Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0379

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014 tas- 7 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

OJ L 123, 24.4.2014, p. 1–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/379/oj

24.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 379/2014

tas-7 ta’ April 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-operaturi u l-persunal involuti fl-operat ta’ ċerti inġenji tal-ajru għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru. Dawk ir-regoli għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni primarjament il-kumplessità tal-inġenji tal-ajru, tal-organizzazzjonijiet u tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll ir-riskji marbutin mat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru b’ajruplani u ħelikopters. Regoli għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi blalen tal-arja u bi glajders għandhom ukoll jiġu pprovduti għall-konformità mal-prinċipji bażiċi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Barra minn hekk, l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti operazzjonijiet kummerċjali b’ajruplani u ħelikopters, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat, iridu jiġu indirizzati b’mod xieraq skont l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u r-riskju involut.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 (3) li jemenda ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 biex jinkludi regoli għal operazzjonijiet mhux kummerċjali skont il-kumplessita tal-inġenji tal-ajru. Jeħtieġ ukoll li r-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġi emendat biex jirrifletti l-aktar teknoloġija avvanzata attwali u biex ikunu żgurati miżuri proporzjonali għal ċerti attivitajiet definiti b’mod strett b’inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll għall-organizzazzjonijiet involuti.

(5)

Ir-regoli għal operazzjonijiet speċjalizzati b’ajruplani, ħelikopters, blalen tal-arja u glajders għandhom jiġu inklużi wkoll filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-aspetti partikolari tat-tali operazzjonijiet u r-riskju involut. Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, ma jkunx xieraq li l-operaturi kummerċjali kollha jsiru soġġetti għal ċertifikazzjoni, b’mod partikolari l-operaturi kummerċjali speċjalizzati. Għad li huma ta’ natura kummerċjali, dawn l-operaturi jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni tal-kapaċità minflok ċertifikat. Minkejja dan, il-kundizzjonijiet għal ċerti operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli, li jipperikolaw partijiet terzi fuq l-art, għandhom ikunu speċifikati fl-interess tas-sikurezza u għalhekk, dawk l-operazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi għal awtorizzazzjoni.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġu emendat skont dan.

(7)

Sabiex jiġu żgurati tranżizzjoni bla xkiel u livell għoli ta’ sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jirriflettu l-aktar teknoloġija avvanzata, inklużi l-aqwa prattiki, kif ukoll il-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tal-operazzjonijiet bl-ajru. Għalhekk, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi miftiehma taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-ICAO”) u tal-Awtoritajiet Konġunti Ewropej tal-Avjazzjoni sat-30 ta’ Ġunju 2009, kif ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti b’rabta ma’ ambjent nazzjonali speċifiku.

(8)

Jeħtieġ li jingħata żmien biżżejjed lill-industrija arjunawtika u lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri biex jadattaw rwieħhom għall-qafas regolatorju l-ġdid;

(9)

L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ressqithom bħala opinjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal- Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għal operazzjonijiet tal-ajru b’ajruplani, ħelikopters, blalen tal-arja u glajders, inklużi spezzjonijiet fir-rampa tal-inġenji tal-ajru ta’ operaturi bis-sorveljanza tas-sikurezza ta’ Stat ieħor meta jinżlu f’ajrudromi li jinsabu fit-territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 attivi f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru, il-privileġġi u r-responsabilitajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati kif ukoll il-kundizzjonijiet li fihom l-operazzjonijiet għandhom ikunu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza.

3.   Dan ir-Regolament jistipula wkoll ir-regoli ddettaljati dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn, u għas-sorveljanza ta’ operaturi involuti f’operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u l-operat mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni, inklużi operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni.

4.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet li bihom ċerti operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni fl-interess tas-sikurezza, u dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjonijiet.

5.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal operazzjonijiet tal-ajru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

6.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal operazzjonijiet tal-ajru bi blalen tal-arja u diriġibbli bis-sonda u lanqas għal titjiriet bi blalen tal-ajru bis-sonda.”.

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(7)

‘Operazzjoni speċjalizzata’ tfisser kwalunkwe operazzjoni minbarra tat-trasport kummerċjali bl-ajru li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għal attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, servejing, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru.

