EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1040

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 tal- 25 ta' Lulju 2014 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman li tadatta l-Anness I tagħha għall-progress tekniku

OJ L 288, 2.10.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/1040/oj

2.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1040/2014

tal-25 ta' Lulju 2014

li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman li tadatta l-Anness I tagħha għall-progress tekniku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha.

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/112/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Parti I tal-Anness I u tal-Anness II, sabiex jinġiebu f'konformità mal-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u biex jitqies il-progress tekniku.

(2)

L-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE huwa relatat ma' ismijiet ta' prodotti, definizzjonijiet ta' prodotti u karatteristiċi. Il-punt 3 tal-Parti II ta' dak l-Anness jirregola t-trattamenti u s-sustanzi awtorizzati. Sustanzi ġodda għall-kjarifika tal-meraq issa huma disponibbli grazzi għal żviluppi tekniċi. Dawn is-sustanzi huma proteini tal-pjanti dderivati mill-qamħ, mill-piżelli jew mill-patata, li jistgħu jkunu alternattiva għas-sustanza ġelatina attwalment awtorizzata, derivata minn prodotti tal-annimali.

(3)

Sabiex jitqies dan il-progress tekniku, il-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE għandu jiġi emendat billi jinkorpora dawk is-sustanzi l-ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE, jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

Proteini tal-pjanti mill-qamħ, mill-piżelli jew mill-patata għal kjarifika”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.


Top