Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0964

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2014 tal- 11 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' termini u kundizzjonijiet standard għal strumenti finanzjarji

OJ L 271, 12.9.2014, p. 16–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/964/oj

12.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 964/2014

tal-11 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' termini u kundizzjonijiet standard għal strumenti finanzjarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' strumenti finanzjarji mwaqqfa fuq livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transfruntier u ġestiti minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni skont l-Artikolu 38(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar termini u kundizzjonijiet standard għal ċerti strumenti finanzjarji. Dawk it-termini u l-kundizzjonijiet standard jagħmlu dawk l-istrumenti lesti għall-użu — l-hekk imsejħa strumenti finanzjarji kummerċjalment disponibbli (off-the-shelf).

(2)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' strumenti finanzjarji, it-termini u l-kundizzjonijiet standard jeħtieġu li jiżguraw konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat u jiffaċilitaw l-għoti ta' appoġġ finanzjarju tal-Unjoni ta' riċevituri finali permezz ta' taħlita ta' strumenti finanzjarji u għotjiet.

(3)

It-termini u l-kundizzjonijiet standard ma jippermettux lil fornitur ta' finanzi, bħal investitur pubbliku jew privat jew sellief, maniġer tal-istrument finanzjarju, jew riċevitur finali li jirċievi kwalunkwe għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. It-termini u l-kundizzjonijiet standard iqisu r-Regolamenti rilevanti de minimis bħar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 (5), il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippromwovu investimenti ta' finanzjament ta' riskju (6) u l-linji gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi agrikoli u tal-forestrija u f'żoni rurali 2014-2020 (7).

(4)

Minħabba li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma japplikawx għal attivitajiet agrikoli appoġġati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet standard għandhom ikunu fuq bażi volontarja. Għal attivitajiet oħrajn li jirċievu appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, japplikaw ir-regoli ġenerali tal-għajnuna mill-Istat u għalhekk, it-termini u l-kundizzjonijiet standard għandhom ikunu obbligatorji.

(5)

Huwa possibbli li l-impriżi fis-settur tas-sajd, b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jistgħu jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji ffinanzjati minn Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew. Fil-każ li tali benefiċċju jkun iffinanzjat minn Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew ieħor milli l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija permezz tal-istrumenti finanzjarji lill-impriżi kollha fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura fuq tliet snin għandhom ikunu taħt limitu annwali ta' fatturat tas-sajd, l-akkwakultura u l-ipproċessar mill-Istat Membru speċifikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 (8). Barra minn hekk ir-Regolament (UE) Nru 702/2014 u l-linji gwida għall-eżami tal-għajnuniet mill-Istat intenzjonati għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (9) għandhom jiġu kkunsidrati.

(6)

It-termini u l-kundizzjonijiet standard għandhom jinkludu wkoll sett minimu ta' rekwiżiti ta' governanza li jiżguraw ġestjoni tajba tal-istrumenti finanzjarji sabiex jipprovdu regoli aktar dettaljati minn dawk inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(7)

Sabiex jiġi appoġġat it-tkabbir għall-SMEs f'ambjent diffiċli ta' finazjament, self għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll (“self RS”) huwa strument finanzjarju adegwat. Is-self RS jipprovdi self ġdid lill-SMEs b'aċċess aktar faċli għall-finanzjament billi jipprovdi intermedjarji finanzjarji b'kontribuzzjoni ta' finanzjament u kondiviżjoni tar-riskji tal-kreditu u b'hekk joffri lill-SMEs b'aktar fondi b'kundizzjonijiet preferenzjali f'termini ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax u/jew tnaqqis ta' kollateral.

(8)

Il-finanzjament permezz ta' self RS jista' jkun mod partikolarment effettiv ta' appoġġ tal-SMEs f'kuntest ta' disponibbiltà limitata ta' finanzjament jew għal relattivament motivazzjoni għal riskju baxx tal-intermedjarji finanzjarji għal ċerti setturi jew tipi ta' SMEs. F'dan il-kuntest, it-termini u l-kundizzjonijiet standard huma mod effettiv biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq.

(9)

Sabiex jiġi pprovdut inċentiv lill-intermedjarji finanzjarji biex iżidu s-self lill-SMEs koperti minn garanziji ffinanzjati mill-Unjoni, garanzija tal-portafoll b'limitu massimu tkun strument finanzjarju adegwat.

(10)

Il-garanzija tal-portafoll b'limitu massimu, għandha tindirizza d-distakk eżistenti fis-suq tad-dejn għall-SMEs billi tappoġġa self ġdid billi tipprovdi protezzjoni fuq ir-riskju tal-kreditu (f'forma ta' garanzija b'massimu ta' portafoll tal-ewwel telf) bl-għan li jitnaqqsu d-diffikultajiet partikolari li l-SMEs iħabbtu wiċċhom magħhom biex ikollhom aċċess għall-finanzjament minħabba n-nuqqas ta' kollateral suffiċjenti flimkien mar-riskju ta' kreditu relattivament għoli li jirrappreżentaw. Sabiex tikseb l-impatt mistenni, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-portafoll b'limitu massimu, madankollu, m'għandhiex tieħu post garanziji ekwivalenti milqugħa mill-istituzzjonijiet finanzjarji rispettivi għall-istess għan taħt strumenti finanzjarji nazzjonali u reġjonali eżistenti tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, it-termini u l-kundizzjonijiet standard huma mod effettiv biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq.

(11)

Sabiex jiġi inċentivat il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mir-rinnovazzjoni ta' binjiet residenzjali, self għal rinnovazzjoni jkun strument finanzjarju adegwat.

(12)

Is-self għar-rinnovazzjoni għandu jimmira lejn kundizzjonijiet ta' self issussidjat fuq terminu twil u appoġġ tekniku bil-quddiem u l-finanzjament ta' ta' sidien ta' bini residenzjalibiex iħejju u jiimplimentaw proġetti ta' rinnovazzjoni ta' binjiet. Dan jassumi wkoll suq tal-finanzjament li fih il-banek intermedjarji huma essenzjalment l-uniku sors ta' finanzjament, iżda fejn dan il-finanzjament huwa jew ftit wisq (minħabba l-motivazzjoni għar-riskju tal-intermedjarju), ta' terminu qasir wisq, għali wisq jew inkella mhux xieraq għan-natura ta' rkupru fuq żmien twil tal-proġetti ffinanzjati. Dan, flimkien ma' sistema ineffiċjenti ta' identifikazzjoni u ksib ta' xogħlijiet għan-nom ta' sidienta' appartamenti multipli mingħajr ma tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġu appoġġati individwi, jikkostitwixxi nuqqas fis-suq. F'dan il-kuntest, it-termini u l-kundizzjonijiet standard jkunu mod effettiv biex jiġi indirizzat dan il-falliment tas-suq.

(13)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar termini u kundizzjonijiet standard għall-istrumenti finanzjarji li ġejjin:

(a)

self għall-kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll tas-self (“self RS”);

(b)

garanzija tal-limitu tal-portafoll;

(c)

self għar-rinnovazzjoni.

Artikolu 2

Termini u kundizzjonijiet addizzjonali

L-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu jinkludu termini u kundizzjonijiet oħra minbarra dawk li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim ta' finanzjament skont it-termini u l-kundizzjonijiet għall-istrument finanzjarju magħżul stabbilit f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat skont it-termini u l-kundizzjonijiet standard

2.   Fil-każ ta' strumenti finanzjarji flimkien ma' għotjiet għal appoġġ tekniku lil destinatarji finali li jibbenefikaw minn wieħed mill-istrumenti, għotjiet bħal dawn ma jaqbżux il-5 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi tal-ESI għall-istrument u jkunu soġġetti għall-konklużjonijiet tal-valutazzjoni ex ante li tiġġustifika tali għotjiet imsemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.   Il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-intermedjarju finanzjarju”) jamministra l-għotja għall-appoġġ tekniku. L-appoġġ tekniku ma jkoprix l-attivitajiet li huma koperti minn kostijiet u tariffi ta' ġestjoni riċevuti għall-ġestjoni tal-istrument finanzjarju. In-nefqa koperta mill-appoġġ tekniku tista' ma tikkostitwixxix parti mill-investiment li għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' self taħt l-istrument finanzjarju rilevanti.

Artikolu 4

Il-governanza taħt termini u kundizzjonijiet standard

1.   L-awtorità ta' ġestjoni jew, jekk ikun applikabbli, il-maniġer tal-fond tal-fondi jkun rappreżentat f'kumitat ta' sorveljanza jew tip simili ta' struttura ta' governanza tal-istrument finanzjarju.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni ma tipparteċipax direttament f'deċiżjonijiet ta' investiment individwali. Fil-każ ta' fond ta' fondi, l-awtorità ta' ġestjoni teżerċita r-rwol superviżorju tagħha biss fil-livell tal-fond ta' fondi mingħajr ma tinterferixxi f'deċiżjonijiet individwali tal-fond ta' fondi.

3.   L-istrument finanzjarju jkollu struttura ta' governanza li tippermetti għal deċiżjonijiet dwar il-kreditu u d-diversifikazzjoni tar-riskju sabiex isiru b'mod trasparenti skont il-prattika tas-suq rilevanti.

4.   Il-maniġer tal-fond ta'fondi u l-intermedjarju finanzjarju ikollhom struttura ta' governanza li tiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza tal-maniġer tal-fond ta'fondi jew tal-intermedjarju finanzjarju.

Artikolu 5

Il-ftehim ta' finanzjament skont termini u kundizzjonijiet standard

1.   L-awtorità ta' ġestjoni tikkonkludi bil-miktub ftehim ta' finanzjament għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għal strument finanzjarju, lijkun jinkludi termini u kundizzjonijiet skont l-Anness I.

2.   Il-ftehim ta' finanzjament jinkludi bħala annessi:

(a)

il-valutazzjoni ex-ante meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tiġġustifika l-istrument finanzjarju;

(b)

il-pjan tan-negozju tal-istrument finanzjarju inkluża l-istrateġija tal-investiment u deskrizzjoni tal-investiment, il-garanzija jew il-politika ta' self;

(c)

id-deskrizzjoni tal-istrument li jrid ikun allinjat mat-termini u l-kundizzjonijiet standard dettaljati tal-istrument u li jrid jistabbilixxi l-parametri finanzjarji tal-istrumenti finanzjarji;

(d)

il-mudelli ta' monitoraġġ u rapportar.

Artikolu 6

Is-self RS

1.   Is-self RS jieħu l-forma ta' self sabiex jitwaqqaf fond minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjoni mill-programm u kontribuzzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-fond tas-self mill-intermedjarju finanzjarju. Il-fond jiffinanzja portafoll ta' self li għadu kif joriġina, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti.

2.   Is-self RS jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 7

Garanzija ta' Portafoll b'Limitu Massimu

1.   Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu jipprovdi kopertura tar-riskju tal-kreditu għal kull self sa rata ta' garanzija ta' massimu 80 %, għall-ħolqien ta' portafoll ta' self ġdid għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju sa ammont ta' telf massimu ffissat bir-rata ta' limitu tal-garanziji li ma teċċedix 25 % tal-iskopertura għar-riskju fil-livell tal-portafoll.

2.   Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu tikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 8

Is-self għal rinnovament

1.   Is-Self għar-Rinnovazzjoni jieħu l-forma ta' fond ta' self li għandu jitwaqqaf minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjoni mill-programm u kontribuzzjoni ta' mill-inqas 15 % tal-fond ta'self mill-intermedjarju finanzjarju. Il-fond ta' self jiffinanzja portafoll ta' self li għadu kif joriġina, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti.

2.   Il-benefiċjarji finali jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew professjonisti indipendenti, li huma fil-pussess ta' binjiet kif ukoll amministraturi jew korpi legali oħra li jaġixxu f'isem u għall-benefiċċju ta' sidien, li jimplimentaw miżuri għalal-effiċjenza tal-enerġija jew l-enerġiji rinnovabbli li huma eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-appoġġ tal-programm.

3.   Is-Self għar-Rinnovazzjoni jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta' għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1).

(6)  Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippromwovu investimenti ta' finanzjament ta' riskju (ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4).

(7)  Il-Linji Gwida għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f'żoni rurali mill-2014 sal-2020 (ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-agrikoltura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

(9)  Il-linji gwida għall-eżami tal-għajnuniet mill-Istat intenzjonati għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10).


