EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0949

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014

OJ L 265, 5.9.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/949/oj

5.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/21


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 949/2014

tal-4 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Awwissu 2014 il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inkluż il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' tfixkil fis-suq bil-potenzjal ta' tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq tal-esportazzjoni importanti f'daqqa waħda ma baqax disponibbli.

(2)

Minħabab f'hekk, feġġet sitwazzjoni fis-suq fejn il-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jidher li mhumiex biżżejjed.

(3)

L-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun disponibbli mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru.

(4)

Sabiex jiġu evitat deterjorament sinifikanti fil-prezzijiet u t-tfixkil fis-suq huwa essenzjali li l-intervent pubbliku ikun disponibbli wkoll wara t-30 ta' Settembru 2014.

(5)

Għaldaqstant, huwa f'loku li l-perjodu tax-xiri ta' intervent għall-butir u l-ħalib tat-trab xkumat ikun estiż sal-31 ta' Diċembru 2014.

(6)

Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, il-miżuri temporanji ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jidħol fis-seħħ mid-data ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-perjodu li matulu huwa disponibbli l-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014 għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


Top