This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0594
Commission Implementing Regulation (EU) No 594/2014 of 3 June 2014 laying down implementing technical standards with regard to the format of the notification according to Article 17(1) of Regulation (EU) No 346/2013 of the European Parliament and of the Council on European social entrepreneurship funds Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014 tat- 3 ta' Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 594/2014 tat- 3 ta' Ġunju 2014 li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 165, 4.6.2014, p. 44–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 594/2014
tat-3 ta' Ġunju 2014
li jistipula standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tan-notifika skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013 jeħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) biex jinnotifikaw Stati Membri ospitanti u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ta' avvenimenti relatati mal-passaport tal-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikati. L-Artikolu 22(3) ta' dak ir-Regolament jeħtieġ ukoll li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti dwar it-tneħħija ta' maniġer ta' EuSEF mir-reġistru. |
(2) |
Meta jitqies li l-AETS għadha ma żviluppatx għodda tal-IT dedikata għal din in-notifika, l-użu tal-posta elettronika huwa l-format l-aktar xieraq għal dan it-tip ta' notifika fost l-awtoritajiet kompetenti u lill-AETS. Għalhekk, l-AETS għandha tistabbilixxi lista ta' indirizzi tal-posta elettronika rilevanti u tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha biha. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-AETS lill-Kummissjoni. |
(4) |
Minħabba l-ambitu limitat u l-impatt tal-format għan-notifika u billi jitqies li l-awtoritajiet kompetenti biss għandhom jużaw il-formola speċifika stabbilita, l-AETS ma wettqitx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-introduzzjoni ta' dan il-format għan-notifika. L-AETS talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-AETS tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiddetermina l-format għan-notifika fost l-awtoritajiet kompetenti u lill-AETS dwar l-informazzjoni ta' sorveljanza dwar l-avvenimenti msemmija fl-Artikoli 17(1) u 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013.
Artikolu 2
Format tan-notifika
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ta' fond ta' intraprenditorija soċjali Ewropew tinnotifika bil-posta elettronika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u l-AETS dwar l-avvenimenti msemmija fl-Artikoli 17(1) u 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013, billi timla l-formola stipulata fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Lista ta' indirizzi tal-posta elettronika
Kull awtorità kompetenti tikkomunika lill-AETS l-indirizz tal-posta elettronika rilevanti għan-notifika ta' informazzjoni superviżorja.
L-AETS tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti kollha l-lista ta' indirizzi tal-posta elettronika rilevanti, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika rilevanti tal-AETS.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
Notifika tar-reġistrazzjoni ta' maniġer tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) jew aġġornament tal-informazzjoni diġà notifikata
Test ta 'immaġni