Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0529

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2014 tat- 12 ta' Marzu 2014 li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 148, 20.5.2014, p. 36–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/529/oj

20.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/36


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 529/2014

tat-12 ta' Marzu 2014

li jissupplementa r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 143(5) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 312(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 143(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni tirreferi għat-tip ta' skoperturi li jista' jitkejjel b'sistema ta' kklassifikazzjoni speċifika.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jagħmel differenza bejn estensjonijiet materjali jew bidliet fl-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna (l-approċċ IRB) u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (AMA) li huma suġġetti għal approvazzjoni, u l-bidliet l-oħrajn kollha li huma soġġetti għal notifika. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar ma hemm l-ebda indikazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar it-twaqqit tan-notifika tal-estensjoni jew tal-bidla, jiġifieri dwar jekk il-bidla għandhiex tiġi notifikata qabel jew wara l-implimentazzjoni tagħha. Għandu jiġi kkunsidrat li l-estensjonijiet jew il-bidliet ta' importanza minuri ma għandhomx għalfejn ikunu magħrufa lill-awtoritajiet kompetenti bil-quddiem. Barra minn hekk, ikun aktar effiċjenti u ta' inqas piż għall-istituzzjonijiet li jinġabru l-bidliet ta' importanza żgħira bħal dawn u li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti f'intervalli regolari. Tabilħaqq, din kienet diġà prassi superviżorja f'diversi Stati Membri. Għalhekk, l-estensjonijiet u l-bidliet li jkunu jeħtieġu notifika għandhom jerġgħu jinqasmu f'estensjonijiet u tibdiliet li jkunu jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom u estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu biss notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom. Dan ikun jiżgura aktar li l-awtoritajiet kompetenti fil-ħidma tagħhom ta' kuljum jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq l-estensjonijiet u l-bidliet bil-potenzjal li jbiddlu materjalment ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew il-prestazzjoni tal-mudelli jew tas-sistemi ta' klassifikazzjoni. Dan għandu jiżgura wkoll li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn l-estensjonijiet u l-bidliet ta' importanza kbira mill-estensjonijiet u l-bidliet ta' importanza żgħira fuq il-bażi ta' approċċ superviżorju bbażat fuq ir-riskju. Tali distinzjoni bejn l-estensjonijiet u l-bidliet soġġetti għal notifika qabel l-implimentazzjoni u l-estensjonijiet u l-bidliet soġġetti għal notifika wara l-implimentazzjoni, tkun waħda prudenti, minħabba li n-notifika qabel l-implimentazzjoni tkun tipprovi lill-awtoritajiet kompetenti bil-possibbiltà li jirrieżaminaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan għandu wkoll inaqqas il-piż tas-superviżjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet.

(3)

Il-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet fil-mudelli normalment tiddependi fuq it-tip u l-kategorija tal-estensjoni jew tal-bidla proposta (li għandha tiġi riflessa fi kriterji kwalitattivi), u fuq il-potenzjal tagħhom li jbiddlu r-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju (li għandhom jiġu riflessi fi kriterji kwantitattivi). Għalhekk kwalunkwe kriterja kwantitattiva għar-rieżami tal-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet għandha tieħu l-forma ta' limitu bbażat fuq il-bidla perċentwali tar-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju qabel u wara l-bidla.

(4)

Filwaqt li għal estensjonijiet u bidliet għall-approċċi AMA, il-limitu kwantitattiv għandu jiġi kkalkulat, għal raġunijiet ta' sempliċità, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, għal bidliet tal-approċċi IRB il-limitu għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, sabiex jiġi evitat li l-limiti jiġu influwenzati b'mod mhux xieraq mid-differenzi fl-ammonti tal-aġġustamenti fil-valur ta' kreditu magħmula, li jaffettwaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, iżda mhux l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju. Barra minn hekk, il-limiti kwantitattivi għandhom ikunu mfassla biex iqisu l-impatt globali tal-estensjonijiet jew il-bidliet fuq il-kapital meħtieġ ibbażat fuq l-approċċi interni kif ukoll l-approċċi standardizzati, sabiex jirriflettu l-punt safejn l-approċċi interni jintużaw għar-rekwiżiti ta' fondi proprji globali jew l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju. Dan japplika għal-limiti kollha għaż-żewġ approċċi, ħlief fir-rigward tat-tieni limitu fl-Artikolu 4(1)(c)(ii) għall-approċċ IRB u l-limitu ta' notifika minn qabel għall-Approċċ IRB li huma mfassla fir-rigward tal-impatt tal-bidliet fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju koperti mill-firxa ta' applikazzjoni ta' mudell speċifiku. Kemm għall-approċċ IRB kif ukoll dak AMA, il-kalkoli biex jiġi dderivat l-impatt ta' estensjoni jew bidla speċifika għandhom isiru b'referenza għall-istess waqt ta' żmien speċifiku, minħabba li s-sett ta' skoperturi (fil-każ tal-Approċċ IRB) u l-profil tar-riskju (fil-każ tal-AMA) huma relattivament stabbli tul iż-żmien.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu fi kwalunkwe ħin jieħdu miżuri superviżorji xierqa fir-rigward ta' estensjonijiet u bidliet ta' mudelli li ġew notifikati, fuq il-bażi ta' rieżami kontinwu tal-permessi eżistenti għall-użu ta' approċċi interni previsti fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Min-naħa l-waħda, dan huwa sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 6, jew il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4 jew il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jibqgħu jiġu ssodisfati. Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli biex jiġu stabbiliti l-iskattaturi għal approvazzjonijiet u notifiki ġodda tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi interni. Dawn ir-regoli ma għandhomx jaffettwaw l-approċċi ta' rieżami tal-mudelli interni superviżorji jew il-proċessi amministrattivi stipulati fl-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(6)

