EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0834

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 834/2014 tat- 22 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni

OJ L 230, 1.8.2014, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/834/oj

1.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 834/2014

tat-22 ta' Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 110(2) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni (il-PAK). Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-applikazzjoni ta' dan il-qafas li jiżguraw valutazzjoni komprensiva u regolari tal-progress, tal-effettività u tal-effiċjenza tal-PAK meta mqabbla mal-għanijiet tagħha. Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jdaħħlu fis-seħħ qafas konsistenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, għandu jiġi stabbilit sett ta' indikaturi komuni kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(2)

Dawk l-indikaturi għandhom ikunu marbutin mal-istruttura u l-għanijiet tal-PAK u għandhom jissejsu fuq elementi li jistgħu jitkejlu. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi ta' tipi differenti sabiex il-PAK tkun tista' tiġi vvalutata fil-livelli kollha. L-indikaturi tal-impatt għandhom jirriflettu l-għanijiet ewlenin komuni tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għal kull wieħed minn dawn l-għanijiet ewlenin komuni jistgħu jiġu identifikati għanijiet aktar speċifiċi, li għalihom jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-indikaturi tar-riżultati. Dawn l-għanijiet speċifiċi jinkludu l-introjtu tal-azjendi agrikoli u l-varjabbiltà f'dan l-introjtu, it-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu, l-istabbiltà tas-swieq, l-aspettattivi tal-konsumaturi, il-provvediment ta' beni pubbliċi u l-preservazzjoni tal-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għaliha, u ż-żamma ta' agrikoltura varjata, kif ukoll l-għanijiet speċifiċi ddefiniti għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), jiġifieri l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni prattika tal-istrumenti tal-PAK għandha tiġi mmonitorjata abbażi ta' indikaturi tal-produzzjoni (“output”) li jkunu kapaċi jirriflettu dan il-livell operattiv tal-PAK.

(3)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jużaw il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni b'mod effiċjenti u fil-ħin dovut. Għalhekk, għandu jkun previst li l-Istati Membri jibagħtu t-tagħrif meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK sad-dati ta' skadenza stabbiliti mir-Regolamenti rilevanti. Sabiex jiġi evitat kull piż amministrattiv bla bżonn, safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża t-tagħrif li diġà għandha għad-dispożizzjoni tagħha.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Indikaturi

L-indikaturi li jippermettu li jiġu vvalutati l-progress, l-effettività u l-effiċjenza tal-politika agrikola komuni (il-PAK) meta mqabbla mal-għanijiet tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom ikunu jistgħu jitkejlu. Dawn l-indikaturi għandhom jinkludu:

(a)

indikaturi tal-impatt, kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu oqsma li l-PAK mistennija tinfluwenzahom;

(b)

indikaturi tar-riżultati, kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-kisbiet ewlenin:

(i)

tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

(ii)

tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(iii)

tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); u

(iv)

tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

indikaturi tal-produzzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-implimentazzjoni tal-istrumenti relatati mal-PAK;

(d)

indikaturi tal-kuntest, kif imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-aspetti rilevanti tax-xejriet kuntestwali ġenerali li x'aktarx jinfluwenzaw l-implimentazzjoni tal-PAK u l-kisbiet u l-prestazzjoni tagħha.

L-indikaturi tar-riżultati, l-indikaturi tal-produzzjoni u l-indikaturi tal-kuntest li huma rilevanti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (5).

Artikolu 2

Għoti ta' tagħrif

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-PAK lill-Kummissjoni sad-dati ta' skadenza għar-rappurtar u għan-notifiki tat-tagħrif dwar it-tħaddim tal-istrumenti tal-PAK, kif previst fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013. Dan it-tagħrif għandu jkun preċiż u affidabbli.

2.   Għall-għanijiet tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża t-tagħrif li ġej li l-Istati Membri jkunu diġà bagħtulha permezz tal-għodod eżistenti għall-iskambju tat-tagħrif:

(a)

it-tagħrif, in-notifiki u r-rapporti mibgħuta lill-Kummissjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti li jitħaddmu fil-kuntest tal-PAK u mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni;

(b)

it-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għall-għanijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet;

(c)

it-tagħrif mibgħut lill-Eurostat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).


