn japplika)

Il-prezz espress għal kull unità ta' kwantità allokata permezz tal-allokazzjoni primarja. Il-prezz espress għal kull unità ta' kwantità mibjugħa mill-ġdid jew ittrasferita fis-suq sekondarju, fejn japplika.

50.

Kwantità tal-offerta (fejn japplika)

Il-kwantità msemmija fid-dokument oriġinali tal-offerta.

51.

Prezz tal-offerta (fejn japplika)

Il-prezz oriġinali msemmi fl-offerta oriġinali jew fil-bejgħ mill-ġdid, għal kull unità ta' kwantità mitluba.

Raġuni għall-allokazzjoni primarja u l-proċessi sekondarji

52.

Kodiċi tar-raġuni (fejn japplika)

Kodiċi li jipprovdi l-istatus tal-allokazzjoni jew tad-drittijiet.

53.

Test tar-raġuni (fejn japplika)

Spjegazzjoni testwali tal-kodiċi tar-raġuni.

Dokument intestatur tal-offerti u l-attributi tad-dokument tal-offerta għas-swieq organizzati (japplika għan-negozjar sekondarju)

54.

Parti suġġetta

Il-parteċipant fis-suq li f'ismu qed titressaq l-offerta (il-Kodiċi EIC).

55.

Rwol tas-suġġett

Ir-rwol tal-parti suġġetta.

56.

Jista' jinqasam

Indikazzjoni dwar jekk kull element tal-offerta jistax jew le jiġi aċċettat parzjalment.

57.

Identifikazzjoni tal-offerti kkollegati (fejn japplika)

Identifikazzjoni unika assoċjata mal-offerti kkollegati kollha.

58.

Offerta fi blokka

Indikazzjoni li l-valuri fil-perjodu jiffurmaw offerta blokka u li ma jistgħux jinbidlu.


Tabella 4

Dettalji tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jridu jiġu rrappurtati b'rabta mat-trasportazzjoni tal-gass — Allokazzjonijiet tal-kapaċità primarji u sekondarji għall-gass

Nru tal-attribut

Identifikatur tal-attribut

Deskrizzjoni

Dejta komuni tal-proċessi ta' allokazzjoni primarji u sekondarji

1.

Identifikazzjoni ta' min jibgħat

L-identifikazzjoni tal-parti proprjetarja tad-dokument u li hija responsabbli mill-kontenut tiegħu.

2.

Identifikazzjoni tas-suq organizzat

L-identifikazzjoni tas-suq organizzat.

3.

Identifikazzjoni tal-proċess

L-identifikazzjoni tal-irkant jew ta' proċess ieħor kif iddefinit mill-entità li talloka l-kapaċità.

4.

Tip ta' gass

Jidentifika t-tip ta' gass.

5.

Identifikazzjoni tat-tranżazzjoni tat-trasport

Numru ta' identifikazzjoni uniku assenjat għall-allokazzjoni tal-kapaċità kif assenjat mis-suq organizzat jew mit-TSO.

6.

Data u ħin tal-ħolqien

Id-data u l-ħin ta' meta inħolqot it-tranżazzjoni.

7.

Data/Ħin tal-ftuħ tal-irkant

Id-data u l-ħin meta rkant jiftaħ għall-offerti.

8.

Data/Ħin tat-tmiem tal-irkant

Id-data u l-ħin meta rkant jagħlaq għall-offerti.

9.

Tip ta' tranżazzjoni tat-trasport

It-tip jidentifika n-natura tat-tranżazzjoni tat-trasport li għandha tiġi rrappurtata bi qbil mal-istandards kurrenti tal-industrija applikabbli, kif speċifikati mill-kodiċi tan-netwerk tal-gass dwar l-Interoperabbiltà u l-iskambju tad-dejta.

10.

Data u Ħin tal-bidu

Id-data u l-ħin tal-bidu tat-tul ta' żmien tat-tranżazzjoni tat-trasport.

11.

Data u Ħin tat-Tmiem

Id-data u l-ħin tat-tmiem tat-tul ta' żmien tat-tranżazzjoni tat-trasport.

12.

Kapaċità offruta

Il-Kwantità ta' kapaċità disponibbli fl-irkant espressa bl-unità tal-kejl. Rilevanti biss għall-monitoraġġ tal-imġieba waqt l-offerti.

13.

Kategorija tal-kapaċità

Il-kategorija tal-kapaċità li tapplika.

Dejta għar-rappurtar taċ-ċiklu tal-ħajja

14.

Tip ta' azzjoni

Il-kodiċi tal-istatus tar-rapport li għandu jiġi rrappurtat bi qbil mal-istandards kurrenti tal-industrija applikabbli, kif speċifikati mill-kodiċi tan-netwerk tal-gass dwar l-Interoperabbiltà u l-iskambju tad-dejta.

Dejta għar-rappurtar tal-kwantitajiet u l-prezzijiet

15.

