Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1321

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas- 26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 362, 17.12.2014, p. 1–194 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj

17.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 362/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1321/2014

tas-26 ta' Novembru 2014

dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

(Riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) u 6(3) tieghu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (2) ġie emendat sostanzjalment diversi drabi (3). Billi għandhom isiru iżjed emendi, għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jistabbilixxi rekwiżiti komuni essenzjali biex jipprovdi għal livell uniformi għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili u l-protezzjoni tal-ambjent; jeħtieġ lill-Kummissjoni li tadotta r-regoli ta' implimentazzjoni neċessarji biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tagħhom; jistabbilixxi l-Aġenzija dwar is- Sikurezza fl-Avjazzjoni Ċivili (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) biex tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi biex jiżguraw il -kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(4)

L-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti fil-manutenzjoni ta' prodotti, partijiet u tagħmir għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti tekniċi biex ikunu jistgħu juru l-kapaċitajiet tagħhom u l-mezzi biex iwettqu l-obbligi u l-privileġġi assoċjati tagħhom; il-Kummissjoni hi meħtieġa li tistabbilixxi miżuri biex jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet tal-ħruġ, iż-żamma, l-emendi, is-sospensjoni u r-revoka ta' ċertifikati li jikkonfermaw dik il-konformità.

(5)

Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-uniformità fl-applikazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi komuni fil-kamp tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' partijiet u tagħmir ajrunawtiku titlob li jiġu segwiti proċeduri komuni mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw l-osservanza ta' dawn ir-rekwiżiti; l-Aġenzija għandha tiżviluppa speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni biex tiffaċilita l-uniformità regolatorja neċessarja.

(6)

Hu neċessarju li tiġi rikonoxxuta l-validità kontinwata ta' ċertifikati maħruġa qabel il-bidu fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(7)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jittratta dwar ajrunavigabbiltà ġie estiż sabiex jinkludi l-elementi tal-evalwazzjoni tal-adegwatezza operattiva fir-regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

(8)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) sabet li kien meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (4) sabiex ikun possibbli għall-Aġenzija li tapprova d-dejta tal-adegwatezza operattiva bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni tat-tip.

(9)

Id-dejta tal-adegwatezza operattiva għandha tinkludi elementi ta' taħriġ obbligatorji għat-taħriġ tal-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni. Dawk l-elementi għandhom ikunu l-bażi għall-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ tat-tip.

(10)

Ir-rekwiżiti relatati mal-istabbiliment tal-korsijiet dwar il-klassifikazzjoni tat-tip għall-persunal li jiċċertifika.

(11)

L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta' regoli ta' implimentazzjoni dwar il-kunċett ta' dejta tal-adegwatezza operattiva u ressqithom bħala opinjoni (5) lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(12)

Il-miżuri previsti b'dan ir-Regolament huma skont l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija dwar is-Sikurezza fl-Avjazzjoni Ewropea (6) stabbilit bl-Artikolu 65(1) tar-Regolament Regulation (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi biex jiżguraw il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru, inkluż kull komponent li għandu jitwaħħal miegħu, li huma:

(a)

reġistrati fi Stat Membru; jew

(b)

reġistrati f'pajjiż terz u użati minn operatur li dwaru Stat Membru jiżgura superviżjoni tal-operazzjonijiet.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal inġenji tal-ajru li s-superviżjoni tas-sikurezza regolatorja tiegħu ġiet trasferita lil pajjiż terz u li ma humiex użati minn operatur tal-UE, jew għal inġenji tal-ajru msemmija fl-Anness II tar-Regolament (EC) Nru 216/2008.

3.   Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward it-trasport kummerċjali bl-ajru huma applikabbli għat-trasportaturi tal-ajru liċenzjati kif imfissra bid-dritt tal-UE.

Artikolu 2

Tifsiriet

Fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (EC) Nru 216/2008 għandhom jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“inġenju tal-ajru” tfisser kull makkinarju li jista' jikseb sostenn fl-atmosfera mir-reazzjonijiet tal-arja ħlief reazzjonijiet tal-arja kontra il-wiċċ tal-art;

(b)

“persunal li jiċċertifika” tfisser persunal responsabbli għar-rilaxx ta' inġenju tal-ajru jew ta' komponent wara l-manutenzjoni;

(c)

“komponent” tfisser kull magna, skrejjen, parti jew tagħmir;

(d)

“kontinwità tal-ajrunavigabbiltà” tfisser il-proċessi kollha li jiżguraw li, f'kull ħin tal-ħajja operattiva tiegħu, inġenju tal-ajru josserva r-rekwiżiti dwar l-ajrunavigabbiltà li jkunu fis-seħħ u jkun f'kondizzjoni ta' operazzjoni mingħajr periklu;

(e)

“JAA” tfisser “l-Awtoritajiet Konġunti dwar l-Avjazzjoni”;

(f)

“JAR” tfisser “ir-Rekwiżiti Konġunti dwar l-Avjazzjoni”;

(g)

“inġenju tal-ajru kbir” tfisser inġenju tal-ajru, klassifikat bħala ajruplan b'massa massima għat-tluq ta' 5 700 kg, jew ħelikopter b'ħafna magni;

(h)

“manutenzjoni” tfisser waħda minn dawn li ġejjin jew kombinament tagħhom: l-eżami bir-reqqa, it-tiswija, l-ispezzjoni, is-sostituzzjoni, l-modifika jew ir-rettifika ta' difett ta' inġenju tal-ajru jew komponent, ħlief l-ispezzjoni ta' qabel titjira;

(i)

“organizzazzjoni” tfisser persuna fiżika, persuna legali jew parti minn persuna legali. Organizzazzjoni bħal din tista' tkun stabbilita f'aktar minn sit wieħed kemm jekk dan ikun jew ma jkunx fit-territorju tal-Istati Membri;

(j)

“spezzjoni ta' qabel titjira” tfisser l-ispezzjoni li ssir qabel it-titjira biex tiżgura li l-inġenju tal-ajru hu kapaċi jagħmel it-titjira maħsuba;

(k)

“inġenju tal-ajru ELA1” ifisser l-Inġenji tal-Ajru Ħfief Ewropej bl-ekwipaġġ li ġejjin:

(i)

ajruplan bil-mutur b'Massa Massima għat-Tluq (Maximum Take-off Mass — MTOM) ta' 1 200 kg jew inqas li mhuwiex ikklassifikat bħala inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem b'mutur;

(ii)

glider jew glider bil-mutur b'MTOM ta' 1 200 kg jew anqas;

(iii)

ballun b'volum massimu ta' disinn ta' gass għall-irfigħ jew ta' arja sħuna ta' mhux aktar minn 3 400 m3 għal blalen tal-arja sħuna, 1 050 m3 għal blalen tal-gass, 300 m3 għal blalen tal-gass marbutin;

(iv)

ġifen tal-ajru maħsub għal mhux aktar minn erba' persuni u b'volum massimu ta' disinn ta' gass għall-irfigħ jew ta' arja sħuna ta' mhux aktar minn 3 400 m3 għal ġifen tal-arja sħuna u 1 000 m3 għal ġifen tal-gass.

(l)

“Inġenju tal-ajru LSA” (jiġifieri “Ajruplan Ħafif tal-Isports”) li għandu dawn il-karatteristiċi kollha:

(i)

Massa tat-Tluq Massima (MTOM) ta' mhux aktar minn 600 kg;

(ii)

veloċità massima tat-twaqqif tal-magna fil-konfigurazzjoni tal-inżul (VS0) ta' mhux aktar minn 45 knot fil-Veloċità fl-Ajru Kalibrata (CAS) għall-massa tat-tluq massima ċċertifikata u għaċ-ċentru tal-gravità l-aktar kruċjali tal-inġenju tal-ajru;

(iii)

kapaċità massima ta' postijiet għal mhux aktar minn żewġ persuni, inkluż il-pilota;

(iv)

magna waħda, mingħajr turbina, mgħammra bi skrun;

(v)

kabina mhux taħt pressjoni.

(m)

“post ewlieni tan-negozju” tfisser is-sede ewlenija jew l-uffiċju rreġistrat tal-impriża li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

1.   Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u komponenti għandha tiġi żgurata skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-M).

2.   L-organizzazzjonijiet u l-persunal involuti fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u komponenti, inkluża l-manutenzjoni, għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness I (Parti-M) u fejn xieraq dawk speċifikati fl-Artikoli 4 u 5.

3.   B'deroga mill-paragrafu (1), l-issuktar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru li għandhom permess għat-titjir jiġi żgurat abbażi ta' arranġamenti speċifiċi dwar l-isskutar tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kif inhu mfisser fil-permess għat-titjir maħruġ skont l-Anness I (Parti-21) għar-Regolament tal-Kummissjoni ( UE) 748/2012 (7).

Artikolu 4

Approvazzjoni ta' organizzazzjoni ta' manutenzjoni

1.   L-organizzazzjonijiet involuti fil-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru kbar jew inġenji tal-ajru użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, u ta' komponenti maħsuba biex jitwaħħlu magħhom, għandhom jiġu approvati skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II (Parti-145).

2.   L-approvazzjonijiet dwar il-manutenzjoni maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri JAA u li jkunu validi qabel il-bidu fis-seħħ ta-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandhom jitqiesu bħala li nħarġu skont dan ir-Regolament.

3.   Il-persunal kwalifikat biex iwettaq u/jew jikkontrolla test dwar il-kapaċità kontinwata li jintuża fl-ajru ta' strutturi u/jew komponenti ta' inġenju tal-ajru u liema test ma jħarbatx dawk l-istrutturi u/jew komponenti, fuq il-bażi ta' xi standard rikonoxxut minn Stat Membru qabel il-bidu fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 bħala li jipprovdi livell ekwivalenti ta' kwalifika, jistgħu jkomplu jwettqu u/jew jikkontrollaw dawk it-testijiet.

4.   Ċertifikati ta' ħruġ għall-użu u ċertifikati awtorizzati ta' ħruġ għall-użu maħruġa qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1056/2008 minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont ir-rekwiżiti ta' Stat Membru għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk mitluba skont il-punti M.A.801 u M.A.802 tal-Anness I (Parti M) rispettivament.

Artikolu 5

Persunal li jiċċertifika

1.   Il-persunal li jiċċertifika għandu jkun ikkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III (Parti-66), barra minn kif stabbilit fil-punti M.A.606(h), M.A.607(b), M.A.801(d) u M.A.803 tal-Anness I (Parti-M) u fil-punt 145.A.30(j) u l-Appendiċi IV ta l-Anness II (Parti-145).

2.   Kull liċenzja għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru u, jekk ikun hemm, il-limitazzjonijiet tekniċi assoċjati ma' dik il-liċenzja, maħruġa jew rikonoxxuti minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri JAA u li jkunu validi fil-ħin tal-bidu fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, jitqiesu li jkunu ġew maħruġa skont dan ir-Regolament.

3.   Il-persunal li jiċċertifika, li jkollu liċenzja maħruġa f'konformità mal-Anness III (Parti-66) f'kategorija/subkategorija partikolari, huwa meqjus li għandu l-privileġġi deskritti fil-punt 66.A.20(a) ta' l-istess Anness korrispondenti għat-tali kategorija/subkategorija. Ir-rekwiżiti bażiċi tal-għarfien li jikkorrispondu għal dawn il-privileġġi ġodda għandhom jitqiesu li ġew issodisfati għall-fini li tiġi estiża din il-liċenzja għal kategorija/subkategorija ġdida.

4.   Il-persunal li jiċċertifika, li jkollu liċenzja li tinkludi inġenji tal-ajru li ma jeħtiġux klassifikazzjoni tat-tip individwali, jista' jkompli jeżerċita l-privileġġi tiegħu sal-ewwel tiġdid jew tibdil, meta l-liċenzja tinqaleb skont il-proċedura deskritta fil-punt 66.B.125 tal-Anness III (Parti-66) għall-klassifikazzjonijiet definiti fil-punt 66.A.45 ta' l-istess Anness.

5.   Ir-rapporti ta' tibdil u r-rapport ta' punteġġi ta' eżamijiet konformi mar-rekwiżiti applikabbli qabel ma r-Regolament (UE) Nru 1149/2011 beda japplika għandhom jitqiesu konformi ma' dan ir-Regolament.

6.   Sakemm dan ir-Regolament jispeċifika r-rekwiżiti għall-persunal li jiċċertifika:

(i)

għal inġenji tal-ajru minbarra ajruplani u ħelikopters;

(ii)

għal komponenti;

ir-rekwiżiti fis-seħħ fl-Istat Membru rilevanti għandhom ikomplu japplikaw, ħlief għall-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni li jinsabu barra l-Unjoni Ewropea, li fil-każ tagħhom ir-rekwiżiti għandhom ikunu approvati mill-Aġenzija.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ

1.   L-organizzazzjonijiet li huma involuti fit-taħriġ ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom jiġu approvati skont l-Anness IV (Parti-147) biex ikunu intitolati:

(a)

imexxu korsijiet rikonoxxuti ta' taħriġ bażiku; u/jew

(b)

imexxu taħriġ ta' tip rikonoxxut; u

(c)

jagħmlu eżamijiet; u

(d)

joħorġu ċertifikati ta' taħriġ.

2.   Kull approvazzjoni għal organizzazzjoni ta' taħriġ fuq il-manutenzjoni maħruġa jew rikonoxxuta minn Stat Membru skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri JAA li tkun valida meta jibda jseħħ ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandha titqies li tkun ġiet maħruġa skont dan ir-Regolament.

6.   Il-korsijiet ta' taħriġ tat-tip approvati qabel l-approvazzjoni tas-sillabu minimu tat-taħriġ dwar il-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal li jiċċertifika fid-dejta tal-adegwatezza operattiva tat-taħriġ għat-tip rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandhom jinkludu l-elementi rilevanti definiti fil-parti obbligatorja ta' dik id-dejta tal-adegwatezza operattiva mhux aktar tard mit-18 ta' Diċembru 2017, jew fi żmien sentejn wara li d-dejta tal-adegwatezza operattiva ġiet approvata, skont liema minnhom taħbat l-aħħar.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 qed jitħassar.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx:

(a)

għall-manutenzjoni ta' ajruplani mingħajr pressa b'magna bil-pistuni ta' 2 000 kg MTOM jew inqas mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru

sat-28 ta' Settembru 2014, ir-rekwiżit li jkun hemm persunal li jiċċertifika kkwalifikat skont l-Anness III (Parti-66) li jinsab f'dawn id-dispożizzjonijiet:

punti M.A.606(g) u M.A.801(b)2 tal-Anness I (Parti-M),

punti 145.A.30(g) u (h) tal-Anness II (Parti-145);

(b)

għall-manutenzjoni ta' ajruplani ELA1 li m'humiex involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, sat-28 ta' Settembru 2015:

(i)

ir-rekwiżit għall-awtorità kompetenti sabiex toħroġ liċenzji għall-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru f'konformità mal-Anness III (Parti-66), bħala ġodda jew mibdula skont il-punt 66.A.70 ta' l-istess Anness.

(ii)

ir-rekwiżit li jkun hemm persunal li jiċċertifika kkwalifikat skont l-Anness III (Parti-66) li jinsab f'dawn id-dispożizzjonijiet:

punti M.A.606(g) u M.A.801(b)2 tal-Anness I (Parti-M),

punti 145.A.30(g) u (h) tal-Anness II (Parti-145).

3.   Meta Stat Membru jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragraf 2 għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija.

4.   Għall-fini tal-limiti ta' żmien li jinsabu fil-punti 66.A.25, 66.A.30 u fl-Appendiċi III tal-Anness III (Parti-66) relatati mal-eżamijiet ta' għarfien bażiku, l-esperjenza bażika, it-taħriġ teoretiku u l-eżamijiet tat-tip, it-taħriġ u l-evalwazzjoni prattika, l-eżamijiet tat-tip u t-taħriġ fuq ix-xogħol li jitlesta qabel ma ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 beda japplika, il-bidu taż-żmien għandu jkun id-data li fiha beda japplika ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003.

5.   L-Aġenzija għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni li tinkludi proposti għal sistema sempliċi u proporzjonata għall-ħruġ ta' liċenzji għal persunal li jiċċertifika involut fil-manutenzjoni ta' ajruplani ELA1, kif ukoll inġenji tal-ajru oħrajn minbarra ajruplani u ħelikopters.

Artikolu 9

Miżuri tal-Aġenzija

1.   L-Aġenzija għandha tiżviluppa mezzi aċċettabbli ta' konformità (minn hawn 'il quddiem imsejħa “MAK”) li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw sabiex juru konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-MAK maħruġa mill-Aġenzija la għandhom jintroduċu rekwiżiti ġodda u lanqas itaffu r-rekwiżiti tal-Annessi ta' dan ir-Regolament.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, meta jintużaw il-mezzi aċċettabbli ta' konformità maħruġa mill-Aġenzija, ir-rekwiżiti relatati tal-Annessi ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li huma ssodisfati mingħajr ebda prova oħra.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(3)  Ara l-Anness V.

(4)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.

(5)  L-Opinjoni Nru 07/2011 tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tat-13 ta' Diċembru 2011, disponibbli fuq http://easa.europa.eu/agency-measures/opinions.php

(6)  L-Opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni Ewropea, it-23 ta' Settembru 2003.

(7)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.


ANNESS I

(Parti-M)

WERREJ

M.1

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI

SOTTOPARTI A —

ĠENERALI

M.A.101

Ambitu

SOTTOPARTI B —

RESPONSABBILTÀ

M.A.201

Responsabbiltajiet

M.A.202

Rappurtar tal-okkorrenzi

SOTTOPARTI C —

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.301

Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

M.A.302

Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru

M.A.303

Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

M.A.304

Dejta għal modifiki u tiswijiet

M.A.305

Sistema ta' reġistrazzjoni tal- tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

M.A.306

Is-sistema tar-reġistru tekniku tal-operatur

M.A.307

Trasferiment tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI D —

STANDARDS TA' MANUTENZJONI

M.A.401

Dejta ta' manutenzjoni

M.A.402

Twettiq ta' manutenzjoni

M.A.403

Difetti tal-inġenju tal-ajru

SOTTOPARTI E —

KOMPONENTI

M.A.501

Stallazzjoni

M.A.502

Manutenzjoni tal-komponenti

M.A.503

Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat

M.A.504

Kontroll ta' komponenti li ma jistgħux jintużaw aktar

SOTTOPARTI F —

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.A.601

Ambitu

M.A.602

Applikazzjoni

M.A.603

Termini tal-approvazzjoni

M.A.604

Manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni

M.A.605

Faċilitajiet

M.A.606

Rekwiżiti tal-persunal

M.A.607

Persunal li jiċċertifika

M.A.608

Komponenti, tagħmir u għodod

M.A.609

Dejta ta' manutenzjoni

M.A.610

Ordnijiet ta' xogħol ta' manutenzjoni

M.A.611

Standards ta' manutenzjoni

M.A.612

Ċertifikat għall-inġenji tal-ajru sabiex jinħarġu għall-użu

M.A.613

Ċertifikat għall-komponenti sabiex jinħarġu għall-użu

M.A.614

Rekords tal-manutenzjoni

M.A.615

Privileġġi tal-organizzazzjoni

M.A.616

Reviżjoni organizzattiva

M.A.617

Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni

M.A.618

Validità kontinwata tal-approvazzjoni

M.A.619

Sejbiet

SOTTOPARTI G —

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL- KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.701

Ambitu

M.A.701

Applikazzjoni

M.A.703

Termini tal-approvazzjoni

M.A.704

Espożizzjoni tal- tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

M.A.705

Faċilitajiet

M.A.706

Rekwiżiti tal-persunal

M.A.707

Persunal għar-reviżjoni tal- ajrunavigabbiltà

M.A.708

Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

M.A.709

Dokumentazzjoni

M.A.710

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

M.A.711

Privileġġi tal-organizzazzjoni

M.A.712

Sistema ta' kwalità

M.A.713

Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-kontinwità tal-ajruunavigabbiltà

M.A.714

Żamma ta' reġistri

M.A.715

Validità kontinwata tal-approvazzjoni

M.A.716

Sejbiet

SOTTOPARTI H —

ĊERTIFIKAT GĦAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ CRS

M.A.801

Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

M.A.802

Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz

M.A.803

Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid

SOTTOPARTI I —

ĊERTIFIKAT TA' REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.901

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

M.A.902

Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

M.A.903

Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-UE

M.A.904

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importati fl-UE

M.A.905

Sejbiet

TAQSIMA B —

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

SOTTOPARTI A —

ĠENERALI

M.B.101

Ambitu

M.B.102

Awtorità kompetenti

M.A.104

Żamma ta' reġistri

M.A.105

Skambju reċiproku ta' informazzjoni

SOTTOPARTI B —

RESPONSABBILTÀ

M.B.201

Responsabbiltajiet

SOTTOPARTI C —

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.301

Programm ta' manutenzjoni

M.B.302

Eżenzjonijiet

M.B.303

Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

M.B.304

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni

SOTTOPARTI D —

STANDARDS TA' MANUTENZJONI

SOTTOPARTI E —

KOMPONENTI

SOTTOPARTI F —

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.B.601

Applikazzjoni

M.B.602

Approvazzjoni inizjali

M.B.603

Ħruġ tal-approvazzjoni

M.B.604

Sorveljanza kontinwa

M.B.605

Sejbiet

M.B.606

Bidliet

M.B.607

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni

SOTTOPARTI G —

ORGANIZZAZZJONI TAL- TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.701

Applikazzjoni

M.B. 702

Approvazzjoni inizjali

M.B.703

Ħruġ tal-approvazzjoni

M.B.704

Sorveljanza kontinwa

M.B.705

Sejbiet

M.B.706

Bidliet

M.B.707

Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni

SOTTOPARTI H —

ĊERTIFIKAT GĦAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ-CRS

SOTTOPARTI I —

ĊERTIFIKAT TA' REVIŻJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.901

Valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

M.B.902

Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti

M.B.903

Sejbiet

Appendiċi I —

Arranġament dwar il-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà

Appendiċi II —

Ċertfikat għar-Rilaxx Awtorizzat — Formola 1 tal-EASA

Appendiċi III —

Ċertfikat għar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà — Formola 15 tal-EASA

Appendiċi IV —

Sistema ta' Klassijiet u Kategoriji użati għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)

Appendiċi V —

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F

Appendiċi VI —

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà msemmija fl-Anness I (Parti-M) iSottoparti G

Appendiċi VII —

Kompiti Kumplessi ta' Manutenzjoni

Appendiċi VIII —

Manutenzjoni Limitata tal-Pilota-Sid

M.1

Għall-finijiet ta' din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

1.

għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru individwali u l-ħruġ taċ-ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, l-awtorità maħtura mill-Istat Membru mir-reġistru;

2.

għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni kif speċifikata fit-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M):

(i)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn il-post ewlieni tan-negozju tal-organizzazzjoni hu lokalizzat;

(ii)

l-Aġenzija jekk l-organizzazzjoni hi lokalizzata f'pajjiż terz;

3.

għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kif speċifikata fit-Tsqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M):

(i)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru fejn il-post ewlieni tan-negozju tal-organizzazzjoni hu lokalizzat jekk l-approvazzjoni mhix inkluża fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru;

(ii)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tal-operatur jekk l-approvazzjoni hi inkluża f'ċertifikat tal-operatur tal-ajru;

(ii)

l-Aġenzija jekk l-organizzazzjoni hi lokalizzata f'pajjiż terz;

4.

Għall-approvazzjoni tal-programmi ta' manutenzjoni:

(i)

l-awtorità maħtura mill-Istat Membru tar-reġistru;

(ii)

fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, meta l-Istat Membru tal-operatur huwa differenti mill-Istat tar-reġistru, l-awtorità maqbula miż-żewġ Stati ta' hawn fuq qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni.

(iii)

B'deroga mill-punt 4(i), meta l- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru li mhuwiex użat fit-trasport kummerċjali bl-ajru jkollu ġestjoni minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu approvata skont it-Taqsima A, Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M) mhux suġġetta għas-sorveljanza tal-Istat Membru fejn hu rreġistrat, u biss jekk bi qbil mal-Istat Membru fejn hu rreġistrat qabel l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni:

(a)

l-awtorità indikata mill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, jew jew

(b)

l-Aġenzija jekk l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà qiegħda f'pajjiż terz.

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

IS-SOTTOPARTI A

ĠENERALI

M.A.101   Ambitu

Din it-Taqsima tistabbilixxi l-miżuri li jridu jittieħdu biex jiġi żgurat li l-ajrunavigabbiltà tinżamm, inkluża l-manutenzjoni. Din tispeċifika wkoll l-kondizzjonijiet li jridu jkunu sodisfatti mill-persuni jew l-organizzazzjonijiet involuti f'tali ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

IS-SOTTOPARTI B

RESPONSABBILTÀ

M.A.201   Responsabbiltajiet

(a)

Is-sid hu responsabbli għall-kontinwità tal-awjrunavigabbiltà u għandu jiżgura li l-ebda titjira ma ssir sakemm:

1.

l-inġenju tal-ajru jinżamm f'kondizzjoni ta' ajrunavigabbiltà, u;

2.

Kwalunkwe tagħmir operattiv u ta' emerġenza mwaħħal, ġie installat b'mod korrett u u li jista' jintuża jew identifikat b'mod ċar li ma jistax jintuża, u;

3.

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jibqa' validu, u;

4.

il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru titwettaq f'konformità mal-programm ta' manutenzjoni approvat kif speċifikat fil-punt M.A.302.

(b)

Meta l-inġenju tal-ajru jinkera, ir-responsabbiltajiet tas-sid jiġu trasferiti lil-lokatarju jekk:

1.

il-lokatarju huwa stipulat fid-dokument tar-reġistrazzjoni; jew

2.

deskritt b'mod dettaljat fil-kuntratt tal-kiri.

Meta ssir referenza f'din il-Parti għas-“sid”, it-terminu sid ikopri lis-sid jew il-lokatur, kif applikabbli.

(c)

Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li twettaq il-manutenzjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti imwettqa.

(d)

Il-bdot fil-kmand jew, fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, l-operatur għandu jkun responsabbli għat-twettiq sodisfaċenti tal-ispezzjoni ta' qabel it-titjira. L-ispezzjoni għandha titwettaq mill-bdot jew minn persuna oħra kwalifikata iżda mhemmx bżonn li titettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata jew mill-persunal li jiċċertifika tal-Parti-66.