(8)

‘Operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta’ riskju għoli’ tfisser kwalunkwe operazzjoni kummerċjali speċjalizzata b’inġenju tal-ajru mwettqa fuq żona fejn is-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art aktarx li tkun fil-periklu f’każ ta’ emerġenza, jew, kif determinat mill-awtorità kompetenti tal-post fejn issir l-operazzjoni, kwalunkwe operazzjoni kummerċjali speċjalizzata b’inġenju tal-ajru li, minħabba n-natura speċifika tagħha u l-ambjent lokali li fih titwettaq, tkun ta’ riskju għoli, b’mod partikolari għal partijiet terzi fuq l-art.

(9)

‘Titjira introduttorja’ tfisser kwalunkwe titjira bi ħlas jew xi kunsiderazzjoni oħra ta’ valur li tikkonsisti f’mawra bl-ajru b’tul ta’ żmien qasir, offruta minn organizzazzjoni tat-taħriġ approvata jew minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta’ divertiment, bl-iskop li jinġibdu studenti ġodda jew membri ġodda.

(10)

‘Titjira ta’ kompetizzjoni’ tfisser kwalunkwe attività ta’ titjir li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża fi tlielaq jew kompetizzjonijiet tal-ajru, kif ukoll attività li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża bħala prattika għal tlielaq jew kompetizzjonijiet tal-ajru u bħala mezz għat-titjir lejn u minn avvenimenti ta’ tlielaq jew kompetizzjoni.

(11)

‘Wirja tat-titjir’ tfisser kwalunkwe attività ta’ titjir imwettqa b’mod deliberat għall-fini ta’ wiri jew divertiment f’avveniment irreklamat miftuħ għall-pubbliku, anki meta l-inġenju tal-ajru jintuża matul il-prattika għal wirja tat-titjir u bħala mezz għat-titjir lejn u mill-avveniment reklamat.”;

(b)

Fit-tieni paragrafu, “VII” hija sostitwita ma’ “VIII”.

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1 a.   Operaturi attivi f’operazzjonijiet CAT li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom/sit tal-operat b’ajruplani bi Prestazzjoni tal-klassi B jew b’ħelikopters mhux kumplessi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Annessi III u IV.”;

(b)

Il-paragrafi 3, 4 u 5 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   L-operaturi ta’ ajruplani u ta’ ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali għandhom jiddikjaraw il-kapaċità u l-mezzi tagħhom li jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom assoċjati mal-operat ta’ inġenju tal-ajru u għandhom joperaw l-ajruplan skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness III u fl-Anness VI. Meta jkunu attivi f’operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati, dawn l-operaturi minflok għandhom joperaw l-inġenju tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness III u VIII.

4.   L-operaturi ta’ ajruplani u ta’ ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll blalen tal-arja u glajders involuti f’operazzjonijiet mhux kummerċjali, inklużi operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati, għandhom joperaw l-inġenju tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.

5.   L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ li jkollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom fi Stat Membru u li huma approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 meta jwettqu t-taħriġ fit-titjir lejn, ġewwa jew barra mill-Unjoni għandhom joperaw:

(a)

ajruplani u ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VI;

(b)

ajruplani u ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll blalen tal-ajru u glajders skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.”;

(c)

Jiżdiedu l-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.   L-operaturi għandhom joperaw inġenju tal-ajru biss għall-fini ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati kif speċifikat fl-Annessi III u VIII.

7.   Titjiriet li jseħħu eżatt qabel, matul jew eżatt wara operazzjonijiet speċjalizzati u li huma direttament marbutin ma’ dawk l-operazzjonijiet għandhom ikunu operati skont il-paragrafi 3, 4 u 6, kif ikun applikabbli. Ħlief f’operazzjonijiet bil-paraxut, ma jistgħux jinġarru abbord iktar minn sitt persuni indispensabbli għall-missjoni, esklużi l-membri tal-ekwipaġġ.”.

(4)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

Jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4 a.   B’deroga mill-Artikolu 5(1) u (6) l-operazzjonijiet li ġejjin b’inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni jistgħu jsiru skont l-Anness VII:

(a)

titjiriet bl-ispejjeż maqsumin minn individwi privati, bil-kundizzjoni li l-ispiża diretta tinqasam bejn l-okkupanti kollha tal-inġenju tal-ajru, inkluż il-bdot u li n-numru ta’ persuni li qed jaqsmu l-ispejjeż diretti huwa limitat għal sitta;

(b)

titjiriet ta’ kompetizzjoni jew wirjiet tat-titjir, bil-kundizzjoni li r-remunerazzjoni jew kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ valur mogħtija għat-tali titjiriet tkun limitata għall-irkupru tal-ispejjeż diretti u kontribuzzjoni proporzjonata għall-ispejjeż annwali, kif ukoll premji ta’ mhux iktar minn valur speċifikat mill-awtorità kompetenti;