Kwantità

L-għadd totali ta' unitajiet allokati mat-tranżazzjoni tat-trasportazzjoni kif espressi bl-unità tal-kejl.

16.

Unità ta' kejl

L-unità tal-kejl użata.

17.

Munita

Il-munita li biha jiġi espress l-ammont ta' flus.

18.

Prezz totali

Il-prezz ta' riżerva fil-ħin tal-irkant u l-primjum jew it-tariffa rregolata f'każ ta' mekkaniżmu ieħor ta' allokazjoni flok l-irkant.

19.

Prezz ta' riżerva fiss jew varjabbli

L-identifikazzjoni tat-tip ta' prezz ta' riżerva.

20.

Prezz ta' riżerva

L-identifikazzjoni tal-prezz ta' riżerva għall-irkant.

21.

Prezz primjum

L-identifikazzjoni tal-prezz primjum għall-irkant.

Dejta biex jiġu identifikati l-post u l-parteċipant fis-suq

22.

Identifikazzjoni tal-punt fin-netwerk

F'sistema ta' netwerk skont il-kodiċi tal-EIC.

23.

Raggruppar

Speċifikazzjoni tar-raggruppar.

24.

Direzzjoni

Speċifikazzjoni tad-direzzjoni.

25.

Identifikazzjoni tat-TSO 1

L-identifikazzjoni tat-TSO li għalih jitwettaq ir-rappurtar tad-dejta.

26.

Identifikazzjoni tat-TSO 2

L-identifikazzjoni tal-kontraoperatur TSO.

27.

Identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq

Il-parteċipant fis-suq li lilu tiġi allokata l-kapaċità.

28.

Grupp ta' bbilanċjar jew kodiċi tal-portafoll

Il-grupp ta' bbilanċjar (jew il-gruppi ta' bbilanċjar, fil-każ ta' prodotti raggruppati) li għalih jappartjeni l-ispeditur jew il-kodiċi tal-portafoll użat mill-espeditur jekk ma jkunx japplika grupp ta' bbilanċjar.

Dejta li tapplika biss għall-allokazzjonijiet sekondarji

29.

Proċedura li tapplika

Speċifikazzjoni tal-proċedura applikabbli.

30.

Ammont massimu tal-offerta

L-ammont massimu li jkun lesta joffri l-persuna li tirċievi t-trasferiment, espress fil-munita, għal kull unità ta' kejl.

31.

Ammont minimu tal-offerta

L-ammont minimu li tkun lesta toffri l-persuna li tirċievi t-trasferiment, espress fil-munita, għal kull unità ta' kejl.

32.

Kwantità massima

Il-kwantità massima li l-persuna li tirċievi t-trasferiment/persuna li tittrasferixxi tkun lesta li tixtri/tbigħ meta tinħoloq il-proposta sabiex issir in- negozju.

33.

Kwantità minima

Il-kwantità minima li l-persuna li tirċievi t-trasferiment/persuna li tittrasferixxi tkun lesta li tixtri/tbigħ meta tinħoloq il-proposta sabiex isir in- negozju.

34.

Prezz li jitħallas lit-TSO (Prezz bażiku)

Japplika biss meta jkun hemm assenjazzjoni espressa bil-munita għal kull unità tal-kejl, li trid tkun f'kWh fis-siegħa (kWh/h).

35.

Prezz li l-persuna li tirċievi t-trasferiment tħallas lill- persuna li tittrasferixxi

Il-prezz li persuna li tirċievi t-trasferiment tħallas lill- persuna li tittrasferixxi espress bil-munita għal kull unità tal-kejl, li trid tkun f'kWh fis-siegħa (kWh/h).

36.

Identifikazzjoni tal- persuna li tittrasferixxi

Il-parteċipant fis-suq li qed iċedi l-kapaċità.

37.

Identifikazzjoni tal- persuna li tirċievi t-trasferiment

Il-parteċipant fis-suq li qed jieħu l-kapaċità.

Attributi għad-dejta li japplikaw biss għall-ordnijiet li jitqiegħdu fl-irkantijiet għall-allokazzjonijiet primarji

38.

Identifikazzjoni tal-offerta

Numru identifikatur tal-offerta kif assenjat mill-entità li tirrapporta.

39.

Numru deċimali tal-irkant

Numru sħiħ li jiżdied kull darba li rkant ma jiksibx riżultat, u li jerġa' jinbeda b'parametri differenti — jibda minn 1. Għandu jitħalla vojt fil-każ ta' rkanti mingħajr sensiliet li jorbtu, jiġifieri rkanti tal-jum ta' qabel.

40.

Prezz tal-offerta

Il-prezz li jiġi offert għal kull unità ta' kapaċità, barra l-prezz ta' riżerva. Espress bil-munita u bl-unità tal-kejl.

41.

Kwantità tal-offerta

Il-kwantità li ssir offerta fuqha espressa bl-unità tal-kejl.


Top