(e)

Biex ikunu sodisfatti r-responsabbiltajet tal- punt (a),

(i)

sid l-inġenju tal-ajru jista' jagħti b'kuntratt il-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lill-organizzazzjoni approvata għall-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont it-Taqsima A, Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M). F'dan il-każ, l-organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tassumi r-responsabbiltà għat-twettiq kif jixraq ta' dawn il-kompiti.

(ii)

sid li jiddeċiedi li l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tkun ir-responsabbiltà tiegħu, mingħajr kuntratt skont l-Appendiċi I, jista' madanakollu jagħmel kuntratt limitat ma' organizzazzjoni approvata għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M), għall-iżvilupp tal-programm ta' manutenzjoni u l-approvazzjoni tiegħu skont il-punt M.A.302. F'dak il-każ, dan il-kuntratt limitat jittrasferixxi r-responsabbilità għall-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni għand l-organizzazzjoni għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li għandha l-kuntratt.

(f)

Fil-każ ta' inġenju kbir tal-ajru, sabiex ikunu sodisfatti ir-responsabbiltajiet tal- punt (a) is-sid ta' inġenju tal-ajru għandu jiżgura li l-kompiti assoċjati mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jitwettqu minn organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwata. Għandu jsir kuntratt bil-miktub f'konformità mal-Appendiċi I. F'dan il-każ, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tassumi responsabbiltà għat-twettiq xieraq ta' dawn il-kompiti.

(g)

Il-mamutenzjoni ta' inġenju kbir tal-ajru, inġenju tal-ajru użat għat-trasport kummerċjali bl-ajru u komponenti tagħhom għandha titwettaq minn organizzazzjoni approvata ta' manutenzjoni skont il-Parti-145.

(h)

Fil-każ tat-trasport kummerċjali bla-ajru, l-operatur huwa responsabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li dan jopera u għandu:

1.

Jkun approvat, bħala parti miċ-ċertikat ta' operatur tal-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti, skont is- it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness Annex (Parti M) għall-inġenju tal-ajru li jopera; u

2.

jkun approvat skont l-Anness II (Parti-145) jew jikkuntratta tali organizzazzjoni; u

3.

jiżgura il-punt (a) jkun sodisfatt.

(i)

Meta operatur ikun mitlub minn Stat Membru biex ikollu ċertifikat ta' operazzjoni kummerċjali, barra minn dak għat-trasport kummerċjali bl-ajru, dan għandu:

1.

Jkun approvat b'mod xieraq, skont is- it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M), għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru li dan jopera jew jikkuntratta organizzazzjoni bħal din; u

2.

Jkun approvat b'mod xieraq skont is- it-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145), jikkuntratta organizzazzjoni bħal din; u

3.

jiżgura il-punt (a) jkun sodisfatt.

(j)

Is-sid/l-operatur responsabbli li jagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għall-organizzazzjoni/inġenju tal-ajru biex jiddetermina konformità kontinwata ma' din il-Parti.

M.A.202   Rappurtar tal-okkorrenzi

(a)

Kull persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-punt M.A.201 għandu jirraporta lill-awtorità kompetenti nominata mill-Istat tar-Reġistrazzjoni, lill-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn tat-tip, jew għad-disinn tat-tip supplimentali u, fejn applikabbli, l-Istat Membru tal-operatur, kull kundizzjoni ta' inġenju tal-ajru jew komponent tiegħu identifikata li tista' tipperikola s-sikurezza tat-titjir.

(b)

Ir-rapporti għandhom isiru b'tali mod stabbilit mill-Aġenzija u jkun fihom l-informazzjoni pertinenti kollha dwar il-kondizzjoni magħrufa lill-persuna jew l-organizzazzjoni.

(c)

Fejn il-persuna jew l-organizzazzjoni li qiegħda tagħmel il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru hija kkuntrattata mis-sid jew mill-operatur biex iwettaq il-manutenzjoni, il-persuna jew l-organizzazzjoni, il-persuna jew l-organizzazzjoni li qiegħda tagħmel il-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandha tirraporta wkoll lis-sid, l-operatur jew lill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajunavigabbiltà kwalunkwe tali kondizzjoni li taffettwa l-inġenju tal-ajru jew il-komponent tas-sid jew tal-operatur.

(d)

Ir-rapporti għandhom isiru malli jkun prattikabbli, iżsa f'kull każ fi żmien 72 siegħa minnmeta li l-persuna jew l-organizzazzjoni tidentifika l-kondizzjoni li għaliha jirreferi r-rapport.

IS-SOTTOPARTI C

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.301   Kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

Il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u li t-tagħmir operattiv u ta' emerġenza jistgħu jissewwew għandhom ikunu żgurati bi:

1.

It-twettiq tal-ispezzjonijiet ta'q abel it-titjira;

2.

Ir-rettifika skont id-dejta speċifikata fil-punt M.A.304 u/jew il-punt M.A.401, kif applikabbli, ta' kwalunkwe difett jew ħsara li teffettwa l-operat sikur, filwaqt li jitqies, għall-inġenji kollha tal-ajru kbar jew inġenji tal-ajru użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-lista tat-tagħmir minimu u l-lista tad-devjazzjonijiet tollerati kif applikabbli għat-tip ta' inġenju tal-ajru;

3.

it-twettiq tal-manutenzjoni kollha, f'konformità mal-programm ta' manutenzjoni appovata tal-inġenju tal-ajru skont l-M.A.302;

4.

għal kull inġenju kbir tal-jaru jew inġenju tal-ajru użat għat-trasport kummerċjali bl-ajru l-analiżi tal-effikaċja tal-programm ta' manutenzjoni approvata skont l-M.A.302;

5.

it-twtettiq ta' kwalunkwe minn dawn applikabbli:

(i)

id-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà;

(ii)

direttiva operattiva tal-impatt tal-kontinwità tal-ajnavigabbiltà;

(iii)

rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà stabbiliti mill-Aġenzija;

(iv)

il-miżuri ordnati mill-awtorità kompetenti f'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;

6.

it-twettiq tal-modifiki u t-tiswijiet skont l-M.A.304;

7.

Għal modifiki u/jew spezzjonijiet mhux obbligatorji, għall-inġenji l-kbar tal-ajru u għall-inġenji użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru kollha it-twaqqif ta' politika ta' tiswir;

8.

Titjiriet ta' kontroll tal-manutenzjoni meta hemm bżonn.

M.A.302   Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru

(a)

Il-manutenzjoni ta' kull inġenju tal-ajru għandha tkun organizzata skont programm ta' manutenzjoni.

(b)

Il-programm ta' manutenzjoni u kull emenda sussegwenti għadhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(c)

Meta l- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija f'idejn organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M), il-programm ta' manutenzjoni u l-emendi tiegħu jistgħu jkunu approvati permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni indiretta.

(i)

F'dak il-każ, il-proċedura ta' approvazzjoni indiretta għandha tkun stabbilita mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà bħala parti mill-Espożizzjoni tal-Ġestjoni tal- Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà u għandha tkun approvata mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(ii)

L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà m'għandhiex tuża l-proċedura ta' approvazzjoni indiretta meta din l-organizzazzjoni ma tkunx taħt is-sorveljanza tal-Istat Membru tar-Reġistrazzjoni, sakemm ma jkunx hemm ftehim skont il-punt M.1. 4(ii) jew 4(iii), kif japplika, li jittrasferixxi r-responsabbilità għall-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni lill-Istat Membru tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(d)

Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jrid jistabbilixxi l-konformità ma':

(i)

l-istruzzjonijiet maħruġa mill-awtorità kompetenti;

(ii)

l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà:

maħruġa mid-detenturi ta' ċertifkat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni tad-disinn ta' tiswija maġġuri, awtorizzazzjoni tal-ETSO jew ta' kwalunkwe approvazzjoni relevanti oħra maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u l-Anness tiegħu (Parti-21); kif ukoll

inklużi fl-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni msemmija fil-punt 21A.90B jew 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, jekk applikabbli;

(iii)

istruzzjonijiet addizzjoniali jew alternattivi proposti mis-sid jew mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meta approvati skont il-Punt M.A. 302, minbarra għal intervalli ta' kompiti relatati mas-sikurezza msemmija fil-punt (e), li jistgħu jiżdiedu, suġġetti għal biżżejjed reviżjonijiet magħmula skont il-punt (g) u meta suġġetti għall-approvazzjoni diretta skont il-punt M.A.302(b) biss.

(e)

Il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jkun fih id-dettalji, inkluża l-frekwenza, tal-manutenzjoni kollha li trid titwettaq, inkluż kull kompitu speċifiku marbut ma' operazzjonijiet speċifiċi.

(f)

Għall-inġenji tal-ajru kbar, meta l-programm ta' manutenzjoni huwa bbażat fuq il-loġika tal-grupp ta' tmexxija tal-manutenzjoni jew fuq is-sorveljanza tal-kundizzjoni, il-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jinkludi programm ta' affidabbilità.

(g)

Il-programm ta' manutenzjoni għandu jkun suġġett għal reviżjonijiet perjodiċi u emendat kull meta jkun meħtieġ. Ir-reviżjonijiet għandhom jiżguraw li l-programm jibqa' validu fid-dawl tal-esperjenza operattiva u l-istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti waqt li jieħu kont ta' istruzzjonijiet ta' manutenzjoni ġodda u/jew mibdula dwar il-manutenzjoni ppromulgati mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip supplimentari u kull organizzazzjoni oħra li tippubblika dejta bħal din skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) 748/2012.

M.A.303   Direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà

Kull direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà għandha titwettaq fi ħdan ir-rekwiżiti ta' dik id-direttiva dwar in-navigabbiltà, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Aġenzija.

M.A.304   Dejta għal modifiki u tiswijiet

Għandha ssir valutazzjoni tal-ħsara, u l-modifiki u t-tiswijiet jitwettqu bl-użu skont kif xieraq ta':

(a)

dejta approvata mill-Aġenzija; jew jew

(b)

dejta approvata minn organizzazzjoni tad-disinn tal-Parti-21; jew

(c)

dejta inkluża fl-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni msemmija fil-punt 21A.90B jew 21A.431B tal-Anness I (Parti-21) taar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

M.A.305   Sistema ta' reġistrazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

(a)

Mat-tlestija ta' kwalunkwe manutenzjoni, iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz meħtieġ mill-punt M.A.801 jew il-punt 145.A.50 għandu jiddaħħal fir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Kull entrata għandha ssir malli jkun prattikabbli iżda fl-ebda każ fi żmien li jaqbeż it-30 jum wara jum l-azzjoni tal-manutenzjoni.

(b)

Ir-rekords dwar l- kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tikkonsisti minn:

1.

il-ġurnal ta' abbord l-inġenju tal-ajru, il-ġurnal(i) tal-magni jew il-kards tal-ġurnal tal-modulu tal-magna, il-ġurnal(i) tal-iskrun u kards tal-ġurnal għal kull komponent li jista' jintuża għal żmien limitat, kif xieraq, u,.

2.

meta jkun meħtieġ minn M.A. 306 għat-trasport kummerċjali bl-ajru jew mill-Istati Membru għal operazzjonijiet kummerċjali barra dawk ta' trasport kummerċjali bl-ajru, il-ġurnal tekniku tal-operatur.

(c)

It-tip tal-inġenju tal-ajru u l-marka ta-reġistrazzjoni, flimkien mal-ħin totali ta' titjiriet u/jew ċikli ta' titjiriet u/jew inżul, kif xieraq, għandhom jiddaħħlu fil-ġurnali tal-inġenju tal-ajru.

(d)

Ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikollhom:

1.

l-istatus attwali tad-direttivi u l-miżuri dwar l-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti f'reazzjoni immedjata għal problema ta' sikurezza;

2.

l-istatus attwali tal-modifiki u t-tiswijiet;

3.

l-istatus attwali ta' konformità mal-programm ta' manutenzjoni;

4.

l-istatus attwali tal-komponenti b'ħajja limitata ta' servizz;

5.

ir-rapport dwar il-massa u l-bilanċ;

6.

lista ta' manutenzjoni postposta.

(e)

Minbarra d-dokument tar-rilaxx awtorizzat, il-Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti, għandha tiddaħħal fil-ġurnal ta' abbord tal-magna jew tal-iskrejjen u fl-iskedi tal-moduli tal-magni jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponenti bi żmien limitat tal-użu l-informazzjoni rilevanti li ġejja għal kwalunkwe komponent installat (magna, skrejjen, modulu ta' magna jew karti tar-reġistrazzjoni tal-komponent bi żmien limitat tal-użu):

1.

l-identifikazzjoni tal-komponent; u

2.

it-tip, in-numru tas-serje u r-reġistrazzjoni, kif xieraq, tal-inġenju tal-ajru, il-magna, l-iskrejjen, modulu ta' magna jew komponent bi żmien limitat tal-użu li ġie mmuntat fuqu l-komponent partikolari, flimkien mar-referenza għall-istallazzjoni u t-tneħħija tal-komponent; u

3.

id-data flimkien mal-ħin tat-titjir totali akkumulat u/jew ċikli ta' titjir u/jew inżul u/jew żmien kalendarju, kif xieraq, u; u

4.

l-informazzjoni kurrenti tal-punt (d) applikabbli għall-komponent.

(f)

Il-persuna responsabbli mill-ġestjoni tal-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont it-Taqsima A, is-Sottoparti B ta' dan l-Anness (Parti M), għandha tikkontrolla r-rekords kif dettaljat f'dan il-punt u tippreżenta r-rekords lill-awtorità kompetenti meta mitluba.

(g)

L-entrati kollha li jiddaħħlu fir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandhom ikunu ċari u preċiżi. Meta jinqala' l-bżonn li tiġi kkoreġuta entrata, il-korrezzjoni għandha ssir b'tali mod li turi l-entrata oriġinali.

(h)

Sid jew operatur għandu jiżgura li tkun ġiet stabbilita sistema li żżomm ir-rekords li ġejjin għall-perjodi speċifikati:

1.

ir-rekords dettaljati kollha tal-manutenzjoni fir-rigward tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe komponent bi żmien limitat tal-użu mmuntat fuqu, sa dak iż-żmien fejn l-informazzjoni fihom tiġi sorpassata minn informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall, iżda mhux anqas minn 36 xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rrilaxxat għas-servizz; u

2.

il-ħin totali tas-sevizz (sigħat, żmien kalendarju, cikli u nżul) tal-inġenju tal-ajru u l-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie irtirat għal kollox mis-servizz, u; u

3.

il-ħin totali tas-servizz (sigħat, żmien kalendarju, cikli u nżul) kif xieraq, mill-aħħar manutenzjoni skedata tal-komponent soġġett għal limitu ta' żmien tal-użu, għallinqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-komponent tkun ġiet sorpassata minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti; u

4.

il-qagħda kurrenti tal-konformità mal-programm ta' manutenzjoni b'mod li l-konformità ta' programm approvat ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-arju tista' tiġi stabbilita, għallinqas sakemm il-manutenzjoni skedata tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent tkun ġiet sorpassata minn manutenzjoni skedata oħra ta' ambitu u dettall tax-xogħol ekwivalenti; u

5.

il-qagħda kurrenti tad-direttivi dwar il-ajrunavigabbiltà applikabbli għall-inġenju tal-ajru u l-komponenti tiegħu, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz; u

6.

dettalji tal-modifiki u t-tiswijiet kurrenti lill-inġenju tal-ajru, il-magna/i, l-iskrun/ejjen u kull komponent ieħor vitali għas-sikurezza tat-tajran, mill-inqas 12-il xahar wara li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent ikun ġie rtirat għal kollox mis-servizz.

M.A.306   Is-sistema tar-reġistru tekniku tal-operatur

(a)

Fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, flimkien mar-rekwiżiti tal-punt M.A.305, operatur għandu juża sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenji tal-ajru li fiha l-informazzjoni li ġejja għal kull inġenju tal-ajru:

1.

Informazzjoni dwar kull titjira, neċessarja biex tiġi żgurata s-sikurezza kontinwata tat-titjir, u;

2.

Iċ-ċertifikat attwali tar-rilaxx għas-servizz tal-inġenju tal-ajru, u;

3.

id-dikjarazzjoni attwali tal-manutenzjoni li tagħti l-istatus tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ta' liema manutenzjoni hija skedata u liema barra mill-fażi waslet biex issr ħlief li l-awtorità kompetenti tista' taqbel li d-dikjarazzjoni ta' manutenzjoni tista' tinżamm x'imkien ieħor, u;

4.

ir-rettifikazzjonijiet kollha tad-difetti postposti pendenti li jaffettwaw l-operazzojni tal-inġenju tal-ajru, u;

5.

kwalunkwe istruzzjonijiet ta' gwida neċessarja dwar arranħamenti ta' sostenn għall-manutenzjoni.

(b)

Is-sistema ta' reġistrazzjoni teknika tal-inġenji tal-ajru u kwalunkwe emenda sussegwenti għandhom jiġu approvati mill-awtorittà kompetenti.

(c)

Operatur għandu jiżgura li r-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jinżamm għal 36 xahar wara id-data tal-aħħar entrata.

M.A.307   Trasferiment ta' rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

(a)

Is-sid jew l-operatur għandu jiżgura li meta inġenju tal-ajru jiġi trasferit b'mod permanenti minn sid jew operatur għal ieħor ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont l-M.A.305 u, jekk applikabbli, ir-reġistru tekniku tal-operatur skont l-M.A.306 jiġu trasferiti wkoll.

(b)

Is-sid għandu jiżgura li, meta jikkuntratta l-kompiti tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lil organizzazzojni tal-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwata, ir-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont l-M.A.305 jiġu trasferiti lill-organizzazzjoni.

(c)

Il-perjodi ta' żmien stabbiliti għaż-żamma tar-rekords għandhom ikomplu japplikaw għas-sid, l-operatur jew l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

IS-SOTTOPARTI D

STANDARDS TA' MANUTENZJONI

M.A.401   Dejta ta' manutenzjoni

(a)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni li tagħmel il-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru għandha jkollha aċċess għal u għandha tuża biss dejta tal-manutenzjoni attwali applikabbli fit-twettiq tal-manutenzjoni inklużi modifiki u tiswijiet.

(b)

Għall-finijiet ta' din il-Parti, dejta applikabbli tal-manutenzjoni hija:

1.

kwlaunkwe rekwiżit, proċedura, standard jew informazzjoni applikabbli maħruġa mill-awtorità kompetenti jew l-Aġenzija,

2.

Kull direttiva applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà,

3.

istruzzjonijiet applikabbli għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, maħruġa mid-detenturi taċ-ċertifikat tat-tip, detenturi taċ-ċertifikat supplimentari tat-tip u xi organizzazzoni oħra li tippubblika tali dejta f'konformità mal-Anness I (Part-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

4.

xi dejta applikabbli maħruġa f'konformità mal-punt 145.A.45(d).

(c)

Il-persuna jew l-organizzazzjoni li tagħmel il-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru għandha tiżgura li d-dejta kollha applikabbli tal-manutenzjoni hi attwali u disponibbli mill-ewwel għall-użu jekk tiġi meħtieġa. Il-persuna jew l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi kard tax-xogħol jew sistema ta' dokument tax-xogħol biex tintuża u għandha jew tittraskrivi b'mod preċis d-dejta tal-manutenzjoni fuq tali kards tax-xogħol jew tali dokumenti tax-xogħol jew tagħmel referenza preċiża għal kompitu jew kompiti partikolari ta' manutenzjoni li hemm f'dejta ta' muntenzjoni bħal din.

M.A.402   Twettiq ta' manutenzjoni

(a)

Il-manutenzjoni kollha għandha titwettaq minn persunal kwalifikat, skont il-metodi, it-tekniki, l-istandards u l-istruzzjonijiet speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni tal-M.A. 401. Barra minn hekk, għandha titwettaq spezzjoni indipendenti dwar xi kompitu ta' manutenzjoni sensittiv tas-sikurezza tat-titjira sakemm mhux speċifikata mod ieħor mill-Anness II (Parti-145) jew maqbula mill-awtorità kompetenti.

(b)

Il-manutenzjoni kollha għandha titwettaq bl-użu tal-għodda, it-tagħmir u l-materjal speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni tal-M.A.401 sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-Anness II (Parti-145). Fejn hemm bżonn, l-għodda u t-tagħmir għandhom jiġu kkontrollati u kkalibrati skont standards rikonoxxuti uffiċjalment.

(c)

L-erja li fiha titwettaq il-manutenzjoni għandha tkun organizzata sewwa u nadifa minn kull ħmieġ u kontaminazzjoni.

(d)

Il-manutenzjoni kollha għandha titwettaq fi kwalunkwe limitazzjonijiet ambjentali speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni tal-M.A.401.

(e)

Fil-każ ta' temp ħażin jew manutenzjoni fit-tul, għandhom jintużaw faċilitajiet xierqa.

(f)

Wara li titlesta l-manutenzjoni kollha għandha titwettaq verifika ġenerali biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jew il-komponent, ma għandu l-ebda għodda, tagħmir u kwalunkwe partijiet jew materjal estranju, u li l-pannelli kollha ta' aċċess maqlugħin, imwaħħlin mill-ġdid.

M.A.403   Difetti tal-inġenju tal-ajru

(a)

Għandu jitranġa xi difett tal-inġenju tal-ajru li jipperikola b'mod serju is-sikurezza tat-titjira qabel xi titjira oħra.

(b)

Il-persunal awtorizzat li jiċċertifika biss, skont M.A.801(b)1, M.A.801(b)2, M.A.801(c), M.A.801(d) jew l-Anness II (Parti 145) jista' jiddeċiedi, billi juża d-dejta tal-manutenzjoni skont l-M.A.401, jekk difett ta' inġenju tal-ajru jipperikolax b'mod serju is-sikurezza tat-titjira u għalhekk jiddeċiedi meta u liema azzjoni ta' rettifika għandha tittieħed qabel xi titjira oħra u liema rettifika ta' difett tista' tiġi postposta. Madankollu, dan ma jappilkax meta:

1.

il-lista tat-tagħmir minimu approvat kif ordnata mill-awtorità kompetenti tintuża mill-bdot; jew,

2.

id-difetti tal-inġenju tal-ajru jiġu definiti bħala aċċettabbli mill-awtorità kompetenti.

(c)

Kull difett tal-inġenju tal-ajru li ma jkunx se jipperikola b'mod serju s-sikurezza tat-titjira għandu jiġi rettifikat malli jkun prattikabbli, wara d-data meta d-difett tal-inġenju tal-ajru kien identifikat l-ewwel darba u fi kwalunkwe limiti speċifikati fid-dejta tal-manutenzjoni.

(d)

Kull difett mhux rettifikat qabel it-titjira għandu jkun reġistrat fis-sistema ta' reġistrazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru skont l-M.A.305 jew is-sistema tar-reġistru tekniku tal-operatur kif applikabbli skont l-M.A.306.

IS-SOTTOPARTI E

KOMPONENTI

M.A.501   Stallazzjoni

(a)

L-ebda komponent ma jista' jitwaħħal sakemm mhux f'kondizzjoni sodisfaċenti, kien rilaxxat b'mod xieraq għas-servizz fuq Formola 1 tal-EASA jew ekwivalenti u jiġi mmarkat f'konformità mal-Anness I (Parti-21), is-Sottoparti Q, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, l-Anness II (Parti-145) jew is-Sottoparti F, it-Taqsima A tal- Anness I ta' dan ir-Regolament.

(b)

Qabel l-istallazzjoni ta' komponent fuq inġenju tal-ajru, il-persuna jew l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tiżgura li l-komponent partikolari hu eliġibbli biex jitwaħħal meta modifika differenti u/jew konfigurazzjonijiet ta' direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà jistgħu jkunu applikabbli.

(c)

Partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent meta d-dejta tal-manutenzjoni tispeċifika l-parti standard partikolari. Il-partijiet standard għandhom jitwaħħlu biss meta jkun akkumpanjati minn evidenza ta' konformità traċċabbli għall-istandard applikabbli.

(d)

Materjal li huwa jew materja prima jew materjal konsumabbli għandu jintuża biss fuq inġenju tal-ajru jew komponent meta il-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew il-komponenet jiddikjara hekk fid-dejta rilevanti tal-manutenzjoni jew kif speċifikat fl-Anness II (Parti-145). Tali materjal għandu jintuża biss meta l-materjal jissodisfa l-ispeċifikazzjoni meħtieġa u għandu t-traċċabilità xierqa. Il-materjal kollu għandu jkun akkumpanjat minn dokumenti b'relazzjoni ċara mal-materjal partikolari u fih il-konformità mad-dikjarazzjoni tal-ispeċifikazzjoni flimkien mas-sors ta' manifattur u l-fornitur.

M.A.502   Manutenzjoni tal-komponenti

(a)

Għajr għall-komponenti msemmija fil-punt 21A.307(c) tal-Anness I (Parti-21) għar-Regolament (UE) Nru 748/2012, il-manutenzjoni tal-komponenti għandha titwettaq minn organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati kif xieraq skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M) jew l-Anness II (Parti-145).

(b)

B'deoga mill-punt (a), il-manutenzjoni ta' komponent skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, jekk aċċettat mill-awtorità kompetenti, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-kompenenti, jista' jitwettaq minn organizzazzjoni bil-grad A approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M) jew mal-Anness II (Parti-145) kif ukoll minn persunal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 waqt li dawn il-komponenti jkunu mwaħħlin fl-inġenju tal-ajru biss. Madanakollu, dawn l-organizzazzjonijiet jew persunal li jiċċertifika jistgħu jneħħu temporanjament dan il-komponent għall-manutenzjoni, biex itejbu l-aċċess għall-komponent, ħlief għal meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li mhijiex eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skont dan il-punt mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta' Formula 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.

(c)

B'deroga mill-punt (a), il-manutenzjoni ta' komponent tal-magna/Ġeneratur Awziljari (APU) skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-magna/APU jew, jekk aċċettat mill-awtorità kompetenti, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-kompenenti, jista' jitwettaq minn organizzazzjoni bil-grad B approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M) jew mal-Anness II (Parti-145) waqt li dawn il-komponenti jkunu mwaħħlin fl-inġenju tal-ajru biss. Madanakollu, dawn l-organizzazzjonijiet jew persunal li jiċċertifika bi grad B jistgħu jneħħu temporanjament dan il-komponent għall-manutenzjoni, biex itejbu l-aċċess għall-komponent, ħlief għal meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa ta' manutenzjoni addizzjonali li mhijiex eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt.