(c)

titjiriet introduttorji, qbiż bil-paraxut, irmunkar ta’ glajders jew titjiriet ajrubatiċi mwettqa jew minn organizzazzjoni tat-taħriġ bis-sede prinċipali tagħha fi Stat Membru u approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta’ divertiment, bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun operat mill-organizzazzjoni fuq il-bażi ta’ sjieda jew kiri mingħajr ekwipaġġ, li t-titjira ma tiġġenerax profitti mqassmin barra l-organizzazzjoni, u li kull meta jkunu involuti persuni li mhumiex membri tal-organizzazzjoni, it-tali titjiriet jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni.”;

(5)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 hu sostitwit b’li ġej:

“3.   Operazzjonijiet tal-CAT bil-ħelikopters, operazzjonijiet tal-CAT bi blalen tal-arja u operazzjonijiet tal-CAT bi glajders jikkonforma mar-rekwiżiti nazzjonali”;

(b)

Jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Operazzjonijiet mhux kummerċjali, inklużi operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati kumplessi u li jaħdmu bil-magni, inklużi operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati b’ajruplani, b’ħelikopters, bi blalen tal-arja u bi glajders għandhom ikomplu jsiru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-limitazzjoni fil-ħin tat-titjira sakemm jiġu adottati u japplikaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni relatati.”.

(6)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a) il-kelma “Anness III” hija sostitwita ma’ “Annessi II u III”;

(b)

fil-punt (b) il-kliem “Annessi V, VI u VII” huwa sostitwit ma’ “Annessi II, V, VI u VII”.

(7)

Fl-Artikolu 10, jiżdiedu l-paragrafi 4, 5, 6 u 7 li ġejjin:

“4.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II, III, VII u VIII għal operazzjonijiet speċjalizzati sal-21 ta’ April 2017.

5.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II, III u IV għal:

(a)

operazzjonijiet CAT li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom/sit tal-operat b’ajruplani bi prestazzjoni tal-klassi B jew ħelikopters mhux kumplessi sal-21 ta’ April 2017; u

(b)

operazzjonijiet CAT bi blalen tal-arja u glajders sal-21 ta’ April 2017.

6.   Meta Stat Membru jagħżel użu mid-deroga stipulata fil-paragrafu 5 punt (a), għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

għall-ajruplani, l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 u eżenzjonijiet nazzjonali relatati b’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91;

(b)

għall-ħelikopters, ir-rekwiżiti nazzjonali.

7.   Meta Stat Membru jagħmel użu mid-derogi stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Din in-notifika għandha tiddeskrivi r-raġunijiet għad-deroga u t-tul ta’ żmien tagħha, kif ukoll il-programm għall-implimentazzjoni li fih l-azzjonijiet previsti u l-iskedar relatat.”.

(8)

L-Annessi I sa VII tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Jiżdied Anness VIII (il-Parti-SPO) mar-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013 tal-14 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1).


ANNESS I

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titlu huwa sostitwit bid-“Definizzjonijiet għat-termini li jintużaw fl-Annessi II sa VIII”.

(b)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“(11 a)

‘Massa tal-ballun tal-arja bażi’ tfisser il-massa determinata bl-ippeżar tal-ballun tal-arja bit-tagħmir kollu installat kif speċifikat fl-AFM.”.

(c)

Il-punt 40 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(40)

‘Ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ’ tfisser ftehim bejn impriżi li skont dan l-inġenju tal-ajru jkun operat skont iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) tal-parti li tħallas il-kera (lessee) jew, fil-każ ta’ operazzjonijiet kummerċjali li mhumiex CAT, taħt ir-responsabilità tal-parti li tħallas il-kera (lessee).”.

(d)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“(117a)

‘Speċjalist fil-kompitu’ tfisser persuna assenjata mill-operatur jew parti terza, jew li taġixxi bħala impriża, li twettaq kompiti fuq l-art direttament marbutin ma’ kompitu speċjalizzat jew li twettaq kompiti speċjalizzati abbord jew mill-inġenju tal-ajru.”.

(e)

Il-punt 120 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(120)

‘Tagħbija tat-traffiku (traffic load)’ tfisser il-massa totali ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija u tagħmir tal-ispeċjalisti portabbli u, ħlief għall-blalen tal-arja, inkluża kwalunkwe saborra.”.