Tibdil fl-użu parzjali permanenti tal-approċċi interni jew, fejn applikabbli, lill-implimentazzjoni sekwenzjali tal-approċċi interni huma koperti bl-Artikoli 148 u 150 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-approċċ IRB u l-Artikolu 314 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-AMA. Għalhekk dawn it-tipi ta' bidliet m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(7)

Il-permess tal-awtoritajiet kompetenti jirrigwarda l-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta' data u s-sistemi tal-IT tal-approċċi, għalhekk l-allinjament kontinwu tal-mudelli mal-kalkolu tas-sett ta' dejta użat, ibbażat fuq il-metodi approvati, il-proċessi, il-kontrolli, il-ġbir ta' dejta u s-sistemi tal-IT, m'għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw li l-istituzzjonijiet ikunu applikaw ir-regoli dwar il-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet b'mod korrett, id-dokumentazzjoni xierqa għandha tiġi preżentata mill-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jitnaqqas il-piż tas-superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet u biex tiżdied l-effettività u l-effiċjenza tal-proċeduri tal-awtoritajiet kompetenti f'dak ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw rekwiżiti ta' dokumentazzjoni li għandhom jakkumpanjaw l-applikazzjonijiet għal approvazzjoni jew notifiki tal-estensjonijiet u l-bidliet.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(10)

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jirreferu għal estensjonijiet u/jew tibdiliet lill-approċċi AMA u IRB għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu u r-risku operazzjonali u peress li l-kwistjonijiet u l-proċeduri superviżorji rilevanti huma simili għal dawk iż-żewġ tipi ta' approċċi interni. Biex tkun żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, u biex jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess b'mod ikkoordinat għalihom minn persuni suġġetti għall-obbligi rilevanti, huwa mixtieq li dawn jidħlu fis-seħħ fl-istess żmien u li jinkludu l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar estensjonijiet u bidliet lill-mudelli interni għar-riskju ta' kreditu u r-riskju operazzjonali, f'Regolament wieħed. Madankollu, billi l-punt (a) fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 312(4) jittratta kwistjoni differenti, dan ir-Regolament jindirizza biss il-punti (b) u (c).

(11)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet lill-approċċi Bbażati fuq il-Klassifikazzjoni Interna u l-Approċċi ta' Kejl Avvanzat permessi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi l-modalitajiet tan-notifiki ta' tali bidliet u estensjonijiet.

Artikolu 2

Kategoriji tal-estensjonijiet u l-bidliet

1.   Il-materjalità ta' bidliet għall-firxa tal-applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità, jew ta' bidliet lis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew lill-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, għall-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (“bidliet fl-approċċ IRB”) jew tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-Approċċ ta' Kejl Avvanzat, (“estensjonijiet u bidliet fl-AMA”) għandha tiġi kklassifikata f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

estensjonijiet u bidliet materjali, li, skont l-Artikoli 143(3) u 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġu permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b)

estensjonijiet u bidliet oħra, li jeħtieġu notifika lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-estensjonijiet u l-bidliet msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ukoll jiġu kklassifikati fi:

(a)

estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

estensjonijiet u bidliet li jeħtieġu notifika wara l-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Il-prinċipji tal-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u tal-bidliet

1.   1. Il-klassifikazzjoni ta' bidliet fl-approċċ IRB jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 4 u 5.

Il-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-AMA jitwettqu skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 6 u 7.

2.   Fejn l-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jikkalkulaw l-impatt kwantitattiv ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji jew, fejn applikabbli, fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, japplikaw il-metodoloġija li ġejja:

(a)

għall-iskop ta' valutazzjoni tal-impatt kwantitattiva l-istituzzjonijiet jużaw l-aktar dejta riċenti disponibbli;

(b)

fejn valutazzjoni preċiża tal-impatt kwantitattiv ma tkunx fattibbli, l-istituzzjonijiet minflok iwettqu valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq kampjun rappreżentattiv jew metodoloġiji ta' inferenza affidabbli oħra;

(c)

għal bidliet li ma jkollhom l-ebda impatt kwantitattiv dirett, l-ebda impatt kwantitattiv kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(c) għall-Approċċ IRB jew fl-Artikolu 6(1)(c) għal AMA ma għandu jiġi kkalkulat.