(d)

B'deroga mill-punt (a) u l-punt M.A.801(b)2, il-manutenzjoni fuq komponent li jkun imwaħħal jew imneħħi temporanjament minn inġenju tal-ajru ELA1 li ma jintużax għat-trasport kummerċjali bl-ajru, u mwettqa skont id-dejta tal-manutenzjoni ta' komponent, tista' titwettaq minn persunal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 ħlief għal:

1.

eżami bir-reqqa qabel it-tiswija tal-komponenti barra l-magni u l-iskrejjen, u;

2.

eżami bir-reqqa qabel it-tiswija tal-magni u l-iskrejjen ta' inġenji tal-ajru li mhumiex CS-VLA, CS-22 u LSA.

Il-manutenzjoni tal-komponenti imwettqa skont dan il-punt (d) mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta' Formola 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.

(e)

Il-manutenzjoni ta' komponenti msemmija fil-21A.307(c) tal-Anness I (Parti-21) taar-Regolament (UE) 748/2012 għandha titwettaq minn organizzazzjoni ggradata A approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M) jew il-Parti-145, minn persunal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2 jew minn sid pilota msemmi fil-punt M.A.801(b)3 filwaqt li komponent bħal dan jitwaħħal fl-inġenju tal-ajru jew jitneħħa temporanjament għal aċċess aħjar. Il-manutenzjoni tal-komponent imwettqa skont dan il-punt mhijiex eliġibbli għall-ħruġ ta' Formula 1 tal-EASA u għandha tkun suġġetta għar-rekwiżiti ta' ħruġ għall-użu ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.

M.A.503   Komponenti li jistgħu jintużaw għal żmien limitat

(a)

Komponenti mwaħħla li jistgħu jintużaw għal żmien limitat ma għandhomx jaqbżu ż-żmien limitat tal-użu approvat kif speċifikat fil-programm ta' manutenzjoni approvat u d-direttivi dwar il-ajrunavigabbiltà, ħlief kif previst mill-punt M.A.504(c).

(b)

It-tul ta' żmien tal-użu approvat espress fi żmien kalendarju, sigħat tat-tajran, inżul jew ċikli, kif xieraq.

(c)

Fi tmien iż-żmien approvat tal-użu, il-komponent għandu jitneħħa mill-inġenju tal-ajru għall-manutenzjoni, jew għar-rimi fil-każ ta' komponenti b'limitu tal-użu ċċertifikat.

M.A.504   Kontroll ta' komponenti li ma jistgħux jintużaw aktar

(a)

Komponent għandu jitqies li ma jistax jintuża aktar f'xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

1.

skadenza tal-limitu tal-ħajja tas-serivzz kif definit fil-programm ta' mauntenzjoni;

2.

In-nonkonformità mad-direttivi applikabbli dwar l-ajrunavigabbiltà u rekwiżit ieħor dwar l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ordnata mill-Aġenzija;

3.

l-assenza ta' informazzjoni meħtieġa biex ikun determinat l-istatus tal-ajrunavigabbiltà jew l-eliġibilità għall-istallazzjoni;

4.

Evidenza tad-difetti jew il-ħsarat;

5.

l-involvimenti f'inċident jew aċċident li probabbli se jaffettwa l-kontinwità tal-użu tiegħu;

(b)

Komponenti li ma jissewwewx għandhom ikunu identifikati u maħżuna f'post sigur taħt il-kontroll ta' organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus ġejjieni ta' dawn il-komponenti. Madankollu, għal inġenju tal-ajru mhux użat għat-trasport kummerċjali bl-ajru, barra minn inġenji tal-ajru kbar, il-persuna jew l-organizzazzjoni li ddikjarat li l-komponent ma jissewwiex tista' tittrasferixxi l-kustodja tal-komponent, wara li tidentifikah bħala li ma jissewwiex, lil sid l-inġenju tal-ajru sakemm dan it-trasferiment ikun rifless fil-ġurnal tal-inġenju tal-ajru jew tal-magna jew tal-komponent.

(c)

Komponenti li laħqu l-limitu ċertifikat tal-ħajja tagħhom jew difett li ma jissewwiex għandu jiġi kklassifikat bħala mhux salvabbli u ma għandux jitħalla jidħol mill-ġdid fis-sistema tal-forniment tal-komponeneti, sakemm il-limiti ċertifikati tal-ħajja ma kinux estiżi jew soluzzjoni ta' tiswija ġiet approvata skont il-punt M.A.304.

(d)

Kull persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont dan l-Anness (Parti-M) għandha, fil-każ ta' komponenti mhux salvabbli skont il-paragrafu (c):

1.

żżomm tali komponent fil-punt (b) il-lokazzjoni, jew;

2.

tirranġa li dan il-komponent jitkisser b'tali mod li jiġi żgurat li ma jkunx ekonomikament salvabbli jew riparabbli qabel ma ċċedi r-responsabbiltà għal tali komponenet.

(e)

Minkejja l-punt (d) persuna jew organizzazzjoni responsabbli skont il-Parti-M tista' tittrasferixxi r-responsabbiltà tal-komponeneti klassifikati bħala mhux salvabbli lil organizzazzjoni għat-taħriġ jew ir-riċerka mingħajr ma jitkisser.

IS-SOTTOPARTI F

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.A.601   Ambitu

Din is-Sottoparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u l-kompenenti mhumiex elenkati fil-punt M.A.201(g).

M.A.602   Applikazzjoni

Applikazzjoni għall-ħruġ jew bidla fl-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha ssir fuq formola u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

M.A.603   Termini tal-approvazzjoni

(a)

Organizzazzjoni involuta f'attivitajiet soġġetti għal din is-Sottoparti m'għandhiex teżerċita l-attivitajiet tagħha jekk ma tkunx approvata mill-awtorità kompetenti. L-Appendiċi V tal-Anness I (Parti-M) jipprovdi l-mudell taċ-ċertifikat għal din l-approvazzjoni.

(b)

Il-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni msemmi fil-punt M.A.604 għandu jispeċifika l-ambitu tax-xogħol li huwa meqjus li jikkostitwixxi approvazzjoni. L-Appendiċi IV tal-Anness I (Parti-M) jiddefinixxi l-klassijiet u l-klassifikazzjonijiet kollha possibbli taħt is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M).

(c)

Organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tista' tiffabbrika, konformi mad-dejta tal-manutenzjoni, firxa ristretta ta' parts għall-użu waqt ix-xogħol li jkun għaddej fil-faċilitajiet tagħha, kif identifikat fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni.

M.A.604   Manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni

(a)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha tipprovdi manwal li fih ta' mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li jikkonferma li l-organizzazzjoni se taħdem kontinwament f'konformità mal-Anness I (Part-M) u l-manwal kull ħin, u;

2.

l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni, u;

3.

It-titl(i) u l-ismi(jiet) tal-persun(i) msemmija fil-punt M.A.606(b), u;

4.

ċart tal-organizzazzjoni marbuta mal-ktajjen ta' responsabbiltà bejn il-persun(i) msemmija fil-punt M.A.606(b), u;

5.

elenku tal-persunal li jiċċertifika bl-ambitu tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tagħhom, u;

6.

Elenku tal-postijiet fejn issir il-manutenzjoni, flimkien ta' deskrizzjoni ġenerali tal-faċilitajiet;

7.

proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tiżgura l-konformità ma' din il-Parti, u;

8.

il-proċedur(i) ta' emendi tal-manwal tal-l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni.

(b)

Il-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u l-emendi tiegħu għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(c)

Minkejja il-punt (b) emendi minuri fil-manwal jistgħu jkunu approvati permezz ta' proċedura (minn hawn 'il quddiem msejħa approvazzjoni indiretta).

M.A.605   Faċilitajiet

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li:

(a)

Il-faċiltajiet huma provduti għax-xogħol kollu ppjanat, ħwienet tax-xogħol u pjattaformi huma segregati kif xieraq, biex tiġi żgurata l-protezzjoni mill-kontaminazzjoni u l-ambjent.

(b)

Tiġi pprovduta akkomodazzjoni ta' uffiċċju għall-maniġment tax-xogħol kollu ppjanat inkluż, b'mod partikoalri, ir-rekords tal-manutenzjoni kompluti.

(c)

Jiġu pprovduti faċilitajiet ta' ħżin sikur għall-komponenti, it-tagħmir, l-għodda u l-materjal. Il-kondizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiżguraw segregazzjoni ta' komponeneti u materjal mhux tajbin biex jintużaw minn komponeneti, materjal, tagħmir u għodda oħra. Il-kondizzjonijiet tal-ħżin għandhom ikunu f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifatturi u l-aċċess għandu jkun ristrett għall-persunal awtorizzat.

M.A.606   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli, li għandu l-awtorità tal-ażjenda biex jiżgura li l-manutenzjoni meħtieġa mill-klijent tista' tiġi ffinanzjata u titwettaq skont l-istandard meħtieġ ta' din il-Parti.

(b)

Għandha tiġi nominata persuna jew grupp ta' persuni bir-responsabbiltà li tiġi żgurata li l-organizzazzjoni tkun dejjem f'konformità ma' din is-Sottoparti. Fl-aħħar mill-aħħar tali persun(i) għandhom ikunu responsabbli għall-maniġer responsabbli.

(c)

Il-persuni kollha msemmija fil-punt (b) għandhom ikunu kapaċi juru l-għarfien relevanti, l-isfond u l-esperjenza xierqa marbuta mal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru u/jew il-komponent.

(d)

L-organizzazzjoni għandha jkollha persunal xieraq għall-kuntratti tax-xogħol normalment mistennija. L-użu temporanju ta' persunal sottokuntrattat huwa permess fil-każ ta' xogħol kkuntrattat aktar mill normalment mistenni u għall-persunal li ma joħroġx ċertifikat ta' rilaxx għas-servizz.

(e)

Il-kwalifika tal-persunal kollu involut fil-manutenzjoni għandha tintwera u tipi reġistrata.

(f)

Il-persunal li jwettaq kompiti speċjalizzati bħalma hu l-welding, ttestjar/spezzjoni mhux distruttiv ħlief għall-kuntrast tal-kuluri għandu jkun kwalifikat f'konformità mal-istandard uffiċjalment rikonoxxut.

(g)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni għandha jkollha biżżejjed persunal li jiċċertifika biex joħroġ ċertifikati ta' rilaxx għas-servizz skont l-M.A.612 u l-M.A.613 għall-inġenji tal-ajru u l-komponeneti. Dan il-persunal għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness III (Parti-66).

(h)

B'deroga mill-punt (g), l-organizzazzjoni tista' tuża persunal li jiċċertifika kkwalifikat skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin meta jipprovdu appoġġ ta' manutenzjoni lil operaturi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, suġġetti għall-proċeduri xierqa li jridu jkunu approvati bħala parti mill-manwal tal-organizzazzjoni:

1.

Għal direttiva ripetittiva dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni qabel it-titjira li b'mod speċifiku tiddikjara li l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jwettaq din id-direttiva dwar il-ajrunavigabbiltà, l-organizzazzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni limitata ta' persunal li jiċċertifika lill-kmandant tal-inġenju tal-ajru fuq il-bażi tal-liċenzja li jkollu l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm, l-organizzazzjoni tiżgura li twettaq biżżejjed taħriġ prattiku biex ikun żgurat li din il-persuna tista' twettaq id-direttiva tal-adegwatezza għall-avjazzjoni skont l-istandard meħtieġ.

2.

Fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jopera 'l bogħod minn post appoġġjat, l-organizzazzjoni tista toħroġ awtorizzazzjoni limitata ta' persunal li jiċċertifika lill-kmandant tal-inġenju tal-ajru fuq il-bażi tal-liċenzja li jkollu l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm, l-organizzazzjoni tiżgura li twettaq biżżejjed taħriġ prattiku biex ikun żgurat li din il-persuna tista' twetttaq il-kompitu skont l-istandard meħtieġ.

M.A.607   Persunal li jiċċertifika

(a)

Minbarra M.A.606(g), il-persunal li jiċċertifika jista' jeżerċita l-privileġġi tiegħu biss jekk l-organizzazzjoni tiżgura:

1.

li l-persunal li jiċċertifika jista' juri li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 66.A.20(b) tal-Anness III (Parti-66), minbarra meta l-Anness III (Parti-66) tirreferi għal regolament ta' Stat Membru, u f'dak il-każ huma għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-regolament, u;

2.

li l-persunal li jiċċertifika għandu għarfien adegwat tal-inġenju tal-ajru u/jew il-komponent(i) tiegħu li għandhom ikunu taħt manutenzjoni flimkien mal-proċeduri assoċjati tal-organizzazzjoni.

(b)

Fil-każi mhux previsti li ġejjin, meta inġenju tal-ajru huwa miżmum milli jtir f'post differenti mill-bażi prinċipali fejn ebda persunal li jiċċertifika xieraq mhu disponibbli, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li għandha l-kuntratt biex tipprovdi appoġġ għall-manutenzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba:

1.

lill-wieħed mill-impjegatli li għandu l-kwalifika tat-tip fuq ingenju tal-ajru b'teknoloġija, kostruzzjoni u sistemi simili; jew

2.

lil xi persuna b'mhux inqas minn tliet snin esperjenza fil-manutenzjoni u li għandha liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ICAO valida ggradata għat-tip ta' inġenju tal-ajru li għandu bżonn ċertifikazzjoni sakemm m'hemm ebda organizzazzjoni approvata skont din il-Parti f'dak il-post u l-organizzazzjoni li għandha l-kuntratt għandha evidenza fil-fajl tal-esperjenza u l-liċenzja ta' dik il-persuna.

Kull każ bħal dan għandu jkun irrappurtat lill-awtorità kompetenti fi żmien sebat ijiem minn meta ħarġet din l-awtorizzazzzjoni ta' ċertifikazzjoni. L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata li toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba għandha tiżgura li kull manutenzjoni bħal din li tista' teffettwa s-sikurezza ta' titjira tkun iċċekkjata.

(c)

L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata għandha tirreġistra d-dettalji kollha rigward il-persunal li jiċċertifika u żżomm eleku attwali tal-persunal kollu li jiċċertifika, flimkien mal-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom bħala parti mill-manwal tal-organizzazzjoni skont il-punt M.A.604(a)5.

M.A.608   Komponenti, tagħmir u għodod

(a)

L-organizzazzjoni għandha:

1.

iżomm it-tagħmir u l-għodda speċifikata fid-dejta tal-manutenzjoni deskritta fil-punt M.A.609 jew l-ekwivalenti vverifikati kif elenkat fil-manwal tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni kif meħtieġ għall-manutenzjoni ta' kuljum fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni; and,

2.

turi li għandha aċeess għat-tagħmir u l-għodod kollha użati biss ta' kultant.

(b)

l-għodda u t-tagħmir għandhom jiġu kkontrollati u kkalibrati skont standard uffiċjalment rikonoxxut. Ir-rekords ta' dawn il-kalibrazzjonijiet u l-istandard użat għandhom jinżammu mill-organizzazzjoni.

(c)

L-organizzazzjoni għandha tispezzjona, tikklassifika u tissepara b'mod xieraq il-komponeneti kollha li jiddaħħlu.

M.A.609   Dejta ta' manutenzjoni

L-organizzazzojni approvata tal-manutenzjoni għandha żżomm u tuża dejta attwali ta' manutenzjoni applikabbli speċifikata fil-punt M.A.401 fit-twettiq tal-manutenzjoni inklużi l-modifiki u t-tiswijiet. Fil-każ tad-dejta tal-manutenzjoni provduta mill-klijent, hu neċessarju biss li jkollha tali dejta when ikun qed isir ix-xogħol.

M.A.610   Ordnijiet ta' xogħol ta' manutenzjoni

Qabel jibda x-xogħol ta' manutenzjoni għandha tkun miftehma ordni ta' xogħol bil-miktub bejn l-organizzazzjoni u l-organizzazzjoni li qed titlob il-manutenzjoni biex ikun stabbilit b'mod ċar ix-xogħol ta' manutenzjoni li għandu jsir.

M.A.611   Standards ta' manutenzjoni

Kull manutenzjoni għadha titwettaq skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima A, is-Sottoparti D ta' dan l-Anness (Parti-M).

M.A.612   Ċertifikat għall-inġenji tal-ajru sabiex jinħarġu għall-użu

Mat-tlestija tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajr meħtieġa kollha f'konformità ma' din is-Sottoparti, għandu jinħareġ ċertifikat għall-inġenji tal-ajru sabiex jinħarġu għall-użu skont M.A.801.

M.A.613   Ċertifikat għall-komponenti sabiex jinħarġu għall-użu

(a)

Mat-tlestija tal-manutenzjoni tal-komponenti meħtieġa kollha f'konformità ma' din is-Sottoparti, għandu jinħareġ ċertifikat ta' ħruġ għall-użu tal-komponent skont il-punt M.A.802. Il-Formula 1 tal-EASA għandha tinħareġ għajr għal dawk il-komponenti li l-manutenzjoni tagħhom issir skont il-punti M.A.502(b), M.A.502(d) jew M.A.502(e) u l-komponenti ffabbrikati skont il-punt M.A.603(c).

(b)

Iċ-ċertifikat għall-komponenti sabiex jinħarġu għall-użu, il-Formula 1 tal-EASA jista' jiġi ġġenerat minn dejtabejż ta' kompjuter.

M.A.614   Rekords tal-manutenzjoni

(a)

L-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol mwettaq. Ir-rekords neċessarji biex jippruvaw li r-rekwiżiti kollha kienu ssodisfati għall-ħruġ taċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz inklużi d-dokumenti ta' rilaxx tas-sottokuntrattur għandhom jinżammu.

(b)

L-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata għandha tipprovdi kopja ta' kull ċertifikat ta' ħruġ għall-użu lil sid l-inġenju tal-ajru, flimkien ma' kopja ta' kwalunkwe dejta speċifika dwar tiswija/modifika użata għal tiswijiet/modifiki mwettqa.

(c)

L-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha żżomm kopja tar-rekords kollha tal-manutenzjoni u kwalunkwe dejta tal-manutenzjoni għal tliet snin mid-data relatata ma' meta l-inġenju tal-ajru jew lil-komponent tal-inġenju tal-ajru ġie rrilaxxat mill-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni.

1.

Ir-rekords skont dan il-punt għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.

2.

Il-hardware kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-dejta dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata ż-żamma tajba tagħhom.

3.

Meta organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni ttemm l-operat tagħha, ir-rekords kollha miżmuma tal-manutenzjoni li jkopru l-aħħar tliet snin għandhom jitqassmu lill-aħħar sid jew klijent tal-inġenju tal-ajru jew komponent rispettiv jew jinħażnu kif speċifikat mill-awtorità kompetenti.

M.A.615   Privileġġi tal-organizzazzjoni

L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont it-Taqsima A, Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M), tista':

(a)

tkompli manutenzjoni fuq kull inġenju tal-ajru u/jew komponent li għaliha tkun approvata fil-postijiet speċifikati fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni u fil-manwal tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni.

(b)

tagħmel arranġamenti għat-twettiq ta' servizzi speċjalizzati, taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni, għand organizzazzjoni oħra kkwalifikata b'mod adattat, suġġetta għal li jkunu stabbiliti proċeduri xierqa bħala parti mill-Manwal tal-Organizzazzjoni ta' Manutenzjoni tagħha kif approvat direttament mill-awtorità kompetenti.

(c)

tkompli manutenzjoni fuq kull inġenju tal-ajru u/jew komponent li għalihom tkun approvata fi kwalunkwe post suġġetta għall-ħtieġa li din il-manutenzjoni titnissel jew minn qagħda fejn l-inġenju tal-ajru ma jkunx jista' jissewwa jew min-neċessità li jingħata appoġġ għal manutenzjoni ta' kultant, suġġetta għall-kundizzjonijiet speċifikati fil-Manwal tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni.

(d)

toħroġ ċertifikati ta' ħruġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, skont il-punt M.A.612 jew il-punt M.A.613.

M.A.616   Reviżjoni organizzattiva

Biex ikun żgurat li l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata tkompli tissodisfa r-rekwiżiti ta' din is-Sottoparti, għandha torganizza, fuq bażi regolari, reviżjonijiet organizzattivi.

M.A.617   Bidliet fl-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni

Sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni għandha tavżaha b'xi proposta biex twettaq it-tibdiliet li ġejjin, qabel tali tibdiliet iseħħu:

1.

isem l-organizzazzjoni;

2.

Il-lok tal-organizzazzjoni;

3.

lokazzjonijiet addizzjonali tal-organizzazzjoni;

4.

Il-maniġer responsabbli;

5.

Xi wieħed mill-persuni speċifikati fil-punt M.A.606(b);

6.

Il-faċiltajiet, it-tagħmir, l-għodda, il-materjal, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-persunal li jiċċertifika li jistgħu jwettqu l-approvazzjoni.

Fil-każ tat-tibdiliet proposti fil-persunal mhux magħrufa mill-maniġment minn qabel, dawn it-tibdiliet għandhom ikunu notifikati malajr mill-aktar fis possibbli.

M.A.618   Validità kontinwata tal-approvazzjoni

(a)

Għandha tinħareġ approvazzjoni għal tul ta' żmien indefinit. Din għandha tibqa' valida bil-kundizzjoni li:

1.

l-organizzazzjoni tibqa' konformi ma' din il-Parti, skont id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trattament tar-riżultati kif speċifikat skont il-punt M.A.619, u;

2.

l-awtorità kompetenti li qed tingħata l-aċċess għall-organizzazzjoni biex tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, u;

3.

l-approvazzjoni ma tiġix irtirata jew revokata;

(b)

Meta jiġi rtirat jew revokat, iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

M.A.619   Riżultati

(a)

Sejba ta' livell 1 hija kull nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-M li jbaxxi l-istandards ta' sikurezza u li jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(b)

Sejba ta' livell 2 hija kull nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti-M li jista' jbaxxi l-istandard ta' sikurezza u possibbilment jipperikola s-sikurezza tat-titjira.

(c)

Wara li jkun irċieva n-notifika tas-sejbiet skont il-punt M.B.605, id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għandu jiddefinixxi pjan ta' azzjoni korrettiv u juri azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul ma' din l-awtorità.

IS-SOTTOPARTI G

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.701   Ambitu

Din is-Sottoparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jintleħqu minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta' approvazzjoni għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru.

M.A.701   Applikazzjoni

Applikazzjoni għall-ħruġ jew bdil fl-approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal- tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha ssir fuq formola u b'mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti.

M.A.703   Termini tal-approvazzjoni

(a)

l-għoti ta' approvazzjoni huwa indikat mill-ħruġ taċ-ċertifikat inkluż fl-Appendiċi VI mill-awtorità kompetenti.

(b)

Minkejja l-punt (a), għall-trasport kummerċjali bl-ajrul-approvazzjoni għandha tkun parti miċ-certifikat tal-Operatur bl-ajru maħruġ mill-awtorità kompetenti, għall-inġenju tal-ajru operat.

(c)

L-ambitu ta' applikazzjoni tax-xogħol meqjus li jikkostitwixxi l-approvazzjoni għandu jkun speċifikat fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A. 704.

M.A.704   Espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(a)

L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tipprovdi espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1.

dikjarazzjoni ffirmata mill-maniġer responsabbli li tikkonferma li l-organizzazzjoni se taħdem f'konformità ma' din il-Parti u l-espożizzjoni l-ħin kollu, u;

2.

l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjoni, u;

3.

it-titlu(i) u isem(ismijiet) tal-persuna(i) msemmija fil-punti M.A.706(a), M.A.706(c), M.A.706(d) u M.A.706(i); u

4.

skema organizzattiva li turi l-ktajjen assoċjati tar-responsabbiltà bejn il-persuni kollha msemmija fil-punti M.A.706(a), M.A.706(c), M.A.706(d) u M.A.706(i), u;

5.

lista tal-persunal tal-ajrunavigabbiltà msemmi fil-punt M.A.707, li tispeċifika, fejn applikabbli, il-persunal awtorizzat li joħroġ permessi għat-tajran skont il-punt M.A.711(c), u;

6.

deskrizzjoni ġenerali u lokazzjoni tal-faċilitajiet, u;

7.

Il-proċeduri li jispeċifikaw kif l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiżgura konformità ma' din il-Parti, u;

8.

proċeduri tal-emendi tal-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u;

9.

lista tal-programmi ta' manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru approvati, jew, għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fil-trasport kummerċjali bl-ajru, il-lista tal-programmi ta' manutenzjoni “ġeneriċi” u “bażiċi”.

(b)

Id-dokumentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u l-emendi tagħha għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.

(c)

Minkejja l-punt (b), emendi minuri għall-espożizzjoni jistgħu jkunu approvati indirettament permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni indiretta. Il-proċedura indiretta għandha tiddefinixxi l-emendi minuri eliġibbli, għandha tkun stabbilita mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata kontinwità tal-ajrunavigabbiltà bħala parti mill-espożizzjoni u tkun approvat mill-awtorità kompetenti responsabbli għal dik l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata.

M.A.705   Faċilitajiet

L-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tipprovdi akkomodazzjoni tal-uffiċċju xierqa f'postijiet xierqa għall-persunal speċifikat fil-punt M.A. 706.

M.A.706   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

L-organizzazzjoni se taħtar maniġer responsabbli, li għandu l-awtorità korporattiva biex jiżgura li l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa f'konformità ma' din il-Parti.

(b)

Għat-trasport kummerċjali bl-ajru l- punt (a) il-maniġer responsabbli għandu jkun il-persuna li għandha wkoll l-awtorità korporattiva biex tiżgura li l-operazzjonijiet kollha tal-operatur jistgħu jiġu ffinanzjati u mwettqa mal-istandard meħtieġ għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-operatur tal-ajru.

(c)

Persuna jew grupp ta' persuni għandha/għandhom jiġu nnominati bir-responsabbiltà li jiżguraw li l-organizzazzjoni dejjem tkun f'konformità ma' din is-Sottoparti. Fl-aħħar mill-aħħar, tali persuna(i) għandha/għandhom jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

(d)

Għat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-maniġer responsabbli għandu jaħtar persuna nominata f'kariga. Din il-persuna għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, skont il- punt (c).

(e)

Il-persuna nominata f'kariga msemmija fil- punt (d) ma għandhiex tiġi impjegata minn organizzazzjoni approvata tal-Parti-145 skont il-kuntratt tal-operatur, sakemm l-awtorità kompetenti speċifikament ma taqbilx dwar dan.

(f)

L-organizzazzjoni għandhu jkollha biżżejjed persunal kwalifikat xieraq għax-xogħol mistenni.