ANNESS I

Tabella annotata tal-kontenut ta' ftehim ta' finanzjament bejn awtorità ta' ġestjoni u intermedjarju finanzjarju

Il-Werrej

(1)

Preambolu

(2)

Definizzjonijiet

(3)

Ambitu u objettiv

(4)

Objettivi tal-politika u valutazzjoni ex-ante

(5)

Riċeventi finali

(6)

Vantaġġ finanzjarju u għajnuna mill-Istat

(7)

Politika ta' self, garanzija jew investiment

(8)

Attivitajiet u operazzjonijiet

(9)

Riżultati mistennija

(10)

Ir-rwol u r-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju: kondiviżjoni tar-riskju u tad-dħul

(11)

Ġestjoni u awditjar tal-istrument finanzjarju

(12)

Kontribuzzjoni tal-programm

(13)

Pagamenti

(14)

Immaniġġjar tal-kont

(15)

Kostijiet amministrattivi

(16)

Tul ta' żmien u l-eliġibbiltà tan-nefqa fl-għeluq

(17)

Użu mill-ġdid ta' riżorsi mħallsa mill-awtorità ta' ġestjoni (inkluż l-imgħax iġġenerat)

(18)

Kapitalizzazzjoni ta' sussidji fuq ir-rati tal-imgħax, sussidji fuq id-drittijiet ta' garanzija (jekk applikabbli)

(19)

Governanza tal-istrument finanzjarju

(20)

Kunflitt ta' interess

(21)

Rappurtar u Monitoraġġ

(22)

Evalwazzjoni

(23)

Viżibbiltà u trasparenza

(24)

Esklussività

(25)

Riżoluzzjoni ta' tilwim

(26)

Kunfidenzjalità

(27)

Emenda tal-ftehim u trasferiment ta' drittijiet u obbligi

1.   PREAMBOLU

Isem il-Pajjiż/ir-Reġjun

L-identifikazzjoni tal-Awtorità ta' Ġestjoni

In-Nru tal-Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni (CCI) tal-Programm

Titolu tal-programm relatat

It-taqsima rilevanti tal-programm li tirreferi għall-istrument finanzjarju

Isem tal-ESIF

L-identifikazzjoni tal-assi prijoritarju

Reġjuni fejn l-istrument finanzjarju jiġi implimentat (il-livell NUTS jew ieħor)

L-ammont allokat għall-istrument finanzjarju mill-awtorità ta' ġestjoni

L-ammont mill-ESIF

L-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika nazzjonali (kontribuzzjoni pubblika tal-programm)

L-ammont privat nazzjonali (kontribuzzjoni privata tal-programm)

L-ammont nazzjonali pubbliku u privat barra l-kontribuzzjoni tal-programm

Id-data mistennija tal-bidu tal-istrument finanzjarju

Id-data tat-tlestija tal-istrument finanzjarju

L-informazzjoni ta' kuntatt għall-komunikazzjonijiet bejn il-partijiet

L-Għan tal-ftehim

2.   DEFINIZZJONIJIET

3.   L-AMBITU U L-OBJETTIVI

Id-deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju, inklużi l-istrateġija jew il-politika ta' investiment tiegħu, it-tip ta' appoġġ li għandu jiġi pprovdut.

4.   L-OBJETTIVI TAL-POLITIKA U L-VALUTAZZJONI EX-ANTE

Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-intermedjarji finanzjarji jekk applikabbli kif ukoll ir-rekwiżiti operazzjonali addizzjonali li jittrasponu l-objettivi tal-politika tal-istrument, il-prodotti finanzjarji li għandhom jiġu offruti, ir-riċevituri finali mmirati, u t-tqabbil previst mal-għotjiet.

5.   IR-RIĊEVITURI FINALI

L-identifikazzjoni u l-eliġibbiltà tar-riċevituri finali (il-grupp fil-mira) tal-istrument finanzjarju.

6.   IL-VANTAĠĠ FINANZJARJU U L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

L-evalwazzjoni tal-vantaġġ finanzjarju mill-kontribuzzjoni pubblika tal-programm u l-allinjament mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

7.   IL-POLITIKA TA' SELF, GARANZIJA JEW INVESTIMENT

Id-dispożizzjonijiet dwar l-investiment, speċjalment rigward il-politika ta' garanzija jew ta' self (ir-riskju, is-settur, iż-żoni ġeografiċi, id-daqs) u l-portafoll eżistenti tal-intermedjarju finanzjarju.

8.   L-ATTIVITAJIET U L-OPERAZZJONIJIET

Pjan tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi implimentat, inkluż l-effett ta' ingranaġġ finanzjarju mistenni msemmi fl-Artikolu 37(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-definizzjoni ta' attivitajiet eliġibbli.

Definizzjoni ċara tal-attivitajiet assenjati u l-limiti tagħhom, partikolarment dwar il-modifika tal-attivitajiet u l-ġestjoni tal-portafoll (telf u proċess ta' inadempjenza u ta' rkupru).

9.   IR-RIŻULTATI MISTENNIJA

Definizzjoni tal-attivitajiet, ir-riżultati u l-indikaturi tal-impatt assoċjati mal-kejl tal-linja ta' bażi u l-għanijiet mistennija.

Ir-riżultati fil-mira li l-istrument finanzjarju huwa mistenni li jikseb biex jikkontribwixxi għall-objettivi u r-riżultati speċifiċi tal-prijorità jew tal-kejl rilevanti. Lista ta' indikaturi skont il-programm operazzjonali u l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

10.   IR-RWOL U R-RESPONSABBILTÀ TAL-INTERMEDJARJU FINANZJARJU: KONDIVIŻJONI TAR-RISKJU U TAD-DĦUL

L-identifikazzjonijiet u d-Dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-intermedjarju finanzjarju u ta' entitajiet oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju.

Spjegazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskji u l-profitti tal-partijiet differenti.

Id-dispożizzjonijiet konformi mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (1) li jikkonċernaw ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi ta' implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji.

11.   IL-ĠESTJONI U L-AWDITJAR TAL-ISTRUMENT FINANZJARJU

Id-dispożizzjonijiet rilevanti f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 li jikkonċernaw il-ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji.

Id-dispożizzjonijiet tar-rekwiżiti tal-awditjar, bħar-rekwiżiti minimi għad-dokumentazzjoni li għandhom jinżammu fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju (u fil-livell tal-fond tal-fondi fejn xieraq), u r-rekwiżiti relatati maż-żamma ta' rekords separati għall-forom differenti ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 37(7) u (8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (fejn applikabbli), inklużi dispożizzjonijiet u rekwiżiti rigward l-aċċess għal dokumenti minn awtoritajiet tal-awditjar tal-Istat Membru, awdituri tal-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jiġi żgurat rendikont tal-entrati, f'konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet sabiex l-awtorità ta' awditjar tkun konformi mal-linji gwida relatati mal-metodoloġija tal-awditjar, il-lista ta' kontroll u d-disponibilità tad-dokumenti.

12.   IL-KONTRIBUZZJONI TAL-PROGRAMM

Id-dispożizzjonijiet konformi mal-Artikolu 38(10) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar il-modalitajiet tat-trasferiment u l-ġestjoni ta' kontribuzzjonijiet għall-programmi.

Fejn xieraq, dispożizzjonijiet dwar qafas ta' kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Futur.

13.   IL-PAGAMENTI

Ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-pagamenti f'porzjonijiet, li jirrispettaw il-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għall-previżjoni ta' flussi ta' tranżazzjonijiet.

Il-kundizzjonijiet għal irtirar possibbli tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm għall-istrument finanzjarju.

Regoli li jikkonċernaw liema dokumenti ta' appoġġ huma meħtieġa biex jiġġustifikaw il-pagamenti mill-awtorità ta' ġestjoni lill-intermedjarju finanzjarju.

Il-kundizzjonijiet li taħthom il-pagamenti mill-awtorità ta' ġestjoni għall-intermedjarju finanzjarju jridu jiġu sospiżi jew interrotti.

14.   IL-ĠESTJONI TAL-KONT

Id-dettalji tal-kontijiet, inkluż jekk applikabbli rekwiżiti għal kontabbiltà fiduċjarja/separata kif stabbilita fl-Artikolu 38(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet li jindikaw kif il-kont tal-istrument finanzjarju huwa ġestit. Inklużi l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-kontijiet bankarji: riskji ta' kontroparti (jekk applikabbli), operazzjonijiet ta' teżor aċċettabbli, responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta' rimedju fil-każ ta' bilanċji eċċessivi fuq kontijiet fiduċjarji, żamma ta' rekords u rappurtar.

15.   IL-KOSTIJIET AMMINISTRATTIVI

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju dwar il-kalkolu u l-pagament tal-kostijiet u t-tariffi tal-ġestjoni lill-intermedjarju finanzjarju skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Id-dispożizzjoni trid tinkludi r-rata massima applikabbli u l-ammonti ta' referenza għall-kalkolu.

16.   IT-TUL TA' ŻMIEN U L-ELIĠIBBILTÀ TAN-NEFQA FL-GĦELUQ

Id-data għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

Id-dati li jiddefinixxu l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-perjodu ta' eliġibbiltà.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-possibbiltà ta' estensjoni, u t-terminazzjoni tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-intermedjarju finanzjarju għall-istrument finanzjarju, inklużi l-kundizzjonijiet għal terminazzjoni bikrija jew l-irtirar ta' kontribuzzjonijiet tal-programm, l-istrateġiji ta' ħruġ u l-istralċ ta' strumenti finanzjarji (inkluż il-fond tal-fondi fejn applikabbli).

Id-dispożizzjonijiet rigward in-nefqa eliġibbli fl-għeluq tal-programm skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

17.   L-UŻU MILL-ĠDID TA' RIŻORSI MĦALLSA MILL-AWTORITÀ TA' ĠESTJONI (INKLUŻ L-IMGĦAX IĠĠENERAT)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-użu mill-ġdid ta' riżorsi mħallsa mill-awtorità ta' ġestjoni.

Ir-rekwiżiti u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-imgħax u qligħ ieħor attribwibbli għall-appoġġ mill-ESIF skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet rigward l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi ESI sal-aħħar tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet rigward l-użu ta' riżorsi attribwibbli għall-aġġoġġ mill-Fondi ESI sal-aħħar tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

18.   IL-KAPITALIZZAZZJONI TA' SUSSIDJI FUQ IR-RATI TAL-IMGĦAX, SUSSIDJI FUQ ID-DRITTIJIET TA' GARANZIJA (JEKK APPLIKABBLI)

Id-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 imsemmi fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 dwar kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija.

19.   IL-GOVERNANZA TAL-ISTRUMENT FINANZJARJU

Id-dispożizzjonijiet li jiddeskrivu struttura ta' governanza xierqa tal-istrument finanzjarju biex jiġi żgurat li deċiżjonijiet dwar self/garanziji/investimenti, ċessjonijiet u diversifikazzjoni tar-riskju jiġu implimentati f'konformità mar-rekwiżiti legali applikabbli u l-istandards tas-suq.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-bord ta' investiment tal-istrument finanzjarju (ir-rwol, l-indipendenza, il-kriterji).

20.   KUNFLITTI TA' INTERESS

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ċari li jittrattaw kunflitti ta' interess.

21.   IR-RAPPURTAR U L-MONITORAĠĠ

Id-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' investimenti u tal-flussi tat-tranżazzjonijiet inkluż rappurtar mill-intermedjarju finanzjarju lill-fond tal-fondi u/jew lill-awtorità ta' ġestjoni biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ir-regoli dwar ir-rapportar lill-awtorità ta' ġestjoni dwar kif jitwettaq ix-xogħol, ir-rappurtaġġ dwar ir-riżultati u l-irregolaritajiet, u l-miżuri korrettivi meħuda.

22.   L-EVALWAZZJONI

Il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-evalwazzjoni tal-istrument finanzjarju.

23.   IL-VIŻIBBILTÀ U T-TRASPARENZA

Id-dispożizzjonijiet dwar il-viżibbiltà tal-finanzjament ipprovdut mill-Unjoni b'konformità mal-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu aċċess għal informazzjoni għar-riċevituri finali.

24.   L-ESKLUSSIVITÀ

Id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu taħt liema kundizzjonijiet il-fond tal-fondi tal-maniġer jew l-intermedjarju finanzjarju huwa permess li jibda investiment ġdid tal-vetturi.

25.   IR-RIŻOLUZZJONI TA' TILWIM

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni għal tilwim.

26.   IL-KUNFIDENZJALITÀ

Id-dispożizzjonijiet li jiddefinixxu liema elementi tal-istrument finanzjarju huma koperti mill-klawżoli tal-kunfidenzjalità. Inkella l-informazzjoni l-oħra kollha tkun kunsidrata pubblika.

L-obbligi ta' kunfidenzjalità magħmula bħala parti minn dan il-ftehim m'għandhomx iwaqqfu r-rappurtar xieraq lill-investituri, inklużi dawk li jipprovdu fondi pubbliċi.

27.   L-EMENDA TAL-FTEHIM U TRASFERIMENT TA' DRITTIJIET U OBBLIGI

Id-dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-ambitu u l-kundizzjonijiet possibbli ta' emenda u t-terminazzjoni tal-ftehim.

Id-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu lill-intermedjarju finanzjarju li jittrasferixxi xi dritt jew obbligu mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ta' ġestjoni.

L-ANNESS A

:

il-valutazzjoni ex-ante meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tiġġustifika l-istrument finanzjarju.

L-ANNESS B

:

il-pjan tan-negozju tal-istrument finanzjarju inkluża l-istrateġija tal-investiment u d-deskrizzjoni tal-politika ta' investiment, ta' garanzija jew ta' self.

L-ANNESS C

:

id-deskrizzjoni tal-istrument li jrid ikun allinjat mat-termini u l-kundizzjonijiet standard dettaljati tal-istrument u li jrid jistabbilixxi il-parametri finanzjarji tal-istrumenti finanzjarji.

L-ANNESS D

:

il-mudelli għall-monitoraġġ u r-rapportar.


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).


ANNESS II

Self għal SMEs ibbażat fuq mudell ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskji tal-portafoll (self RS)

Rappreżentazzjoni skematika tal-prinċipju ta' self RS

Image

L-istruttura tal-istrument finanzjarju

Is-self għall-Kondiviżjoni tar-Riskji (self RS jew strument finanzjarju) jieħu l-forma ta' self sabiex jitwaqqaf fond minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjonijiet mill-programm u l-intermedjarju finanzjarju għall-finanzjament ta' portafoll ta' self oriġinat ġdid, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti.