3.   Estensjoni jew bidla materjali waħda ma għandhiex tinqasam f'diversi bidliet jew estensjonijiet ta' anqas materjalità.

4.   F'każ ta' dubju, l-istituzzjonijiet jassenjaw estensjonijiet u bidliet lill-kategorija tal-materjalità bl-ogħla potenzjal.

5.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti pprovdew il-permess tagħhom fir-rigward ta' estensjoni jew bidla materjali, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq l-estensjoni approvata jew il-bidla mid-data speċifikata fil-permess il-ġdid li jissostitwixxi 'l dak ta' qablu. In-nonimplimentazzjoni fid-data speċifikata fil-permess il-ġdid ta' estensjoni jew bidla li għaliha ingħata l-permess mill-awtoritajiet kompetenti, teħtieġ permess ġdid mill-awtoritajiet kompetenti li jrid jiġi applikat mingħajr dewmien bla bżonn.

6.   F'każ ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla li għaliha jkun ingħata l-permess mill-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tippreżentalha pjan għal implimentazzjoni f'waqtha tal-estensjoni jew tal-bidla approvata, li hi trid tapplika f'perjodu ta' żmien li jrid jiġi miftiehem mal-awtorità kompetenti.

7.   Fejn estensjoni jew bidla hija kklassifikata bħala waħda li teħtieġ notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti, u fejn, sussegwentement għan-notifika, l-istituzzjonijiet jiddeċiedu li ma jimplimentawx l-estensjoni jew il-bidla, l-istituzzjonijiet jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti b'din id-deċiżjoni.

Artikolu 4

Bidliet materjali lill-approċċ IRB

1.   Bidliet lill-approċċ IRB jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 1;

(b)

dawn jaqgħu taħt kwalunkwe bidla fis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni fir-rigward ta' skoperturi ta' ekwità deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 1;

(c)

dawn jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

tnaqqis ta' 1,5 % ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

l-ammonti kumplessiv konsolidati tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE;

l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(ii)

tnaqqis ta' 15 % jew aktar tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b)

fid-denominatur l-ammonti kumplessivi tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla f'livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, f'livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla;

(b)

fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

Artikolu 5

Bidliet għall-approċċ IRB mhux ikkunsidrati bħala materjali

1.   Bidliet għall-approċċ IRB, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 143(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a)

bidliet li jissodisfaw kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom:

(i)

bidliet deskritti fl-Anness I, il-Parti I, it-Taqsima 2;

(ii)

bidliet deskritti fl-Anness I, il-Parti II, it-Taqsima 2;

(iii)

bidliet li jirriżultaw fi tnaqqis ta' mill-inqas 5 % tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni interna jew mal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

(b)

il-bidliet l-oħra kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(a)(iii) ta' dan l-Artikolu, u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt tal-bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fl-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni assoċjat mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni interna jew tal-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità qabel u wara l-bidla;

(b)

fid-denominatur, l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għal riskju ta' kreditu u ta' dilwizzjoni qabel il-bidla assoċjata mal-firxa ta' applikazzjoni tas-sistema ta' klassifikazzjoni jew l-approċċ ibbażat fuq il-mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju tirreferi biss għall-impatt tal-bidla fl-approċċ IRB, u s-sett ta' skoperturi jitqies li jibqa' kostanti.

Artikolu 6

Estensjonijiet materjali u bidliet fl-AMA

1.   Estensjonijiet u bidliet fl-AMA jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk jaqgħu taħt kwalunkwe estensjoni deskritta fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 1;

(b)

jekk jaqgħu taħt kwalunkwe bidla deskritta fl-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima 1;

(c)

jekk jirriżultaw f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

fi tnaqqis ta' 10 % jew aktar ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

ir-rekwiżiti kumplessivi ta' fondi proprji konsolidati tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE għar-riskju operazzjonali;

ir-rekwiżiti kumplessivi ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(ii)

fi tnaqqis ta' 10 % jew aktar ta' xi waħda minn dawn li ġejjin:

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE;

ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' sussidjarja fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess biex tuża l-AMA.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu ta' applikazzjoni tal-mudell AMA qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b)

fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell tal-istituzzjoni li la hija istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii), u skont l-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kwalunkwe estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

fin-numeratur, id-differenza fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju operazzjonali assoċjat mal-ambitu tal-applikazzjoni tal-mudell qabel u wara l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA;

(b)

fid-denominatur, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali qabel l-estensjoni jew il-bidla fil-livell konsolidat ta' istituzzjoni prinċipali li ma tkunx istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, rispettivament, fil-livell sussidjarju fejn l-istituzzjoni prinċipali ma tkunx irċeviet il-permess li tuża l-AMA.

Il-kalkolu jirreferi għall-istess waqt ta' żmien partikolari.