(g)

Il-persuni kollha tal- punti (c) u (d) għandhom ikunu kapaċi juru l-għarfien rilevanti, sfond u esperjenza xierqa rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(h)

Il-kwalifika tal-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha tiġi rreġistrata.

(i)

Għall-organizzazzjonijiet li jestendu ċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punti M.A.711(a)4 u M.A.901(f), l-organizzazzjoni għandha tinnomina persuni awtorizzati biex jagħmlu dan, suġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

(j)

L-organizzazzjoni għandha tiddefinixxi u żżomm aġġornat fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, it-titlu(i) u isem(ismijiet) tal-persuna(i) msemmija fil-punti M.A.706(a), M.A.706(c), M.A.706(d) and M.A.706(i);

(k)

Għall-inġenji tal-ajru kbar kollha u għal inġenji tal-ajru użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut fil-ġestjoni tal- tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, ir-reviżjoni tan-navigabbiltà u/jew il-verifiki tal-kwalità skont proċedura u sa standard maqbul mill-awtorità kompetenti.

M.A.707   Persunal għar-reviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Sabiex tiġi approvata biex twettaq reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, toħroġ permessi għat-tajran, organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal- tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandu jkollha persunal xieraq tar-reviżjoni tan-navigabbiltà biex joħroġ ċertifikati tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jew rakkomandazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima A tas-Sottoparti I u, jekk applikabbli, biex joħroġ permess għat-tajran konformi mal-punt M.A.711(c):

1.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta' aktar minn 2 730 kg MTOM, barra blalen, dan il-persunal għandu jkollu:

(a)

mill-inqas ħames snin esperjenza fl-adegwatezza għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà; u

(b)

liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (Parti-66) jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti, u u

(c)

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika; u

(d)

pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet adattati.

(e)

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)1b jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni tan-navigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)1a.

2.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta' 2 730 kg MTOM jew inqas, u blalen, dan il-persunal għandu jkollu:

(a)

mill-inqas tliet snin esperjenza fl-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata, u

(b)

liċenzja xierqa konformi mal-Anness III (Parti-66) jew grad ajrunawtiku jew ekwivalenti, u u

(c)

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika; u

(d)

pożizzjoni fl-organizzazzjoni approvata b'responsabbiltajiet adattati.

(e)

Minkejja l-punti (a) sa (d), ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.A.707(a)2b jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.707(a)2a.

(b)

Il-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà nominat mill-organizzazzjoni approvata tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tista' tinħariġlu awtorizzazzjoni mill-organizzazzjoni approvata tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meta jiġi aċċettat mill-awtorità kompetenti wara t-tlestija sodisfaċenti ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà taħt superviżjoni.

(c)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jista' juri esperjenza ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà riċenti xierqa.

(d)

Il-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiġi identifikat billi kull persuna tiġi elenkata fid-dokumentazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kontinwità ajrunavigabbiltà flimkien mar-referenza ta' awtorizzazzjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tagħhom.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-persunal kollu għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, li għandu jinkludi d-dettalji ta' kwalunkwe kwalifika adegwata li jkollu l-persunal flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u kopja tal-awtorizzazzjoni. Dan ir-rekord għandu jinżamm sa sentejn wara li l-persunal għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jkun ħalla l-organizzazzjoni.

M.A.708   Ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kollha se titwettaq skont il-preskrizzjonijiet tal-M.A is-Sottoparti C.

(b)

Għal kull inġenju tal-ajru ġestit, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata għandha:

1.

tiżviluppa u tikkontrolla programm ta' manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru ġestiti inkluż kwalunkwe programm ta' affidabbiltà applikabbli,

2.

Tippreżenta l-programm ta' manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru u l-emendi tiegħu lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx koperta minn proċedura ta' approvazzjoni indiretta skont il-punt M.A.302(c), u tipprovdi kopja tal-programm lis-sid tal-inġenju tal-ajru li mhux involut fi trasport kummerċjali bl-ajru,

3.

tamministra l-approvazzjoni tal-modifiki u t-tiswijiet,

4.

tiżgura li l-manutenzjoni kollha titwettaq f'konformità mal-programm ta' manutenzjoni approvat u rilaxxata skont it- Taqsima A, is-Sottoparti H ta' dan l-Anness (Parti M),

5.

tiżgura li d-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà u d-direttivi operazzjonali kollha applikabbli ma' impatt tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, jiġu applikati,

6.

tiżgura li d-difetti kollha skoperti matul il-manutenzjoni skedata jew irrappurtati jiġu kkoreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif xieraq,

7.

tiżgura li meta huwa meħtieġ l-inġenju tal-ajru jittieħed għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata kif xieraq,

8.

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà, il-bdil ta' partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat, u twettaq spezzjonijiet tal-komponenti sabiex tiżgura li x-xogħol jitwettaq kif xieraq,

9.

timmaniġġja u tarkivja r-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà kollha u/jew ir-reġistru tekniku tal-operatur.

10.

tiżgura li d-dikjarazzjoni dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-istat attwali tal-inġenju tal-ajru.

(c)

Fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, meta l-operatur ma jkunx approvat kif xieraq għall-Parti-145, l-operatur għandu jistabbilixxi kuntratt ta' manutenzjoni bil-miktub bejn l-operatur u organizzazzjoni approvati tal-Parti-145 jew operatur ieħor, iniżżel fid-dettal il-funzjonijiet speċifikati fil-punti M.A.301-2, M.A.301-3, M.A.301-5 u M.A.301-6, waqt li jiżgura li fl-aħħar mill-aħħar il-manutenzjoni kollha titwettaq minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata tal-Parti-145 Il-bażi tal-inġenji tal-ajru, il-kuntratti skedati tal-manutenzjoni bil-linja u l-kuntratti tal-manutenzjoni tal-magna, flimkien mal-emendi kollha, għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti. Madanakollu, fil-każ ta':

1.

inġenju tal-ajru li jitlob manutenzjoni bil-linja mhux skedata, il-kuntratt jista' jieħu x-xejra ta' ordnijiet tax-xogħol individwali indirizzati lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-Parti-145.

2.

manutenzjoni tal-komponenti, inkluż il-manutenzjoni tal-magna, il-kuntratt kif imsemmi fil- punt (c) jista' jieħu x-xejra ta' ordnijiet tax-xogħol individwali indirizzati lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-Parti-145.

M.A.709   Dokumentazzjoni

(a)

L-organizzazzjoni approvata għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha żżomm u tuża dejta attwali tal-manutenzjoni skont il-punt M.A.401 applikabbli fit-twettiq tal-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà msemmija fil-punt M.A.708. Din id-dejta għandha tkun ipprovduta mis-sid jew mill-operatur, sakemm kuntratt xieraq ikun stabbilit ma' dan is-sid jew l-operatur. F'każ bħal dan, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà biss għandha bżonn iżżomm din id-dejta għat-tul tal-kuntratt, minbarra meta mitlub mill-punt M.A.714.

(b)

Għall-inġenji tal-ajru mhux involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata tista' tiżviluppa programmi ta' manutenzjoni “linji bażi” u/jew “ġeneriċi” biex tippermetti l-approvazzjoni inizjali u/jew l-estenzjoni tal-ambitu ta' applikazzjoni ta' approvazzjoni mingħajr ma jkollha l-kuntratti msemmija fl-Appendiċi I għal dan l-Anness (Parti-M). Mandankollu, dawn il-programmi ta' manutenzjoni “linji bażi” u/jew “ġeneriċi” ma jeskludux il-bżonn li jkun stabbilit Programm ta' Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru adegwat f'konformità mal-punt M.A.302 fi żmien xieraq qabel l-eżerċizzju tal-privileġġi msemmija fil-punt M.A.711.

M.A.710   Reviżjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà

(a)

Sabiex ikun sodisfatt ir-rekwiżit għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru msemmi fil-punt M.A.901, reviżjoni dokumentata bis-sħiħ tar-rekords tal-inġenju tal-ajru għandha titwettaq mill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà sabiex din tkun sodisfatta li:

1.

is-sigħat tat-tajran u ċ-ċikli tat-tajran assoċjati tal-qafas, il-magna u l-iskrejjen ikunu ġew irreġistrati kif suppost; u

2.

il-manwal tat-tajran ikun applikabbli għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u jirrifletti l-aħħar status tar-reviżjoni; u

3.

il-manutenzjoni kollha li għandha ssir lill-inġenju tal-ajru skont il-programm approvat tal-manutenzjoni tkun saret; u

4.

kull difett magħruf ikun issewwa jew, meta applikabbli, ġestit b'mod ikkontrollat; u

5.

id-direttivi kollha applikabbli tal-ajrunavigabbiltà jkunu ġew applikati u rreġistrati kif suppost; u

6.

il-modifiki u t-tiswijiet kollha applikati lill-inġenju tal-ajru jkunu ġew irreġistrati u huma konformi mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012; u

7.

il-komponenti kollha bi żmien limitat tal-użu installati fuq l-inġenju tal-ajru jkunu identifikati u rreġistrati kif suppost u ma jkunux qabżu l-limitu approvat taż-żmien tal-użu tagħhom; u

8.

il-manutenzjoni kollha tkun inħarġet skont l-Anness I (Parti-M); u

9.

id-dikjarazzjoni attwali dwar il-massa u l-bilanċ tirrifletti l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru u hija valida; u

10.

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-aħħar reviżjoni tad-disinn tat-tip tiegħu approvat mill-Aġenzija; u

11.

jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkollu ċertifikat akustiku li jikkorrispondi għall-konfigurazzjoni attwali tal-inġenju tal-ajru f'konformità mas- mas-Sottoparti I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-organizzazzjoni approvata tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandu jwettaq stħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru. Għal dan l-istħarriġ, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li mhuwiex ikkwalifikat kif xieraq skont l-Anness III (Parti-66) għandu jkun assistit minn dan il-persunal kwalifikat.

(c)

Permezz tal-istħarriġ fiżiku tal-inġenju tal-ajru, il-persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiżgura li:

1.

il-marki u l-pjanċi kollha meħtieġ jkunu installatti korrettament; u

2.

l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-manwal approvat tat-tajran tiegħu; u

3.

il-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru tikkonforma mad-dokumentazzjoni approvata, u u

4.

l-ebda difett evidenti ma jinstab li ma jkunx ġie indirizzat skont il-punt M.A.403; u

5.

ma tkun instabet ebda inkonsistenza bejn l-inġenju tal-ajru u r-reviżjoni dokumentata tar-rekords tal-punt (a).

(d)

B'deroga għall-punt M.A.901(a), ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tista' tiġi antiċipata b'perjodu massimu ta' 90 jum mingħajr telf ta' kontinwità tax-xejra tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, sabiex tkun tista' ssir ir-reviżjoni fiżika waqt verifika ta' manutenzjoni.

(e)

Iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola EASA 15b) jew ir-rakkomandazzjoni għall-ħruġ taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tan-navigabbiltà (Formola EASA 15b) msemmi fl-Appendiċi III għall-Anness I (Parti-M) jista' biss jinħareġ:

1.

minn persunal tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà awtorizzat kif xieraq skont il-punt M.A.707 f'isem l-organizzazzjoni approvata tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jew minn persunal li jiċċertifika fil-każijiet previsti fil-punt M.A.901(g); u

2.

meta jkun sodisfatt li r-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tkun twettqet għal kollox u li ma hemm l-ebda nuqqas ta' konformità magħruf li jipperikola s-sikurezza tat-tajran.

(f)

Kopja ta' kwalunkwe ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew estiż għal inġenju tal-ajru għandu jintbagħat lill-Istat Membru tar-Reġitsru ta' dak l-inġenju tal-ajru fi żmien 10 ijiem.

(g)

Il-kompiti tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà m'għandhomx jiġu sottokuntrattati.

(h)

Jekk l-eżitu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma tkunx konklussiva, l-awtorità kompetenti għandha tkun infurmata malli jkun prattikabbli iżda f'kull każ fi żmien 72 siegħa minn meta l-organizzazzjoni tkun identifikat il-kundizzjoni li qed tittratta r-reviżjoni.

M.A.711   Privileġġi tal-organizzazzjoni

(a)

L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont is-Sezzjoni A, Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M), tista':

1.

il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, ħlief għal dawk involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kif imniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni;

2.

tmexxi tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru tat-trasport kummerċjali bl-ajru meta elenkata kemm fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tagħha kif ukoll fuq iċ-Ċertifikat tal-Operatur bl-Ajru tagħha (AOC);

3.

tirranġa biex twettaq kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà limitati ma' kwalunkwe organizzazzjoni subappaltata, li tkun qiegħda taħdem skont is-sistema tal-kwalità tagħha, kif elekat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni;

4.

testendi, skont il-kundizzjonijiet tal-punt M.A.901(f), ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li kien maħruġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni oħra tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M);

(b)

Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata reġistrata f'wieħed mill-Istati Membri tista' barra minn hekk, tkun approvata biex twettaq reviżjonijet tal-adegwatezza għall-avjazzjoni msemmija fil-punt M.A.710 u;

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà relatat u fi żmien adegwat testendih skont il-kundizzjonijiet tal-punti M.A.901(c)2 jew M.A.901(e)2, u, u,

2.

tagħmel rakkomandazzjoni għal reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(c)

Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li l-approvazzjoni tagħha tinkludi l-privileġġi msemmija fil-punt M.A.711(b) tista' addizzjonalment tiġi approvata biex toħroġ permess tat-tajran skont il-puntA.711(d) tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għall-inġenju tal-ajru partikolari li għalih l-organizzazzjoni ġiet approvata biex toħroġ iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, meta l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tkun qed tattesta l-konformità ma' kundizzjonijiet approvati tat-tajran, soġġett għal proċedura approvata xierqa fil-preżentazzjoni msemmija fil-punt M.A.704.

M.A.712   Sistema tal-kwalità

(a)

Sabiex tiżgura li l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata tkompli tilħaq ir-rekwiżiti ta' din is-Sottoparti, għandha tistabbilixxi sistema tal-kwalità u taħtar maniġer tal-kwalità biex jissorvelja l-konformità ma', u l-adegwatezza ta' proċeduri meħtieġa biex ikunu żgurati inġenji tal-ajru ajrunavigabbli Il-sorveljanza tal-konformità għandu jinkludi sistema ta' feedback għall-maniġer responsabbli biex jiżgura li tittieħed azzjoni korrettiva kif xieraq.

(b)

Is-sistema tal-kwalità għandha tissorvelja l-attivitajiet imwettqa skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M). Għandha tinkludi tal-anqas il-funzjonijiet li ġejjin:

1.

tissorvelja l-attivitajiet kollha mwettqa fit-Taqsima A tas-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M) sabiex tiżgura li qed jitwettqu f'konformità mal-proċeduri approvati, u;

2.

tissorvelja biex tiżgura li l-manutenzjoni titwettaq f'konformità mal-kuntratt, u;

3.

tissorvelja l-konformità kontinwata mar-rekwiżiti ta' din il-Parti.

(c)

Ir-rekords ta' dawn l-attivitajiet għandhom jinħażnu tal-anqas għal sentejn.

(d)

Fejn l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata hija approvata f'konformità ma' Parti oħra, is-sistema tal-kwalità tista' tiġi kkombinata ma' dik meħtieġa mill-Parti l-oħra.

(e)

Fil-każ tat-trasport tal-ajru kummerċjali s-sistema tal-kwalità prevista fit-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M) għandha tkun parti integrata mis-sistema tal-kwalità tal-operatur.

(f)

Fil-każ ta' organizzazzjoni żgħira li m'għandhiex il-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, reviżjonijiet organizzazzjonali soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti jistgħu jieħdu post is-sistema ta' kwalità, minbarra meta l-organizzazzjoni toħroġ ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru ta' aktar minn 2 730 kg MTOM barra l-blalen. Fil-każ fejn m'hemmx sistema ta' kwalità, l-organizzazzjoni m'għandhiex tagħmel kuntratti ta' kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà lill-partijiet oħra.

M.A.713   Bidliet fl-organizzazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata

Sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata għandha tinnotifikaha b'kull proposta biex twettaq kwalunkwe waħda mill-bidliet li ġejjin, qabel ma tali bidliet iseħħu:

1.

isem l-organizzazzjoni.

2.

is-sit tal-organizzazzjoni;

3.

siti addizzjonali tal-organizzazzjoni.

4.

il-maniġer responsabbli.

5.

kwalunkwe persuna speċifikata f'M.A.706(c).

6.

il-faċilitajiet, il-proċeduri, l-ambitu tax-xogħol u l-persunal li jistgħu jaffettwaw l-approvazzjoni.

Fil-każ tat-tibdiliet proposti fil-persunal, li ma jkunx jaf bihom il-maniġment qabel, dawn it-tibdiliet għandhom jiġu nnotifikati mill-aktar fis possibbli.

M.A.714   Żamma tar-rekords

(a)

L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tan-navigabbiltà għandha tirreġistra d-dettalji kollha tax-xogħol imwettaq. Ir-rekords meħtieġa minn M.A.305 u jekk applikabbli M.A.306 għandhom jinżammu.

(b)

Jekk l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(b), hija għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat u rakkomandazzjoni ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà maħruġ jew, jekk ikun applikabbli, estiż, flimkien mad-dokumenti ta' sostenn kollha. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandha żżomm kopja ta' kull ċertifikat tal-ġestjoni tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun estendiet bil-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(a)4.

(c)

Sabiex l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-ajrunavigabbiltà jkollha l-privileġġ imsemmi fil-punt M.A.711(c), għandha żżomm kopja ta' kull permess għat-tajran maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 21A.729 tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(d)

L-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandha żżomm kopja tar-rekords kollha msemmija fil-punti (b) u (c) sa sentejn wara li l-inġenju tal-ajru jkun tneħħa permanentament mis-servizz.

(e)

Ir-rekords għandhom jinħażnu b'tali mod li jiżgura li jitħarsu mill-ħsara, it-tibdil jew is-serq.

(f)

Il-hardware kollu tal-kompjuter użat sabiex isiru kopji backup għandu jinżamm f'postijiet differenti minn dawk li fihom id-dejta dwar ix-xogħol, b'tali mod li tkun żgurata ż-żamma tajba tagħhom.

(g)

Meta l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju tal-ajru tkun ġiet trasferita lil organizzazzjoni jew persuna oħra, ir-rekords kollha miżmuma għandhom jiġu trasferiti lil din l-organizzazzjoni jew persuna. Il-perjodi ta' żmien preskritti għaż-żamma tar-rekords għandhom ikomplu japplikaw għal din l-organizzazzjoni jew persuna

(h)

Meta organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenju ttemm l-operat tagħha, ir-rekords kollha miżmuma għandhom jiġu ttrasferiti lil sid l-inġenju tal-ajru.

M.A.715   Validità kontinwata tal-approvazzjoni

(a)

Approvazzjoni għandha tinħareġ għal tul ta' żmien mhux limitat. Dan għandu jibqa' validu bil-kundizzjoni li:

1.

l-organizzazzjoni tibqa' konformi mal-Anness II (Parti-145), skont id-dispożizzjonijiet marbuta mat-trattament tar-riżultati kif speċifikat skont il-punt M.B.705 u;

2.

l-awtorità kompetenti li qed tingħata aċċess għall-organizzazzjoni biex tiddetermina l-konformità kontinwata ma' din il-Parti, u;

3.

l-approvazzjoni ma tiġix irtirata jew revokata.

(b)

Meta jiġi ċedut jew revokat, iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni għandu jintbagħat lura lill-awtorità kompetenti.

M.A.716   Sejbiet

(a)

Sejba ta' livell 1 hija kull nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal-Parti-M li tbaxxi l-istandards u l-perikli ta' sikurezza

(b)

Sejba ta' livell 2 hija kull nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-Parti M li jista' jbaxxi l-istandard ta' sikurezza u possibbilment ikun ta' xkiel għas-sikurezza tat-titjira.

(c)

Wara li jirċievi n-notifika tas-sejbiet skont il-punt M.B.705, id-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għandu jispjega pjan ta' azzjoni korrettiv u juri azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul minn din l-awtorità.

IS-SOTTOPARTI H

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ — CRS

M.A.801   Ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz għall-inġenji tal-ajru

(a)

Minbarra għall-inġenji tal-ajru li nħarġu għall-użu minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont l-Anness II (Parti-145), iċ-ċertifikat sabiex jinħarġu għall-użu għandu jinħareġ skont din is-Sottoparti.

(b)

Ebda inġenju tal-ajru ma jista' jinħareġ sakemm ma jkunx maħruġ ċertifikat sabiex jinħareġ għall-użu mat-tlestija tal-manutenzjoni, meta jkun sodisfatt li l-manutenzjoni meħtieġa kollha twettqet b'mod adattat, billi:

1.

persunal li jiċċertifika xieraq għan-nom tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti M); jew

2.

persunal li jiċċertifika f'konformità mar-rekwiżiti stabbliti fl-Anness II (Parti-66), minbarra l-kompiti ta' manutenzjoni kumplessi elenkati fl-Appendiċi VII ta' dan l-Anness li għalih japplika l-punt 1; jew

3.

mill-polita-sid f'konformità mal-punt M.A.803;

(c)

B'deroga mill-punt M.A.801(b)2 għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, kompiti ta' manutenzjoni kumplessi tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Appendiċi VII ta' dan l-Anness jistgħu jinħarġu mill-persunal li jiċċertifika msemmi fil-punt M.A.801(b)2.

(d)

B'deroga minn M.A.801(b), fil-każ ta' sitwazzjonijiet mhux previsti, fejn inġenju tal-ajru jinżamm milli jtir f'post fejn ma jkunx hemm organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont dan l-Anness jew l-Anness II (Parti-145) u lanqas ma jkun hemm persunal adegwat li jiċċertifika disponibbli, is-sid jista' jawtorizza kwalunkwe persuna, b'mhux inqas minn 3 snin esperjenza adegwata fil-manutenzjoni u li jkollha l-kwalifiki adegwati, biex twettaq il-manutenzjoni skont l-istandards stipulati fis-Sottoparti D ta' dan l-Anness u toħroġ għall-użu l-inġenju tal-ajru. Is-sid f'dak il-każ ghandu:

1.

jikseb u jżomm fl-inġenju tal-ajru, id-dettalji tar-rekords tax-xogħol kollu mwettaq u tal-kwalifiki ta' dik il-persuna li ħarġet iċ-ċertifikazzjoni, u u

2.

jiżgura li kwalunkwe manutenzjoni bħal din tiġi eżaminata mill-ġdid u maħruġa minn persuna awtorizzata b'mod xieraq kif imsemmi fil-punt M.A.801(b) jew organizzazzjoni approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M), jew l-Anness II (Parti-145) mal-ewwel opprtunità iżda fi żmien perjodu ta' mhux aktar minn 7 ijiem; u

3.

jinnotifika l-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà meta subappaltata skont il-punt M.A.201(e), jew l-awtorità kompetenti fin-nuqqas ta' dan il-kuntratt, fi żmien 7 ijiem mill-ħruġ ta' din iċ-ċertifikazzjoni ta' awtorizzazzjoni.

(e)

Fil-każ ta' ħruġ għall-użu skont il-punt M.A.801(b)2 jew il-punt M.A.801(c), il-persunal li jiċċertifika jista' jkun megħjun fit-twettiq tax-xogħlijiet ta' manutenzjoni minn persuna jew persuni taħt il-kontroll dirett u kontinwu tal-persunal li jiċċertifika.

(f)

Ċertifikat ta' ħruġ għall-użu għandu jkun fih mill-inqas:

1.

id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni mwettqa; u

2.

Id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni; u

3.

l-identità tal-organizzazzjoni u/jew il-persuna li ħarġet dan il-ħruġ għall-użu, inklużi:

(i)

ir-referenza approvata tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M) u l-persunal li jiċċertifika li ħareġ dan iċ-ċertifikat; jew

(ii)

fil-każ ta' ċertifikat tal-punt M.A.801(b)2 jew M.A.801(c) ta' ħruġ għall-użu, l-identità u n-numru tal-liċenzja jekk ikun applikabbli, tal-persunal li jiċċertifika li ħareġ dan iċ-ċertifikat.

4.

il-limitazzjonijiet tal- tal-ajrunavigabbiltà jew tal-operazzjoni, jekk hemm.

(g)

B'deroga mill-punt (b) u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (h), fil-każ ta' manutenzjoni li ma setgħatx titlesta, ċertifkat tal-ħruġ għall-użu jista' jkun maħruġ fil-limiti approvati tal-inġenju tal-ajru. Dan il-fatt, flimkien ma' limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà jew tal-operazzjoni, jekk hemm, għandhom ikunu miktuba fiċ-ċertifikat tal-ħruġ għall-użu tal-inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ tiegħu bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa mill-punt (f)4.

(h)

Ma għandux jinħareġ ċertifikat ta' ħruġ għall-użu fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità li jkun magħruf li tipperikola s-sikurezza tat-titjira.

M.A.802   Ċertifikat għall-komponenti għar-rilaxx għas-servizz

(a)

Għandu jinħareġ ċertifikat ta' ħruġ għall-użu meta titlesta kwalunkwe manutenzjoni mwettqa fuq komponent ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.502.

(b)

Iċ-ċertifikat ta' ħruġ awtorizzat, identifikat bħala l-Formula 1 tal-EASA, jikkostitwixxi ċ-ċertifikat ta' ħruġ għall-użu ta' komponent, għajr meta din il-manutenzjoni fuq komponenti ta' inġenju tal-ajru tkun twettqet skont il-punt M.A.502(b), il-punt M.A.502(d) jew il-punt M.A.502(e), fejn f'dak il-każ il-manutenzjoni tkun suġġetta għall-proċeduri ta' ħruġ ta' inġenju tal-ajru skont il-punt M.A.801.

M.A.803   Awtorizzazzjoni għall-pilota-sid

(a)

Biex persuna tikkwalifika bħala pilota-sid, għandha:

1.

ikollha liċenzja ta' pilota valida (jew l-ekwivalenti) maħruġa u vvalidata minn Stat Membru għat-tip jew rata tal-klassi tal-inġenju tal-ajru u; u

2.

tkun proprjetarja ta' inġenju tal-ajru, waħedha jew ma ħadd ieħor; dan is-sid għandu jkun:

(i)

wieħed mill-persuni fiżiċi fil-formola tar-reġistrazzjoni; jew

(ii)

membru ta' entità ġuridika rikreattiva mingħajr skop ta' lukru, fejn l-entità ġuridika tkun speċifikata fid-dokument tar-reġistrazzjoni bħala s-sid jew l-operatur, u dak il-membru jkun involut direttament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-entità ġuridika u nnominat minn dik l-entità ġuridika biex iwettaq il-manutenzjoni tal-pilota-sid.