Is-self għall-Kondiviżjoni tar-Riskji ikun disponibbli fil-qafas ta' operazzjoni li tagħmel parti mill-assi prijoritarju definit fil-programm kofinanzjati permezz tal-ESIF rilevanti u definit fil-kuntest tal-valutazzjoni ex ante meħtieġa fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-għan tal-istrument

L-għan tal-istrument ikun li:

1.

jgħaqqad r-riżorsi mill-programm ESIF u l-intermedjarju finanzjarju biex bħala appoġġ għall-finanzjament lil SMEs kif imsemmi fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u

2.

jipprovdi lill-SMEs b'aċċess aktar faċli għall-finanzjament billi jipprovdi intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjoni ta' finanzjament u għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-kreditu u b'hekk joffri lill-SMEs aktar fondi b'kundizzjonijiet preferenzjali f'termini ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax u jekk rilevanti, tnaqqis fil-kollateral.

Il-kontribuzzjoni mill-programm ESIF lill-intermedjarju finanzjarju ma tonħoqx il-finanzjament disponibbli minn investituri privati jew investituri pubbliċi oħra.

Il-programm ESIF jipprovdi finanzjament lill-intermedjarju finanzjarju sabiex jibni portafoll ta' self ġdid riċentement iġġenerat lill-SMEs, u b'mod parallel, jipparteċipa fit-telf/inadempjenzi u l-irkupri fuq self lill-SMEs f'dan il-portafoll fuq il-bażi ta' kull self u bl-istess proporzjon bħall-kontribuzzjoni tal-programm fl-istrument.

Fil-każ ta' fond tal-istruttura tal-fondi, il-fond tal-fondi jittrasferixxi l-kontribuzzjoni mill-programm ESIF lill-intermedjarju finanzjarju.

Minbarra l-kontribuzzjoni tal-programm ESIF, il-fond tal-fondi jista' jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji li huma magħquda mar-riżorsi tal-intermedjarju finanzjarju. Il-fond tal-fondi f'dan il-każ jieħu parti mir-riskju tal-kondiviżjoni pro-rata bejn id-diversi kontribuzzjonijiet fil-portafoll ta' self. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rispettati jekk ir-riżorsi pprovduti mill-fond tal-fondi huma riżorsi tal-Istat.

L-implikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat

Is-Self RS ikun imfassal bħala self mingħajr għajnuna mill-Istat, jiġifieri rimunerazzjoni konformi mas-suq għall-intermedjarju finanzjarju, l-għoti sħiħ tal-vantaġġ finanzjarju mill-intermedjarju finanzjarju lir-riċevituri finali, u l-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali huma skont ir-Regolament de minimis applikabbli.

(a)   Għajnuna fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tkun eskluża meta:

1.

l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jkollhom fi kwalunkwe ħin ir-responsabbiltà tat-telf u l-benefiċċji b'mod proporzjonat għall-kontribuzzjonijiet tagħhom (pro-rata) u jkun hemm parteċipazzjoni ekonomikament sinifikanti tal-intermedjarju finanzjarju fis-self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju, u

2.

Ir-rimunerazzjoni (jiġifieri l-kostijiet ta' ġestjoni u/jew tariffi) tal-intermedjarju finanzjarju u tal-fond tal-fondi tirrifletti r-rimunerazzjoni attwali fis-suq f'sitwazzjonijiet kumparabbli, li huwa l-każ meta tal-aħħar tkun ġiet magħżula permezz ta' sejħa miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, jew jekk ir-rimunerazzjoni hija allinjata mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 u l-ebda vantaġġ ieħor ma jingħata mill-Istat. Fejn il-fond tal-fond jittrasferixxi biss il-kontribuzzjoni tal-ESIF lill-intermedjarju finanzjarju, u jkollu missjoni ta' interess pubbliku, u ma jagħmel l-ebda attività kummerċjali meta jimplimenta l-miżura, u mhux qed jikkoinvesti r-riżorsi proprji tiegħu — għalhekk ma jitqiesx bħala benefiċjarju ta' għajnuna, — ikun biżżejjed li l-fond tal-fond ma jingħatax kumpens żejjed, u

3.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jingħata kollu lid-destinatarji finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. Meta tagħżel intermedjarju finanzjarju, l-awtorità ta' ġestjoni, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, għandha tivvaluta l-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija biex tgħaddi vantaġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Fejn l-intermedjarju finanzjarju ma jgħaddix il-vantaġġ finanzjarju kollu lir-riċevituri finali, il-kontribuzzjoni pubblika mhux imħallsa tiġi ttrasferita lura lill-awtorità ta' ġestjoni.

(b)   Fuq livell tal-SMEs:

Fuq livell tal-SMEs, is-self ikun konformi mar-regoli de minimis.

Għal kull self imdaħħal fil-portafoll, l-intermedjarju finanzjarju jikkalula l-GGE bl-użu tal-metodoloġija ta' kalkolu li ġejja:

Il-kalkolu GGE = l-Ammont nominali tas-self (EUR) × (il-Kost tal-finanzjament (prattika standard) + il-Kost tar-riskju (prattika standard) – Kwalunkwe tariffa imposta mill-awtorità ta' ġestjoni fuq il-kontribuzzjoni tal-programm lill-intermedjarju finanzjarju) × Għall-ħajja medja peżata tas-self (Snin) × ir-Rata ta' kondiviżjoni tar-riskju.

Meta l-GGE jiġi kkalkolat permezz tal-formula msemmija hawn fuq, għall-iskop ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju, ir-rekwiżit kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament de minimis  (1) jitqies li ġie ssodisfat. Ma hemm l-ebda rekwiżit minimu ta' kollateral.

Il-mekkaniżmu ta' verifika jiżgura li l-GGE ikkalkulat bil-formula msemmija hawn fuq ma jkunx inqas mill-GGE maħdum skont l-Artikolu 4(3)(c) tar-Regolament de minimis.

L-ammont totali ta' għajnuna kkalkulat bil-GGE ma jistax ikun iktar minn EUR 200 000 fuq perjodu ta' tliet snin fiskali billi tiġi kkunsidrata r-regola tal-kumulazzjoni għal riċevituri finali fir-Regolament de minimis.

L-għoti ta' appoġġ tekniku jew għajnuna oħra mogħtija lill-benefiċjarju finali jiġi akkumulat mal-GGE kkalkulat.

Rigward l-SMEs fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna tkun konformi mar-regoli rilevanti tar-Regolament de minimis fis-settur tas-sajd.

Għal attivitajiet appoġġati mill-FAEŻR, japplikaw ir-regoli ġenerali.

Il-politika ta' self

(a)   Żborżament mill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi lill-intermedjarju finanzjarju:

Wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-fond tal-fondi jew l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità rilevanti ta' ġestjoni tittrasferixxi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi mill-programm lill-fond tal-fondi jew lill-intermedjarju finanzjarju li jqiegħed tali kontribuzzjonijiet ġo fond imfassal apposta ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju. It-trasferiment ikun f'porzjonijiet u jirrispetta l-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-mira tal-volum ta' self u l-firxa tar-rata tal-imgħax tiġi kkonfermata fiil-valutazzjoni ex-ante skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tittieħed f'kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata n-natura tal-istrument (strument rinnovabbli jew mhux rinnovabbli).

(b)   L-oriġini ta' portafoll ta' self ġdid:

L-intermedjarju finanzjarju ikun meħtieġ li joriġina fi żmien predeterminat għall-perjodu limitat ta' żmien, portafoll ta' self eliġibbli ġdid minbarra l-attivitajiet ta' self attwali tiegħu, parzjalment iffinanzjati mill-fondi żborżati taħt il-programm fuq ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji miftiehma fil-ftehim ta' finanzjament.

Self eliġibbli għall-SMEs (skont il-kriterji ta' eliġibbiltà predefiniti fuq il-bażi ta' kull self u fil-livell ta' portafoll) ikun awtomatikament inkluż fil-Portafoll, billi l-avviżi ta' inklużjoni jitressqu mill-inqas fuq bażi trimestrali.

L-intermedjarju finanzjarju jimplimenta l-politika tas-self konsistenti, speċjalment rigward id-diversifikazzjoni tal-portafoll, li jippermetti ġestjoni soda u d-diversifikazzjoni tar-riskju tal-portafoll tal-kreditu, filwaqt li jikkonforma ma' standards industrijali applikabbli u filwaqt li jibqa' allinjat mal-interessi finanzjarji tal-awtorità ta' ġestjoni u mal-objettivi tal-politika.

L-identifikazzjoni, l-għażla, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u t-twettiq ta' self lil riċevituri finali jitwettqu mill-intermedjarju finanzjarju skont il-proċeduri standard tiegħu u skont il-prinċipji stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

(c)   L-użu mill-ġdid ta' riżorsi mħallsa lura lil strument finanzjarju:

Ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrument finanzjarju kunu jew użati mill-ġdid fl-istess strument finanzjarju (madwar l-istess strument finanzjarju) jew wara li jitħallsu lura lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jintużaw skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Meta l-istess strument finanzjarju jerġa' jintuża, bħala kwistjoni ta' prinċipju, l-ammonti li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ tal-ESIF u li huma rimborżati u/jew irkuprati mill-intermedjarju finanzjarju minn self lil riċevituri finali fiil-perjodu ta' żmien għal investimenti siru disponibbli għal użu ġdid fl-istess strument finanzjarju. Dan l-approċċ rinnovabbli kif imsemmi fl-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi inkluż fil-ftehim ta' finanzjament.

Alternattivament, jekk l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jitħallas lura direttament, ir-rimborżi jsiru regolarment biex jirriflettu (i) ir-rimborżi prinċipali (fuq bażi pro rata fuq il-bażi tar-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju) (ii) kwalunkwe ammonti irkuprati u tnaqqis tat-telf (skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju), tas-self lill-SMEs u (iii) kwalunkwe pagamenti tar-rata tal-imgħax. Dawn ir-riżorsi jridu jkunu użati skont l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(d)   Irkupru ta' telf:

L-intermedjarju finanzjarju jieħu azzjonijiet ta' rkupru fir-rigward ta' kull self tal-SMEs inadempjenti ffinanzjati mill-istrument finanzjarju f'konformità mal-linji gwida interni tagħha u l-proċeduri.

L-ammonti rkuprati (in-nett tal-kostijiet ta' rkupru u ta' esklużjoni, jekk ikun hemm) mill-intermedjarju finanzjarju jiġu allokati pro-rata lill-kondiviżjoni tar-riskju bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi.

(e)   Oħrajn:

L-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Fondi tal-ESI għall-istrument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-politika tal-ipprezzar

Meta jipproponi l-ipprezzar tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju jippreżenta politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li jiggarantixxu bis-sħiħ il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni tal-programm pubbliku lill-SMEs eliġibbli. Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija jinkludu l-elementi li ġejjin:

1.

ir-rata tal-imgħax fuq il-parteċipazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju hija stabbilita fuq il-bażi tas-suq (jiġifieri skont il-politika tal-intermedjarju finanzjarju stess),

2.

ir-rata globali tal-imgħax, li għandha tintalab fuq self lill-SMEs eliġibbli inklużi fil-portafoll, tridtitnaqqas proporzjonalment mal-allokazzjoni pprovduta mill-kontribuzzjoni pubblika tal-programm. Dan it-tnaqqis iqis it-tariffi li l-awtorità ta' ġestjoni tista' timponi fuq il-kontribuzzjoni tal-programm.

3.

Il-kalkolu tal-GGE kif ippreżentat fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat jiġi applikat fuq kull self inkluż fil-Portafoll.

4.

Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija tibqa' kostanti matul il-perjodu tal-eliġibbiltà.

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju: l-ammont u r-rata (id-dettalji tal-prodott)

Ir-rata tal-kondiviżjoni tar-riskju attwali, il-kontribuzzjoni pubblika tal-programm u r-rata ta' imgħax fuq self ikunu bbażati fuq is-sejbiet tal-valutazzjoni ex-ante u jkunu tali li jiżguraw li l-benefiċċju lir-riċevituri finali hija konformi mar-regola de minimis.

Id-daqs ta' self għall-Kondiviżjoni tar-Riskju tal-portafoll fil-mira jkun ikkonfermat fi żmien il-valutazzjoni ex ante li jiġġustifika l-appoġġ għall-istrument finanzjarju (l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u jqis l-approċċ rinovabbli tal-istrument (jekk applikabbli). Il-kompożizzjoni tal-portafoll ta' self fil-mira tkun definita b'mod li tiġi żgurata diversifikazzjoni tar-riskju.

L-allokazzjoni tas-self RS u r-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju jridu jiġu stabbiliti sabiex jimtela l-vojt evalwat fiil-valutazzjoni ex-ante, iżda f'kull każ jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan id-dokument.

Ir-rata tal-kondiviżjoni tar-riskju mal-intermedjarju finanzjajru se tiddefinixxi għal kull self eliġibbli fil-portafoll, il-porzjon tal-ammont prinċipali tas-self eliġibbli finanzjat mill-programm.

Ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju miftiehma mal-intermedjarju finanzjarju tiddefinixxi l-iskopertura tat-telf li jrid jiġi rkuprat mill-intermedjarju finanzjarju u mill-kontribuzzjoni tal-programm kif xieraq.