ANNESS

Indikaturi tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK

1.   L-indikaturi tal-impatt imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

1.

L-introjtu intraprenditorjali agrikolu

2.

L-introjtu tal-fattur agrikolu

3.

Il-produttività totali tal-fatturi fl-agrikoltura

4.

Il-varjabbiltà fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-UE

5.

L-evoluzzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur tal-prodotti tal-ikel

6.

Il-bilanċ tal-kummerċ agrikolu

7.

L-emissjonijiet mill-agrikoltura

8.

L-indiċi tal-għasafar tal-art agrikola

9.

Il-biedja ta' valur naturali għoli (HNV)

10.

L-astrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura

11.

Il-kwalità tal-ilma

12.

Il-materja organika fil-ħamrija fir-raba' li jinħarat

13.

L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma

14.

Ir-rata ta' impjiegi fiż-żoni rurali

15.

Il-livell ta' faqar fiż-żoni rurali

16.

Il-PDG għal kull persuna fiż-żoni rurali

2.   L-indikaturi tar-riżultati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

1.

Is-sehem tal-appoġġ dirett fl-introjtu agrikolu

2.

Il-varjabbiltà fl-introjtu tal-azjendi agrikoli

skont it-tip ta' azjenda agrikola

skont id-daqs ekonomiku

3.

Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

4.

L-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE

is-sehem tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE mill-esportazzjonijiet dinjin

is-sehem tal-prodotti aħħarin mill-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE

5.

L-intervent pubbliku: il-volum ta' prodotti mixtrija fl-intervent f'forma ta' ħżin bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE

6.

Il-ħżin privat: il-volum ta' prodotti li jinsabu fil-ħżin privat bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE

7.

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni: il-volum ta' prodotti esportati bir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE

8.

Il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-UE meta mqabblin mal-prezzijiet dinjin (imqassmin skont il-prodotti)

9.

Il-valur tal-produzzjoni li taqa' taħt l-iskemi tal-kwalità tal-UE meta mqabbel mal-valur totali tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel

10.

L-importanza tal-biedja organika

il-proporzjon taż-żona organika mill-erja agrikola kollha użata (EAU);

il-proporzjon ta' bhejjem imrobbijin b'mod organiku mill-għadd totali ta' bhejjem imrobbijin

11.

Id-diversità tal-għelejjel

fl-azjenda agrikola (l-għadd ta' azjendi agrikoli skont l-għadd ta' għelejjel u d-daqs tagħhom)

f'reġjun

12.

Is-sehem tal-bur mill-erja agrikola kollha użata (EAU)

13.

Is-sehem taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE) mill-art agrikola

14.

Is-sehem taż-żona maħduma skont prattiki aktar ekoloġiċi

15.

L-emissjonijiet netti tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-ħamrija agrikola

16.

Id-diversità strutturali

f'termini assoluti

f'termini relattivi

17.

Indikaturi tar-riżultati oħrajn speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.

3.   L-indikaturi tal-produzzjoni (“output”) imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

Pagamenti diretti

L-iskema ta' pagamenti bażiċi

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-iskema ta' pagament uniku skont l-erja

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għajnuna nazzjonali tranżizzjonali (TNA)

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' unitajiet li għalihom tingħata t-TNA (f'ettari/annimali/unitajiet oħrajn)

Il-pagament ridistributtiv

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-ekoloġizzazzjoni

L-għadd totali ta' bdiewa li għandhom japplikaw tal-inqas obbligu wieħed marbut mal-ekoloġizzazzjoni

L-għadd totali ta' ettari li jkunu ddikjaraw dawk il-bdiewa

L-eżenzjonijiet mill-ekoloġizzazzjoni

L-għadd ta' bdiewa li ngħataw eżenzjoni, imqassmin fil-kategoriji li ġejjin: il-bdiewa tal-biedja organika, il-bdiewa eżentati mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-bdiewa eżentati mill-obbligu taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw dawk il-bdiewa (imqassmin fil-kategoriji li ġejjin: il-bdiewa tal-biedja organika, il-bdiewa eżentati mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-bdiewa eżentati mill-obbligu taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE))