(b)

Għal kwalunkwe inġenju tal-ajru mhux kumpless imħaddem b'magna ta' 2 730 kg MTOM u inqas operat privatament, sailplane jew sailplane bil-magna u ballun, il-pilota-sid jista' joħroġ iċ-ċertifikat ta' ħruġ għall-użu wara manutenzjoni limitata mill-pilota-sid speċifikata fl-Appendiċi VIII ta' dan l-Anness.

(c)

L-ambitu tal-applikazzjoni tal-manutenzjoni limitata mill-pilota-sid għandu jkun speċifikat fil-programm ta' manutenzjoni għal inġenju tal-ajru kif imsemmi fil-punt M.A.302.

(d)

Iċ-ċertifikat ta' ħruġ għall-użu jrid jiddaħħal fil-ġurnali u jkun fih d-dettalji bażiċi dwar il-manutenzjoni mwettqa, id-dejta użata fil-manutenzjoni, id-data meta tlestiet din il-manutenzjoni u l-identità, il-firma u n-numru tal-liċenzja tal-pilota, tal-pilota-sid li ħareġ tali ċertifikat.

IS-SOTTOPARTI I

ĊERTIFIKATI TA' REVIZJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.A.901   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru

Biex tkun żgurata l-validità ta' ċertifikat dwar l-ajrunavigabbiltà, minn żmien għall-ieħor trid titwettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru u tar-rekords tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.

(a)

Ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ skont l-Appendiċi III (Formola 15a jew 15b tal-EASA) ta' dan l-Anness meta titlesta reviżjoni sodisfaċenti dwar tal-ajrunavigabbiltà. Iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jibqa' validu għal sena;

(b)

Inġenju tal-ajru f'ambjent ikkontrollat huwa inġenju tal-ajru (i) ta' ġestjoni kontinwata matul l-aħħar 12-il xahar minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà unika approvata skont it-Taqsima A, is-Sottopart G, ta' dan l-Anness (Parti-M), u (ii) li kellu manutenzjoni matul l-aħħar 12-il xahar minn organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni approvati skont is-Sezzjoni A, Sottoparti F ta' dan l-Anness (Parti-M), jew l-Anness II (Parti 145). Dan jinkludi x-xogħlijiet ta' manutenzjoni msemmija fil-punt M.A.803(b) imwettqa u l-ħruġ għall-użu skont il-punt M.A.801(b)2 jew il-punt M.A.801(b)3.

(ċ)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta' aktar minn 2 730 kg MTOM, barra l-blalen, li huma f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija f'(b) ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tista', jekk tkun approvata b'mod xieraq, u suġġetta għall-konformità mal-punt (k)

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.710, u;

2.

għaċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, meta l-inġenju tal-ajru jkun baqa' f'ambjent ikkontrollat, testendi darbtejn il-validità taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal perjodu ta' sena kull darba;

(d)

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta' aktar minn 2 730 kg MTOM, barra l-blalen, li (i) mhumiex f'ambjent ikkontrollat, jew (ii) li l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà qiegħda għand organizzazzjoni li m'għandhiex il-privileġġ li twettaq revizjonijiet tal-ajrunavigabbiltà, iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għandu jkun maħruġ mill-awtorità kompetenti fuq valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni magħmula minn organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata b'mod xieraq, skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M) mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew mill-operatur. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ibbażata fuq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mwettqa skont il-punt M.A.710.

(e)

Għall-inġenji tal-ajru ta' 2 730 kg MTOM jew anqas li ma jintużawx fit-trasport kummerċjali bl-ajru u l-blalen, kull organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M) u magħżula mis-sid jew mill-operatur tista', jekk tkun approvata b'mod xieraq, u suġġetta għall-konformità mal-paragrafu (k).

1.

toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.710, u;

2.

għaċ-ċertifikati ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li tkun ħarġet, meta l-inġenju tal-ajru jkun baqa' f'ambjent ikkontrollat fil-ġestjoni tagħha, testendi darbtejn il-validità taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni għal perjodu ta' sena kull darba;

(f)

B'deroga mill-punti M.A.901(c)2 u M.A.901(e)2 għall-inġenji tal-ajru f'ambjent ikkontrollat, l-organizzazzjoni msemmija f'(b) li tmexxi tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, suġġetta għall-konformità mal-punt (k), tista' testendi darbtejn għal perjodu ta' sena kull darba l-validità taċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà li kien inħareġ mill-awtorità kompetenti jew minn organizzazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà oħra approvata skont A it-Taqsima, Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M).

(g)

B'deroga mill-punti M.A.901(e) u M.A.901(h)2, għal inġenji tal-ajru ELA1 mhux użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru u mhux affettwati minn M.A.201(i), iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jista' jinħareġ ukoll mill-awtorità kompetenti li ssegwi valutazzjoni sodisfaċenti bbażata fuq rakkomandazzjoni, magħmula minn persunal li jiċċertifika approvati mill-awtorità kompetenti u li jkun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III (Parti-66) kif ukoll mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt M.A.707(a)2(a), mibgħuta flimkien mal-applikazzjoni mis-sid jew l-operatur. Ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni mwettqa skont il-punt M.A.710 u ma għandhiex tkun maħruġa għal aktar minn sentejn wara xulxin.

(h)

Kull fejn iċ-ċirkustanzi juru l-eżistenza ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni hija stess.

(i)

Minbarra l-paragrafu (h), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u hija stess toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà fil-każijiet li ġejjin:

1.

meta inġenju tal-ajru jkun amministrat minn organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti-M) misjuba f'pajjiż terz.

2.

għall-blalen u inġenji tal-ajru oħra ta' 2 730 kg MTOM jew inqas, jekk dan ikun mitlub mis-sid.

(j)

Meta l-awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u/jew hija stess toħroġ iċ-ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, is-sid jew l-operatur għandu jipprovdi dawn lill-awtorità kompetenti:

1.

id-dokumentazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti; u

2.

akkomodazzjoni xierqa għall-persunal tagħha fil-post xieraq; u

3.

meta jkun meħtieġ l-appoġġ ta' persunal ikkwalifikat b'mod xieraq skont l-Anness III (Parti-66) jew ir-rekwiżiti tal-persunal ekwivalenti stabbiliti fil-punt 145.A.30(j)(1) u (2) tal-Anness II (Parti-145).

(k)

Ċertifikat ta' reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà ma jistax ikun maħruġ jew estiż jekk l-organizzazzjoni tagħraf jew ikollha raġuni biex temmen li l-inġenju tal-ajru ma jkollux l-ajrunavigabbiltà.

M.A.902   Validità taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà

(a)

Ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà jsir invalidu jekk:

1.

jiġi sospiż jew revokat; jew

2.

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jiġi sospiż jew revokat; jew

3.

l-inġenju tal-jaru mhux fuq ir-reġistru tal-inġenji tal-ajru ta' Stat Membru; jew

4.

iċ-ċertifikat tat-tip li skontu ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jinħareġ jiġi sospiż jew revokat.

(b)

Inġenju tal-ajru ma għandux itir jekk iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu jkun invalidu jew jekk:

1.

il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jew kwalunkwe komponent tal-inġenju tal-ajru ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' din il-Parti; jew

2.

l-inġenju tal-ajru ma jibqax jikkonforma mad-disinn tat-tip approvat mill-Aġenzija; jew

3.

l-inġenju tal-ajru jkun ġie operat iżjed mil-limiti tal-manwal tat-titjiriet approvati jew iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà, mingħajr ma tittieħed azzjoni xierqa; jew

4.

l-inġenju tal-ajru jkun involut f'aċċident jew inċident li jaffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, mingħajr ma tittieħed azzjoni sussegwenti xierqa biex jerġa' jsir ajrunavigabbli; jew

5.

modifika jew tiswija ma tkunx konformi mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(c)

Hekk kif jiġi irtirat jew revokat, iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu jiġi ritornat lill-awtorità kompetenti

M.A.903   Trasferiment tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru fi ħdan l-UE

(a)

Meta reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru tiġi trasferita fi ħdan l-UE, l-applikant għandu:

1.

Jinforma lill-Istat Membru preċedenti f'liema Stat Membru se jkun irreġistra, u mbagħad;

2.

japplika għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid f'konformità mal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 mill-Istat Membru l-ġdid.

(b)

Minkejja l-punt M.A.902(a)(3), iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà preċedenti għandu jibqa' validu sad-data tal-iskadenza tiegħu.

M.A.904   Reviżjoni tan-navigabbiltà tal-inġenju tal-ajru importat fl-UE

(a)

Meta ssir l-importazzjoni ta' inġenju tal-ajru għal ġor-reġistru ta' Stat Membru minn pajjiż terz, l-applikant għandu:

1.

jitlob lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-kapaċità li l-inġenju tal-ajru jintuża fl-ajru ġdid skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012; u

2.

għall-inġenji tal-ajru li mhumiex ġodda, għandha ssir reviżjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.A.901; u

3.

titwettaq il-manutenzjoni kollha biex ikun konformi mal-programm ta' manutenzjoni approvat skont il-punt M.A.302.

(b)

Meta tkun sodisfatta li l-inġenju tal-ajru huwa konformi mar-rekwiżiti rilevanti, l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, jekk japplika, għandha tibgħat rakkomandazzjoni ddokumentata għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(c)

Is-sid għandu jkollu aċċess għall-inġenju tal-ajru għall-ispezzjoni mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(d)

Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ġdid se jinħareġ mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni meta dan ikun sodisfatt li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-preskrizzjonijiet tal-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(e)

L-Istat Membru għandu joħroġ ukoll iċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà normalment għal sena sakemm l-Istat Membru ma jkollux raġuni rigward is-sikurezza biex iqiegħed limitu fuq il-validità.

M.A.905   Sejbiet

(a)

Sejba ta' livell 1 hija kull nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti tal- stabbiliti fl-Anness (Parti-M) li jbaxxi l-istandard ta' sikurezza u jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(b)

Sejba ta' livell 2 hija kull nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal- stabbiliti f'dan l-Anness (Parti-M) li jista' jbaxxi l-istandard tas-sikurezza u possibbilment jipperikola serjament is-sikurezza tat-titjira.

(c)

Wara li tkun waslet in-notifika tas-sejbiet skont il-punt M.B.903, il-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli msemmija fil-punt M.A.201 għandha tiddefinixxi plan ta' azzjoni korrettiva u turi azzjoni korrettiva għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti fi żmien perjodu maqbul ma' din l-awtorità inkluża azzjoni korrettiva xierqa li żżomm milli terġa' sseħħ l-okkorrenza tar-riżultat u l-kawża tal-qofol tiegħu.

TAQSIMA B

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

IS-SOTTOPARTI A

ĠENERALI

M.B.101   Ambitu

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti amministrattivi li jridu jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-applikazzjoni u l-infurzar tat-Taqsima A ta' din il-Parti.

M.B.102   Awtorità kompetenti

(a)   Ġenerali

Stat Membru għandu jaħtar lil awtorità kompetenti b'responsabbiltajiet allokati għall-ħruġ, il-kontinwazzjoni, il-bidla, is-sospensjoni jew ir-revoka ta' ċertifikati u għas-sorveljanza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà. Din l-awtorità kompetenti għandi tistabbilixi proċeduri ddokumentati u struttura organizzattiva.

(b)   Riżorsi

In-numru tal-persunal għandu jkun xieraq biex ir-rekwiżiti kif spjegati f'din it-Taqsima jitwettqu.

(c)   Kwalifiki u taħriġ

Il-persunal kollu involut fl-attivitajiet tal-ittrattati f'dan l-Anness għandu jkun kwalifikat kif xieraq u jkollu għarfien, esperjenza, taħriġ inizjali u taħriġ ta' kontinwazzjoni xierqa sabiex iwettaq il-kompiti allokati lilu.

(d)   Proċeduri

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċeduri ddokumentati li jiddeskrivu fid-dettall kif tintlaħaq il-konformità ma' dan l- Anness (Parti-M).

Dawn il-proċeduri għandhom jiġu riveduti u emendati sabiex jiżguraw konformità kontinwata.

M.B.104   Żamma ta' rekords

(a)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu sistema ta' żamma ta' rekords li tippermetti traċċabbiltà adegwata tal-proċess biex toħroġ, tivvalida mill-ġdid, tibdel, tissospendi jew tirrevoka kull ċertifikat.

(b)

Ir-rekords għas-sorveljanza tal-organizzazzjoni tal- approvati f'konformità ma' dan l-Anness għandhom jinkludu bħala minimu:

1.

l-applikazzjoni għal approvazzjoni ta' organizzazzjoni.

2.

iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe tibdil.

3.

kopja tal-programm ta' awditu li jelenka d-dati meta l-awditi huwa dovuti u meta dawn l-awditi twettqu.

4.

l-awtorità kompetenti kompliet ir-rekords ta' sorveljanza tagħha inkluż ir-rekords ta' awditu kollha.

5.

kopji tal-korrespondenzi rilevanti kollha.

6.

dettalji ta' kwalunkwe azzjoni ta' eżenzjoni u infurzar.

7.

kwalunkwe rapport minn awtoritajiet kompetenti oħra marbuta mas-sorveljanza tal-organizzazzjoni.

8.

espożizzjoni tal-organizzazzjoni jew manwali u l-emendi.

9.

kopja ta' kull dokument ieħor approvat direttament mill-awtorità kompetenti.

(c)

Il-perjodu taż-żamma għar-rekords tal- punt (b) għandu jkun tal-anqas erba' snin.

(d)

Ir-rekords minimi għas-sorveljanza ta' kull inġenju tal-ajru, tal-anqas għandhom jinkludu kopja ta':

1.

ċertifikat tal-inġenji tal-ajru tal-ajrunavigabbiltà,

2.

ċertifikati ta' revizjoni tal-ajrunavigabbiltà,

3.

It-Taqsima A Is-Sottoparti G rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjoni,

4.

rapporti mir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà mwettqa direttament mill-Istat Membru,

5.

il-korrispondenza rilevanti kolla marbuta mal-inġenju tal-ajru,

6.

dettalji ta' kull eżenzjoni u azzjoni(jiet) ta' infurzar,

7.

kull dokument approvat mill-awtorità kompetenti skont l-Anness I (Parti-M) jew l-Anness II ( Part-ARO) tar-Regolament Nru 965/2012.

(e)

Ir-rekords speċifikati fil-punt (d) għandhom jinżammu sa sentejn wara li l-inġenju tal-ajru jiġi rtirat b'mod permanenti mis-servizz.

(f)

Ir-rekords kollha speċifikati fil-punt M.B.104 għandhom isiru disponibbli fuq talba minn Stat Membru ieħor jew l-Aġenzija.

M.B.105   Skambju reċiproku ta' informazzjoni

(a)

Sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-ajru, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipparteċipaw fi skambju reċiproku tal-informazzjoni meħtieġa kollha skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 (EC) Nru 216/2008.

(b)

Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza li tinvolvi lil bosta Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-azzjoni ta' sorveljanza meħtieġa.

IS-SOTTOPARTI B

RESPONSABBILTÀ

M.B.201   Responsabbiltajiet

L-awtoritajiet kompetenti kif speċifikat fl-M.1 huma responsabbli li jwettqu spezzjonijiet u investigazzjonijiet sabiex jivverifikaw li hemm konformità mar-rekwiżiti ta' din il-Parti.

IS-SOTTOPARTI C

IL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.301   Programm ta' manutenzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-programm ta' manutenzjoni huwa f'konformità mal-punt M.A.302.

(b)

Ħlief fejn jiġi ddikjarat mod ieħor fil- punt M.A.302(c), il-programm ta' manutenzjoni u l-emendi tiegħu għandhom jiġu approvati direttament mill-awtorità kompetenti.

(c)

Fil-każ ta' approvazzjoni indiretta, il-proċedura tal-programm ta' manutenzjoni għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti permezz ta' espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(d)

Sabiex tapprova l-programm ta' manutenzjoni skont il- punt (b), l-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-dejta kollha meħtiepa fil-punti M.A.302(d), (e) u (f).

M.B.302   Eżenzjonijiet

L-eżenzjonijiet kollha mogħtija f'konformità mal- Artikolu 14(4) tar- Regolament (KE) Nru 216/2008.

M.B.303   Monitoraġġ tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tiżviluppa programm ta' stħarriġ sabiex tagħmel monitoraġġ tal-istat tal-kapaċità li jintużaw fl-ajru tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fuq ir-reġistru tagħha.

(b)

Il-programm ta' stħarriġ għandu jinkludi kampjuni ta' stħarriġiet tal-prodotti tal-inġenji tal-ajru.

(c)

Il-programm għandu jiġi żviluppat b'tali mod li jieħu inkonsiderazzjoni in-numru ta' inġenji tal-ajru fuq ir-reġistru, l-għarfien lokali u attivitajiet ta' sorveljanza fil-passat.

(d)

L-istħarriġ dwar il-prodotti għandu jisħaq fuq in-numru ta' elementi ta' ajrunaviggabiltà ta' riskju ewlenin u jidentifika kull sejba. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti għanha teżamina kull sejba biex tiddetermina l-kawża ewlenija tagħha.

(e)

Is-sejbiet kollha għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-persuna jew l-organizzazzjoni responsabbli skont il-punt M.A.201.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq u r-rakkomandazzjonijiet kollha.

(g)

Jekk waqt stħarriġiet dwar l-inġenji tal-ajru tinstab evidenza li turi n-nuqqas ta' konformità ma' rekwiżit stabbilit f'dan l-Anness (Parti-M), l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjonijiet f'konformità mal-punt M.B.903.

(h)

Jekk il-kawża ewlenija tas-sejba tidentifika nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe Sottoparti jew ma' Parti oħra, in-nuqqas ta' konformità għandu jiġi ttrattat kif preskritt mill-Parti rilevanti.

(i)

Biex titħaffef l-azzjoni ta' infurzar xierqa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lil xulxin tagħrif dwar in-nuqqasijiet ta' konformità identifikati skont il-punt (h).

M.B.304   Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali għas-sikurezza, jew;

(b)

tissospendi, tirrevoka jew tillimita ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà skont il-punt M.B.303(g).

IS-SOTTOPARTI D

STANDARDS TA' MANUTENZJONI

(trid tiġi żviluppata skont kif inhu xieraq)

IS-SOTTOPARTI E

KOMPONENTI

(trid tiġi żviluppata skont kif inhu xieraq)

IS-SOTTOPARTI F

ORGANIZZAZZJONI TAL-MANUTENZJONI

M.B.601   Applikazzjoni

Fejn il-faċilitajiet ta' manutenzjoni jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed l-investigazzjoni u s-sorveljanza kontinwa tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu flimkien mal-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-faċilitajiet ta' manutenzjoni l-oħra.

M.B.602   Approvazzjoni Inizjali

(a)

Dejjem jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-punti M.A.606(a) u (b), l-awtorità għandha formalment tindika bil-miktub lill-applikant li aċċettat il-persunal tal-M.A.606(a) u (b).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li l-proċeduri speċifikati fil-manwal tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni huma konformi ma' is-Sottoparti F tat-Taqsima A ta' dan l-Anness (Parti-M)

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-organizzazzjoni qed tikkonforma mar-rekwiżitistabbiliti fis-Sottoparti F tat-Taqsima A ta' dan l-Anness (Parti-M).

(d)

Tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għall-approvazzjoni għandha ssir laqgħa mal-maniġer responsabbli, sabiex jiġi żgurat li hu jifhem kompletament is-sinifikat tal-approvazzjoni u r-raġuni għall-iffirmar tal-impenn għall-organizzazzjoni f'konformità mal-proċeduri speċifikati fil-manwal.

(e)

Is-sejbiet kollha għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-organizzazjoni tal-applikant.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq (azzjonijiet meħtieġa biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha.

(g)

Għall-approvazzjoni inizjali s-sejbiet kollha għandhom jiġu kkoreġuti mill-organizzazzjoni u jingħalqu mill-awtorità kompetenti qabel ma tinħareġ din l-approvazzjoni.

M.B.603   Ħruġ tal-approvazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta' approvazzjoni tal-Formola 3 tal-EASA (l-Appendiċi V) li jinkludi t-termini tal-approvazzjoni, meta l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni tkun konformi mal- punti applikabbli ta' din il-Parti.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tindika l-kundizzjonijiet mehmuża mal-approvazzjoni fuq iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-Formola 3 tal-EASA.

(c)

In-numru ta' referenza għandu jiġi inkluż fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-Formola 3 tal-EASA bil-mod speċifikat mill-Aġenzija.

M.B.604   Sorveljanza kontinwata

(a)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna lista tal-programmi, għal kull organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata skont is-Sottoparti F tat-Taqsima B ta' dan l-Anness (Parti-M) taħt is-superviżjoni tagħha, id-dati meta ż-żjarat tal-verifika huma dovuti u meta tali żjarat jitwettqu.

(b)

Kull organizzazzjoni għandha tiġi vverifikata kompletament f'perjodi li ma jaqbuż l-24 xahar.

(c)

Is-sejbiet kollha għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-organizzazzjoni li qed tapplika.

(d)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet tal-għeluq (azzjonijiet meħtieġa biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha.

(e)

Darba kull 24 xahar għandha ssir laqgħa mal-maniġer responsabbli sabiex jiġi żgurat li hu jibqa' informat bi kwistjonijiet sinifkanti li jirriżultaw matul il-verifiki.

M.B.605   Sejbiet

(a)

Meta waqt il-verifiki, permezz ta' mezzi oħra tinstab evidenza li turi n-nuqqas ta' konformità ma' rekwiżit stabbilit f'dan l-Anness (Parti-M), l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1.

Għal sejbiet ta' livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni immedjata biex tirrevoka, tillimita jew tissospendi kompletament jew parzjalment, jiddependi mill-kobor tas-sejba ta' livell 1, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha twettaq l-azzjonijiet korrettivi.

2.

Għal sejbiet ta' livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu għall-azzjoni korrettiva, li jkun xieraq għan-natura tas-sejba u li ma jkunx itwal minn tliet xhur. F'ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta' dan l-ewwel l-perjodu u skont in-natura tas-sejba, l-awtorità kompetenti tista' testendi l-perjodu ta' tliet xhur, dejjem jekk ikun hemm pjan sodisfaċenti ta' azzjonijiet korrettivi.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parzjalment, f'każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.

M.B.606   Bidliet

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tkun konformi mal-elementi applikabbli tal-proċess inizjali għal kull bidla fl-organizzazzjoni nnotifikata skont il-punt M.A.617.

(b)

L-awtorità kompetenti tista' tippreskrivi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata tista' topera matul dawn il-bidliet sakemm ma tiddeċidix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża minħabba n-natura u l-firxa tal-bidliet.

(c)

Għal kwalunkwe bidla fil-manwal tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni:

1.

Fil-każ ta' approvazzjoni diretta tal-bidliet skont il-punt M.A.6041(b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fil-manwal huma konformi ma' dan l-Anness (Parti-M) qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni.

2.

Fil-każ li proċedura ta' approvazzjoni indiretta tintuża għall-approvazzjoni tal-bidliet skont il-punt M.A.604(c), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura (i) li l-bidliet jibqgħu żgħar u (ii) li għandha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tal-bidliet biex tiżgura li jibqgħu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-M).

M.B.607   Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi approvazzjoni għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali lis-sikurezza, jew;

(b)

tissospendi, tirrevoka jew tillimita approvazzjoni skont il-punt M.B.605.

IS-SOTTOPARTI G

ORGANIZZAZZJONI TAL-ĠESTJONI TAL-KONTINWITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.701   Applikazzjoni

(a)

Għat-trasport kummerċjali bl-ajru l-awtorità kompetenti għandha tirċievi għall-approvazzjoni bl-applikazzjoni inizjali għaċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru, fejn applikabbli, kull varjazzjoni applikata għal kull tip ta' inġenju tal-ajru li għandu jiġi operat:

1.

l-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà;

2.

il-programmi ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru tal-operatur;

3.

il-ġurnal tekniku tal-inġenju tal-ajru;

4.

fejn hu xieraq, l-ispeċifikazzjoni teknika tal-kuntratti ta' manutenzjoni bejn l-operatur u organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata tal-Parti-145;

(b)

Meta faċilitajiet ikunu jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed l-investigazzjoni u s-sorveljanza kontinwata tal-approvazzjoni għandhom jitwettqu flimkien mal-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-faċilitajiet l-oħra.

M.B.   Approvazzjoni inizjali

(a)

Dejjem jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-punti M.A.706(a), (c), (d) u M.A.707, l-awtorità kompetenti għandha formalment tindika bil-miktub lill-applikant l-aċċettazzjoni tagħha tal-persunal M.A.706(a), (c), (d) u M.A.707.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi li l-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jikkonformaw mat- Taqsima A tas-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M)

(c)

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti ta' stabbiliti fit-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M).

(d)

Tal-anqas darba matul l-investigazzjoni għall-approvazzjoni għandha ssir laqgħa mal-maniġer responsabbli biex jiġi żgurat li hu jifhem is-sinifikat tal-approvazzjoni u r-raġuni għall-iffirmar tal-impenn tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni għall-konformità mal-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(e)

Is-sejbiet kollha għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub lill-organizzazzjoni li qed tapplika.

(f)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq (azzjonijiet meħtieġ biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha.

(g)

Għall-approvazzjoni inizjali, is-sejbiet kollha għandhom jiġu kkoreġuti mill-organizzazzjoni u jingħalqu mill-awtorità kompetenti qabel mal-approvazzjoni tkun tista' tinħareġ.

M.B.703   Ħruġ tal-approvazzjoni

(a)

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ lill-applikant ċertifikat ta' approvazzjoni tal-Formola 14 tal-EASA (l-Appendiċi VI) li jinkludi t-termini tal-approvazzjoni, meta l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà hija f'konformità mat- Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M).

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tindika l-validità tal-approvazzjoni fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-Formola 14 tal-EASA.

(c)

In-numru tar-referenza għandu jkun inkluż fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-Formola 14 b'mod speċifikat mill-Aġenzija.

(d)

Fil-każ tat-trasport kummerċjali bl-ajru, l-informazzjoni fil-Formola 14 tal-EASA se tiġi inkluża fuq iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru.