Id-determinazzjoni tal-impatt fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tirreferi biss għall-impatt tal-estensjoni u l-bidla fl-AMA, u għalhekk il-profil tal-riskju operazzjonali jitqies li se jibqa' kostanti.

Artikolu 7

Estensjonijiet u bidliet fl-AMA li mhumiex ikkunsidrati materjali

Estensjonijiet u bidliet fl-AMA, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 312(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a)

estensjonijiet u bidliet li jaqgħu taħt l-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 2 u l-Parti II, it-Taqsima 2, jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas xahrejn qabel l-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

l-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas fuq bażi annwali.

Artikolu 8

Dokumentazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet

1.   Għall-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċ IRB jew fl-AMA ikklassifikati bħala li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien mal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla, ir-raġuni għaliha u l-għan tagħha;

(b)

id-data ta' implimentazzjoni;

(c)

l-ambitu tal-applikazzjoni affettwat mill-estensjoni jew mill-bidla fil-mudell b'karatteristiċi ta' volum;

(d)

dokument(i) tekniċi u ta' proċess;

(e)

ir-rapporti tar-rieżami jew il-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjonijiet;

(f)

konferma li l-estensjoni jew il-bidla ġiet approvata permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni mill-korpi kompetenti u d-data tal-approvazzjoni;

(g)

fejn applikabbli, l-impatt kwantitattiv tal-bidla jew tal-estensjoni fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju jew ir-rekwiżiti ta' fondi proprji;

(h)

rekords tan-numru tal-verżjoni attwali u preċedenti tal-istituzzjoni tal-mudelli interni li huma soġġetti għal approvazzjoni.

2.   Għal estensjonijiet u bidliet ikklassifikati bħala li jirrikjedu notifika jew qabel jew wara l-implimentazzjoni, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien man-notifika, id-dokumentazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (f) u (g) tal-paragrafu 1.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

BIDLIET GĦALL-APPROĊĊ IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONI INTERNA (IRB)

PARTI I

BIDLIET FIL-FIRXA TA' APPLIKAZZJONI TAS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊI BBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI FIR-RIGWARD TA' SKOPERTURI TAL-EKWITÀ

TAQSIMA 1

Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni għal:

(a)

skoperturi f'unità ta' negozju addizzjonali, li huma tal-istess tip ta' prodott jew debitur;

(b)

skoperturi ta' tip addizzjonali ta' prodott jew debitur sakemm it-tip addizzjonali ta' prodott jew debitur ma jaqax fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata abbażi tal-kriterji kif imsemmi fil-punti (c)(i) u (ii);

(c)

skoperturi addizzjonali relatati mad-deċiżjoni dwar għoti ta' self ta' parti terza għall-grupp, sakemm l-istituzzjoni tkun tista' tipprova li l-iskoperturi addizzjonali jaqgħu fil-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni approvata, ibbażata fuq il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

“ir-rappreżentattività” tad-dejta użata biex jinbena l-mudell biex jiġu assenjati l-iskoperturi fi gradi jew pulijiet fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskoperturi addizzjonali tal-istituzzjoni fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tkun ittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 174(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

il-“komparabbiltà” tal-popolazzjoni ta' skoperturi rrappreżentata fid-dejta użata għall-istima, l-istandards tal-għoti ta' self użati meta d-dejta tkun ġiet iġġenerata u karatteristiċi rilevanti oħra ma' dawk tal-iskoperturi addizzjonali fejn id-deċiżjoni dwar l-għoti ta' self tittieħdet minn parti terza, skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Biex ikunu stabbiliti “r-rappreżentattività” u “l-komparabbiltà” taħt il-punti (i) u (ii) tal-ewwel paragrafu l-istituzzjonijiet jipprovdu deskrizzjoni sħiħa tal-kriterji u l-miżuri użati.

2.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità, għal waħda minn dawn it-tipi ta' skoperturi:

(a)

għal metodu Sempliċi tal-ponderazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

għal approċċ PD/LGD skont l-Artikolu 155(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

għad-dispożizzjoni tal-użu parzjali temporanju skont l-Artikolu 495 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

għall-istess tip ta' prodott f'unità ta' negozju addizzjonali;

(e)

għal tip ta' prodott addizzjonali sakemm l-istituzzjoni ma tkunx tista' tipprova li jaqa' fil-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni eżistenti għall-iskoperturi ta' ekwità.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti

1.

It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni jew l-ambitu tal-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni.

2.

It-tnaqqas tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità.

3.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni li għaliha jista' jintwera li din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 1 ta' dan l-Anness.

4.

L-estensjoni tal-firxa ta' applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità fejn estensjoni bħal din ma taqax taħt il-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2 ta' dan l-Anness.