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju (attivitajiet)

Il-portafoll iffinanzjat mill-istrument ta' self RS jinkludi biss self oriġinat ġdid ipprovdut lill-SMEs, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-portafoll jiġu determinati skont il-liġi tal-Unjoni (eż. ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi), il-programm, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, u l-intermedjarju finanzjarju bil-għan li jilħqu għadd kbir ta' riċevituri finali u l-ksib ta' diversifikazzjoni suffiċjenti tal-portafoll. L-intermedjarju finanzjarju jkollu stima raġonevoli tal-profil tal-portafoll tar-riskju. Dawn il-kriterji jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-prassi tas-suq rilevanti fl-Istat Membru jew reġjun.

Ir-responsabbiltà tal-Awtorità ta' Ġestjoni

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni b'rabta mal-istrument finanzjarju tkun kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

It-telf kopert huwa l-ammonti prinċipali dovuti, pagabbli u l-imgħax standard mhux imħallas (imma li jeskludi drittijiet għal ħlas tard u kwalunkwe kostijiet u spejjeż oħra).

Tul ta' żmien

Il-perjodu ta' self tal-istrument finanzjarju jkun stabbilit sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija użata għal self imħallas lil destinatarji finali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

It-tul ta' żmien tipiku biex jinħoloq il-portafoll ta' self huwa rakkomandat li jkun sa erba' snin mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament (bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju).

Self u kondiviżjoni ta' riskju fil-livell intermedjarju finanzjarju (l-allinjament ta' interessi)

L-allinjament ta' interessi bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-intermedjarju finanzjarju jinkiseb permezz ta':

Tariffi tal-prestazzjoni kif previst mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Minbarra l-kontribuzzjoni tal-programm, l-intermedjarju finanzjarju jikkontribwixxi skont il-kundizzjonijiet tas-suq lokali għall-finanzjament ta' mill-inqas 25 % tat-total tal-impenn ta' finanzjament għal self lil SMEs fl-istrument ta' self RS.

It-telf u l-irkupri jkollhom impatt pro-rata tal-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni bir-responsabbiltà rispettiva tagħhom skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji.

Ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji mistennija tiġi determinata abbażi tas-sejbiet tal-valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw l-appoġġ lill-istrument finanzjarju.

L-Intermedjarji Finanzjarji Eliġibbli

Il-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fi Stat Membru li se jkunu legalment awtorizzati li jipprovdu self lil intrapriżi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxi għall-istrument finanzjarju. Dawn il-korpi huma istituzzjonijiet finanzjarji, u, kif xieraq, istituzzjonijiet mikrofinanzjarji jew kwalunkwe istituzzjoni oħra awtorizzata li tipprovdi self.

L-eliġibbiltà tar-riċevituri finali

Ir-riċevituri finali għandhom ikunu eliġibbli skont il-liġi nazzjonali u tal-UE, il-programm rilevanti u l-ftehim ta' finanzjament. Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfati fid-data tal-iffirmar tas-self:

a.

ikunu intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs (inklużi intraprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (2)  (3).

b.

matkunx SME attiva fis-setturi definiti fil-punt (d) — (f) tal-Artikolu 1 tar-Regolament de minimis.

c.

ma tkunx parti minn wieħed jew aktar setturi ristretti (4).

d.

ma kunx ditta f'diffikultà kif definit mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

e.

ma jkunux delinkwenti jew f'inadempjenza fir-rigward ta' kull self jew kiri jew mogħti mill-intermedjarju finanzjarju inkella minn istituzzjoni finanzjarja oħra skont il-verifiki magħmula skont il-linji gwida interni tal-intermedjarju finanzjarju tal-politika standard ta' kreditu.

Għalhekk, fil-mument tal-investiment u matul ir-rimborż tas-self, ir-riċevituri finali jkollhom post irreġistrat għan-negozju f'xi Stat Membru u l-attività ekonomika li għaliha jkun ġie żborżat is-self tkun tinsab fl-Istat Membru rilevanti u r-Reġjun/Ġurisdizzjoni rilevanti tal-programm tal-ESIF.

Il-karatteristiċi tal-prodott għar-riċevituri finali

L-intermedjarju finanzjarju jagħti lir-riċevituri finali s-self li jikkontribwixxi lejn l-għan tal-programm u li huwa kofinanzjat mill-programm skont l-istrument ta' self RS. It-termini tagħhom jkunu msejsa fuq il-valutazzjoni ex-ante msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Is-self jintuża esklussivament għall-iskopijiet permessi li ġejjin:

a.

investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferiment iseħħ bejn investituri indipendenti.

b.

kapital ta' ħidma relatat mal-iżvilupp jew l-attivitajiet ta' espansjoni li huma anċillari (u marbuta) ma' attivitajiet imsemmija f'(a) hawn fuq (li n-natura anċillari tiġi evidenzjata, inter alia, mill-pjan ta' negozju tal-SMEs u l-ammont tal-finanzjament).

Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfati f'kull ħin mis-self inkluż fil-portafoll:

c.

Is-self ikollu oriġini ġdid, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti.

d.

L-ammont prinċipali ta' self inkluż fil-portafoll tas-self RS (i) ikun sa EUR 1 000 000 fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex-ante u (ii) ikun ipprovdut skont tali kundizzjonijiet li ma jikkawżax il-GGE fir-rigward ta' kull riċevitur finali li jaqbeż il-EUR 200 000 (jew EUR 100 000 fit-trasport tal-merkanzija bit-triq u EUR 30 000 fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura) matul kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali; SMEs eliġibbli jistgħu japplikaw aktar minn darba għal self allokat fil-kuntest ta' dan l-istrument finanzjarju sakemm il-limitu tal-GGE msemmi hawn fuq jiġi rispettat bis-sħiħ.

e.

Is-self jipprovdi finanzjament għal wieħed jew aktar skopijiet permessi f'EUR u/jew munita nazzjonali fil-ġurisdizzjoni rilevanti u, skont kif ikun il-każ, f'kull munita oħra.

f.

Is-self ma jkunx f'forma ta' self intermedju, dejn subordinat jew kważi-ekwità.

g.

Is-self ma jkunx fil-forma ta' linji ta' kreditu rinnovabbli.

h.

Is-self ikollu skeda ta' rimborż, inkluża amortizzazzjoni regolari u/jew rimborż sħiħ ta' dejn pendenti (bullet payments).

i.

Is-self maaqiffinanzjax attivitajiet purament finanzjarji jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli meta jitwettq bħala attività ta' investiment finanzjarju u ma jiffinanzjax il-provvista ta' finanzi tal-konsumatur.

j.

Is-self ikollu maturità minima ta' 12-il xahar, inkluż perjodu ta' grazzja rilevanti (jekk ikun hemm) u maturità massima ta' 120 xahar.

Ir-rappurtar u riżultati ta' mira

L-intermedjarji finanzjarji jipprovdu lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi b'informazzjoni ta' mill-inqas tliet xhur f'forma standardizzata u l-ambitu.

Ir-rapport jinkludi l-elementi rilevanti kollha għall-awtorità ta' ġestjoni biex tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Istati Membri jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament de minimis.

L-indikaturi iridu jkunu allinjati mal-objettivi speċifiċi tal-prijorità rilevanti tal-programm ESIF li qed jiffinanzja l-istrument finanzjarju u mar-riżultati mistennija tal-valutazzjoni ex ante. Dawn jitkejlu u jiġu rraportati mill-inqas kull tliet xhur għal għall-istrument ta' self RS u jkunu allinjati bħala minimu mar-rekwiżiti tar-regolament. Minbarra l-indikaturi komuni tal-assi prijoritarji tal-programm ESIF (żieda fl-impjiegi, l-għadd ta' SMEs,…), indikaturi oħra jinkludu:

 

In-numru ta' self/proġetti ffinanzjati

 

L-ammonti ffinanzjati ta' self

 

L-inadempjenzi (in-numru u l-ammonti)

 

Ir-riżorsi rimborżati u l-qligħ

L-evalwazzjoni tal-benefiċċju ekonomiku tal-kontribuzzjoni tal-programm

L-intermedjarju finanzjarju jnaqqas ir-rata effettiva tal-imgħax ġenerali (u l-politika kollaterali fejn xieraq) imposta lir-riċeviuturi finali skont kull self eliġibbli inkluż fil-portafoll li jirrifletti l-kundizzjonijiet favorevoli ta' finanzjament u l-kondiviżjoni tar-riskju tas-self RS.

Il-vantaġġ finanzjarju kollu tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jiġi trasferit lir-riċevituri finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. L-intermedjarju finanzjarju jimmonitorja u jirrapporta dwar il-GGE għar-riċevituri finali kif imsemmi fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat. Dan il-prinċipju jkun rifless fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(2)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-impriżi ta' daqs mikro, żgħar u medji (notifikata fid-dokument Nru C(2003) 1422). (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(3)  Intrapriżi b'inqas minn 250 impjegat u b'fatturat ta' inqas minn EUR 50 miljun jew assi totali inqas minn EUR 43 miljun; kif ukoll li ma jappartjenux għal grupp li jaqbeż dawn il-limiti. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, impriża titqies li tkun kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha.

(4)  Is-setturi ekonomiċi li ġejjin jissejħu b'mod globali bħala “setturi ristretti”.

a.

attivitajiet ekonomiċi illegali: kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali skont il-liġijiet jew ir-regolamenti tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju għal tali produzzjoni, kummerċ jew attività.

b.

It-tabakk u xorb alkoħoliku distillat. Il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati.

c.

Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon: il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon ta' kull tip. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax sa fejn dawn l-attivitajiet huma parti jew aċċessorju għal politiki espliċiti tal-Unjoni Ewropea.

d.

Każinojiet. Każinoijiet u intrapriżi ekwivalenti.

e.

Restrizzjonijiet fis-settur tal-IT. Applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew tekniċi relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li (i) jimmiraw b'mod speċifiku: (a) li jappoġġaw kull attività inkluża fis-Setturi Ristretti li hemm referenza għalihom f'a sa d hawn fuq; (b) logħob tal-azzard fuq l-Internet u każinojiet onlajn; jew (c) pornografija, jew li (ii) huma maħsuba biex jippermettu li illegalment (a) jidħlu f'networks ta' dejta elettronika; jew (b) iniżżlu dejta elettronika.

f.

Restrizzjonijiet fis-settur tax-xjenza tal-ħajja. Meta jiġi pprovdut appoġġ għall-finanzjament tal-applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma': (i) ikklonjar tal-bniedem għal raġunijiet ta' riċerka jew terapewtiċi; jew (ii) Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMOs)


ANNESS III

Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu għall-SME's (Garanzija b'Limitu Massimu)

Rappreżentazzjoni skematika ta' Garanzija b'Limitu Massimu

Ir-relazzjoni bejn il-partijiet interessati u l-Garanzija b'Limitu Massimu ta' kopertura tal-portafoll:

Image Image

L-istruttura tal-istrument finanzjarju

Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu tipprovdi kopertura tar-riskju tal-kreditu fuq il-bażi ta' kull self, għall-ħolqien ta' portafoll ta' self ġdid lill-SMEs sa ammont massimu ta' telf (limitu).

Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu, issir disponibbli mill-awtorità ta' ġestjoni, fil-qafas tal-operazzjoni li hija parti tal-assi prijoritarju definit fil-programm kofinanzjat mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF) u definita fil-kuntest tal-valutazzjoni ex ante meħtieġa fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-għan tal-istrument

L-għan tal-istrument ikun li

1.

Jipprovdi aċċess aħjar għal finanzjament għal SMEs immirati, billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-suq konkreti u identifikati kif suppost.

2.

L-ingranaġġ tal-ESIF għall-appoġġ ta' finanzjament għall-SMEs kif imsemmi fl-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-kontribuzzjoni tal-programm tal-ESIF mill-awtorità ta' ġestjoni tieħu l-forma ta' fond ta' garanzija ġestit minn intermedjarju finanzjarju. Din il-kontribuzzjoni ma toħnoqx il-garanziji disponibbli minn investituri pubbliċi jew privati oħrajn.

Il-fond ta' garanzija ġestit mill-intermedjarju finanzjarju jiġi allokat biex jipprovdi fondi mill-programm ESIF lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid f'każ ta' inadempjenza tar-riċevituri finali.

Fil-każ ta' fond tal-istruttura tal-fondi, il-fond tal-fondi jittrasferixxi l-kontribuzzjoni mill-programm ESIF lill-intermedjarju finanzjarju.

L-Istrument ta' Garanzija b'Limitu Massimu jiġi implimentat biex ikopri portafoll ta' self ġdid mibni minn istituzzjoni finanzjarja waħda jew aktar.

L-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid iddependu fuq garanzija parzjali li tkopri għal telf sa ammont b'limitu massimu meta jiġi pprovdut self lill-SMEs eliġibbli.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-garanzija jrid jgħaddi lir-riċevitur finali (eż. bħala tnaqqis fir-rata tal-imgħax tas-self jew/u tnaqqis kollaterali iżda dejjem b'vantaġġ finanzjarju sħiħ tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm li tgħaddi lir-riċevituri finali).

L-implikazzjoni ta' għajnuna mill-Istat

Il-Garanzija ta' Portafoll b'Limitu Massimutkun imfassla bħala strument mingħajr għajnuna mill-Istat, jiġifieri konformi mas-suq fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju li qed jimmaniġġja l-fond ta' garanzija u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid u l-għajnuna lir-riċevituri finali skont ir-regola de minimis applikabbli.