M.B.704   Sorveljanza kontinwata

(a)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm u taġġorna l-elenkar tal-programm għal kull organizzazzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G tal-Annessi (Parti-M) taħt is-superviżjoni tagħhha, id-dati ta' meta għandhom isiru l-viżti tal-verifika u meta tali viżti twettqu.

(b)

Kull organizzazzjoni għandhom ikunu kompletament verifikati f'perjodu li ma jaqżbux l-24 xahar.

(c)

Kampjun rilevanti tal-inġenju tal-ajru ġestit mill- organizzazzjoni approvata skont it-Taqsima B, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M) għandu jiġi ssorveljat f'kull perjodu ta' 24 xahar. Id-daqs tal-kampjun jiġi deċiż mill-awtorità kompetenti abbażi tar-riżultat tal-verifiki preċedenti u stħarriġiet dwar il-prodott li twettqu qabel.

(d)

Is-sejbiet kollha għandhom jiġu kkonfermati mil-miktub lill-organizzazzjoni li qed tapplika.

(e)

L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra s-sejbiet, l-azzjonijiet ta' għeluq (azzjonijiet meħtieġa biex tingħalaq sejba) u r-rakkomandazzjonijiet kollha.

(f)

Tal-anqas darba kull 24 xahar għandha ssir laqgħa mal-maniġer responsabbli biex jiġi żgurat li hu jibqa' infurmat bi kwistjonijiet sinifikanti li jirriżultaw matul il-verifiki.

M.B.705   Sejbiet

(a)

Meta matul il-verifiki jew permezz ta' mezzi oħra, tinstab evidenza li turi n-nuqqas ta' konformità ma' rekwiżit stabbilit f'dan l-Anness (Parti-M), l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1.

Għal sejbiet ta' livell 1, għandha tittieħed azzjoni immedjata mill-awtorità kompetenti biex tirrevoka, tillimita jew tissospendi kompletament jew parzjalment, jiddependi fuq id-daqs tas-sejba ta' livell 1, l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, sakemm tkun ittieħdet azzjoni korrettiva mill-organizzazzjoni.

2.

Għal sejbiet ta' livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tagħti perjodu għall-azzjoni korrettiva, li jkun xieraq għan-natura tas-sejba u li ma jkunx itwal minn tliet xhur. F'ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta' dan il-perjodu u skont in-natura tas-sejbiet, l-awtorità kompetenti tista' testendi l-perjodu ta' tliet xhur, dejjem jekk ikun hemm pjan sodisfaċenti ta' azzjonijiet korrettivi.

(b)

L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f'każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.

M.B.706   Bidliet

(a)

L-awtorità kompetenti għandha tkun konformi mal-elementi applikabbli tal-proċess inizjali għal kull bidla fl-organizzazzjoni nnotifikata skont il-punt M.A.713.

(b)

L-awtorità kompetenti tista' tippreskrivi l-kundizzjonijiet li bihom l-organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata tista' topera matul dawn il-bidliet sakemm ma tiddeċiedix li l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża minħabba n-natura u l-firxa tal-bidliet.

(c)

Għal kwalunkwe bidla fl-espożizzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà:

1.

Fil-każ ta' approvazzjoni diretta tal-bidliet skont il-punt M.A.7041(b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-proċeduri speċifikati fl-espożizzjoni huma konformi ma' dan l-Anness (Parti-M) qabel ma tinnotifika formalment lill-organizzazzjoni approvata dwar l-approvazzjoni.

2.

Fil-każ li proċedura ta' approvazzjoni indiretta tintuża għall-approvazzjoni tal-bidliet skont il-punt M.A.704(c), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura (i) li l-bidliet jibqgħu żgħar u (ii) li għandha kontroll adegwat fuq l-approvazzjoni tal-bidliet biex tiżgura li jibqgħu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness (Parti-M).

M.B.707   Ir-revoka, is-sospensjoni u l-limitazzjoni ta' approvazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tissospendi approvazzjoni għal raġunijiet validi fil-każ ta' theddida potenzjali lis-sikurezza, jew;

(b)

tissospendi, tirrevoka jew tillimita approvazzjoni skont il-punt M.B.705.

IS-SOTTOPARTI H

ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX GĦAS-SERVIZZ — CRS

(trid tiġi żviluppata skont kif inhu xieraq)

IS-SOTTOPARTI I

ĊERTIFIKATI TA' REVIZJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ

M.B.901   Valutazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet

Hekk kif tasal applikazzjoni u rakkomandazzjoni taċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà assoċjata f'konformità mal- punt M.A.901:

1.

Il-persuna kwalifikat kif xieraq mill-awtorità kompetenti għandu jivverifika li d-dikjarazzjoni ta' konformità fir-rakkomandazzjoni turi li twettqet reviżjoni kompleta tal-ajrunavigabbilta M.A. 710.

2.

L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga u tista' titlob aktar informazzjoni biex issostni l-valutazzjoni tar-rakkomandazzjoni.

M.B.902   Reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà mill-awtorità kompetenti

(a)

Meta awtorità kompetenti twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u toħroġ il-Formola 15a tal-EASA (Appendiċi III), l-awtorità kompetenti għandha twettaq reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà f'konformità mal-punt M.A.710.

(b)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha persunal adattat għar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà biex twettaq ir-reviżjonijiet tal-ajrunavigabbiltà.

1.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, u l-inġenji tal-ajru ta' aktar minn 2 730 kg MTOM, barra blalen, dan il-persunal għandu jkollu:

(a)

mill-inqas ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u:

(b)

liċenzja adegwata f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jew kwalifika adegwata tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (Parti-66) tirreferi għar-regolamenti nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

(c)

taħriġ formali fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

(d)

pożizzjoni b'responsabilitajiet xierqa.

Minkejja l-punti “a” sa “d” hawn fuq, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.B.902(b)1b jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.902(a)1a.

2.

Għall-inġenji tal-ajru kollha użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru ta' 2 730 kg MTOM jew inqas, u blalen, dan il-persunal għandu jkollu:

(a)

mill-inqas tliet snin esperjenza tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, u;

(b)

liċenzja adegwata f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jew kwalifika adegwata tal-persunal ta' manutenzjoni rikonoxxuta f'livell nazzjonali għall-kategorija tal-inġenju tal-ajru (fejn l-Anness III (Parti-66) tirreferi għar-regolamenti nazzjonali) jew grad ajrunawtiku jew l-ekwivalenti, u;

(c)

taħriġ adattat fil-manutenzjoni ajrunawtika, u;

(d)

pożizzjoni b'responsabilitajiet xierqa.

Minkejja l-punti “a” sa “d” hawn fuq, ir-rekwiżit stabbilit fil-punt M.B.902(b)2b jista' jinbidel ma' ħames snin esperjenza fil-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà b'żieda ma' dawk diġà meħtieġa fil-punt M.A.902(b)2a.

(c)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tal-persunal kollu tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà, li għandu jinkludi d-dettalji ta' kwalunkwe kwalifika adegwata li jkollu l-persunal flimkien ma' sommarju tal-esperjenza u t-taħriġ rilevanti fil-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

(d)

L-awtorità kompetenti għandu jkollha aċċess għad-dejta applikabbli kif speċifikat fil-punti M.A.305, M.A.306 u M.A.401 fit-twettiq tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

(e)

Il-persunal li jwettaq ir-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà għandu joħroġ il-Formola 15a wara t-tlestija sodisfaċenti tar-reviżjoni tal-adegwatezza għall-avjazzjoni.

M.B.903   Sejbiet

Jekk waqt l-istħarriġ tal-inġenju tal-ajru jew permezz ta' mezzi oħra tinstab evidenza li hemm nuqqas ta' konformità mar-rekwiżit tal-Parti-M, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

1.

għal sejbiet ta' livell 1, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni korrettiva qabel tittieħed azzjoni immedjata u tat-titjira mill-awtorità kompetenti biex tirrevoka jew tissospendi ċ-ċertifikat tar-reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà.

2.

għal sejbiet ta' livell 2, l-azzjoni korrettiva meħtieġa mill-awtorità kompetenti għandha tkun xierqa għan-natura tas-sejba.

Appendiċi I

Arranġament tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà

1.

Meta sid jikkuntratta organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M) approvata f'konformità mal-punt M.A.201 biex twettaq kompiti ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, fuq talba mill-awtorità kompetenti għandha tintbagħat kopja tal-ftehim, mis-sid lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistru ladarba jkun ġie ffirmat miż-żewġ partijiet.

2.

Il-ftehim għandu jiġi żviluppat waqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni r-rekwiżiti ta' dan l-Anness tal-Parti M u għandu jispjega l-obbligi tal-firmatarji fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.

3.

Dan għandu jinkludi bħala minimu:

ir-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru,

it-tip tal-inġenju tal-ajru,

in-umru tas-serje tal-inġenju tal-ajru,

l-isem jew id-dettalji tal-kumpanija inkluż l-indirizz ta' sid l-inġenju tal-ajru jew il-kerrej,

dettalji tal- organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (il-Part M), inkluż l-indirizz.

4.

Il-ftehim għandu jiddikjara dan li ġej:

“Is-sid jafda f'idejn l-organizzazzjoni approvata l-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, l-iżvilupp ta' programm ta' manutenzjoni li għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet tal-ajrunavigabbiltà tal-Istat Membru fejn l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat, u l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru f'konformità mal-programm imsemmi f'organizzazzjoni approvata.

Skont, il-ftehim attwali ż-żewġ firmatarji jintrabtu li jobdu l-obbligi ta' dan il-ftehim.

Sa fejn jafu huma, is-sid jiċċertifika li l-informazzjoni kollha mogħtija lill-organizzazzjoni approvata, rigward l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru hija u se tkun preċiża u li l-inġenju tal-ajru ma jiġix modifikat mingħajd approvazzjoni minn qabel mill-organizzazzjoni approvata.

F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan il-ftehim, minn kull wieħed mill-firmatarji, il-ftehim isir null. F'tali każ, is-sid jibqa' responsabbli għal kull kompitu marbut mal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru, u jintrabat li fi żmien ħmistax jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat membru tar-reġistru.”

5.

Meta sid jikkuntratta organizzazzjoni ta' ġestjoni tal-tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà skont it-Taqsima A, is-Sottoparti G ta' dan l-Anness (Parti M) approvata f'konformità mal-punt M.A.201, l-obbligi ta' kull parti għandhom jiġu kondiviżi kif ġej:

5.1.

L-obbligi tal-organizzazzjoni approvata:

1.

ikollha t-tip ta' inġenju tal-ajru fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tagħha;

2.

tirrispetta l-kundizzjonijiet li twettaq il-manutenzjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru elenkati hawn taħt:

(a)

tiżviluppa programm ta' manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru, inkluż kwalunkwe programm ta' affidabbilità żviluppat jekk ikun applikabbli,

(b)

tiddikjara l-kompiti ta' manutenzjoni (fil-programm ta' manutenzjoni) li jistgħu jitwettqu mill-pilota-sid skont il-punt M.A.803 (c),

(c)

torganizza l-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru,

(d)

meta jkun approvat, tagħti kopja tal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru lis-sid,

(e)

torganizza spezzjoni li timla l-vojt mill-programm ta' manutenzjoni ta' qabel tal-inġenju tal-ajru,

(f)

torganizza l-manutenzjoni kollha li trid titwettaq minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata,

(g)

torganizza l-applikazzjoni tad-direttivi kollha dwar l-ajrunavigabbiltà li japplikaw,

(h)

torganizza biex id-difetti kollha li jkunu nkixfu matul manutenzjoni skedata, reviżjonijiet tal- ajrunavigabbiltà jew irrappurtati mis-sid jiġu kkorreġuti minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata,

(i)

tikkoordina l-manutenzjoni skedata, l-applikazzjoni tad-direttivi dwar l- ajrunavigabbiltà, il-bdil ta' partijiet li jistgħu jintużaw għal żmien limitat, u r-rekwiżiti ta' spezzjonijiet tal-komponenti,

(j)

tinforma lis-sid kull meta l-inġenju tal-ajru jkollu jinġieb għand organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata,

(k)

twettaq il-ġestjoni tar-rekords tekniċi kollha,

(l)

tarkivja r-rekords tekniċi kollha;

3.

torganizza l-approvazzjoni ta' kull bidla għal-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, qabel iseħħ;

4.

torganizzza l-approvazzjoni ta' kull tiswija għal-inġenju tal-ajru skont l-Anness I (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, qabel iseħħ;

5.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-inġenju tal-ajru ma jkunx ippreżentat mis-sid lil organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kif mitlub mill-organizzazzjoni approvata;

6.

tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-arranġament attwali ma jiġix irrispettat;

7.

twettaq ir-reviżjoni tal- ajrunavigabbiltà meta tkun meħtieġa u toħroġ iċ-ċertifikat jew ir-rakkomandazzjoni tar-reviżjoni tal- ajrunavigabbiltà lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

8.

tibgħat fi żmien 10 ijiem kopja ta' kull ċertifikat ta' reviżjoni tal- ajrunavigabbiltà maħruġ jew estiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

9.

iwettaq ir-rapport ta' kull avvenimnet kif ordnat bis-saħħa ta' mandat mir-regolamenti applikabbli.

10.

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-arranġament attwali jiġi ddenunċjat minn xi waħda mill-partijiet.

5.2.

L-obbligi tas-sid:

1.

ikollu għarfien ġenerali tal-programm ta' manutenzjoni approvat;

2.

ikollu għarfien ġenerali ta' dan l-Anness (Parti-M);

3.

jippreżenta l-inġenju tal-ajru lill-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata bi qbil mal-organizzazzjoni approvata fi żmien xieraq indikat mit-talba tal-organizzazzjoni approvata;

4.

ma jagħmilx tibdiliet fl-inġenju tal-ajru mingħajr ma jikkonsulta minn qabel mal-organizzazzjoni approvata;

5.

jinforma lill-organizzazzjoni approvata dwar il-manutenzjoni kollha mwettqa bħala eċċezzjoni mingħajr l-għarfien u l-kontroll tal-organizzazzjoni approvata;

6.

jirrapporta lill-organizzazzjoni approvata permezz tal-ġurnal id-difetti kollha misjuba matul l-operazzjonijiet;

7.

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni kull meta l-arranġament attwali jiġi ddenunċjat minn xi waħda mill-partijiet.

8.

jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni u l-organizzazzjoni approvata kull meta jinbiegħ l-inġenju tal-ajru.

9.

iwettaq ir-rapport ta' kull avvenimnet kif ordnat bis-saħħa ta' mandat mir-regolamenti applikabbli.

10.

jinforma fuq bażi regolari lill-organizzazzjoni approvata dwar is-sigħat ta' titjir tal-inġenju tal-ajru u kwalunkwe dejta oħra dwar l-utilizzazzjoni, kif miftiehem mal-organizzazzjoni approvata.

11.

idaħħal iċ-ċertifikat tal-ħruġ għall-użu fil-ġurnali kif jissemma fil-punt M.A.803(d) meta jwettaq manutenzjoni tal-pilota-sid mingħaj ma jaqbeż il-limiti tal-lista tal-kompiti ta' manutenzjoni kif iddikjarati fil-programm ta' manutenzjoni approvat kif stabbilit fil-punt M.A.803(c).

12.

jinforma lill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' kull xogħol ta' manutenzjoni magħmul mill-pilota-sid skont il-punt M.A. 305(a).

Appendiċi II

Ċertfikat għar-Rilaxx Awtorizzat — Formola 1 tal-EASA

Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal għanijiet ta' manutenzjoni. Tinġibed l-attenzjoni għall-Appendiċi I tal-Anness (Parti-21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal għanijiet ta' produzzjoni.

1.   GĦAN U UŻU

1.1.   L-għan primarju taċ-Ċertifikat huwa li jiddikjara l-ajrunavigabbiltà tax-xogħol ta' manutenzjoni mwettaq fuq prodotti, parts jew apparat (minn issa 'l quddiem “oġġett(i)”).

1.2.   Trid tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-Ċertifikat u l-oġġett(i). L-oriġinatur għandu jżomm Ċertifikat f'forma li tippermetti l-verifika tad-dejta orġinali.

1.3.   Iċ-Ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-ajrunavigabbiltà, iżda jista' jkun dipendenti fuq l-eżistenza ta' ftehimiet bilaterali u/jew il-politika tal-awtorità tan-navigabbiltà. Id-“dejta approvata tad-disinn” imsemmija f'dan iċ-Ċertfikat għalhekk tfisser li approvata mill-awtorità tal-ajrunavigabbiltà tal-pajjiż importatur.

1.4.   Iċ-Ċertifikat mhuwiex nota ta' kunsinna jew ta' trasport.

1.5.   L-inġenji tal-ajru m'għandhomx jiġu rrilaxxati permezz ta' dan iċ-Ċertifikat.

1.6.   Iċ-Ċertifikat ma jikkostitwix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenju tal-ajru, magna jew skrejjen partikolari, iżda jgħin lill-utent aħħari jiddetermina l-istatus tal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà.

1.7.   Mhix permessa fuq l-istess ċertifikat taħlita ta' oġġetti rilaxxati mill-produzzjoni u mill-manutenzjoni.

2.   FORMAT ĠENERALI

2.1.   Iċ-Ċertifikat għandu jkun konformi mal-format mehmuż inklużi n-numri tal-kaxex u l-pożizzjoni ta' kull kaxxa. Il-qisien tal-kaxxa jistgħu mandakollu jvarjaw skont l-applikazzjoni individwali, iżda mhux sal-punt fejn iċ-Ċertifikat ma jkunx jingħaraf.

2.2.   Iċ-Ċertifikat għandu jkun orjentat orizzontalment fuq il-karta (format “landscape”) iżda d-daqs kumplessiv jista' jitkabbar jew jitnaqqas b'mod konsistenti sakemm iċ-Ċertfikat jibqa' jingħaraf u jinqara sew. F'dubju, ikkonsulta mal-Awtorità Kompetenti.

2.3.   Id-dikjarazzjoni ta' responsabbiltà tal-Utent/Installatur tista' titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.

2.4.   L-istampar kollu jrid ikun ċar u jinqara faċilment.

2.5.   Iċ-Ċertifikat jista' jew ikun stampat minn qabel jew inkella ġġenerat minn kompjuter iżda f'kull każ l-istampar tal-linji u l-karattri jrid ikun ċar u leġibbli u skont il-format definit.

2.6.   Iċ-Ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u fejn xieraq, bi lsien ieħor jew aktar.

2.7.   Id-dettalji li għandhom jiddaħħlu fiċ-Ċertfikat jistgħu jkunu jew stampati b'magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn b'ittri kapitali b'tali mod li jinqraw faċilment.

2.8.   Żomm għall-minimu l-użu tat-taqsiriet, għal raġunijiet ta' ċarezza.

2.9.   L-ispazju li jibqa' fuq in-naħa ta' wara taċ-Ċertfikat jista' jintuża mill-oriġinatur għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali iżda ma jista' jinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta' ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu tan-naħa ta' wara taċ-Ċertifikat għandu jkun refereznjat fil-kaxxa xierqa fuq il-parti ta' quddiem taċ-ċertifikat.

3.   KOPJI

3.1.   Ma hemmx restrizzjoni fuq l-għadd ta' kopji taċ-Ċertifikat mibgħut lill-klijent jew miżmum mill-oriġinatur.

4.   ŻBALJI FUQ ĊERTIFIKAT

4.1.   Jekk utent aħħari jsib żball fuq Ċertifikat, għandu jidentifikah bil-miktub lill-oriġinatur. L-oriġinatur jista' joħroġ Ċertifikat ġdid biss jekk l-iżball jista' jiġi vverifikat u kkoreġġut.

4.2.   Iċ-Ċertifikat il-ġdid għandu jkollu numru tal-intraċċar ġdid, firma u data.

4.3.   It-talba għal Ċertfikat ġdid għandha tiġi onorata mingħajr verifika mill-ġdid tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-Ċertifikat il-ġdid mhuwiex dikjarazzjoni ta' kundizzjoni kurrenti u għandu jirreferi għaċ-Ċertifikat preċedenti fil-kaxxa 12 b'din id-dikjarazzjoni: “Dan iċ-Ċertifikat jikkoreġi l-iżball(ji) fil-kaxxa(i) [daħħal il-kaxxi kkoreġġuti] taċ-Ċertifikat [daħħal in-numru oriġinal tat-traċċar] bid-data [daħħal id-data oriġinali tal-ħruġ] u ma jkoprix il- konformità/kundizzjoni/rilaxx għas-servizz”. Iż-żewġ Ċertifikati jridu jinżammu skont il-perjodu taż-żamma assoċjat ma' tal-ewwel.

5.   IL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ORIĠINATUR

Kaxxa 1 Awtorità Kompetenti tal-Approvazzjoni/Pajjiż

Iddikjara l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha ħareġ iċ-Ċertifikat. When the competent authority is the Agency, only “EASA” must be stated.

Kaxxa 2 Intestatura tal-Formola 1 tal-EASA

“ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT

FORMOLA 1 TAL-EASA”

Kaxxa 3 Numru tal-Intraċċar tal-Formola

Daħħal in-numru uniku stabbilit mis-sistema/proċedura tan-numerar tal-organizzazzjoni identifikata fil-kaxxa 4; dan jista' jinkludi karattri alfanumeriċi.

Kaxxa 4 Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni

Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tal-organizzazzjoni approvata (irreferi għall-Forma 3 tal-EASA) li qed tirrilaxxa x-xogħol kopert minn dan iċ-Ċertifikat. Logos, eċċ, huma permessi jekk il-logo joqgħod fil-kaxxa.

Kaxxa 5 Ordni ta' Xogħol/Kuntratt/Fattura

Sabiex tiġi ffaċilitata t-traċċabbiltà tal-oġġett(i), daħħal in-numru tal-ordni tax-xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura, jew numru simili ta' referenza.

Kaxxa 6 Oġġett

Daħħal in-numru tal-oġġett skont il-linja meta jkun hemm aktar minn oġġett wieħed fil-linja. Din il-kaxxa tippermetti referenzjar inkroċjat faċli għall-kaxxa 12 tar-Rimarki.

Kaxxa 7 Deskrizzjoni

Daħħal l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza lit-terminu użat fl-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni tal-ajrunavigabbiltà jew id-dejta tal-manutenzjoni (eż. Katalgu Illustrat tal-Parts, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenju tal-Ajru, Bullettin tas-Servizz, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Komponenti).

Kaxxa 8 Numru tal-Part

Daħħal in-numru tal-part kif jidher fuq l-oġġett jew fuq it-tikketta/il-pakkett. Fil-każ ta' magna jew skrejjen, tista' tintuża t-tismija tat-tip.

Kaxxa 9 Kwantità

Iddikjara l-kwantità tal-oġġetti.

Kaxxa 10 Numru tas-Serje

Jekk l-oġġett huwa meħtieġ mir-regolamenti li jiġi identifikat b'numru tas-serje, daħħlu hawn. Barra minn dan, jista' wkoll jiddaħħal kwalunkwe numru ieħor tas-serje mhux meħtieġ mir-regolament. Jekk mhemmx numru tas-serje identifikat fuq l-oġġett, daħħal “N/A”.

Kaxxa 11 Status/Xogħol

Dan li ġej jiddeskrivi l-entrati permissibbli għall-kaxxa 11. Daħħal wieħed biss minn dawn it-termini — fejn jista' jkun applikabbli iktar minn wieħed, uża dak li jiddeskrivi bl-aktar mod preċiż il-biċċa l-kbira tax-xogħol imwettaq u/jew l-istatus tal-oġġett.

(i)

Żarmat

.

Tfisser proċess li jiżgura li l-oġġett huwa f'konformità totali mat-tolleranzi applikabbli kollha tas-servizz speċifikati fl-istruzzjonijiet tad-detentur taċ-ċertifikat jew tal-manifattur tat-tagħmir għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, jew fid-dejta li hija approvata jew aċċettata mill-Awtorità. L-oġġett ikun mill-inqas żarmat, imnaddaf, imsewwi kif meħtieġ, immuntat mill-ġdid u ttestjat skont id-dejta speċifikata fuq.

(ii)

Imsewwi

.

Rettifika tad-difett(i) bl-użu ta' standard applikabbli (1).

(iii)

Spezzjonat/Ittestjat.

.

Eżami, kejl, eċċ. skont standard applikabbli (1) (eż. spezzjoni viżiva, test funzjonali, test fuq punt fiss, eċċ.).

(iv)

Immodifikat

.

Alterazzjoni ta' oġġett biex jikkonforma ma' standard applikabbli (1).

Kaxxa 12 Rimarki

Iddeskrivi x-xogħol identifikat fil-Kaxxa 11, jew direttament jew b'referenza għad-dokumentazzjoni anċillari, necċessarja għall-utent jew għall-installatur biex jiddetermina l-ajrunavigabbiltà l-oġġett(i) b'relazzjoni max-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk meħtieġ, tista' tintuża folja separata u rreferenzjata mill-Formola 1 ewlenija tal-EASA. Kull dikjarazzjoni trid tidentifika b'mod ċar liema oġġett(i) fil- Kaxxa 6 tirreferi għalihom.

Eżempji ta' informazzjoni li għandhom jiddaħħlu fil-kaxxa 12 huma:

(i)

Id-dejta tal-manutenzjoni użata, inkluż l-istatus tar-reviżjoni u r-referenza.

(ii)

Konformità ma' direttivi tal-ajrunavigabbiltà jew bulettini tas-servizz.

(iii)

Tiswijiet imwettqa.

(iv)

Modifiki mwettqa.

(v)

Parts ta' sostituzzjoni installati.

(vi)

Status tal-parts bi żmien limitat tal-użu.

(vii)

Diskrepanzi fir-rigward tal-ordni tax-xogħol tal-klijent.

(viii)

Dikjarazzjonijiet tar-rilaxx sabiex jiġi sodisfatt rekwiżit tal-manutenzjoni minn Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili barranija.

(ix)

Informazzjoni meħtieġa sabiex tappoġġ

(x)

Għall-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont id-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M), iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz tal-komponent imsemmi fil-punt M.A.613;

“Jiċċertifika li, sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din il-kaxxa, ix-xogħol identifikat fil-kaxxa 11 u deskritt f'din il-kaxxa twettaq skont ir-rekwiżiti tat-Taqsima A, Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, u fir-rigward ta' dak ix-xogħol, l-oġġett jitqies bħala lest biex jinħareġ għall-użu. DAN MHUX ĦRUĠ GĦALL-UŻU SKONT L-ANNESS II (PARTI-145) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1321/2014.”