PARTI II

BIDLIET FIS-SISTEMI TA' KLASSIFIKAZZJONI JEW FL-APPROĊĊ IBBAŻATI FUQ MUDELLI INTERNI GĦAL SKOPERTURI TAL-EKWITÀ

TAQSIMA 1

Bidliet li jeħtieġu approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

Bidliet fil-metodoloġija ta' assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet ta' skopertura u sistemi ta' klassifikazzjoni. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi klassijiet differenti ta' skoperturi skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjazzjoni ta' debitur jew tranżazzjoni għal sistema ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 169(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.

Il-bidliet segwenti fl-algoritmi u l-proċeduri użati għal: l-assenazzjoni ta' debituri għal gradi jew pulijiet ta' debituri; għall-assenjazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew pulijiet ta' faċilità; jew għall-kwantifikazzjoni tar-riskju ta' inadempjenza mid-debitur jew telf assoċjat (“bidliet fil-metodoloġija ta' klassifikazzjoni għas-sistemi IRB”):

(a)

bidliet tal-approċċ tal-immuddellar għall-assenjazzjoni ta' debitur fi gradi jew pulijiet u/jew skoperturi għal gradi jew pulijiet ta' faċilitajiet skont l-Artikolu 171(1) u l-Artikolu 172(1)(a) sa (d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet lill-approċċ tal-istituzzjoni għall-“prinċipju ta' debitur wieħed klassifikazzjoni waħda” skont l-Artikolu 172(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

bidliet fis-suppożizzjonijiet tas-sistema ta' klassifikazzjoni sottostanti l-klassifikazzjonijiet relatati mal-limitu sa fejn bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi tkun mistennija li twassal għal migrazzjoni netta ta' għadd kbir ta' skoperturi, debituri jew faċilitajiet bejn il-gradi jew il-pulijiet tal-mudell, kuntrarju għall-migrazzjoni ta' biss uħud mill-iskoperturi, debituri jew faċilitajiet minħabba l-karatteristiċi individwali tagħhom li l-livelli tal-kejl u s-sinifikat tagħhom huma definiti mill-istituzzjoni;

(d)

bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (e) u l-Artikolu 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u/jew il-piżijiet, is-sekwenza jew il-ġerarkija tagħhom, jekk tintlaħaq kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:

(i)

jibdlu l-ordni tar-rank msemmi fl-Artikolu 170(1)(c) u (3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni;

(ii)

jibdlu d-distribuzzjoni tad-debituri, tal-faċilitaijiet jew l-iskoperturi fil-gradi u l-pulijiet skont l-Artikolu 170(1)(d) u (f) u l-Artikolu 170(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 b'mod sinifikanti, li l-kejl u l-livell tagħhom se jkunu ġew definiti mill-istituzzjoni.

(e)

l-introduzzjoni jew l-irtirar ta' klassifikazzjoni esterna bħala fattur primarju li jiddetermina assenjazzjoni ta' klassifikazzjoni interna skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)

bidla fil-metodoloġija fundamentali għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż il-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija għall-kontabilità għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikoli 181(1)(b) u 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g)

l-inklużjoni ta' tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk it-trattament tagħhom huwa differenti minn proċeduri li diġà ġew approvati.

3.

Bidliet fid-definizzjoni ta' adempjenza skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

4.

Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni u/jew proċessi ta' validazzjoni li jwasslu għal bidliet fiil-ġudizzju tal-istituzzjoni dwar il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-istima tal-parametri ta' riskju rilevanti, il-proċessi ta' klassifikazzjoni jew il-prestazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 185(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fl-approċċ tal-mudell tal-valur fir-riskju biex jistmaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskji għall-iskoperturi ta' ekwità skont l-Artikolu 155(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet fil-metodoloġija għall-aġġustament tal-istimi ta' telf potenzjali biex jinkisbu livelli xierqa ta' realiżmu u/jew konservattiviżmu, jew bidliet fil-metodu analitiku biex dejta perjodika b'intervalli iqsar tiġi konvertita għal dejta trimestrali skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

bidliet fil-mudell ta' ġbir tatal-motivaturi tar-riskju materjali li jqisu l-profil u l-kumplessità tar-riskju speċifiku, inkluż in-nuqqas ta' linearità tal-portafoll tal-ekwità tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 186(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

bidliet fil-metodoloġija fundamentali l-immappjar ta' pożizzjonijiet individwali ma' indikaturi, indiċi tas-swieq jew fatturi ta' riskju skont l-Artikolu 186(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1.

Bidliet fit-trattament ta' riċevibbli mixtrija skont l-Artikolu 153(6) u (7) u l-Artikolu 154(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.