(f)

Il-punt 127 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(127)

‘Ftehim ta’ kiri bl-ekwipaġġ’ tfisser ftehim:

fil-każ ta’ operazzjonijiet CAT, bejn operaturi tal-ajru li skont dan l-inġenju tal-ajru huwa operat skont l-AOC tal-parti li tirċievi l-kera (lessor); jew

fil-każ ta’ operazzjonijiet kummerċjali minbarra CAT, bejn operaturi li skontu l-inġenju tal-ajru huwa operat taħt ir-responsabilità tal-parti li tirċievi l-kera (lessor).”.

(2)

L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

F’ARO.GEN.120 (d) (1), virgola u l-kliem “l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata” jiddaħħlu wara “l-approvazzjoni,”.

(b)

F’ARO.GEN.200 (c), il-kliem “jew awtorizzati” jiddaħħlu wara “ċċertifikati”.

(c)

F’ARO.GEN.205 (a), virgola u l-kliem “mal-awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata” jiddaħħlu wara “maċ-ċertifikazzjoni inizjali,”.

(d)

F’ARO.GEN.205 (b), virgola u l-kliem “ta’ awtorizzazzjoni” jiddaħħlu wara “ċertifikazzjoni,”.

(e)

F’ARO.GEN.220 (a):

(i)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(4a)

il-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta’ riskju għoli u s-sorveljanza kontinwa ta’ detentur tal-awtorizzazzjoni;”:

(ii)

il-punt (7) jinbidel b'dan li ġej

“(7)

sorveljanza ta' persuni u organizzazzjonijiet li jeżerċitaw attivitajiet fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri, iżda sorveljati, iċċertifikati jew awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor jew l-Aġenzija, kif mifthiem bejn dawn l-awtoritajiet;”;

(iii)

fil-punt (9), virgola u l-kliem “jew awtorizzazzjoni” jiddaħħlu wara “ċertifikazzjoni”.

(f)

F’ARO.GEN.220, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-awtorità kompetenti għandha żżomm aġġornata lista taċ-ċertifikati tal-organizzazzjoni u l-awtorizzazzjonijiet ta’ operazzjonijiet speċjalizzati kollha li ħarġet kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li rċiviet”.

(g)

F’ARO.GEN.300 (a), il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

il-konformità tal-organizzazzjonijiet mar-rekwiżiti applikabbli għalihom jew għat-tip ta’ operazzjonijiet qabel ma toħroġ ċertifikat jew approvazzjoni tal-organizzazzjoni, skont kif ikun applikabbli;

(2)

il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli tal-organizzazzjonijiet li hija ċċertifikat, tal-operazzjonijiet speċjalizzati li hija awtorizzat u tal-organizzazzjonijiet li mingħandhom irċeviet dikjarazzjoni;”

(h)

F’ARO.GEN.305, isiru l-emendi li ġejjin:

(i)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Għall-organizzazzjonijiet li jiddikjaraw l-attività tagħhom lill-awtorità kompetenti, il-programm ta’ sorveljanza għandu jkun ibbażat fuq in-natura speċifika tal-organizzazzjoni, fuq il-kumplessità tal-attivitajiet tagħha u d-dejta tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-passat u fuq il-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mat-tip ta’ attività mwettqa. Dan għandu jinkludi audits u spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet tar-rampa u spezzjonijiet għall-għarrieda, skont kif xieraq.”;

(ii)

jiddaħħal il-punt (d1) kif ġej:

“(d1)

Għal organizzazzjonijiet b’awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati, il-programm ta’ sorveljanza għandu jiġi stabbilit b’konformità ma’ (d) u għandu jqis ukoll il-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-imgħoddi u dak attwali u l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni.”.

(i)

ARO.GEN.350 (b) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(b)

Sejba ta' livell 1 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinnifikanti tkun identifikata mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini ta' approvazzjoni, ċertifikat, awtorizzazzjoni ta' operazzjoni speċjalizzata jew mal-kontenut ta' dikjarazzjoni li tbaxxi s-sikurezza jew tkun ta' perikolu serju għas-sikurezza tat-titjira.”.

(j)

F’ARO.GEN.350 (b)(2) u (3) rispettivament, il-kliem “jew l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati” jiddaħħlu wara l-kliem “ċertifikat tal-organizzazzjoni”.