Jekk tkun qed tiġi stampata dejta mill-format elettroniku tal-Formola 1 tal-EASA, kwalunkwe dejta li mhix xierqa għall-kaxex l-oħra trid tiddaħħal f'din il-kaxxa.

Kaxxa 13a-13e

Rekwiżiti Ġenerali għall-kaxex 13a-13e: Mhux użat għar-rilaxx mill-manutenzjoni. Ħażżeż, skura jew immarka mod ieħor sabiex tipprekludi użu involontarju jew mhux awtorizzat.

Kaxxa 14a

Immarka l-kaxxa/kaxex ix-xierqa billi tindika liema regolamenti japplikaw għax-xogħol imlesti. Jekk il-kaxxa “regolamenti oħra speċifikati fil-kaxxa 12” tkun immarkata, ir-regolamenti tal-awtorità/ajiet l-oħra tal-ajrunavigabbiltà għandhom jiġu identifikati fil-kaxxa 12. Trid tiġi mmarkata mill-inqas kaxxa waħda, jew jistgħu jiġu mmarkati żewġ kaxxi, kif xieraq.

Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjoniet ta' manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A, is-Sottoparti F tal-Anness I (Parti-M) għar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, il-kaxxa “regolament ieħor speċifikat fil-kaxxa 12” għandha tiġi mmarkata u l-istqarrija taċ-ċertifikazzjoni tar-rilaxx għall-użu ssir fil-kaxxa 12. F'dak il-każ, l-istqarrija ta' ċertifikazzjoni “sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din il-kaxxa” hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a)

Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.

(b)

Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness I (Parti-M).

(c)

Fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness I (Parti-M). F'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.

Għall-manutenzjoni kollha mwettqa minn organizzazzjoniet ta' manutenzjoni approvati skont it-Taqsima A tal-Anness II (Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, l-istqarrija ta' ċertifikazzjoni “ħlief jekk speċifikat fil-kaxxa 12” hija maħsuba biex tindirizza l-każijiet li ġejjin:

(a)

Fejn il-manutenzjoni ma setgħetx titlesta.

(b)

Fejn il-manutenzjoni kienet differenti mill-istandard mitlub mill-Anness II (Parti-145).

(c)

Fejn il-manutenzjoni twettqet skont rekwiżit differenti minn dak speċifikat fl-Anness II (Parti-145). F'dan il-każ il-blokk 12 għandu jispeċifika r-regolament nazzjonali partikolari.

Kaxxa 14b Firma Awtorizzata

Dan l-ispazju għandu jimtela bil-firma tal-persuna awtorizzata. Għandhom permess jiffirmaw din il-kaxxa biss il-persuni awtorizzati speċifikament mir-regoli u l-politiki tal-Awtorità Kompetenti. Sabiex ikun hemm rikonoxximent aħjar, jista' jiżdied numru uniku li jidentifika l-persuna awtorizzata.

Kaxxa 14c Numru taċ-Ċertifikat/Approvazzjoni

Daħħal in-numru/referenza taċ-Ċertifikat/Approvazzjoni In-numru jew referenza jinħareġ mill-Awtorità Kompetenti.

Kaxxa 14d Isem

Daħħal isem il-persuna li qed tiffirma l-kaxxa 14b b'mod li jista' jinqara.

Kaxxa 14e Data

Daħħal id-data li fiha ġiet iffirmata l-kaxxa 14b, id-data trid tkun fil-format jj = jum b'żewġ ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = sena b'4 ċifri

Responsabbiltajiet tal-Utent/Installatur

Daħħal id-dikjarazzjoni li ġejja fuq iċ-Ċertifikat sabiex tgħarraf lill-utenti aħħarin li mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni u l-użu ta' kwalunkwe oġġett akkumpanjat minn din il-formola:

“DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JIKKOSTITWIX AWTOMATIKAMENT L-AWTORITÀ GĦALL-INSTALLAZZJONI.

META L-UTENT/INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL SKONT IR-REGOLAMENT TA' AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ DIFFERENTI MINN DIK L-AWTORITÀ TAN-NAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, HUWA ESSENZJALI LI L-UTENT/INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ TIEGĦU/TAGĦHA TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1.

DIKJARAZZJONIJIET FIL-KAXEX 13A U 14A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. FI KWALUNKWE KAŻ, IR-REKORDS TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU GĦANDU JKOLLHOM ĊERTIFIKAT TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠ MILL-UTENT/INSTALLATUR SKONT IR-REGOLAMENTI NAZZJONALI, QABEL MA L-INĠENJI TAL-AJRU JKUNU JISTGĦU JITTAJRU.”

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Standard applikabbli tfisser standard, metodu, teknika jew prattika ta' manifattura/disinn/manutenzjoni/kwalità approvata minn jew aċċettabbli għall-Awtorità Kompetenti. L-istandard applikabbli għandu jiġi deskritt fil-kaxxa 12.

Appendiċi III

Ċertfikat għar-Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà — Formola 15 tal-EASA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi IV

Sistema ta' Klassijiet u Kategoriji użati għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)

1.

Ħlief jekk iddikjarat mod ieħor għall-iżgħar organizzazzjonijiet fil-punt 12, it-tabella msemmija fil-punt 13 tipprovdi s-sistema standard għall-approvazzjoni tal-organizzazjoni tal-manutenzjoni taħt is-Sottoparti F (Parti-M) u l-Anness II (Parti-145) Organizzazzjoni għandha tingħata approvazzjoni fuq medda minn klassi u valutazzjoni unika b'limitazzjonijiet sal-klassijiet u l-valutazzjonijiet kollha b'limitazzjonijiet.

2.

Minbarra t-tabella msemmija fil-punt 13, l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni meħtieġa tindika l-ambitu ta' xogħolha fil-manwal/preżentazzjoni tagħha tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni. Ara wkoll il-punt 11

3.

Fi ħdan il-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) mogħtija mill-awtorità kompetenti, l-ambitu tax-xogħol speċifikat fil-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni jiddefinixxi l-limiti eżatti tal-approvazzjoni. Huwa għalhekk essezjali li l-klassi(jiet) u l-valutazzjoni(jiet) tal-approvazzjoni u l-ambitu tax-xogħol tal-organizzazzjonijiet ikunu jaqblu.

4.

Valutazzjoni ta' klassi A tfisser li l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata tista' twettaq manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u kull komponent (inklużi magni u/jew ġeneratur awżiljari (APUs)) skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati fuq l-inġenju tal-ajru. Madankollu, din l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata vvalutata b'A tista' temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt. Dan se jkun suġġett għal proċedura ta' kontroll fil-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. It-taqsima ta' limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-manutenzjoni biex b'hekk tindika t-termini tal-approvazzjoni.

5.

Valutazzjoni ta' klassi B tfisser li organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata tista' twettaq manutenzjoni fuq magni u/jew APU u komponenti tal-magna/APU mhux installati, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-magna/APU jew, bi qbil mal-awtorità kompetenti, skont id-dejta tal-manutenzjoni tal-komponenti, biss sakemm dawn il-komponenti jkunu mmuntati mal-magni u/jew l-APU. Madankollu, din l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kklassifikata B tista' temporanjament tneħħi komponent għall-manutenzjoni, biex ittejjeb l-aċċess għal dak il-komponent, ħlief meta din it-tneħħija tiġġenera l-ħtieġa għal manutenzjoni addizzjonali li ma tkunx eliġibbli għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-punt. It-taqsima ta' limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-manutenzjoni biex b'hekk tindika t-termini tal-approvazzjoni. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata kklassifikata f'kategorija B tista' wkoll twettaq manutenzjoni fuq magna installata waqt manutenzjoni tal-“bażi” u tal-“linja” suġġetta għal proċedura ta' kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. L-ambitu tal-applikazzjoni tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għandu jirrifletti din l-attività fejn dan ikun permess mill-awtorità kompetenti.

6.

Valutazzjoni ta' klassi C tfisser li l-organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni tista' twettaq manutenzjoni fuq komponenti mhux installati (esklużi magni u APUs) maħsuba għall-immuntar fuq l-inġenju tal-ajru jew il-magna/APU. It-taqsima ta' limitazzjoni se tispeċifika l-ambitu tal-applikazzjoni ta' din il-manutenzjoni biex b'hekk tindika t-termini tal-approvazzjoni. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni kklassifikata f'kategorija C tista' wkoll twettaq manutenzjoni fuq komponent installat waqt manutenzjoni tal-“bażi” u tal-“linja” jew f'faċilità tal-manutenzjoni ta' magna/APU suġġetta għal proċedura ta' kontroll fl-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni li għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti. L-ambitu tal-applikazzjoni tax-xogħol tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni ta' manutenzjoni għandu jirrifletti din l-attività fejn dan ikun permess mill-awtorità kompetenti.

7.

Valutazzjoni ta' klassi D hija klassi għaliha mhux neċessarjament marbuta ma' inġenju tal-ajru, magna jew komponent speċifiku. Il-klassifikazzjoni D1 — Non Destructive Testing (NDT) hija biss meħtieġa għal organizzazzjoni approvata tal-manutenzjoni li twettaq NDT bħala kompitu partikolari għal organizzazzjoni oħra. Organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata b'valutazzjoni ta' kategorija ta' A jew B jew C tista' twettaq NDT fuq prodotti li tkun qed tagħmlilhom suġġett għall-preżentazzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li jkun fiha proċeduri NDT, mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni ta' kategorija D1.

8.

Fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni approvati skont l-Anness II (Parti-145), valutazzjonijiet ta' klassi A jinqasmu f'manutenzjoni “Bażi” jew “Linja”. Organizzazzjoni bħal din tista' tiġi approvata għal manutenzjoni “Bażi” jew “Linja” jew għat-tnejn. Ta' min jinnota li faċilità “Linja” misjuba fuq faċilità ewlenija ta' bażi teħtieġ approvazzjoni tal-manutenzjoni “Linja”.

9.

It-Taqsima tal-limitazzjoni maħsuba biex tagħti lill-awtoritajiet kompetenti l-flessibbiltà li jadattaw l-approvazzjoni għal kwalunkwe organizzazjoni partikolari. Il-valutazzjonijiet għandhom jissemmew fuq l-approvazzjoni biss meta jkunu limitati kif xieraq. It-tabella msemmija fil-punt 13 tispeċifika t-tip ta' limitazzjoni possibbli. Filwaqt l-manutenzjoni hija elenkata l-aħħar f'kull valutazzjoni ta' klassi, huwa aċċettabbli li wieħed jisħaq dwar il-kompitu ta' manutenzjoni aktar milli l-inġenju tal-ajru jew it-tip ta' magna jew il-manifattur, jekk dan huwa aktar xieraq għall-organizzazzjoni (eżempju jista' jkun installazzjonijiet ta' sistemi avjoniċi u manutenzjoni relatata). Meta din tissemma fit-Taqsima tal-limitazzjoni, tkun tindika li l-organizzazjoni tal-manutenzjoni hija approvata biex twettaq manutenzjoni sa u inkluż dan it-tip/il-kompitu partikolari.

10.

Meta ssir referenza għal serje, tip u grupp fis-sezzjoni tal-limitazzjoni ta' klassi A u B, serje tfisser serje ta' tip speċifiku bħal Airbus 300 jew 310 jew 319 jew serje Boeing 737-300 jew serje RB211-524 jew Cessna 150 jew Cessna 172 jew serjeBeech 55 jew serje kontinentali O-200 eċc; tip tfisser tip jew mudell speċifiku bħal tip Airbus 310-240 jew tip RB 211-524 B4 jew tip Cessna 172RG; jista' jiġi kkwotat kwalunkwe numru ta' tipi jew serje; grupp tfisser perżempju inġenju tal-ajru Cessna b'ċilindru wieħed jew magni biċ-ċilindri mhux pressurizzati Lycoming eċċ.

11.

Meta tintuża lista twila ta' kompetenzi li taf tkun soġġetta għal emendi spiss, dawn l-emendi jistgħu jkunu skont il-proċeduri ta' approvazzjoni indiretta imsemmija fil-punti M.A.604(c) u M.B.606(c) jew 145.A.70(c) u 145.B.40, kif applikabbli.

12.

Organizzazzjoni tal-manutenzjoni li timpjega persuna waħda biss biex sew tippjana u sew twettaq il-manutenzjoni kollha jista' jkollha biss ambitu limitat ta' kategorija tal-approvazzjoni. Il-limiti massimi permissibbli huma:

KLASSI

KATEGORIJA

LIMITAZZJONI

KLASSI INĠENJU TAL-AJRU

AJRUPLANI TA' KLASSI A2 TA' 5 700 KG JEW INQAS

MAGNA BIĊ-ĊILINDRI 5 700 KG JEW INQAS

KLASSI INĠENJU TAL-AJRU

ĦELIKOPTERS TA' KLASSI A3

MAGNA B'ĊILINDRU WIEĦED 3 175 KG JEW INQAS

KLASSI INĠENJU TAL-AJRU

INĠENJU TAL-AJRU KLASSI A4 GĦAJR A1, A2, U A3

EBDA LIMITAZZJONI

KLASSI MAGNI

KLASSI B2 PISTUN

ANQAS MINN 450 HP

KLASSI KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUs

C1 SA C22

SKONT IL-LISTA TAL-KOMPETENZI

KLASSI XOGĦLIJIET SPEĊJLAIZZATI

D1 NDT

METODI NDT LI GĦANDHOM JIĠU SPEĊIFIKATI

Ta' min wieħed jinnota li organizzazzjoni bħal din tista' tkun ulterjorment limitata mill-awtorità kompetenti fl-ambitu tal-approvazzjoni abbażi tal-kompetenza ta' dik l-organizzazjoni partikolari.

13.

Tabella

KLASSI

KATEGORIJA

LIMITAZZJONI

BAŻI

LINJA

INĠENJI TAL-AJRU

Ajruplani A1 'il fuq minn 5 700 kg

[Kategorija rriżervata għall-Organizzazzjonijiet ta' Manutenzjoni approvati skont l-Anness II (Parti-145)]

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: Airbus serje A320

[IVA/LE]*

[IVA/LE]*

Ajruplani A2 5 700 kg u inqas

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ajruplan jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: DHC-6 serje Twin Otter

[IVA/LE]*

[IVA/LE]*

Ħelikopters A3

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-ħelikopter jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: Robinson R44

[IVA/LE]*

[IVA/LE]*

Inġenju tal-ajru A4 għajr A1, A2, u A3

[Għandu jiddikjara s-serje tal-inġenju tal-ajru u jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

[IVA/LE]*

[IVA/LE]*

MAGNI

Turbina B1

[Għandu jiddikjara s-serje tal-magna u jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: Serje PT6A

B2

pistun

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-magna jew il-grupp jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

B3

APU

[Għandu jiddikjara l-manifattur tal-magna jew is-serje jew it-tip u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

KOMPONENTI GĦAJR MAGNI KOMPLUTI JEW APUs

C1

Arja kkundizzjonata u pressurizzazzjoni

[Għandu jiddikjara t-tip ta' inġenju tal-ajru jew il-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew il-manifattur tal-komponent jew il-komponent partikolari u/jew jagħmel referenza inkroċjata għal lista ta' kompetenzi fil-preżentazzjoni u/jew il-kompiti ta' manutenzjoni]

Eżempju: Kontroll tal-Fjuwil PT6A

C2

Pilota awtomatiku

C3

Komunikazzjoni u Navigazzjoni

C4

Bibien — Sportelli

C5

Elettriku u dwal

C6

Tagħmir

C7

Magna — APU

C8

Apparat tal-kontroll tat-tajran

C9

Fjuwil

C10

Ħelikopters — Skrejjen

C11

Ħelikopters — Trażmissjoni

C12

Enerġija idrawlika

C13

Sistema ta' indikazzjoni — reġistrazzjoni

C14

Tagħmir għall-inżul

C15

Ossiġenu

C16

Skrejjen

C17

Sistema pnewmatiku u vakum

C18

Protezzjoni mis-silġ/xita/nar

C19

Twieqi

C20

Strutturali

 

C21

Żborra tal-ilma

 

 

 

 

C22

Awment tal-Propulsjoni

 

 

 

SERVIZZI SPEĊJALIZZATI

D1

Non Destructive Testing

[Metodi NDT partikolari għandhom jiġu speċifikati]

Appendiċi V

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M), Sottoparti F

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi VI

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tal-Kontinwità tal-Ajrunavigabbiltà msemmija fl-Anness I (Parti-M) iSottoparti G

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi VII

Kompiti Kumplessi ta' Manutenzjoni

Dan li ġej jikkostitwixxi l-kompiti kumplessi ta' manutenzjoni msemmija fil-punti M.A.502(d)3, M.A.801(b)2 u M.A.801(c):

1.

Il-modifika, it-tiswija jew bdil permezz ta' irbattir, twaħħil, laminar, jew iwweldjar ta' kwalunkwe mill-partijiet tal-qafas tal-inġenju tal-aru li ġejjin:

(a)

travu kwadru;

(b)

virga tal-ġewnaħ jew element tal-membratura;

(c)

spar;

(d)

flanġ tal-ispar;

(e)

element ta' travu kompost;

(f)

l-ispalla ta' travu;

(g)

element tal-propella jew tas-sinsla (chine) ta' buq ta' żgiċċ jew flowt;

(h)

element ta' kompressjoin ta' folja mmewġa;

(i)

kustilja prinċipali tal-ġewnaħ;

(j)

puntal tal-wiċċ tal-ġewnaħ jew tad-denb;

(k)

muntatura tal-magna;

(f)

longeron ta' żaqq l-ajruplan;

(m)

element ta' puntal tal-ġenb, puntal orizzonali jew paratija;

(n)

brace jew brakit li tirfed is-siġġu;

(o)

sostituzzjoni tal-binarji tas-siġġijiet;

(p)

attrezzatura għall-inżul b'tirant jew puntal;

(q)

fus;

(r)

rota; u

(s)

ski jew pedestall ski, minbarra s-sostituzzjoni ta' kisja ta' frizzjoni baxxa.

2.

Il-modifika jew it-tiswija ta' kwalunkwe mill-partijiet li ġejjin:

(a)

kisja tal-inġenju tal-ajru, jew kisja tal-flowt tal-ajruplan, jekk ix-xogħol jeħtieġ l-użu ta' irfid, ġig jew attrezzatura;

(b)

kisja tal-inġenju tal-ajru li hija soġġetta għal tagħbijiet ta' pressurizzazzjoni, jekk il-ħsara lill-kisja tkun akbar minn 15 cm (sitt pulzieri) fi kwalunkwe direzzjoni;

(c)

parti soġġetta għat-tagħbija f'sistema ta' kontroll, inkluż kolonna ta' kontroll, pedala, xaft, kwadrant, krank qanpiena, tubu tat-torque, ħorn tal-kontroll u brakit fonduta, iżda esklużi

(i)

it-tgħawwiġ ta' ċombar ta' tiswija jew iffittjar ta' kejbil, u

(ii)

is-sostituzzjoni tal-agganċ terminali ta' tubu push-pull li jitwaħħal bl-irbattir; u

(d)

kull struttura oħra, li mhix elenkata f'(1), li manifattur identifika bħala struttura primarja fil-manwal ta' manutenzjoni, il-manwal ta' tiswija strutturali jew l-istruzzjonijiet għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà.

3.

It-twettiq tal-manutenzjoni li ġejja fuq magna bil-pistuni:

(a)

żarmar u armar mill-ġdid sussegwenti ta' magna bil-pistuni ħlief (i) biex jinkiseb aċċess għall-immontaturi tal-pistuni/ċilindri; jew (ii) biex jitneħħa l-għatu tal-aċċessorji ta' wara għal spezzjoni u/jew il-bdil tal-immontaturi tal-pompa taż-żejt, fejn xogħol bħal dan ma jinvolvix it-tneħħija u t-twaħħil mill-ġdid ta' gerijiet interni;

(b)

żarmar u armar mill-ġdid sussegwenti ta' gerijiet ta' tnaqqis;

(c)

iwweldjar u bbrejżjar ta' ġonot, barra minn tiswijiet minuri bil-welding f'unitajiet tal-egżost imwettqa minn welder approvat jew awtorizzat kif jixraq imma mhux it-tibdil ta' komponenti;

(d)

it-taħwid ta' partijiet individwali ta' unitajiet li huma fornuti bħala unitajiet ittestjati fuq il-bank tax-xogħol, minbarra t-tibdil jew l-aġġustament ta' oġġetti li normalment jinbidlu jew ikunu aġġustati waqt l-użu.

4.

L-ibbilanċjar tal-iskrun, ħlief

(a)

għaċ-ċertifikazzjoni ta' bbilanċjar statiku fejn meħtieġ mill-manwal tal-manutenzjoni;

(b)

ibbilanċjar dinamiku fuq skrejjen imwaħħla bl-użu ta' tagħmir għall-ibbilanċjar elettroniku fejn ikun permess mill-manwal tal-manutenzjoni jew dejta oħra tal-ajrunavigabbiltà approvata;

5.

Kwalunkwe kompitu addizzjonali li jeħtieġ:

(a)

għodda, tagħmir jew faċilitajiet speċjalizzati; jew

(b)

proċeduri ta' koordinament sinifikanti minħabba ż-żmien imtawwal tal-kompiti u l-involviment ta' diversi persuni.

Appendiċi VIII

Manutenzjoni Limitata tal-Pilota-Sid

B'żieda mar-rekwiżiti stabbilit fl-Anness I (Parti-M), il-prinċipji bażiċi li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti qabel jitwettaq kull kompitu ta' manutenzjoni skont il-kundizzjonijiet tal-manutenzjoni tal-pilota-sid:

(a)

Kompetenza u responsabbiltà

1.

Il-pilota-sid huwa dejjem responsabbli għal kull manutenzjoni li jwettaq.

2.

Qabel iwettaq kull kompitu ta' manutenzjoni pilota-sid, il-pilota-sid għandu jissodisfa lilu nnifsu li huwa kompetenti biex iwettaq ix-xogħol. Hija r-responsabbiltà tal-piloti-sidien li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-prattiki standard ta' manutenzjoni għall-inġenji tal-ajru tagħhom u mal-programm ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru. Jekk il-pilota-sid ma jkunx kompetenti għax-xogħlijiet li jridu jitwettqu, ix-xogħlijiet ma jistgħux jinħarġu mill-pilota-sid.

3.

Il-pilota-sid (jew l-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà li għandu kuntratt magħha msemmija fis-Sottoparti G, it-Taqsima A ta' dan l-anness) huwa responsabbli biex jidentifika l-kompiti tal-pilota-sid skont dawn il-prinċipji bażiċi fil-programm ta' manutenzjoni u biex jiżgura li d-dokument jiġi aġġornat fil-ħin.

4.

L-approvazzjoni tal-programm ta' manutenzjoni għandha titwettaq skont il-punt M.A.302.

(b)

Kompiti

Il-pilota-sid jista' jwettaq spezzjonijiet jew operazzjonijiet viżivi sempliċi biex jikkontrolla l-kundizzjoni ġenerali u għal ħsara evidenti u l-operat normali tal-qafas tal-ajruplan, il-magni, is-sistemi u l-komponenti.

Ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni m'għandhomx jitwettqu mill-pilota-sid meta x-xogħol:

1.

ikun relatat b'mod kruċjali mas-sikurezza, li t-twettiq ħażin tiegħu jolqot drastikament tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà jew ikun xogħol ta' manutenzjoni sensittiv li jolqot is-sikurezza tat-titjira kif speċifikat fil-punt M.A.402(a) u/jew;

2.

jeħtieġ t-tneħħija ta' komponenti ewlenin jew armar ewlieni u/jew;

3.

jitwettaq f'konformità mad-Direttiva dwar tal-Ajrunavigabbiltà jew Oġġett ta' Limitazzjoni l- tal-Ajrunavigabbiltà, ħlief meta permess b'mod speċifiku fl-AD jew l-ALI u/jew;

4.

jeħtieġ l-użu ta' għodda speċjali, għodda kkalibrati (minbarra t-torque wrench u crimping tool) u/jew;

5.

jeħtieġ l-użu ta' tagħmir għat-testijiet jew testijiet speċjali (per eżempju NDT, testijiet tas-sistema jew testijiet operattivi ta' tagħmir avjoniku) u/jew;

6.

ikun kompost minn xi spezzjonijiet speċjali mhux skedati (per eżempju test ta' nżul f'daqqa) u/jew;

7.

qed jolqot sistemi essenzjali għall-operazzjonijiet IFR u/jew;

8.

ikun elenkat fl-Appendiċi VII ta' dan l-Anness jew ikun xogħol ta' manutenzjoni ta' komponenti skont il-punt M.A.502(a), (b), (c) jew (d).

Il-kriterji 1 sa 8 elenkati fuq ma jistgħux jingħelbu minn struzzjonijiet anqas ristrettivi maħruġa skont “il-Programm ta' Manutenzjoni M.A.302(d)”.

Kull xogħol deskritt fil-manwal tat-titjir ta' inġenju tal-ajru li jħejji l-inġenju tal-ajru għat-titjir (Eżempju: it-twaħħil tal-ġwienaħ tal-sailplane jew ix-xogħol ta' qabel it-titjir), jitqies bħala xogħol tal-pilota u mhux meqjus bħala xogħol ta' manutenzjoni ta' pilota-sid u għaldaqstant ma jirrikjedix Ċertifikat ta' Ħruġ għall-Użu.

(c)

Twettiq tal-manutenzjoni tal-kompiti u tar-rekords ta' pilota-sid

Id-dejta tal-manutenzjoni kif speċifikata fil-punt M.A.401 trid tkun dejjem disponibbli matul it-twettiq tal-manutenzjoni tal-pilota-sid u trid tkun sodisfatta. Id-dettalji tad-dejta msemmija fit-twettiq ta' manutenzjoni ta' pilota-sid iridu jkunu inklużi fiċ-Ċertifikat ta' Ħruġ għall-Użu skont il-punt M.A.803(d).

Il-pilota-sid għandu jinforma lill-organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà approvata responsabbli għall-ġestjoni tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà, mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tlestija ta' kull xogħol ta' manutenzjoni magħmul mill-Pilota-sid skont il-punt M.A. 305(a).