Il-bidliet li ġejjin fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni għas-sistemi IRB:

(a)

bidliet fil-proċeduri interni u kriterji għall-assenjazzjoni ta' ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi ta' għoti ta' self speċjalizzat skont l-Artikoli 153(5) u 170(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet mill-użu ta' stimi diretti ta' parametri ta' riskju għal debituri individwali jew skoperturi għall-użu ta' skala ta' klassifikazzjoni diskreta jew viċe versa skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(c)

bidliet għall-skala ta' klassifikazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mall-għadd jew l-istruttura ta' gradi ta' klassifikazzjoni skont l-Artikolu 170(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 2 ta' dan l-Anness;

(d)

bidliet fil-kriterji ta' klassifikazzjoni u/jew fil-ponderazzjonijiet jew fl-ġerarikja tagħhom skont l-Artikolu 170(1)(c) u (e) u 170(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(e)

bidliet lid-definizzjonijiet ta' gradi jew ta' pulijiet jew lill-kriterji skont l-Artikoli 171(1) u 172 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(f)

bidliet fl-ambitu ta' informazzjoni użata biex id-debituri jiġu assenjati fi gradi jew pulijiet skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-inklużjoni ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali f'mudell ta' stima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g)

bidliet fir-regoli u l-proċessi għall-użu tal-prevalenzi applikazzjoni ta' differenzjali skont l-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

(h)

bidla fil-metodoloġija għall-istima tal-PDs, l-LGDs inklużi l-aħjar stima ta' telf mistenni, u tal-fatturi ta' konverżjoni skont l-Artikoli 180, 181, u 182 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża l-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' marġini ta' konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima skont l-Artikolu 179(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà klassifikat bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness. Għal-LGDs u l-fatturi ta' konverżjoni dan jinkludi wkoll bidliet fil-metodoloġija biex jitqies tnaqqis fir-ritmu ekonomiku skont l-Artikolu 181(1)(b) u l-Artikolu 182(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(i)

bidliet fil-mod kif jew fil-punt safejn garanziji kundizzjonali jiġu kkunsidrati fl-istima tal-LGD skont Artikolu 183(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(j)

inklużjoni tat-tipi addizzjonali ta' kollateral fl-istima tal-LGD skont l-Artikolu 181(1)(c) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Titolu I ta' dan l-Anness;

(k)

jekk istituzzjoni timmappja l-gradi interni tagħha mall-iskala użata minn ECAI u mbagħad tattribwixxi r-rata ta' inadempjenza osservata fil-gradi tal-organizzazzjoni esterna għall-gradi tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 180(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bidliet tal-metodu tal-immappjar użat għal dan l-iskop, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima I ta' dan l-Anness.

3.

Bidliet fil-metodiloġija u/jew fil-proċess ta' validazzoni skont l-Artikoli 185 u 188 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm mhux diġà kklassifikati bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness;

4.

Bidliet fi proċessi. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fl-unità tal-kontroll tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikolu 190 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward il-pożizzjoni tagħha fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;

(b)

bidliet fil-pożizzjoni tal-unità ta' validazzjoni skont l-Artikoli 190(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fl-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tagħha;

(c)

bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq sistema ta' klassifikazzjoni.

5.

Bidliet fid-dejta. Dawn jinkludu:

(a)

jekk istituzzjoni tibda jew tieqaf milli tuża dejta f'pula miġbura minn fost istituzzjonijiet skont l-Artikolu 179(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidla tas-sorsi ta' dejta użata fil-proċess ta' allokazzjoni ta' skoperturi fi gradi jew puli jew għall-istimi tal-parametri skont l-Artikoli 176(5)(a) u 175(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

bidla fit-tul u l-kompożizzjoni tas-serje taż-żmien użati għall-istima tal-parametri skont l-Artikolu 179(1)(a) li jmur lil hinn mill-inklużjoni annwali tal-aħħar osservazzjonijiet, sakemm mhux diġà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

6.

Bidliet fl-użu ta' mudelli, jekk istituzzjoni tibda tuża stimi ta' parametri tar-riskju għal skopijiet ta' operat intern li mhumiex dawk użati għal finijiet regolatorji u, fejn dan qabel ma kienx il-każ, fil-linji stabbiliti skont l-Artikolu 179(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.

Bidliet fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi ta' ekwità. Dawn jinkludu:

(a)

bidliet fid-dejta użata biex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-redditu għall-iskoperturi tal-ekwitajiet taħt l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni skont l-Artikolu 186(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

bidliet fl-ambjent organizzazzjonali jew ta' kontroll intern jew fil-proċessi ewlenin li jkollhom influwenza importanti fuq l-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għall-iskoperturi tal-ekwità.


ANNESS II

ESTENSJONIJIET U BIDLIET LILL-AMA

PARTI I

TAQSIMA 1

Estensjonijiet li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' kejl biex titqies it-tpaċija għat-telf mistenni fi prattiki tal-operat tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 322(2)(a) tar- Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.

L-introduzzjoni għall-ewwel darba ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju operazzjonali bħal mekkaniżmi ta' assigurazzjoni jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.

Ir-rikonoxximent għall-ewwel darba ta' korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

L-introduzzjoni għall-ewwel darba tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali fost l-entitajiet differenti tal-grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew tal-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan tat-tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw għal aktar minn 5 % tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TAQSIMA 2

Estensjonijiet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

L-introduzzjoni tal-AMA fil-partijiet tal-istituzzjoni jew fil-grupp ta' istituzzjonijiet li għadhom mhumiex koperti bl-approvazzjoni jew bi pjan ta' tnedija approvat skont l-Artikolu 314(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn dawk l-oqsma addizzjonali jammontaw fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja għaż-żewġ każijiet li ġejjin:

(a)

iktar minn 1 %;

(b)

5 % jew inqas.

Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jsir fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti bl-użu tal-ammont tal-indikatur rilevanti assenjat lill-oqsma li għalihom se jintuża l-AMA kif definit fl-Artikolu 316 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI II

BIDLIET LILL-AMA

TAQSIMA 1

Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (“materjali”)

1.

Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operattazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-immaniġġjar tar-riskji għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jnaqqsu l-kapaċità tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskju operazzjonali li tissorvelja u tinforma l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-operat u tal-unitajiet ta' sostenn li huma jikkontrollaw.

2.

Bidliet fis-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali jekk jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

dawn ibiddlu l-arkitettura tas-sistema tal-kejl dwar it-taħlita tal-erba' elementi tad-dejta ta' dejta dwar it-telf interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji, l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern, skont l-Artikolu 322(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

ibiddlu l-loġika u l-motivaturi tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kapital ta' riskju operazzjonali bejn l-entitajiet differenti ta' grupp, skont l-Artikolu 20(1)(b) u 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.

Bidliet fil-proċeduri relatati ma' dejta interna u esterna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent tan-negozju u l-fatturi ta' kontroll intern fejn huma:

(a)

jnaqqsu l-livell ta' kontrolli fir-rigward tal-kompletezza u l-kwalità tad-dejta miġbura dwar ir-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

jibdlu s-sorsi ta' dejta esterni li għandhom jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm id-dejta ma tkunx komparabbli u rappreżentattiva għall-profil tar-riskju operazzjonali.

4.

Bidlet fil-metodu kumplessiv ta' kif il-kuntratti ta' assigurazzjoni u/jew mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju jiġu rikonoxxuti fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tal-AMA skont l-Artikolu 323(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

It-tnaqqis tal-parti tar-riskju operazzjonali meqjus mill-AMA fl-istituzzjoni jew fi grupp ta' istituzzjonijiet bl-użu tal-AMA skont l-Artikolu 314(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-oqsma li għalihom l-AMA mhux se jkun applikat iżjed jammontaw għal aktar minn 5 % tar-rekwiżiti ta' fondi proprji kumplessivi għar-riskju operazzjonali ta' istituzzjoni prinċipali tal-UE fuq livell konsolidat jew tal-istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali, u lanqas sussidjarja;

(b)

it-tnaqqis tal-oqsma koperti taħt l-AMA iwassal għal użu tal-AMA f'parti tal-istituzzjoni li tirrappreżenta persentaġġ aktar baxx kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 314(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Dan il-kalkolu jsir meta l-istituzzjoni tapplika għal din il-bidla u għandu jkun ibbażat fuq ir-rekwiżit kapitali kif ikkalkolat fl-aħħar tas-sena finanzjarja preċedenti.

TAQSIMA 2

Bidliet li jkunu jeħtieġu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1.

Bidliet fil-mod kif is-sistema għall-kejl tar-riskju operazzjonali hija integrata fil-proċess ta' mmaniġġjar ta' kuljum permezz tal-proċessi u l-politiki tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, fejn il-bidliet ikollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

huma jbiddlu l-limitu safejn is-sistema ta' kejl tar-riskju operazzjonali tikkontribwixxi għal informazzjoni relevanti fil-maniġment tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-proċessi relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluża l-approvazzjoni ta' prodotti ġodda, is-sistemi u l-proċessi u d-definizzjoni tat-tolleranza tar-riskju operazzjonali;

(b)

huma jnaqqsu l-ambitu, il-gruppi tal-benefiċjarji u l-frekwenza tas-sistema ta' rappurtar biex jinformaw lill-partijiet kollha rilevanti tal-istituzzjoni dwar ir-riżultati tas-sistema għall-kejl tar-riskji operazzjonali u d-deċiżjonijiet meħuda b'rispons għal avvenimenti ta' riskju operazzjonali materjali.

2.

Bidliet fl-istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-funzjoni indipendenti tal-maniġment tar-riskju għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 321(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk jissodisfaw kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

(a)

huma jnaqqsu l-livell ġerarkiku tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali jew tal-kap tiegħu;

(b)

jwasslu għal tnaqqis relevanti tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali;

(c)

jestendu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonali, sakemm ma jkun hemm ebda kunflitt ta' interessi u jiġu previsti riżorsi addizzjonali xierqa għall-funzjoni tal-maniġment tar-riskju operazzjonli;

(d)

huma jwasslu għal tnaqqis tar-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema ta' aktar minn 10 %, tal-istituzzjoni jew tal-grupp, mill-għoti tal-aħħar approvazzjoni skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm ir-riżorsi disponibbli f'termini ta' baġit u ta' ħaddiema fl-istituzzjoni jew livell ta' grupp ma tnaqqsux bl-istess proporzjon.