(k)

ARO.GEN.350(c) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(c)

Sejba ta' livell 2 għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti meta kwalunkwe nuqqas ta' konformità tkun identifikata mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, mal-proċeduri u l-manwali tal-organizzazzjoni jew mat-termini ta' approvazzjoni, ċertifikat, awtorizzazzjoni ta' operazzjoni speċjalizzata jew mal-kontenut ta' dikjarazzjoni li tista' tbaxxi s-sikurezza jew tista' tkun ta' perikolu serju għas-sikurezza tat-titjira.”.

(l)

F’ARO.GEN.350 (d)(1), virgola u l-kliem “l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet speċjalizzati” jiddaħħlu wara “ċertifikat,”.

(m)

F’ARO.GEN.350 (e), virgola u l-kliem “jew awtorizzata” jiddaħħlu wara l-kliem “organizzazzjoni ċertifikata”.

(n)

F’ARO.GEN.355 (a), ir-referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 hija sostitwita b’referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011.

(o)

Tiżdied il-parti ARO.GEN.360 li ġejja:

ARO.GEN.360   Sejbiet u miżuri ta’ infurzar – l-operaturi kollha

Jekk, matul is-sorveljanza jew b’xi mezz ieħor, tinstab evidenza li turi nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli minn operatur soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, l-awtorità kompetenti li identifikat in-nuqqas ta’ konformità għandha tieħu kwalunkwe miżura ta’ infurzar neċessarja biex tevita milli jibqa’ dak in-nuqqas ta’ konformità.”

(p)

F’ARO.OPS.100, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

L-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina limitazzjonijiet operazzjonali speċifiċi. It-tali limitazzjonijiet għandhom ikunu dokumentati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet.”.

(q)

Fis-SUBPARTI OPS iddaħħlet it-TAQSIMA Ia li ġejja:

TAQSIMA Ia

L-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli

ARO.OPS.150   L-awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli

(a)

Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tirrevedi d-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri operattivi standard (SOP) tal-operatur, relatati ma’ operazzjoni ppjanata waħda jew iktar u żviluppati skont ir-rekwiżiti rilevanti tal-Anness VIII (Parti-SPO).

(b)

Meta tkun issodisfata bil-valutazzjoni tar-riskju u l-SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni, kif stabbilit fl-Appendiċi VI. L-awtorizzazzjoni tista’ tinħareġ għal tul ta’ żmien limitat jew mhux limitat. Il-kundizzjonijiet li fihom operatur huwa awtorizzat iwettaq operazzjoni kummerċjali speċjalizzata waħda jew iktar ta’ riskju għoli għandhom jiġu speċifikati fl-awtorizzazzjoni.

(c)

Malli tirċievi applikazzjoni għal bidla fl-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tikkonforma ma’ (a) u (b). Għandha tippreskrivi l-kundizzjonijiet li fihom l-operatur jista’ jopera matul il-bidla, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-awtorizzazzjoni għandha bżonn tiġi sospiża.

(d)

Malli tirċievi applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tikkonforma ma’ (a) u (b). Tista’ tieħu f’kunsiderazzjoni l-proċess ta’ awtorizzazzjoni u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-imgħoddi.

(e)

Mingħajr ħsara għal kwalunkwe miżura addizzjonali ta’ infurzar, meta l-operatur jimplimenta bidliet bla ma jippreżenta valutazzjoni tar-riskju emendata u SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tissospendi, tillimita jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni.

(f)

Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għal operazzjoni kummerċjali speċjalizzata transfruntiera ta’ riskju għoli, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha tirrevedi d-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri operattivi standard (SOP) tal-operatur f’koordinazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-post li fih hemm il-pjan li titwettaq l-operazzjoni. Meta ż-żewġ awtoritajiet ikunu ssodisfati bil-valutazzjoni tar-riskju u l-SOP, l-awtorità kompetenti tal-operatur għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni.

ARO.OPS.155   Il-ftehimiet ta’ kiri

(a)

(a) L-awtorità kompetenti għandha tapprova ftehim ta’ kiri li jinvolvi inġenju tal-ajru rreġistrat f’pajjiż terz jew operatur ta’ pajjiż terz meta l-operatur tal-SPO jkun wera konformità ma’ ORO.SPO.100.

(b)

(b) L-approvazzjoni ta’ ftehim ta’ kiri mingħajr ekwipaġġ għandha tiġi sospiża jew revokata kull meta jiġi sospiż jew revokat iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru.”.

(r)

F’ARO.OPS.200 (b)(2), il-kliem “u operazzjonijiet speċjalizzati” jiddaħħal wara l-kliem “operazzjonijiet mhux kummerċjali”.