ANNESS II

(Parti-145)

WERREJ

145.1   Ġeneral

TAQSIMA A —

REKWIŻITI TEKNIĊI

145.A.10

Ambitu

145.A.15

Applikazzjoni

145.A.20

Termini tal-approvazzjoni

145.A.25

Rekwiżiti tal-faċilitajiet

145.A.30

Rekwiżiti tal-persunal

145.A.35

Persunal li jiċċertifika u persunal ta' appoġġ

145.A.40

Apparat, għodda u materjal

145.A.42

Aċċettazzjoni tal-komponenti

145.A.45

Dejta tal-manutenzjoni

145.A.47

Ippjanar tal-produzzjoni

145.A.50

Ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni

145.A.55

Rekords tal-manutenzjoni

145.A.60

Rappurtar tal-okkorrenzi

145.A.65

Politika tas-sigurtà u tal-kwalità, proċeduri ta' manutenzjoni u sistema tal-kwalità

145.A.70

Espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-manutenzjoni

145.A.75

Privileġġi tal-organizzazzjoni

145.A.80

Limitazzjonijiet tal-organizzazzjoni

145.A.85

Tibdiliet għall-organizzazzjoni

145.A.90

Validità sostnuta

145.A.95

Sejbiet

TAQSIMA B —

PROĊEDURI GĦALL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

145.B0.1

Ambitu

145.B.10

Awtorità kompetenti

145.B.15

Organizzazzjonijiet li jinsabu f'bosta Stati Membri

145.B.20

Approvazzjoni inizjali

145.B.25

Ħruġ tal-approvazzjoni

145.B.30

Kontinwazzjoni ta' approvazzjoni

145.B.35

Tibdiliet

145.B.40

Tibdiliet għall-Espożizzjoni ta' Organizzazzjoni ta' Manutenzjoni

145.B.45

Revoka, sospensjoni u limitazzjoni ta' approvazzjoni

145.B0.50

Sejbiet

145.B.55

Żamma ta' rekords

145.B.60

Eżenzjonijiet

Appendiċi I —

Ċertifikat ta' Rilaxx Awtorizzat Formola 1 tal-EASA

Appendiċi II —

Sistema ta' Klassijiet u Kategorijiużata għall-Approvazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tal-Manutenzjoni msemmija fl-Anness I (Parti-M) Sottoparti F u fl-Anness II (Parti-145)

Appendiċi III —

Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni li hemm referenza għaliha fl-Anness II (Parti-145)

Appendiċi IV —

Kundizzjonijiet għall-użu tal-persunal mhux ikkwalifikat skont l-Anness III (Parti-66) li hemm referenza għalihom fil-punti 145.A.30(j) 1 u 2

145.1   Ġenerali

Għall-finijiet ta' din il-Parti, l-awtorità kompetenti għandha tkun:

1.

għal organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab fi Stat Membru, l-awtorità maħtura mill-istess Stat Membru, jew;

2.

għal organizzazzjonijiet li l-post ewlieni tan-negozju tagħhom jinsab f'pajjiż terz, l-Aġenzija;

TAQSIMA A

REKWIŻITI TEKNIĊI

145.A.10   Ambitu

Din it-Taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni biex tikkwalifika għall-ħruġ jew il-kontinwazzjoni ta' approvazzjoni għall-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru u l-komponeneti.

145.A.15   Applikazzjoni

Applikazzjoni għall-ħruġ jew għall-bidla ta' approvazzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti f'forma u manjiera stabbilita minn awtorità bħal din.

145.A.20   Termini tal-approvazzjoni

L-organizzazzjoni għandha tispeċifika fil-preżentazzjoni tagħha l-ambitu tax-xogħol meqjus li jikkostitwixxi approvazzjoni (l-Appendiċi IV tal-Anness I (Parti-M) fih tabella bil-klassijiet u l-kategoriji kollha).

145.A.25   Rekwiżiti tal-faċilitajiet

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li:

(a)

l-faċilitajiet jiġu pprovduti dak kollu li hu xieraq għax-xogħol ippjanat, u b'mod partikolari tiżgura l-ħarsien mill-elementi tat-temp. Workshops u pjattaformi huma segregati kif xieraq, biex ikun żgurat li l-kontaminazzjoni ambjentali u ta' ħidma ma jkunx faċli li jseħħu.

1.

Għall-manutenzjoni bażika tal-inġenji tal-ajru, il-ħangars tal-inġenji tal-ajru huma disponibbli u kbar biżżejjed biex jakkomodaw l-inġenju tal-ajru fuq manutenzjoni bażika ppjanata;

2.

Għall-manutenzjoni tal-komponenti, il-workshops tal-komponenti huma kbar biżżejjed biex jakkomodaw il-komponenti fuq manutenzjoni ppjanata.

(b)

L-akkomodazzjoni tal-uffiċċju hija pprovduta mill-maniġment tax-xogħol ippjanat imsemmi fil- punt (a), u persunal iċċertifikat sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti ddeżinjati lilhom b'tali mod li jikkontribwixxu għal standards ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tajba.

(c)

L-ambjent tax-xogħol jinkludi ħangars tal-inġenji tal-ajru, workshops tal-komponenti u akkomodazzjoni tal-uffiċċju hija xierqa għall-kompitu li qed jitwettaq u b'mod partikolari jiġu osservati rekwiżiti speċjali. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-ambjent tal-kompitu partikolari, l-ambjent tax-xogħol irid ikun wieħed li fih l-effettività tal-persunal ma tiġix imxekkla.

1.

jinżammu temperaturi li jippermettu lill-persunal iwettaq il-kompiti mitlub mingħajr skumdità.

2.

trab u kull kontaminazzjoni fl-arja tinżamm f'livell minimu kemm jista' jkun possibbli u ma titħalliex tilħaq livell fiż-żona tax-xogħol fejn kontaminazzjoni ta' wiċċ viżibbli tal-komponent/tal-inġenju tal-ajru hija evidenti. Fejn trab/kontaminazzjoni oħra fl-arja twassal għal kontaminazzjoni ta' wiċċ viżibbli, is-sistemi suxxettibbli kollha jiġu ssiġillati sakemm jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet aċċettabbli.

3.

id-dawl ikun tajjeb biżżejjed biex kull spezzjoni u kompitu ta' manutenzjoni jkun jista' jitwettaq b'mod effettiv.

4.

il-ħoss ma jfixkilx il-persunal milli jwettaq il-kompiti ta' spezzjoni. Fejn mhux prattiku li s-sors tal-ħoss jiġi kkontrollat, tali persunal għandu jiġi fornut b'tagħmir tal-persunal meħtieġ li jwaqqaf il-ħoss li jikkawża d-distrazzjoni matul il-kompiti ta' spezzjoni.

5.

fejn kompitu ta' manutenzjoni partikolari jitlob l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi differenti minn ta' qabel, mela dawn il-kundizzjonijiet jiġu osservati. Kundizzjonijiet speċifiċi huma identifikati fid-dejta ta' manutenzjoni.

6.

l-ambjent tax-xogħol għall-manutenzjoni bil-linja jkun tali li l-kompitu ta' manutenzjoni jew spezzjoni partikolari jkun jista' jitwettaq mingħajr distrazzjoni żejda. Għalhekk fejn l-ambjent tax-xogħol jiddeterjora għal livell mhux aċċettabbli fir-rigward tat-temperatura, l-umdità, il-boċoċ tas-silġ, is-silġ, ir-riħ, id-dawl, it-trab/kontaminazzjoni oħra fl-arja, il-kompiti ta' manutenzjoni jew spezzjoni partikolari jridu jiġu sospiżi sakemm kundizzjonijiet sodisfaċenti jiġu stabbiliti mill-ġdid.

(d)

Faċilitajiet ta' ħżin sikura huma pprovduti għall-komponenti, it-tagħmir, l-għodda u l-materjal. Kundizzjonijiet tal-ħżin sikuri jiżguraw is-segragazzjoni ta' komponenti u materjal li jista' jsir servizz fuqhom minn komponenti, materjal, tagħmir u għodda li ma jistax isir servizz fuqhom. Il-kundizzjonijiet għall-ħżin huma f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur biex tiġi evitata d-deterjorazzjoni u l-ħsara lil oġġetti maħżuna. Aċċess għal faċilitajiet ta' ħżin huwa restritt għal persunal awtorizzat.

145.A.30   Rekwiżiti tal-persunal

(a)

L-organizzazzjoni għandha taħtar maniġer responsabbli li jkollu l-awtorità korporattiva biex jiżgura li l-manutenzjoni kollha meħtieġa mill-konsumatur tista' tiġi ffinanzjata u titwettaq skont l-istandard mitlub minn din il-Parti. Il-maniġer responsabbli għandu:

1.

jiżgura li r-riżorsi kollha meħtieġa jkunu disponibbli biex iwettaq il-manutenzjoni f'konformità mal-punt 145.A.65(b), biex tiġi jappoġġja l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni.

2.

jistabbilixxi u jippromwovi l-politika tas-sikurezza u l-kwalità speċifikati fil-punt 145.A.65(a).

3.

ikollu għarfien ġenerali ta' dan l-Annex (Parti-145).

(b)

L-organizzazzjoni għandha taħtar persuna jew grupp ta' persuni, li r-responsabbiltajiet tagħhom jinkludu li jiżguraw li l-organizzazzjoni tikkonforma ma' din il-Parti. It-tali persuna(i) għandha/għandhom fl-aħħar mill-aħħar jaqgħu taħt l-awtorità tal-maniġer responsabbli.

1.

Il-persuna jew il-persuni maħtura għandhom jirrappreżentaw l-istruttura tal-ġestjoni tal-manutenzjoni tal-organizzazzjoni u jkunu responsabbli mill-funzjonijiet speċifikati f'din il-Parti.

2.

Il-persuna jew il-persuni nnominati għandhom jiġu identifikati u l-kredenzjali tagħhom jiġu sottomessi f'forma u b'mod stabbilit mill-awtorità kompetenti.

3.

Il-persuna jew il-persuni maħtura għandhom ikunu kapaċi juru għarfien rilevanti, sfond u esperjenza sodisfaċenti marbuta mal-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tal-komponent u juru għarfien tajjeb ħafna ta' din il-Parti.

4.

Il-proċeduri għandhom jagħmluha ċara min jopera f'isem persuna partikolari f'każ li din tkun assenti għal żmien twil.

(c)

Il-maniġer responsabbli skont il- punt (a) għandu jaħtar persuna responsabbli mill-monitoraġġ tas-sistema ta' kwalità, inkluż is-sistema ta' rispons assoċjat kif mitlub mill-punt 145.A.65(c). Il-persuna maħtura għandu jkollha aċċess dirett għall-maniġer responsabbli milli jiżgura li l-maniġer responsabbli jinżamm infurmat kif xieraq dwar kwistjonijiet ta' kwalità u konformità.

(d)

L-organizzazzjoni għandu jkollha pjan ta' manutenzjoni kull siegħa li juri li l-organizzazzjoni għandha biżżejjed persunal biex tippjana, twettaq, tissorvelja, tispezzjoni u twettaq monitoraġġ tal-kwalità fuq l-organizzazzjoni f'konformità mal-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandu jkollha proċedura li tivvaluta mill-ġdid ix-xogħol maħsub biex jitwettaq meta d-disponibbiltà tal-persuna attwali tkun anqas mil-livell tal-persuna ippjanat għal kwalunkwe xift jew perjodu tax-xogħol partikolari.

(e)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tikkontrolla l-kompetenza tal-persunal involut f'kull verifika ta' manutenzjoni, ġestjoni u/jew kwalità f'konformità ma' proċedura u ma' standard maqbul mill-awtorità kompetenti. Barra mill-ispeċjalizzazzjoni meħtieġa marbuta mal-funzjoni tal-impjieg, il-kompetenza trid tinkludi għarfien tal-applikazzjoni tal-fatturi umani u tal-kwistjonijiet tal-prestazzjoni umana xierqa għall-funzjoni ta' dik il-persuna fl-organizzazzjoni. “Fatturi umani” tfisser prinċipji li japplikaw għad-disinn, it-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni, it-taħriġ, l-operat u l-manutenzjoni tal-ajrunawtika u li jimmiraw għal interfaċċja sikura bejn il-komponenti umani u dawk ta' sistemi oħrajn b'konsiderazzjoni f'lokha għall-prestazzjoni umana. “Il-prestazzjoni umana” tfisser il-kapaċitajiet umani u l-limitazzjonijiet li għandhom impatt fuq is-sikurezza u l-effiċjenza ta' operazzjonijiet tal-ajrunawtika.

(f)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jwettaq u/jew jikkontrolla test mhux distruttiv tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-istrutturi u/jew il-komponenti tal-inġenju tal-ajru jkun ikkwalifikat kif xieraq għat-test mhux distruttiv partikolari f'konformità mal-Istandard Ewropew jew l-ekwivalenti rikonoxxut mill-Aġenzija. Persunal li jwettaq kompitu speċjalizzat ieħor għandu jkun kwalifikat kif xieraq f'konformità mal-Istandards uffiċjalment rikonoxxuti. B'deroga għal dan il- punt, dak il-persunal speċifikat fil- punti (g) u (h)(1) u (h)(2), ikkwalifikat fil-kategorija B1 jew B3 f'konformità mal-Anness III (Parti-66) jista' jwettaq u/jew jikkontrolla t-testijiet tal-penetrant tal-kulurant tal-kuntrast tal-kulur.

(g)

Kull organizzazzjoni li tagħmel manutenzjoni fuq ajruplan, għajr fejn iddikjarat mod ieħor fil-punt (j), għandha fil-każ ta' manutenzjoni ta' linja tal-ajruplani, ikollha persunal ta' ċertifikazzjoni kklassifikat tal-ajruplani kkwalifikat bix-xieraq bħala kategorija B1, B2, B3, kif xieraq, skont l-Anness III (Parti-66) u punt 145.A.35.

Barra minn hekk, organizzazzjonijiet bħal dawn jistgħu jużaw ukoll persunal ta' ċertifikazzjoni mħarreġ kif dovut fuq il-kompitu, li jkollu l-privileġġi deskritti f'punti 66.A.20(a)(1) u 66.A.20(a)(3)(ii) u kkwalifikat skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35 sabiex iwettaq manutenzjoni tal-linja skedata minuri u korrezzjoni ta' difetti sempliċi. Id-disponibilità ta' tali persunal ta' ċertifikazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi l-ħtieġa għal persunal ta' ċertifikazzjoni ta' kategorija B1, B2, B3, kif xieraq.

(h)

Kwalunkwe organizzazzjoni li tagħmel il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, ħlief fejn hu ddikjarat mod ieħor fil-punt (j) għandha:

1.

fil-każ ta' manutenzjoni bażika ta' inġenji tal-ajru kbar, jkollha persunal li jiċċertifika l-inġenji tal-ajru xieraq u kwalifikat skont il-kategorija C f'konformità mal-Parti-66 u l-punt 145.A.35. Barra minn hekk, l-organizzazzjoni għandu jkollha biżżejjed persunal tal-inġenji tal-ajru ikkwalifikat bħala kategorija B1, B2 kif xieraq f'konformità mal-Parti-66 u l-punt 145.A.35 biex jappoġġja lill-persunal tal-kategorija C li jiċċertifika.

(i)

Persunal ta' appoġġ B1 u B2 jiżgura li l-kompiti rilevanti jew l-ispezzjonijiet kollha jkunu twettqu skont l-istandard meħtieġ qabel mal-persunal tal-kategorija C li jiċċertifika joħroġ iċ-ċertifikat tar-rilaxx għas-servizz.

(ii)

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistru ta' tali persunal ta' appoġġ B1 u B2.

(iii)

Il-persunal tal-kategorija C li jiċċertifika għandu jiżgura li l-konformità mal- punt (i) tkun intlaħqet u li x-xogħol kollu meħtieġ mill-konsumatur ikun twettaq matul il-verifika jew il-pakkett ta' xogħol ta' manutenzjoni bażika partikolari, u għandu wkoll jivvaluta l-impatt tax-xogħol li ma jsirx bil-ħsieb li x-xogħol jitwettaq jew inkella fejn jitlaħaq qbil mal-operatur biex dan ix-xogħol jiġi diferit għal verifika speċifika jew limitu ta' żmien ieħor.

2.

fil-każ ta' manutenzjoni bażi ta' ajruplani mhux kbar, għandu jkollhom:

(i)

persunal li jiċċertifika kkwalifikat bix-xieraq għal dak it-tip ta' ajruplan bħala kategorija B1, B2, B3, kif xieraq, skont l-Anness III (Parti-66) u l-punt 145.A.35 jew, jew

(ii)

persunal li jiċċertifika kkwalifikat bix-xieraq għal dak it-tip ta' ajruplan fil-kategorija Ċ megħjun minn persunal ta' sostenn kif speċifikat fil-punt 145.A.35(a)(i).

(i)

Il-persuna li jiċċertifika l-komponenti għandu jikkonforma mal-Anness III (Parti-66).

(j)

B'deroga għall- punti (g) u (h), fir-rigward tal-obbligu għall-konformità mal-Anness III (Parti-66), l-organizzazzjoni tista' tuża l-persunal ikkwalifikat biex jiċċertifika f'konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1.

Għal faċilitajiet tal-organizzazzjoni li jinsabu barra mit-territorju tal-Komunità, persunal li jiċċertifika jista' jkun iċċertifikat f'konformità mar-regolamenti tal-avjazzjoni nazzjonali tal-Istati li fih il-faċilità tal-organizzazzjoni hija rreġistrata soġġetta għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi IV ta' din il-Parti.

2.

Għal manutenzjoni bil-linja mwettqa fi stazzjoni bil-linja ta' organizzazzjoni li tinsab barra mit-territorju tal-Komunità, il-persunal li jiċċertifika jista' jkun ikkwalifikat f'konformità mar-regolamenti ta' avvjazzjoni nazzjonali tal-Istat li fih ikun ibbażat l-istazzjoni bil-linja, soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi IV ta' din il-Parti.

3.

Għal direttiva tal-ajrunavigabbiltà ta' qabel it-titjira repetittiva, li speċifikament tiddikjara li l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jwettaq tali direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà, l-organizzazzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni limitata għall-kmandant tal-inġenju tal-ajru u/jew l-inġinier tat-titjira abbażi tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira li jħaddan. Madanakollu, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li taħriġ prattiku suffiċjenti jkun twettaq sabiex jiġi żgurat li tali kmandant tal-inġenji tal-ajru jew inġinier tat-titjira jkun jista' iwettaq id-direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà mal-istandard meħtieġ.

4.

Fil-każ ta' inġenju tal-ajru li jopera 'l bogħod minn post appoġġjat, l-organizzazzjoni tista' toħrġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni limitata lill-kmandant u/jew l-inġinier tat-titjira abbażi tal-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm, l-organizzazzjoni tiżgura li twettaq biżżejjed taħriġ prattiku biex ikun żgurat li din il-peruna tista' twetttaq il-kompitu speċifikat skont l-istandard meħtieġ. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il- punt għandhom jiġu ddettaljati fil-proċedura ta' espożizzjoni.

5.

Fil-każijiet mhux previsti li ġejjin, meta inġenju tal-ajru huwa miżmum milli jtir f'post differenti mill-bażi prinċipali fejn ebda persunal li jiċċertifika xieraq mhu disponibbli, l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni li għandha l-kuntratt biex tipprovdi appoġġ għall-manutenzjoni tista' toħroġ awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' darba:

(i)

lil wieħed mill-impjegat tagħha li li għandu l-kwalifika tat-tip fuq inġenju tal-ajru b'teknoloġija, kostruzzjoni u sistemi simili; or

(ii)

lil kull persuna b'mhux inqas minn ħames snin esperjenza fil-manutenzjoni u li għandha liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru ICAO valida ggradata għat-tip ta' inġenju tal-ajru li għandu bżonn ċertifikazzjoni sakemm m'hemm ebda organizzazzjoni approvata kif xieraq skont din il-Parti f'dak il-post u l-organizzazzjoni kuntrattata għandha evidenza fil-fajl tal-esperjenza u l-liċenzja ta' dik il-persuna.

Kull każ kif speċifikat f'dan il- punt għandu jiġi rrappurtat lill-awtorità kompetenti fi żmien sebat ijiem mill-ħruġ ta' tali awtorizzazzzjoni ta' ċertifikazzjoni. L-organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata li toħroġ awtorizzazzjoni ta' darba għandha tiżgura li kull manutenzjoni li tista' teffettwa s-sikurezza ta' titjira tiġi vverifikata mill-ġdid minn organizzazzjoni approvata kif xieraq.

145.A.35   Persunal li jiċċertifika u persunal ta' appoġġ

(a)

Minbarra r-rekwiżiti xierqa tal-punti 145.A.30(g) u (h), l-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal li jiċċertifika u l-persunal ta' appoġġ ikollhom fehim adegwat tal-inġenji tal-ajru u/jew tal-komponenti rilevanti li tkun se ssirilhom manutenzjoni flimkien mal-proċeduri assoċjati tal-organizzazzjoni. Fil-każ tal-persunal li jiċċertifika, dan irid jitwettaq qabel il-ħruġ jew il-ħruġ mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni.

(i)

“Persunal ta' appoġġ” tfisser dak il-persunal li jkollu liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru skont l-Anness III (Parti-66) fil-kategorija B1, B2 u/jew B3 bil-klassifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru x-xieraq, li jaħdem fl-ambjent tal-manutenzjoni tal-bażi filwaqt li mhux neċessarjament ikollu l-privileġġi taċ-ċertifikazzjoni.

(ii)

“Inġenji tal-ajru u/jew komponenti rilevanti”, tfisser dawk l-inġenji tal-ajru jew il-komponenti speċifikati fl-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni partikolari.

(iii)

“Awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġa lill-persunal li jiċċertifika mill-organizzazzjoni u li tispeċifika l-fatt li dan jista' jiffirma ċ-ċertifikati ta' ħruġ għall-użu fil-limitazzjonijiet iddikjarati f'tali awtorizzazzjoni f'isem l-organizzazzjoni approvata.

(b)

Għajr f'dawk il-każijiet elenkati fil-punti 145.A.30(j) u 66.A.20(a)3(ii), l-organizzazzjoni tista' toħroġ biss awtorizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni lill-persunal li jiċċertifika fir-rigward tal-kategoriji jew tas-subkategoriji bażiċi u kwalunkwe klassifikazzjoni tat-tip elenkata fuq il-liċenzja ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru kif meħtieġ mill-Anness III (Parti-66), bil-kundizzjoni li l-liċenzja tibqa' valida tul il-perjodu ta' validità kollu tal-awtorizzazzjoni u li l-persunal ta' ċertifikazzjoni jibqa' f'konformità mal-Anness III (Parti-66).

(c)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kollu li jiċċertifika u l-persunal ta' appoġġ kollu jkun involut f'mill-inqas sitt xhur ta' esperjenza ta' manutenzjoni attwali tal-inġenji tal-ajru jew komponenti rilevanti fi kwalunkwe perjodu ta' sentejn konsekuttivi.

Għall-iskop ta' dan il-punt, “involuti f'manutenzjoni attwali tal-inġenji tal-ajru jew komponenti rilevanti” tfisser li l-persuna tkun ħadmet f'ambjent ta' manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru jew ta' komponenti u/jew eżerċitat il-privileġġi tal-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni u/jew effettivament wettqet manutenzjoni fuq għallinqas uħud mis-sistemi tat-tipi ta' inġenji tal-ajru jew tal-gruppi tal-inġenji tal-ajru speċifikati fl-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni partikolari.

(d)

L-organizzazzjoni għandha tiżgura li l-persunal kollu li jiċċertifika u l-persunal ta' appoġġ jirċievu taħriġ ta' kontinwazzjoni suffiċjenti f'kull perjodu ta' sentejn biex jiżguraw li kull persunal ikollu għarfien aġġornat rigward it-teknoloġija rilevanti, il-proċeduri tal-organizzazzjoni u l-kwistjonijiet marbuta mal-element uman.

(e)

L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi programm għal taħriġ ta' kontinwità għal persunal li jiċċertifika u persunal ta' appoġġ, inkluż proċedura li tiżgura l-konformità mal- punti rilevanti ta' 145.A.35 bħala bażi għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni skont din il-Parti għal persunal li jiċċertifika, u proċedura biex tiġi żgurata l-konformità mal-Anness III (Parti 66).

(f)

Ħlief fejn japplika kull każ mhux previst tal-punt 145.A.30(j)(5), l-organizzazzjoni għandha tivvaluta l-persunal li jiċċertifika kollu prospettiv għall-kompetenza, il-kwalifiki u l-kapaċità tiegħu li jwettaq dmiritjietu f'konformità ma' proċedura kif speċifikat fl-espożizzjoni qabel il-ħruġ jew il-ħruġ mill-ġdid ta' awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni skont din il-Parti.

(g)

Meta l-kundizzjonijiet tal- punti (a), (b), (d), (f) u, fejn applikabbli, il-punt (c) jkunu ġew issodisfati mill-persunal li jiċċertifika, l-organizzazzjoni għandha toħroġ awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li tispeċifika b'mod ċar il-firxa u l-limiti ta' tali awtorizzazzjoni. Validità kontinwatà tal-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tiddependi fuq konformità kontinwata mal- punti (a), (b), (d), u fejn applikabbli, (c).

(h)

L-awtorizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni trid tkun magħmula b'tali mod li l-iskop tagħha jkun ċar għall-persunal li jiċċertifika u għal kull persuna kkwalifikata li jista' jkun li jkollha bżonn teżamina l-awtorizzazzjoni. Fejn jintużaw kodiċi biex jiġi spjegat l-iskop, l-organizzazzjoni għandha tipprovdi traduzzjoni tal-kodiċi. “Persuna awtorizzata” tfisser l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, l-Aġenzija u l-Istat Membru responsabbli mis-sorveljanza tal-inġenju tal-ajru jew il-komponent taħt manutenzjoni.

(i)

Il-persuna responsabbli mis-sistema tal-kwalità għandha tibqa' wkoll responsabbli f'isem l-organizzazzjoni għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-persunal li jiċċertifika. Tali persuna tista' tinnomina persuni oħra biex dawn joħorġu jew jirrevokaw l-awtorizzazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni f'konformità ma' proċedura kif speċifikat fl-espożizzjoni.

(j)

L-organizzazzjoni għandha żżomm reġistru tal-persunal kollu taċ-ċertifikazzjoni u persunal ta' appoġġ, li għandu jkollu fih:

1.

id-dettalji ta' kull liċenjza tal-manutenzjoni ta' inġenju tal-ajru miżmuma skont l-Anness III (Parti-66); u

2.

kull taħriġ ikkompletat; u

3.

l-ambitu tal-awtorizzazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni maħruġa, fejn rilevanti; u

4.

id-dettalji tal-persunal b'awtorizzazzjonijiet limitati jew ta' darba.