3.

Bidliet fil-proċessi ta' validazzjoni u l-analiżi interna skont l-Artikolu 321(e) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jekk ibiddlu l-loġika u l-metodoloġiji użati għal validazzjoni jew l-analiżi interna tal-qafas tal-AMA.

4.

Bidliet fil-kalkolu tal-imposta fuq il-kapital tar-riskju operazzjonali li jbiddlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-istruttura u l-karatteristiċi tas-sett ta' dejta użat għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital tar-riskju operazzjonali (is-sett ta' dejta ta' kalkolu), inkluż kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

id-definizzjoni ta' ammont ta' telf gross li għandu jintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

id-data ta' referenza ta' eventi ta' telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii)

il-metodu użat biex jiddetermina t-tul tas-serje ta' żmien tad-dejta tat-telf li għandha tintuża fis-sett ta' dejta ta' kalkolu skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iv)

il-kriterji għat-telf ta' gruppi kkawżat minn avveniment ta' riskju operazzjonali komuni jew minn avvenimenti relatati fuq perjodu ta' żmien skont l-Artikolu 322(3)(b) u (3)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(v)

l-għadd jew it-tip ta' klassijiet ta' riskju, jew ekwivalenti, li jiġi kkalkulat fuqhom ir-rekwiżit tal-kapital ta' riskju operazzjonali;

(vi)

il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għal-livell ta' telf li 'l fuq minnu l-mudell huwa adattat għad-dejta skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(vii)

fejn applikabbli, il-metodu biex jiġi stabbilit il-limitu massimu għad-differenzjar bejn il-korp tad-dejta u d-dejta tat-truf meta stipulati b'metodi differenti skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(viii)

il-proċessi u l-kriterji għall-ivvalutar tar-relevanza, għall-iskalar jew biex isiru aġġustamenti oħra lid-dejta tar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 322(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ix)

bidla fis-sorsi ta' dejta esterni li jridu jintużaw fis-sistema ta' kejl skont l-Artikolu 322(4) u 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sakemm ma tkunx digà kklassifikata bħala materjali skont il-Parti II, it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.

(b)

il-kriterji għall-għażla, l-aġġornament u l-analiżi ta' distribuzzjonijiet użati u l-metodi għall-istima tal-parametri tagħhom skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti d-distribuzzjonijiet tat-telf aggregat u għall-kalkolu tal-kejl tar-riskju operazzjonali rilevanti bil-livell ta' kunfidenza regolatorju skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)

il-metodoloġija għad-determinazzjoni ta' telf mistenni u l-konsiderazzjoni tiegħu fil-prattiki tal-operat interni skont l-Artikolu 322(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)

il-metodoloġija dwar kif il-korrelazzjonijiet fit-telf mir-riskji operazzjonali fl-istimi tar-riskji operazzjonali individwali huma rikonoxxuti skont l-Artikolu 322(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.

Bidliet fl-istandards relatati mad-dejta interna, l-analiżi tax-xenarji u l-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll intern jekk huma:

(a)

jbiddlu l-proċessi interni u l-kriterji għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

żieda fil-limitu għall-ġbir ta' dejta interna dwar it-telf skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

metodi jew kriterji għall-esklużjoni ta' attivitajiet jew skoperturi mill-ambitu ta' ġbir ta' data interna skont l-Artikolu 322(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)

bidla tal-proċessi interni u l-kriterji għal wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

l-analiżi tax-xenarji ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 322(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii)

id-determinazzjoni tal-ambjent operattiv u l-fatturi ta' kontroll interni skont l-Artikolu 322(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.

Bidliet fl-istandards li għandhom x'jaqsmu mal-assigurazzjoni u mekkaniżmi oħra ta' trasferiment tar-riskju skont l-Artikolu 323 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawn jikkawżaw tibdil rilevanti tal-livell ta' kopertura previst;

(b)

ibiddlu l-proċessi u l-kriterji għall-kalkolu tat-telf impost fl-ammont tar-rikonoxximent tal-assigurazzjoni, introdotti sabiex jinqabdu l-inċertezza tal-ħlas, id-diskrepanzi fil-kopertura u t-termini residwi u ta' kanċellazzjoni tal-politika, fejn inqas minn sena skont l-Artikolu 323(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.

Bidliet rilevanti fis-sistemi tal-IT użati biex jipproċessaw l-AMA, inkluż il-ġbir tad-dejta u l-amministrazzjoni tagħha, il-proċeduri ta' rappurtar u s-sistema ta' kejl għar-riskju operazzjonali skont l-Artikolu 312(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-istandards ġenerali tal-immaniġjar tar-riskji stabbiliti fl-Artikolu 74 tad-Direttiva 2013/36/UE, li jnaqqsu l-integrità u d-disponibbiltà tad-dejta jew is-sistemi tal-IT.


Top