(a)   Fil-livell tal-fond tal-fondi, l-intermedjarju finanzjarju li qed jimmaniġġja l-fond ta' garanzija, l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid, l-għajnuna tkun eskluża meta:

1.

Ir-rimunerazzjoni (jiġifieri l-kostijiet ta' ġestjoni u/jew tariffi) tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tirrifletti r-rimunerazzjoni attwali fis-suq f'sitwazzjonijiet kumparabbli, li jkun il-każ meta tal-aħħar tkun ġiet magħżula fi proċedura ta' għażla b'mod miftuħ, trasparenti, oġġettiv u mhux diskriminatorju jew jekk ir-remunerazzjoni tkun allinjata mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, u l-ebda vantaġġ ieħor ma jingħata mill-Istat. Fejn il-fond tal-fond jittrasferixxi biss il-kontribuzzjoni ESIF lill-intermedjarju finanzjarju, u jkollu missjoni ta' interess pubbliku, u ma jagħmel l-ebda attività kummerċjali meta jimplimenta l-miżura, u ma jkunx qed jikkoinvesti r-riżorsi proprji tiegħu — għalhekk ma jitqiesx bħala benefiċjarju ta' għajnuna — ikun biżżejjed li l-fond tal-fond ma jingħatax kumpens żejjed u

2.

l-istituzzjoni finanzjarja tkun magħżula permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, sabiex tibni il-portafoll ta' self ġdid bir-riżorsi proprji tagħha u r-riskju miżmum mill-istituzzjoni finanzjarja fl-ebda każ ma tkun inqas minn 20 % tal-ammont ta' self (fuq il-bażi ta' kull self), u

3.

Barra minn hekk, il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm għall-istrument jgħaddi kollu lir-riċevituri finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. Meta jintgħażel l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità ta' ġestjoni, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, tivvaluta il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li jgħaddu l-vantaġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Fejn l-intermedjarju finanzjarju ma jgħaddix il-vantaġġ finanzjarju kollu lir-riċevituri finali, il-kontribuzzjoni pubblika mhux impenjata tiġi ttrasferita lura lill-awtorità ta' ġestjoni.

Il-garanzija trid tkun marbuta ma' tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien.

(b)   Fuqlivell tar-riċevituri finali:

Fuq livell tal-SMEs, is-self garantit ikun konformi mar-regoli de minimis.

Għal kull self imdaħħal fil-portafoll garantit, l-intermedjarju finanzjarju jikkalkula l-GGE bl-użu tal-metodoloġija ta' kalkolu li ġej:

Il-kalkolu tal-GGE = l-Ammont nominali tas-self (EUR) × il-kost tar-riskju (prattika standard) × ir-Rata ta' garanzija × ir-Rata ta' limitu tal-garanzija × il-Ħajja medja peżata tas-self (Snin).

L-ammont totali ta' għajnuna kkalkulat bil-GGE ma jistax ikun iktar minn EUR 200 000 fuq perjodu ta' tliet snin fiskali b'kunsiderazzjoni tar-regola tal-kumulazzjoni għal riċevituri finali fir-Regolament de minimis.

Meta l-GGE huwa kkalkolat permezz tal-formula msemmija hawn fuq, għall-finijiet ta' strument ta' Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu, ir-rekwiżit kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament de minimis  (1) jitqies bħala ssodisfat.

Il-mekkaniżmu ta' verifika jiżgura li l-GGE maħdum bil-formula msemmija hawn fuq ma tkunx inqas mill-GGE maħdum skont l-Artikolu 4(6)(c) tar-Regolament de minimis.

L-għoti ta' appoġġ tekniku jew għajnuna oħra mogħtija lill-benefiċjarju finali jiġi akkumulat mal-GGE kkalkulat.

Rigward l-SMEs fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna tkun konformi mar-regoli rilevanti tar-Regolament de minimis fis-settur tas-sajd

Għal attivitajiet appoġġati mill-FAEŻR, japplikaw ir-regoli ġenerali.

Il-politika ta' garanzija

(a)   It-trasferiment mill-awtorità ta' ġestjoni għall-intermedjarju finanzjarju:

Wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-fond tal-fondi jew l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità rilevanti ta' ġestjoni tittrasferixxi kontribuzzjonijiet mill-programm lill-fond tal-fondi jew lill-intermedjarju finanzjarju li jqiegħed tali kontribuzzjonijiet f'fond imfassal apposta ta' garanzija. It-trasferiment għandu jsir f'porzjonijiet u jirrispetta l-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(b)   L-oriġini ta' portafoll ta' self ġdid:

L-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu meħtieġa li jibnu fi żmien predeterminat għall-perjodu limitat ta' żmien, portafolli ta' self ġdid għall-SMEs. Self lill-SMEs b'oriġini ġdida huwa parzjalment kopert mill-kontribuzzjoni tal-programm fuq il-bażi ta' kull self sa ċertu ammont (Limitu). Self eliġibbli lill-SMEs huma awtomatikament inklużi fil-portafoll soġġett għal kriterji ta' inklużjoni ta' self stabbilit minn qabel.

L-inklużjoni ta' self lill-SMEs sseħħ awtomatikament mal-wasla ta' avviż ta' inklużjoni mill-intermedjarju finanzjarju li jirregola l-fond ta' garanzija ppreżentat tal-anqas fuq bażi trimestrali sa tmiem il-perjodu tal-inklużjoni rilevanti.

L-istituzzjonijiet finanzjarji jimplimentaw politika ta' self konsistenti rigward id-diversifikazzjoni tal-portafoll, li tippermetti li jkun hemm ġestjoni tajba tal-portafoll u d-diversifikazzjoni tar-riskju, b'konformità mal-istandards industrijali applikabbli u filwaqt li tibqa' xierqa għall-interessi finanzjarji tal-awtorità ta' ġestjoni u l-objettivi tal-politika.

L-identifikazzjoni, l-għażla, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u t-twettiq ta' self għal riċevituri finali jsiru mill-istituzzjonijiet finanzjarji skont il-proċeduri standard tagħhom u b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-ftehim bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-istituzzjoni finanzjarja li tkun qed tibni portafoll ta' self ġdid.

(c)   Kopertura għal telf:

Il-Garanzija għal Portafoll b'Limitu Massimu tkopri telf imġarrab mill-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta' kull self eliġibbli tal-SME inadempjenti skont ir-rata ta' garanzija ta' perċentwal massimu ta' 80 %.

Telf kopert mill-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu fir-rigward tal-portafoll ta' self eliġibbli tal-SME fit-total ma jaqbiżx l-ammont tal-limitu.

L-ammont tal-limitu li huwa l-obbligu massimu taħt dan l-istrument huwa l-prodott tal-volum tal-portafoll ta' self immirat immultiplikat bir-rata ta' garanziji u bir-rata ta' limitu tal-garanziji.

Ir-rata ta' limitu tal-garanzija tkun stabbilita bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju ex ante skont l-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Telf kopert jikkonsisti f'ammonti prinċipali dovuti, pagabbli u pendenti u imgħax standard (imma jeskludi pagament tard, miżati u kostijiet u spejjeż oħra).

(d)   Garanzija ta' pagament:

Wara l-okkorrenza ta' telf marbut ma' inadempjenza, l-intermedjarju finanzjarju li jirregolal-ġestjoni tal-fond ta' garanzija jagħmel il-pagamenti ta' garanzija lill-istituzzjoni finanzjarja skont il-Garanzija fi żmien 60 jum.

Il-politiki ta' pprezzar u ta' kollateral

L-intermedjarju finanzjarju jippreżenta metodoloġija li tiżgura li l-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm jgħaddi bis-sħiħ lill-SMEs eliġibbli. L-istituzzjoni finanzjarja jkollha politika ta' pprezzar/kollateral f'konformità mal-metodoloġija. Il-politika tal-ipprezzar/kollateral u l-metodoloġija jinkludu l-elementi li ġejjin:

1.

L-istrument ikopri massimu ta' 80 % tal-iskopertura għar-riskju ta' kull self eliġibbli tal-SME (sal-Limitu).

2.

Il-vantaġġ finanzjarju kollu tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm jgħaddi lill-SMEs eliġibbli, permezz ta' tnaqqis tar-rata ta' interess imposta u/jew it-tnaqqis tal-kollateral meħtieġ mill-istituzzjoni finanzjarja.

3.

Il-kalkolu GGE kif ippreżentat fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat jiġi applikat għal kull self inkluż fil-portafoll.

4.

L-ebda tariffa ta' Garanzija ma tiġi imposta lill-istituzzjoni finanzjarja mill-intermedjarju finanzjarju li jirregola l-ġestjoni tal-fond ta' garanzija.

5.

L-istituzzjoni finanzjarja tnaqqas ir-rata globali tal-imgħax u/jew ir-rekwiżit tal-kollateral taħt kull self eliġibbli tal-SME inkluż fil-portafoll wara l-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li tiżgura li l-vantaġġ finanzjarju jingħata b'mod sħiħ. Il-livell ta' dan it-tnaqqis propost mill-istituzzjoni finanzjarja jiġi vvalutat u kkonfermat mill-intermedjarju finanzjarju wara l-analiżi rilevanti u d-diliġenza dovuta u jitqies bħala kriterju ta' eliġibbiltà għal self lill-SMEs sabiex jiġi inkluż fil-portafoll.

6.

L-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex-ante li tidentifika l-SMEs fil-mira u l-valutazzjoni tar-riskju ex-ante li tiddetermina r-riskju, li titlob pagamenti ta' garanzija pagabbli mir-riċevituri finali. F'tali każ, il-GGE jiġi kkalkulat bil-formula ppreżentata fit-Taqsima dwar l-għajnuna mill-Istat hawn fuq jew jiġi allinjat mal-kundizzjonijiet tal-Avviż ta' Garanzija. It-tariffi mħallsa mir-riċevituri finali jitħallsu lura lill-fond ta' garanzija bħala riżorsi ritornati skont it-tifsira tal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

7.

Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija tibqa' kostanti matul il-perjodu ta' eliġibbiltà.

L-ammont u r-rata ta' garanzija lil istituzzjoni finanzjarja (dettalji tal-prodott)

Il-Garanzija tal-Portafoll b'Limitu Massimu tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Ir-rata tal-Limitu tal-Garanzija tkun determinata fil-valutazzjoni tar-riskju ex-ante skont l-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 u f'kull każ ma taqbiżx il-25 %. Il-garanzija tista' tkopri telf mistenni u mhux mistenni.

Il-multiplikatur tal-garanzija ffinanzjata mill-kontribuzzjoni tal-programm huwa definit bħala:

Multiplikatur = (1/ir-Rata tal-Garanzija) × (1/ir-Rata Massima tal-Garanzija).

Il-proporzjon tal-multiplikatur ikun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju ex-ante u jkun ugwali għal jew ogħla minn 5.

Id-daqs tal-portafoll fil-mira parzjalment kopert mill-garanzija jkun ibbażat fuq is-sejbiet ta' valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw l-appoġġ għall-istrument finanzjarju (l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u jqis l-approċċ rinovabbli tal-istrument (jekk applikabbli). Il-kompożizzjoni tal-portafoll ta' self fil-mira tkun definita b'mod li tiġi żgurata diversifikazzjoni tar-riskju.

Il-garanzija lil istituzzjoni finanzjarja (attivitajiet)

Il-portafoll ta' self iggarantit mill-istrument ta' garanzija jinkludi self oriġinat ġdid mogħti lir-riċevituri finali, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-portafoll jiġu determinati skont il-liġi tal-Unjoni (eż. ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi), il-programm, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, u l-intermedjarju finanzjarju bil-għan li jilħqu għadd kbir ta' riċevituri finali u li tinkiseb diversifikazzjoni tal-portafoll suffiċjenti. L-istituzzjonijiet finanzjarji jkollhom stima raġonevoli tal-profil tal-portafoll tar-riskju (limitu ta' konċentrazzjoni skont is-settur pereżempju). Dawn il-kriterji jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-prassi tas-suq fil pajjiż jew reġjun rilevanti.

L-istituzzjoni finanzjarja tagħmel stima ex-ante ta' rata ta' rkupru li għandha tintuża għall-kalkolu tal-ammont mistenni li għandu jiġi rkuprat minn inadempjenzi fil-portafoll, li jħalli impatt fuq l-evalwazzjoni tar-rata ta' limitu tal-garanziji.

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni b'rabta mal-istrument finanzjarju tkun kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

Inadempjenza tfisser, fir-rigward ta' self lir-riċevitur finali li (i) l-istituzzjoni finanzjarja tista' tagħti prova fi kwalunkwe ħin (filwaqt li taġixxi skont il-proċeduri interni tagħha u kif rifless fir-rapportar finanzjarju u regolatorju) li r-riċevitur finali x'aktarx mhux se jissodisfa l-obbligi tal-pagament tiegħu; jew (ii) riċevitur finali jkun naqas milli jissodisfa xi obbligu ta' pagament taħt self tal-SMEs rilevanti li kompla għal mill-inqas 90 jum kalendarju konsekuttiv

It-tul ta' żmien

Il-perjodu tal-garanzija tal-istrument finanzjarju jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-programm kif imsemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija użata b'garanziji ta' self imħallas lir-riċevituri finali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

It-tul ta' żmien tipiku biex jinħoloq il-portafoll ta' self garantit huwa rakkomandat li jkun sa erba' snin mid-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament (bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju).