(s)

ARO.OPS.210 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ARO.OPS.210   Determinazzjoni tad-distanza jew iż-żona lokali

L-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina distanza jew żona lokali għall-fini tal-operazzjonijiet.”.

(t)

Fis-Subparti OPS tiddaħħal it-TAQSIMA III li ġejja:

TAQSIMA III

Sorveljanza tal-operazzjonijiet

ARO.OPS.300   Titjiriet introduttorji

L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi kundizzjonijiet addizzjonali għal titjiriet introduttorji mwettqa skont il-Parti-NCO fit-territorju tal-Istat Membru. It-tali kundizzjonijiet għandhom jiżguraw operazzjonijiet sikuri u jkunu proporzjonati.”.

(u)

Fl-Appendiċi I:

(i)

is-sottotitolu huwa mibdul permezz ta’ “(Skeda tal-approvazzjoni għall-operaturi tat-trasport tal-ajru)”;

(ii)

jitħassru l-kliem “Operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati (SPO)” u n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.

(v)

Fl-Appendiċi II, titħassar il-kelma mtennija “Tlugħ” u n-nota 10 f’qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:

“10.

Id-dħul tal-kategorija applikabbli ta’ avviċinament bi preċiżjoni: LTS CAT I, CAT II, OTS CAT II, CAT IIIA, CAT IIIB jew CAT IIIC. Id-dħul tal-medda viżwali minima tar-runway (RVR) f’metri u l-għoli tad-deċiżjoni (DH) f’piedi. Tintuża linja waħda għal kull kategorija ta’ avviċinament elenkata.”.

(w)

Fl-Appendiċi V, il-kliem “Operazzjonijiet speċjalizzati” jiżdiedu taħt il-kliem “Operazzjonijiet mhux kummerċjali”.

(x)

Jiżdied l-Appendiċi VI li ġej:

“Appendiċi VI

Image Test ta 'immaġni

(3)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huma sostitwiti b’referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (1).

(b)

Ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 290/2012 huma sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011.

(c)

It-test ta’ ORO.GEN.005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti li għandhom jiġu segwiti minn operatur tal-ajru li jwettaq:

(a)

operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru (CAT)

(b)

operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati;

(c)

operazzjonijiet mhux kummerċjali b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni.

(d)

operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni.”.

(d)

F’ORO.GEN.105, il-kliem “jew awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata” jiddaħħlu wara “obbligu ta’ dikjarazzjoni”.

(e)

F’ORO.GEN.110, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-operatur huwa responsabbli għat-tħaddim tal-inġenju tal-ajru skont l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, kif applikabbli, skont ir-rekwiżiti rilevanti ta’ dan l-Anness u ċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC) jew l-awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata (awtorizzazzjoni SPO) jew id-dikjarazzjoni tiegħu.”.

(f)

F’ORO.GEN.110 (c), virgola u l-kliem “tal-awtorizzazzjoni SPO” jiddaħħlu wara l-kelma “ċertifikat”.

(g)

F’ORO.GEN.110, jiżdied il-punt li ġej:

“(k)

Minkejja (j), l-operatur ta’ glajder jew ballun tal-arja jew ta’ titjiriet li jitilqu u jinżlu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat, skont il-VFR binhar, b’

(i)

ajruplani b’magna waħda li jaħdmu bl-iskrejjen b’massa massima ta’ tlugħ iċċertifikata ta’ 5 700 kg jew inqas u b’MOPSC ta’ 5 jew inqas; jew

(ii)

ħelikopters li mhumiex ħelikopters kumplessi u li jaħdmu bil-magni, b’magna waħda, b’MOPSC ta’ 5 jew inqas,

għandu jiżgura li l-ekwipaġġ tat-titjira rċieva taħriġ jew struzzjonijiet xierqa biex ikun jista’ jagħraf oġġetti perikolużi mhux iddikjarati mtellgħin abbord minn passiġġieri jew bħala merkanzija.”.

(h)

F’ORO.GEN.115:

(i)

it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Applikazzjoni għal AOC”;

(ii)

fil-punt (a) il-kelma “ajru” tiddaħħal qabel “ċertifikat tal-operatur”.

(i)

F’ORO.GEN.120, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

Meta operatur soġġett għal awtorizzazzjoni SPO jkun jixtieq juża mezzi alternattivi ta’ konformità, għandu jikkonforma ma’ (b) kull meta t-tali mezzi alternattivi ta’ konformità jaffettwaw il-proċeduri operattivi standard li huma parti mill-awtorizzazzjoni u ma’ (c) għall-parti ddikjarata tal-organizzazzjoni u l-operazzjoni tiegħu.”.