Id-diversifikazzjoni tal-għelejjel

L-għadd ta' bdiewa li jridu jagħmlu diversifikazzjoni tal-għelejjel (b'żewġ għelejjel jew bi tliet għelejjel)

L-għadd ta' ettari ta' raba' li jinħarat li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jridu jagħmlu diversifikazzjoni tal-għelejjel (b'żewġ għelejjel jew bi tliet għelejjel)

Il-bwar permanenti

L-għadd ta' bdiewa li għandhom bwar permanenti li jgħoddu għall-proporzjon

L-għadd ta' ettari koperti mill-bwar permanenti li jkunu ddikjaraw il-bdiewa u li jgħoddu għall-proporzjon

L-għadd ta' bdiewa li għandhom bwar permanenti f'żoni magħżulin bħala ambjentalment sensittivi

L-għadd ta' ettari koperti minn bwar permanenti magħżulin bħala ambjentalment sensittivi li jkunu ddikjaraw dawn il-bdiewa

L-għadd ta' ettari ta' bwar permanenti (totali) magħżulin bħala ambjentalment sensittivi

Iż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' bdiewa li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' ettari ta' raba' li jinħarat li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw il-bdiewa bħala żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE), imqassmin skont it-tip ta' żona ta' interess ekoloġiku

L-ekwivalenza

L-għadd ta' bdiewa li jkunu qed japplikaw miżuri ekwivalenti (skemi ta' ċertifikazzjoni jew miżuri agroambjentali u klimatiċi)

L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jkunu qed jimplimentaw miżuri ekwivalenti (skemi ta' ċertifikazzjoni jew miżuri agroambjentali u klimatiċi)

Il-pagament lill-bdiewa żgħażagħ

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-iskema għall-bdiewa ż-żgħar

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-appoġġ akkoppjat volontarju

L-għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat volontarju (imqassmin skont is-settur)

Il-kwantitajiet eliġibbli (l-għadd ta' ettari jew l-għadd ta' annimali mqassmin skont is-settur)

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' annimali

Il-pagament għal żoni b'limitazzjonijiet naturali

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

Il-programmi nazzjonali għas-settur tal-qoton

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

Miżuri tas-suq

L-intervent pubbliku

Il-volum

It-tul ta' żmien

Il-ħżin privat

Il-volum

It-tul ta' żmien

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

Il-volum ta' prodotti esportati bir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

Miżura eċċezzjonali

[skont kif ikun xieraq]

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi

Il-perċentwal tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-iskemi għall-iskejjel

L-għadd ta' benefiċjarji aħħarin tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel

L-għadd ta' benefiċjarji aħħarin tal-iskema tal-frott għall-iskejjel

Is-settur tal-inbid

L-għadd ta' ettari għat-tħawwil ta' dwieli ġodda

L-għadd ta' ettari ta' vinji ristrutturati

L-għadd ta' proġetti ta' promozzjoni fis-settur tal-inbid

L-għadd ta' proġetti ta' investiment u ta' miżuri innovattivi

Aspetti orizzontali

Il-kundizzjonalità

L-għadd ta' ettari li huma suġġetti għall-kundizzjonalità

Is-sehem tal-pagamenti tal-PAK li huma suġġetti għall-kundizzjonalità

Il-politika tal-kwalità

L-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid

L-għadd ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti ġodda skont is-settur

Il-biedja organika

L-għadd ta' ettari (totali u li għaddejjin minn konverżjoni)

L-għadd ta' operaturi organiċi ċċertifikati rreġistrati

Il-politika ta' promozzjoni

L-għadd ta' programmi (fl-UE u 'l barra minnha)

L-għadd ta' organizzazzjonijiet proponenti ġodda

Is-sistema konsultattiva għall-farms

L-għadd ta' bdiewa li ngħataw pariri

Żvilupp Rurali

L-indikaturi tal-produzzjoni speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.

4.   L-indikaturi tal-kuntest imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

L-indikaturi speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.


Top