Il-kondiviżjoni tar-riskju fil-livell FI (l-allinjament ta' interessi)

L-allinjament ta' interessi bejn l-awtorità ta' ġestjoni, l-intermedjarju finanzjarju u l-istituzzjoni finanzjarja jinkiseb permezz:

Ir-riskju tal-kreditu proprju miżmum mill-istituzzjoni finanzjarja li fl-ebda każ ma jkun anqas minn 20 % fuq il-bażi ta' kull self.

L-istituzzjoni finanzjarja timpenja ruħha biex tibni portafoll ta' self ġdid bir-riżorsi proprji tagħha.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-Garanzija b'Limitu Massimu jgħaddi kompletament lir-riċevitur finali tal-SMEs.

Tariffi tal-prestazzjoni għal intermedjarju finanzjarju kif previst mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

L-Istituzzjonijiet Finanzjarji u Intermedjarji Finanzjarji Eliġibbli

L-intermedjarji finanzjarji jkunu korpi pubbliċi u privati stabbiliti fi Stat Membru li huma awtorizzati legalment biex jipprovdu garanziji fuq self lil intrapriżi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxi għall-istrument finanzjarju.

L-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu korpi pubbliċi u privati stabbiliti fl-Istati Membri li huma legalment awtorizzati li jipprovdu self lil intrapriżi li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxi għall-istrument finanzjarju. Dawn il-korpi huma istituzzjonijiet finanzjarji, u, kif xieraq, istituzzjonijiet mikrofinanzjarji jew kull istituzzjoni oħra awtorizzata li tipprovdi self.

Ir-Riċevitur Finali tal-eliġibbiltà (riċevituri finali)

Ir-riċevituri finali jkunu eliġibbli skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, il-programm rilevanti, u l-ftehim ta' finanzjament. Ir-riċevituri finali jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin fid-data tad-dokument li tagħti prova tal-garanzija tal-SME rilevanti, jiġifieri li l-impenn tal-garanzija:

a.

tkun intrapriża mikro, żgħira u medja (SMEs (inklużi intraprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (2).

b.

ma tkunx SME attiva fis-setturi definiti fil-punti (d)-(f) tal-Artikolu 1 tar-Regolament de minimis.

c.

ma tkunx parti minn wieħed jew aktar setturi ristretti (3).

d.

ma tkunx ditta f'diffikultà kif definit skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

e.

majkunux delinkwenti jew f'inadempjenza fir-rigward ta' kwalunkwe self jew kiri jew mogħti mill-intermedjarju finanzjarju jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra skont il-verifiki magħmula skont linji gwida interni tal-intermedjarju finanzjarju tal-politika standard ta' kreditu.

Għalhekk, fil-mument tal-investiment u matul ir-rimborż tas-self garantit, ir-riċeventi finali jkollhom post irreġistrat għan-negozju f'xi Stat Membru u l-attività ekonomika li għaliha jkun ġie żborżat is-self li jkun jinsab fl-Istat Membru u r-Reġjun/il-Ġuriżdizzjoni rilevanti tal-programm tal-ESIF.

Il-karatteristiċi tal-prodott għar-riċevituri finali

L-istituzzjoni finanzjarja tagħti lir-riċevituri finali s-self li jikkontribwixxi lejn l-objettiv tal-programm u li huwa ggarantit mill-programm skont il-Portafoll ta' garanzija b'Limitu Massimu. It-termini tal-garanziji u tas-self ikunu msejsa fuq il-valutazzjoni ex-ante msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Is-self jintuża esklussivament għall-iskopijiet permessi li ġejjin:

a.

Investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli inkluż it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà fl-impriżi sakemm tali trasferiment iseħħ bejn investituri indipendenti.

b.

Kapital ta' ħidma relatat ma' attivitajiet ta' żvilupp jew espansjoni li huma anċillari (u marbuta) ma' attivitajiet imsemmija f'(1) hawn fuq (li n-natura anċillari tagħhom tiġi evidenzjata, inter alia, bil-pjan tan-negozju tar-riċevitur finali u l-ammont ta' finanzjament).

Il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin jiġu ssodisfati f'kull ħin mis-self inkluż fil-portafoll:

c.

Is-self ikun oriġinat ġdid, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti.

d.

Il-parti ggarantita tas-self sottostanti inkluża fil-portafoll i) tkun sa EUR 1 500 000 fuq il-bażi ta' valutazzjoni ex-ante u ii) tkun ipprovduta taħt tali kundizzjonijiet li ma jikkawżawx il-GGE fir-rigward ta' kull benefiċjarju finali li jaqbeż il-EUR 200 000 (jew EUR 100 000 tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u EUR 30 000 fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura) matul kull perjodu ta' tliet snin fiskali. L-SMEs eliġibbli jistgħu potenzjalment japplikaw iktar minn darba għal self allokat fil-kuntest ta' dan l-istrument finanzjarju sakemm il-GGE msemmi hawn fuq il-limitu jiġi rispettat bis-sħiħ.

e.

Is-self jipprovdi finanzjament għal wieħed jew aktar skopijiet permessi f'EUR u/jew il-munita nazzjonali fil-ġurisdizzjoni rilevanti u, kif jista' jkun il-każ, f'kull munita oħra.

f.

Is-self ma jkunx f'forma ta' self intermedju, dejn subordinat jew kważi-ekwità.

g.

Is-self ma jkunx fil-forma ta' linji ta' kreditu rinovabbli.

h.

Ikollu skeda ta' rimborż, inkluża amortizzazzjoni regolari u/jew rimborż sħiħ ta' dejn pendenti (bullet payments).

i.

Is-self ma jiffinanzjax attivitajiet purament finanzjarji jew l-iżvilupp ta' proprjetà immobbli meta jitwettaq bħala attività ta' investiment finanzjarju u ma jiffinanzjax il-provvista ta' finanzi tal-konsumatur.

j.

Ikollu maturità minima ta' bejn 12-il xahar u maturità massima ta' 120 xahar.

Ir-rappurtar u r-riżultati fil-mira.

L-intermedjarji finanzjarji jipprovdu lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi b'informazzjoni ta' mill-inqas tliet xhur f'forma standardizzata u l-ambitu.

Ir-rapport jinkludi l-elementi rilevanti kollha tal-awtorità ta' ġestjoni biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Istati Membri jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament de minimis.

L-indikaturi jridu jkunu allinjati mal-objettivi speċifiċi tal-prijorità rilevanti tal-programm tal-ESIF li qed jiffinanzja l-istrument finanzjarju u mar-riżultati mistennija tal-valutazzjoni ex ante. Dawn jitkejlu u jiġu rraportati mill-inqas kull tliet xhur għall-fond ta' garanzija u allinjati bħala minimu mar-rekwiżiti tar-regolament. Minbarra l-indikaturi komuni tal-assi prijoritarji tal-programm tal-ESIF (iż-żieda fl-impjiegi, l-għadd ta' SMEs,…), indikaturi oħra jinkludu:

 

In-numru ta' self garantit

 

Il-volum ta' self garantit

 

In-numru ta' self inadempjenti

 

Il-valur ta' self inadempjenti

 

Garanziji impenjati/imsejħa (numru, ammonti)

 

Riżorsi u qligħ mhux mitluba (eż. imgħax iġġenerat)

L-evalwazzjoni tal-benefiċċju ekonomiku tal-kontribuzzjoni tal-programm

Il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jgħaddi kollu lir-riċevituri finali (il-benefiċċju tal-garanzija).

Il-vantaġġ finanzjarju għall-SMEs eliġibbli jkun evidenzjat permezz ta' tnaqqis tar-rata globali tal-imgħax mitlub mill-istituzzjoni finanzjarja u/jew tnaqqis ta' kollateral fuq self tal-SMEs ta' dan it-tip.

L-intermedjarju finanzjarju jimmonitorja u jirrapporta dwar il-GGE għal riċevituri finali kif imsemmi fit-Taqsima tal-għajnuna mill-Istat.

Dawn il-prinċipji jkunu riflessi fil-ftehimiet bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarji finanzjarji u bejn l-intermedjarji finanzjarji u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jibnu l-portafolli ta' self ġdid.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(2)  Intrapriżi b'inqas minn 250 impjegat u b'fatturat ta' inqas minn EUR 50 miljun jew assi totali inqas minn EUR 43 miljun; kif ukoll li ma jappartjenux għal grupp li jaqbeż dawn il-limiti. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, impriża titqies li tkun kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha.

(3)  Is-setturi ekonomiċi li ġejjin jissejħu flimkien bħala “setturi ristretti”:

a.

attivitajiet ekonomiċi illegali: kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali skont il-liġijiet jew ir-regolamenti tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju għal tali produzzjoni, kummerċ jew attività.

b.

It-tabakk u xorb alkoħoliku distillat. Il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati.

c.

Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon: il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon ta' kull tip. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax sa fejn dawn l-attivitajiet huma parti jew aċċessorju għal politiki espliċiti tal-Unjoni Ewropea.

d.

Każinojiet. Każinoijiet u intrapriżi ekwivalenti.

e.

Restrizzjonijiet fis-settur tal-IT. Applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew tekniċi relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li (i) jimmiraw b'mod speċifiku: (a) li jappoġġaw kull attività inkluża fis-Setturi Ristretti li hemm referenza għalihom f'a sa d hawn fuq; (b) logħob tal-azzard fuq l-Internet u każinojiet onlajn; jew (c) pornografija, jew dawk li (ii) huma maħsuba biex jippermettu li illegalment (a) jidħlu f'netwerks ta' dejta elettronika; jew (b) iniżżlu dejta elettronika.

f.

Restrizzjonijiet fis-settur tax-xjenza tal-ħajja. Meta tipprovdi appoġġ għall-finanzjament tal-applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma': (i) ikklonjar tal-bniedem għal raġunijiet ta' riċerka jew terapewtiċi; jew (ii) Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMOs).


ANNESS IV

Is-self għall-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġiji rinovabbli fis-settur tal-bini residenzjali (self għar-rinnovazzjoni)

Ir-rappreżentazzjoni skematika tal-prinċipju ta' self għar-rinnovazzjoni

Image

L-istruttura tal-istrument finanzjarju

Is-self għar-rinnovazzjoni jieħu l-forma ta' fond ta' self sabiex jitwaqqaf minn intermedjarju finanzjarju b'kontribuzzjonijiet mill-programm u l-intermedjarju finanzjarju nnifsu għall-finanzjament ta' portafoll ta' self oriġinat ġdid, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti.

Is-self għar-rinnovazzjoni jkun disponibbli, fil-qafas tal-operazzjoni li hija parti tal-assi prijoritarju definit fil-programm iffinanzjat mill-ESIF u definit fil-kuntest tal-valutazzjoni ex-ante meħtieġa fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

L-għan tal-istrument

L-għan tal-istrument huwa li joffri self preferenzjali lil persuni fiżiċi u ġuridiċi jew professjonisti indipendenti li jkunu l-proprjetarji tal-bini (appartamenti, djar soċjali jew djar individwali), kif ukoll amministraturi jew korpi ġuridiċi oħra li jaġixxu f'isem u għall-benefiċċju tas-sidien sabiex jitwettqu xogħlijiet ta' rinnovazzjoni li huma eliġibbli għall-appoġġ tal-ESIF.

Il-kontribuzzjoni tal-programm tal-ESIF mill-awtorità ta' ġestjoni lil intermedjarju finanzjarju ma tonħoqx il-finanzjament disponibbli minn investituri privati jew pubbliċi oħra.

Il-programm tal-ESIF jipprovdi finanzjament lill-intermedjarju finanzjarju sabiex jibni portafoll ta' self ġdid iġġenerat, u b'mod parallel, jipparteċipa fit-telf/inadempjenzi u rkupri fuq is-self f'dan il-portafoll għal kull self u fl-istess proporzjon bħall-kontribuzzjoni tal-programm fl-istrument.

Fil-każ ta' fond tal-istruttura tal-fondi, il-fond tal-fondi jittrasferixxi l-kontribuzzjoni mill-programm tal-ESIF lill-intermedjarju finanzjarju.

Minbarra l-kontribuzzjoni tal-programm ESIF, il-fond tal-fondi jista' jipprovdi r-riżorsi tiegħu proprji li jingħaqdu mar-riżorsi tal-intermedjarju finanzjarju. Il-fond tal-fondi f'dan il-każ jieħu parti mir-riskju tal-kondiviżjoni pro-rata bejn id-diversi kontribuzzjonijiet fil-portafoll ta' self. Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu rispettati wkoll fir-rigward ta' dawn ir-riżorsi, jekk dawn huma riżorsi pubbliċi.

L-implikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

Is-self għar-rinnovazzjoni jitfassal bħala strument mingħajr għajnuna mill-Istat, jiġifieri r-rimunerazzjoni konformi mas-suq sħiħ għall-intermedjarju finanzjarju, it-trasferiment sħiħ ta' vantaġġ finanzjarju mill-intermedjarju finanzjarju lir-riċevituri finali, u l-finanzjament ipprovdut lir-riċevituri finali huma skont ir-Regolament de minimis applikabbli.

(a)   L-għajnuna fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tkun eskluża meta:

1.

l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jkollhom ir-responsabbiltà f'kull ħin tat-telf u l-benefiċċji proporzjonalment mal-kontribuzzjoni tagħhom (pro rata) u hemm parteċipazzjoni ekonomikament sinifikanti tal-intermedjarju finanzjarju fl-istrument ta' self għar-rinnovazzjoni, u

2.