(j)

It-titlu ta’ ORO.GEN.125 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Termini ta’ approvazzjoni u privileġġi ta’ detentur ta’ AOC”.

(k)

It-titlu ta’ ORO.GEN.130 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Bidliet relatati ma’ detentur ta’ AOC”.

(l)

It-titlu ta’ ORO.GEN.135 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Validità ssoktata ta’ AOC”.

(m)

F’ORO.GEN.140 (a), virgola u l-kliem “tal-awtorizzazzjoni SPO” jiddaħħlu wara l-kelma “ċertifikazzjoni”.

(n)

F’ORO.GEN.140 (b), il-kliem “fil-każ ta’ CAT” jiddaħħlu, mdawwra b'virgoli, wara l-kliem “L-aċċess għall-inġenji tal-ajru msemmi fil-punt (a) għandu”.

(o)

ORO.GEN.205 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ORO.GEN.205   Attivitajiet ikkuntrattati

(a)

(a) L-operatur għandu jiżgura li meta jikkuntratta jew jixtri xi parti tal-attività tiegħu, is-servizz jew prodott ikkuntrattat jew mixtri jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli.

(b)

Meta l-operatur iċċertifikat jew id-detentur ta’ awtorizzazzjoni SPO jikkuntratta xi parti mill-attività tiegħu lill-organizzazzjoni li mhijiex iċċertifikata jew awtorizzata skont din il-Parti sabiex twettaq it-tali attività, l-organizzazzjoni kkuntrattata għandha taħdem bl-approvazzjoni tal-operatur. L-organizzazzjoni kontraenti għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti tingħata aċċess għall-organizzazzjoni kkuntrattata, sabiex tara li tinżamm konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli.”.

(p)

F’ORO.AOC.100 (a), il-kelma “tat-trasport” tiddaħħal qabel il-kelma “operazzjonijiet”.

(q)

F’ORO.AOC.100, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

L-operatur għandu jipprovdi t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti:

(1)

l-isem uffiċjali u l-isem kummerċjali, l-indirizz u l-indirizz tal-posta tal-applikant;

(2)

deskrizzjoni tal-operazzjoni proposta, inklużi t-tip(i), u n-numru ta’ inġenji tal-ajru li se jiġu operati;

(3)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluża l-istruttura organizzazzjonali;

(4)

l-isem tal-maniġer responsabbli;

(5)

l-ismijiet tal-persuni nnominati meħtieġa minn ORO.AOC.135(a) flimkien mal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom;

(6)

kopja tal-manwal tal-operat meħtieġ minn ORO.MLR.100;

(7)

dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha mibgħuta lill-awtorità kompetenti ġiet verifikata mill-applikant u nstabet konformi mar-rekwiżiti applikabbli.

(c)

L-applikanti għandhom juru lill-awtorità kompetenti li:

(1)

jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha applikabbli tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ma’ dan l-Anness, l-Anness IV (il-Parti-CAT) u l-Anness V (il-Parti-SPA) ta’ dan ir-Regolament;

(2)

kull inġenju tal-ajru operat għandu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012; u

(3)

l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom hija xierqa u taqbel kif suppost mal-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjoni.”.

(r)

F’ORO.AOC.125 (a) (1) (ii), il-kliem “tat-trasport bl-ajru” jiddaħħlu wara l-kelma “kummerċjali”.

(s)

F’ORO.DEC.100, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-operatur ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni attiv f’operazzjonijiet mhux kummerċjali jew operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati, u l-operatur kummerċjali speċjalizzat għandhom:”.

(t)

Is-Subparti li ġejja tiddaħħal wara s-SUBPARTI DEC — DIKJARAZZJONI:

“SUBPARTI SPO

OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI SPEĊJALIZZATI

ORO.SPO.100   Rekwiżiti komuni għal operaturi kummerċjali speċjalizzati

(a)

Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu jikkonforma wkoll ma’ ORO.AOC.135, ma’ ORO.AOC.140 u ma’ ORO.AOC.150 minbarra ORO.DEC.100.

(b)

L-inġenju tal-ajru għandu jkollu ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew għandu jinkera skont (c).