Ir-rimunerazzjoni (jiġifieri l-kostijiet ta' ġestjoni u/jew tariffi) tal-intermedjarju finanzjarju u l-fond tal-fondi tirrifletti r-rimunerazzjoni attwali tas-suq f'sitwazzjonijiet kumparabbli, li huwa l-każ meta dawn ikunu ġew magħżula permezz ta' proċedura ta' għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, jew jekk ir-rimunerazzjoni tagħhom tkunx allinjata mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014 u l-ebda vantaġġi oħrajn ma jkunu ngħataw mill-Istat. Fejn il-fond tal-fondi jittrasferixxi biss il-kontribuzzjoni tal-ESIF lill-intermedjarju finanzjarju, u jkollu missjoni ta' interess pubbliku, u ma jagħmel l-ebda attività kummerċjali meta jimplimenta l-miżura, u ma jkunx qed jikkoinvesti r-riżorsi proprji tiegħu — għalhekk ma jitqiesx bħala benefiċjarju ta' għajnuna, — ikun biżżejjed li l-fond tal-fondi ma jingħatax kumpens żejjed, u

5.

Il-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jingħata kollu lid-destinatarji finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. Meta jintgħażel l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità ta' ġestjoni, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014, tivvaluta l-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija biex tgħaddi l-vantaġġ finanzjarju lir-riċevituri finali.

Fejn l-intermedjarju finanzjarju ma jgħaddix il-vantaġġ finanzjarju kollu lir-riċevituri finali, il-kontribuzzjoni pubblika mhux imħallsa tiġi ttrasferita lura lill-awtorità ta' ġestjoni.

(b)   Għajnuna fil-livell ta' entità li taġixxi f'isem is-sidien (jiġifieri persuni fiżiċi u ġuridiċi, professjonisti indipendenti li jkunu proprjetarji ta'bini, amministraturi, korpi legali oħra):

L-għajnuna fil-livell ta' entità li taġixxi f'isem is-sidien tkun eskluża meta:

1.

l-entità ma tibbenefikax minn xi trasferimenti diretti ta' appoġġ pubbliku u

2.

l-entità tittrasferixxi l-vantaġġi finanzjarji kollha tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lir-riċevituri finali

(c)   Fil-livell tas-sidien mingħajr jew b'attività ekonomika (persuna ġuridika jew professjonisti indipendenti, proprjetarji u sidien li jinstallaw enerġiji rinnovabbli, forniment ta' parti tal-enerġija prodotta mal-grilja):

Is-sidien li huma persuni fiżiċi u li mhumiex ikkunsidrati bħala impriżi minħabba li ma jeżerċitawx attività ekonomika mhumiex meqjusa bħala benefiċjarji ta' għajnuna tal-Istat.

Is-sidien b'attività ekonomika jikkwalifikaw bħala “impriża” u huma soġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, dan ikun il-każ jekk dawn ikunu proprjetarji (kiri hija attività ekonomika) u fil-każ tal-installazzjoni ta' enerġiji rinnovabbli, jekk parti mill-enerġiji rinnovabbli prodotti jingħataw lin-netwerk (fil-provvista tal-enerġija biex il-grilja hija meqjusa bħala attività ekonomika).

Fil-livell tas-sidieni b'attività ekonomika, l-għajnuna tosserva r-regoli de minimis.

Għal kull self imdaħħal fiil-portafoll rigward is-sidien b'attività ekonomika, l-intermedjarju finanzjarju jikkalkula l-GGE bl-użu tal-metodoloġija ta' kalkolu li ġej:

Il-kalkolu tal-GGE = l-Ammont nominali tas-self (EUR) × (il-Kost tal-finanzjament (prattika standard) + il-Kost tar-riskju (prattika standard) – Kwalunkwe tariffa imposta mill-awtorità ta' ġestjoni fuq il-kontribuzzjoni tal-programm lill-intermedjarju finanzjarju) × Ħajja medja peżata tas-self (Snin) × Rata ta' kondiviżjoni tar-riskju.

Meta l-GGE jiġi kkalkolat permezz tal-formula msemmija hawn fuq, għall-finijiet tal-istrument ta' self għar-Rinnovazzjoni, ir-rekwiżit kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament de minimis  (1) jitqies bħala ssodisfat. Ma hemm l-ebda rekwiżit minimu ta' kollateral.

Il-mekkaniżmu ta' verifika jiżgura li l-GGE maħdum bil-formula msemmija hawn fuq ma jkunx inqas mill-GGE maħdum skont l-Artikolu 4(3)(c) tar-Regolament de minimis.

L-ammont totali ta' għajnuna kkalkulat bil-GGE ma jistax ikun ta' iktar minn EUR 200 000 fuq perjodu fiskali ta' tliet snin b'kunsiderazzjoni tar-regola tal-kumulazzjoni għal riċevituri finali fir-Regolament de minimis.

L-għoti ta' appoġġ tekniku jew għajnuna oħra mogħtija lill-benefiċjarju finali jiġi akkumulat mal-GGE kkalkulat.

Il-politika ta' self

(a)   Żborżament mill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi lill-intermedjarju finanzjarju:

Wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-fond tal-fondi jew l-intermedjarju finanzjarju, l-awtorità rilevanti ta' ġestjoni tittrasferixxi kontribuzzjonijeit pubbliċi mill-programm lill-fond tal-fondi jew lill-intermedjarju finanzjarju li jqiegħed tali kontribuzzjonijiet f'fond ta' self għar-Rinnovazzjoni mfassal apposta. It-trasferiment isir f'porzjonijiet u jirrispetta l-limiti tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-mira tal-volum ta' self u l-firxa tar-rata tal-imgħax tiġi kkonfermata fiil-valutazzjoni ex-ante skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tittieħed f'kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata n-natura tal-istrument (strument rinovabbli jew mhux rinovabbli).

Il-limitu massimu tal-kondiviżjoni tar-riskji tal-istrument finanzjarju lejn ir-riċevituri finali jkun ta' 85 % (jiġifieri mill-inqas 15 % jiġi mogħti mill-fondi proprji tal-intermedjarju finanzjarju).

(b)   L-oriġini ta' portafoll ta' self ġdid:

L-intermedjarju finanzjarju jkun meħtieġ li joriġina f'perjodu limitat predeterminat ta' żmien li portafoll ta' self ġdid iffinanzjat skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskji miftiehma fil-ftehim ta' finanzjament (jiġifieri ffinanzjat minn (i) il-kontribuzzjoni tal-programm) (ii) il-fond proprju tal-intermedjarju finanzjarju).

Is-self eliġibbli definit minn qabel skont il-kriterji tal-eliġibbiltà fuq il-bażi ta' kull self u l-livell ta' portafoll jiġi awtomatikament inkluż fil-portafoll billi jitressqu avviżi ta' inklużjoni mill-inqas fuq bażi trimestrali.

L-intermedjarju finanzjarju jimplimenta l-politika tas-self b'mod konsistenti, speċjalment fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-portafoll li jippermetti ġestjoni soda u diversifikazzjoni tar-riskju tal-portafoll tal-kreditu, waqt li jimmira li jnaqqas il-falliment tas-suq identifikat fil-valutazzjoni ex-ante (li tirreferi għall-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u filwaqt li jibqa' allinjat mal-interessi finanzjarji tal-awtorità ta' ġestjoni u l-objettivi tal-politika.

L-identifikazzjoni, l-għażla, id-diliġenza dovuta, id-dokumentazzjoni u t-twettiq ta' self lil riċevituri finali jiwettqu mill-intermedjarju finanzjarju skont il-proċeduri standard tiegħu u skont il-prinċipji stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament rilevanti.

(c)   L-użu mill-ġdid ta' riżorsi rimborżati għal strument finanzjarju:

Ir-riżorsi rimborżati lill-istrument finanzjarju jkunu jew użati mill-ġdid fl-istess strument finanzjarju (madwar l-istess strument finanzjarju) jew wara li jitħallsu lura lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jintużaw skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Meta ddur fi ħdan l-istess strument finanzjarju, bħala kwistjoni ta' prinċipji, l-ammonti li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ tal-ESIF u li huma rimborżati u/jew irkuprati mill-intermedjarju finanzjarju minn self lil riċevituri finali fil-perjodu ta' żmien għal investimenti li jsiru disponibbli għal użu ġdid fl-istess strument finanzjarju. Dan l-approċċ rinovabbli kif imsemmi fl-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi inkluż fil-ftehim ta' finanzjament.

Alternattivament, jekk l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi jiġi rimborżat direttament, ir-rimborż isir b'mod regolari li jirrifletti (i) ir-ripagamenti prinċipali (fuq bażi pro rata fuq il-bażi ta' rata ta' kondiviżjoni tar-riskju) (ii) kwalunkwe ammonti rkuprati u tnaqqis tat-telf (skont ir-rata ta' kondiviżjoni tar-riskju), tas-self għar-rinnovazzjoni u (iii) kwalunkwe pagament tar-rata tal-imgħax. Dawn ir-riżorsi jkunu użati skont l-Artikoli 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(d)   Irkupru ta' telf:

L-intermedjarju finanzjarju jieħu azzjonijiet ta' rkupru fir-rigward ta' kull self inadempjenti kofinanzjat mis-Self ta' rinnovazzjoni skont il-linji gwida intern u l-proċeduri tiegħu.

L-ammonti rkuprati mill-intermedjarju finanzjarju (nett ta' kostijiet ta' rkupru u ta' esklużjoni, jekk ikun hemm) jiġu allokati pro-rata skont il-kondiviżjoni tar-riskju bejn l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi.

(e)   Oħrajn:

L-interessi u dħul ieħor iġġenerat minn appoġġ mill-Fondi tal-ESI lill-istrument finanzjarju, jintużaw skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-politika tal-ipprezzar

Meta jipproponi l-ipprezzar tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju jippreżenta politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija li jiggarantixxu li l-vantaġġ finanzjarju tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm jgħaddi bis-sħiħ lir-riċevituri finali. Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija tinkludi l-elementi li ġejjin:

1.

ir-rata tal-imgħax fuq il-parteċipazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju tiġi stabbilita fuq il-bażi tas-suq (jiġifieri skont il-politika tal-intermedjarju finanzjarju stess),

2.

ir-rata globali tal-imgħax, li jiġi impost lir-riċevituri finali inklużi fil-portafoll, trid titnaqqas proporzjonalment mal-allokazzjoni pprovduta mill-kontribuzzjoni pubblika tal-programm. Fdan it-tnaqqis jiġu kkunsidrati t-tariffi li l-awtorità ta' ġestjoni tista' timponi fuq il-kontribuzzjoni tal-programm.

3.

Il-kalkolu tal-GGE kif ippreżentat fit-Taqsima dwar l-Għajnuna mill-Istat jiġi applikat fuq kull self inkluż fil-Portafoll.

4.

Il-politika tal-ipprezzar u l-metodoloġija għandha tibqa' kostanti matul il-perjodu tal-eliġibbiltà.

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju: l-ammont u r-rata (id-dettalji tal-prodott)

L-allokazzjoni għal Self għar-rinnovazzjoni lil intermedjarji finanzjarji u l-inqas rata ta' kondiviżjoni tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq is-sejbiet ta' valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw l-appoġġ għall-istrument finanzjarju (l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u b'kunsiderazzjoni tal-approċċ rinovabbli tal-istrument (jekk applikabbli).

Il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju (attivitajiet)

Il-portafoll ta' self iffinanzjat mill-Istrument ta' self għar-rinnovazzjonijinkludi self oriġinat ġdid lir-riċevituri finali, bl-esklużjoni tar-rifinanzjament ta' self eżistenti. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-inklużjoni fil-portafoll jiġu determinati skont il-liġi tal-Unjoni (eż. ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-regoli speċifiċi għall-Fondi), il-programm, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, u mal-intermedjarju finanzjarju bil-għan li jilħqu għadd kbir ta' riċevituri finali u jiksbu diversifikazzjoni tal-portafoll u l-omoġeneità suffiċjenti sabiex tkun tista' ssir stima raġonevoli tal-profil tar-riskju tal-portafoll. Dawn il-kriterji jirriflettu l-kundizzjonijiet u l-prassi tas-suq fil pajjiż jew reġjun rilevanti.

L-intermedjarju finanzjarjujintalab li jikkoopera ma' korpi reġjonali jew nazzjonali responsabbli biex jiġu pprovduti servizzi addizzjonali relatati mal-implimentazzjoni tal-proġetti ta' rinnovazzjoni, li tinkludi inter alia: servizzi ta' konsulenza; il-verifika u l-evalwazzjoni ta' tħejjija tal-proġett, il-kostruzzjoni, is-superviżjoni teknika u d-dokumenti tal-akkwist; l-evalwazzjoni tal-konformità ta' proġetti ta' rinnovazzjoni mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali; il-provvediment ta' appoġġ permezz ta' għotja, il-verifika u r-reġistrazzjoni tal-għajnuna mill-Istat.

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni

Ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni b'rabta mal-istrument finanzjarju tkun kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

It-tul ta' żmien

Il-perjodu ta' self tal-istrument finanzjarju jiġi stabbilit sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tiġi użata għal self imħallas lir-riċevituri finali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023.

Is-self u l-kondiviżjoni tar-riskju fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju (l-allinjament tal-interessi)

L-allinjament tal-interessi bejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-intermedjarju finanzjarju jinkiseb permezz ta':

Tariffi tal-prestazzjoni kif previst mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 480/2014.

L-intermedjarju finanzjarju jrid jikkontribwixxi skont il-kundizzjonijiet tas-suq lokali għall-finanzjament b'mill-inqas 15 % tal-impenn tal-finanzjament totali għal self lir-riċevituri finali (li jippermetti d-determinazzjoni tar-rata tal-kondiviżjoni tar-riskju).

It-telf u l-irkupri jkollhom impatt pro-rata fuq l-intermedjarju finanzjarju u l-awtorità ta' ġestjoni fiir-responsabbiltà rispettiva tagħhom.

L-intermedjarji finanzjarji eliġibbli

Il-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fi Stat Membru li jkunu legalment awtorizzati biex jipprovdu self ta' Rinnovazzjoni lil persuni li huma sidien ta' bini u intrapriżi li joperaw u li jkunu s-sidien ta'bini fil-ġurisdizzjoni tal-programm li jikkontribwixxu għall-istrument finanzjarju. Dawn il-korpi huma istituzzjonijiet finanzjarji, u bħala istituzzjonijiet mikrofinanzjarji xierqa jew kwalunkwe istituzzjoni oħra huma awtorizzati li jipprovdu self.

L-eliġibbiltà tar-riċevitur finali

Ir-riċevituri finali jkunu eliġibbli skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-prijorità rilevanti, u l-ftehim ta' finanzjament.

Ir-riċevituri finali jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew professjonisti indipendenti (attività ekonomika), kif ukoll amministraturi jew korpi ġuridiċi oħra li jaġixxu f'isem u għall-benefiċċju ta' sidien, li jkunu sidien ta' bini (appartament jew dar individwali) li jimplimentaw l-użu effiċjenti tal-enerġija jew miżuri ta' enerġiji rinnovabbli li huma eliġibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u programmi ta' appoġġ.

Fir-regoli ta' eliġibbiltà skont il-programm u skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni, l-eżempji li ġejjin ta' tipi ta' xogħlijiet jistgħu jkunu eliġibbli:

Appoġġ tekniku għat-tħejjija tal-parti tal-proġett marbut mal-użu effiċjenti tal-enerġija jew il-miżuri tal-enerġiji rinnovabbli.

Il-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-parti tal-proġett marbut mal-użu effiċjenti tal-enerġija jew il-miżuri tal-enerġiji rinnovabbli.

Tiswijiet maġġuri jew sostituzzjoni ta' sistemi ta' tisħin u ilma sħun:

Sostituzzjoni jew twaħħil mill-ġdid ta' sottostazzjon tat-tisħin jew il-post tal-bojler (bojlers individwali) kif ukoll tħejjija ta' sistemi tal-ilma sħun.

Installazzjoni ta' valvi ta' bilanċjar għal stands.

Titjib tal-iżolament tas-sħana għal pajpijiet.

Sostituzzjoni ta' pajpijiet u tagħmir tat-tisħin.

Installazzjoni ta' sistema ta' kejl ta' tisħin individwali u valvi termostatiċi f'appartamenti.

Sostituzzjoni jew twaħħil mill-ġdid ta' pajpijiet tas-sistema tal-ilma sħun u stallazzjonijiet.

Sostituzzjoni jew twaħħil mill-ġdid tas-sistema ta' ventilazzjoni.

Tibdil ta' twieqi u bibien tad-dħul.

Iżolament tas-saqaf, inkluża l-kostruzzjoni ta' sistema ġdida ta' bejt imżerżaq (għajr il-kostruzzjoni tal-bini fl-attiku).

Insulazzjoni ta' ħitan tal-faċċata.

Insulazzjoni ta' saqaf ta' kantina.

L-installazzjoni ta' sorsi ta' enerġija alternattivi (ix-xemx, ir-riħ, eċċ.).

Tiswijiet maġġuri jew sostituzzjoni ta' liftijiet bis-sostituzzjoni ta' liftijiet aktar effiċjenti fl-enerġija.

Sostituzzjoni jew tiswija tas-sistemi ta' inġinerija ta' użu komuni tal-bini (sistema ta' drenaġġ, installazzjonijiet elettriċi, installazzjonijiet tal-prevenzjoni tan-nar, pipelines tal-ilma tax-xorb u installazzjonijiet tas-sistema ta' ventilazzjoni).

Rigward ir-riċevituri finali, il-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin japplikaw fil-każ ta' self lil riċevitur/sidien aħħari b'attività ekonomika taħt entità legali (pereżempju professjonisti indipendenti). Il-kriterji ta' eliġibbiltà jiġu ssodisfati fid-data tal-iffirmar tas-self:

a.

tkun intrapriża mikro, żgħira u ta' daqs medju (SMEs (inklużi intraprendituri individwali/persuni li jaħdmu għal rashom) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

b.

ma tkunx SME attiva fis-setturi definiti fil-punti (a) — (f) tal-Artikolu 1 tar-Regolament de minimis.

c.

ma tkunx parti minn settur wieħed jew aktar ristretti (2).

d.

ma tkunx ditta f'diffikultà kif definit mir-Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

e.

ma jkunux delinkwenti jew f'inadempjenza fir-rigward ta' kull self jew kiri jew mogħti mill-intermedjarju finanzjarju jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra skont il-verifiki magħmula b'konformità mal-linji gwida interni tal-intermedjarju finanzjarju tal-politika standard ta' kreditu.

Barra minn hekk, fil-mument tal-investiment u matul ir-rimborż tas-self, ir-riċeventi finali jkollhom post irreġistrat għan-negozju f'xi Stat Membru u l-attività ekonomika li għaliha jkun ġie żborżat is-self tkun tinsab fl-Istat Membru u r-Reġjun/l-Ġuriżdizzjoni rilevanti tal-programm tal-ESIF.

Il-karatteristiċi tal-prodott għar-riċevituri finali

L-intermedjarju finanzjarju jagħti lir-riċevituri finali self ġdid li jikkontribwixxi għall-objettiv tal-programm u li huwa kofinanzjat mill-programm taħt is-Self għar-rinnovazzjoni, bl-esklużjoni ta' rifinanzjament ta' self eżistenti. It-termini tagħhom ikunu msejsa fuq il-valutazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-maturità tas-Self għar-rinnovazzjoni tkun għal perjodu sa 20 sena.

L-ammont massimu ta' kull Self għar-rinnovazzjoni jkun stabbilit skont is-sejbiet tal-valutazzjoni ex-ante li jiġġustifikaw il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju u jkun stabbilit fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni, il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju. L-ammont massimu għal kull self għal kull unità domestika ma jaqbiżx l-EUR 75 000 . Is-self għal amministratur ta' bini huwa t-total tal-unitajiet domestiċi individwali tal-bini.

L-istrument finanzjarju jista' jitlob mingħand ir-riċevituri finali jew l-amministraturi ta' proprjetà komuni li jaġixxu f'isem id-destinatarji finali, kontribuzzjoni ta' “fondi proprji”.

Is-Self għar-rinnovazzjoni jkun soġġett għal rata tal-imgħax fissa annwali u jinkludi ammortizzazzjoni regolari. Ir-rata tal-imgħax fuq il-parteċipazzjoni tal-intermedjarju finanzjarju tiġi stabbilita fuq il-bażi tas-suq. Ir-rata tal-imgħax applikabbli għas-self eliġibbli rilevanti inkluż fil-portafoll titnaqqas bil-proporzjon tal-kontribuzzjoni pubbika tal-programm favur ir-riċevituri finali.

Sussidju tar-rata ta' imgħax, kif stabbilit skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jista' jingħata lil unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew lil unitajiet domestiċi vulnerabbli (3). Is-sussidju tar-rata massima ta' imgħax jikkorrispondi mar-rata ta' imgħax li titħallas minn unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew unitajiet domestiċi vulnerabbli fuq il-kontribuzzjoni tal-intermedjarju finanzjarju f'kull self.

Ċerti kostijiet ta' appoġġ tekniku jistgħu jiġu inklużi fl-istrument finanzjarju fil-kuntest tal-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Irid jiġi pprovdut appoġġ għat-tħejjija tal-proġett biss (studji preparatorji u assistenza fit-tħejjija tal-investiment sad-deċiżjoni tal-investiment). Dawn il-kostijiet tal-appoġġ tekniku jkunu eliġibbli biss f'każ li Self għar-rinnovazzjoni jiġi ffirmat bejn l-intermedjarju finanzjarju u r-riċevituri finali u rrispettivament mill-entità li tipprovdi dawn is-servizzi (pereżempju irrispettivament minn jekk l-intermedjarju finanzjarju jipprovdix tali servizzi jew jinkisbux minn entità oħra).

Ir-rappurtar u r-riżultati fil-mira

L-intermedjarji finanzjarji jipprovdu lill-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi b'informazzjoni mill-inqas kull tliet xhur f'forma standardizzata u l-ambitu.

Ir-rapport jinkludi l-elementi rilevanti kollha għall-awtorità ta' ġestjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Istati Membri jissodisfaw ukoll l-obbligi tagħhom ta' rappurtar skont ir-Regolament de minimis.

L-indikaturi jkunu allinjati mal-objettivi speċifiċi tal-prijorità rilevanti tal-programm tal-ESIF li qed jiffinanzja l-istrument finanzjarju u mar-riżultati mistennija tal-valutazzjoni ex ante. Dawn jitkejlu u jiġu rraportati mill-inqas kull tliet xhur għas-Self għar-rinnovazzjoni u allinjati bħala minimu mar-rekwiżiti tar-regolament. Minbarra l-indikaturi komuni tal-assi prijoritarju tal-programm tal-ESIF (numru ta' unitajiet domestiċi bi klassifikazzjoni mtejba tal-konsum tal-enerġija, tnaqqis stmat annwali ta' GHG…) indikaturi oħra jinkludu:

 

L-għadd u l-volum ta' self

 

Djar tal-familji rinnovati (metri kwadri)

 

Appartamenti rinnovati f'binjiet (metri kwadri).

 

Inadempjenzi (numru u ammonti)

 

Riżorsi rimborżati u qligħ

 

L-għadd u l-ammonti tal-appoġġ tekniku

 

L-għadd u l-ammonti ta' sussidji fuq ir-rata tal-imgħax.

L-evalwazzjoni tal-benefiċċju ekonomiku tal-kontribuzzjoni tal-programm

L-intermedjarju finanzjarju jnaqqas ir-rata effettiva tal-imgħax ġenerali (u l-politika kollaterali fejn xieraq) imposta fuq ir-riċevituri finali skont kull self eliġibbli inkluż fil-portafoll li jirrifletti l-kundizzjonijiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u l- finanzjament favorevoli tas-Self għar-rinnovazzjoni.

Il-vantaġġ finanzjarju kollu tal-kontribuzzjoni pubblika tal-programm lill-istrument jiġi trasferit lir-riċevituri finali fil-forma ta' tnaqqis fir-rata tal-imgħax. L-intermedjarju finanzjarju jimmonitorja u jirrapporta dwar il-GGE għal riċevituri finali kif imsemmi fit-Taqsima dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-prinċipju jkun rifless fil-ftehim ta' finanzjament bejn l-awtorità ta' ġestjoni jew il-fond tal-fondi u l-intermedjarju finanzjarju.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(2)  Is-setturi ekonomiċi li ġejjin jissejħu b'mod globali bħala “setturi ristretti”.

a.

attivitajiet ekonomiċi illegali: kwalunkwe produzzjoni, kummerċ jew attività oħra, li hija illegali taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju għal tali produzzjoni, kummerċ jew attività.

b.

It-tabakk u xorb alkoħoliku distillat. Il-produzzjoni u l-kummerċ tat-tabakk u xorb alkoħoliku distillat u prodotti relatati.

c.

Il-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon: il-finanzjament tal-produzzjoni u l-kummerċ ta' armi u munizzjon ta' kwalunkwe tip. Din ir-restrizzjoni ma tapplikax sa fejn dawn l-attivitajiet ikunu parti jew aċċessorju għal politiki espliċiti tal-Unjoni Ewropea.

d.

Każinojiet. Każinoijiet u intrapriżi ekwivalenti.

e.

Restrizzjonijiet fis-settur tal-IT. Applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma' programmi jew soluzzjonijiet ta' dejta elettronika, li (i) jimmiraw b'mod speċifiku: (a) li jappoġġaw kull attività inkluża fis-Setturi Ristretti li hemm referenza għalihom f'a sa d hawn fuq; (b) logħob tal-azzard fuq l-Internet u każinojiet onlajn; jew (c) pornografija, jew li (ii) huma maħsuba biex jippermettu li illegalment (a) jidħlu f'networks ta' dejta elettronika; jew (b) jniżżlu dejta elettronika.

f.

Restrizzjonijiet fis-settur tax-xjenza tal-ħajja. Fil-każ li jiġi pprovdut appoġġ għall-finanzjament tal-applikazzjonijiet tar-riċerka, l-iżvilupp jew teknika relatati ma': (i) ikklonjar tal-bniedem għal raġunijiet ta' riċerka jew terapewtiċi; jew (ii) Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMOs)

(3)  Kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 bħala ċittadini żvantaġġati jew gruppi soċjalment inqas vantaġġati li minħabba restrizzjonijiet ta' solvenza ma jkunux jistgħu jakkwistaw akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq.


Top