(c)

Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu jikseb l-approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin, jekk:

(1)

Jikri inġenju tal-ajru ta’ operatur ta’ pajjiż terz bl-ekwipaġġ:

(i)

L-istandards tas-sikurezza ta’ operatur ta’ pajjiż terz fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-operazzjonijiet tal-ajru huma ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 u minn dan ir-Regolament;

(ii)

L-inġenju tal-ajru ta’ operatur ta’ pajjiż terz għandu CofA standard maħruġ skont l-Anness 8 tal-ICAO;

(iii)

It-tul ta’ żmien tal-kirja bl-ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba’ xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi; jew

(2)

Jikri inġenju tal-ajru rreġistrat f’pajjiż terz mingħajr ekwipaġġ:

(i)

Ġie identifikat bżonn operazzjonali li ma jistax jiġi ssodisfat bil-kiri ta’ inġenju tal-ajru rreġistrat fl-UE;

(ii)

It-tul ta’ żmien tal-kirja mingħajr ekwipaġġ ma jaqbiżx is-seba’ xhur fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi;

(iii)

Il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 hija żgurata;

(iv)

L-inġenju tal-ajru huwa mgħammar skont l-Anness VIII [il-Parti SPO].

ORO.SPO.110   Awtorizzazzjoni ta’ operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati ta’ riskju għoli

(a)

Operatur kummerċjali speċjalizzat għandu japplika għal awtorizzazzjoni, u jiksibha, mill-awtorità kompetenti tal-operatur qabel jibda b’operazzjoni kummerċjali speċjalizzata ta’ riskju għoli:

(1)

li titwettaq fuq żona fejn is-sikurezza ta’ partijiet terzi fuq l-art aktarx li tkun fil-periklu fil-każ ta’ emerġenza, jew

(2)

li, kif determinat mill-awtorità kompetenti tal-post fejn titwettaq l-operazzjoni, minħabba n-natura speċifika tagħha u l-ambjent lokali li fih titwettaq, din tkun ta’ riskju għoli, b’mod partikolari għal partijiet terzi fuq l-art.

(b)

L-operatur għandu jipprovdi t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti:

(1)

l-isem uffiċjali u l-isem kummerċjali, l-indirizz u l-indirizz tal-posta tal-applikant;

(2)

deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni, inkluża l-istruttura organizzazzjonali;

(3)

deskrizzjoni tal-operazzjoni proposta, inklużi t-tip(i), u n-numru ta’ inġenji tal-ajru li se jiġu operati;

(4)

id-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju u l-proċeduri operattivi standard relatati, meħtieġa minn SPO.OP.230;

(5)

dikjarazzjoni li d-dokumentazzjoni kollha mibgħuta lill-awtorità kompetenti ġiet verifikata mill-operatur u nstabet b’konformità mar-rekwiżiti applikabbli.

(c)

L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew l-emenda tagħha għandha ssir f’forma u b’mod stabbiliti mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

ORO.SPO.115   Bidliet

(a)

Kwalunkwe bidla li taffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni jew l-operazzjonijiet awtorizzati teħtieġ approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti. Kwalunkwe bidla mhux koperta mill-valutazzjoni tar-riskju inizjali teħtieġ is-sottomissjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju emendata u SOP lill-awtorità kompetenti.

(b)

L-applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ bidla għandha tkun sottomessa qabel ma sseħħ kwalunkwe bidla, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina l-konformità ssoktata mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu u sabiex, jekk ikun hemm bżonn, temenda l-awtorizzazzjoni. L-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

(c)

Il-bidla għandha tkun implimentata biss mal-wasla tal-approvazzjoni formali mill-awtorità kompetenti skont ARO.OPS.150.

(d)

L-operatur għandu jopera bil-kundizzjonijiet preskritti mill-awtorità kompetenti matul it-tali bidliet, skont kif ikun applikabbli.

ORO.SPO.120   Validità ssoktata

(a)

Operatur b’awtorizzazzjoni ta’ operazzjoni speċjalizzata għandu jikkonforma mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-privileġġi definiti fl-awtorizzazzjoni.

(b)

L-awtorizzazzjoni tal-operatur għandha tibqa’ valida soġġetta:

(1)

għaż-żamma tal-konformità mill-operatur mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tas-sejbiet kif speċifikat f’ORO.GEN.150;

(2)

għall-għoti tal-aċċess lill-awtorità kompetenti għall-operatur kif definit f’ORO.GEN.140 biex din tiżgura li tinżamm konformità mar-rekwiżiti rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu; u

(3)

għan-nuqqas ta’ ċediment jew revoka tal-awtorizzazzjoni.

(b)

Mar-revoka jew iċ-ċediment, l-awtorizzazzjoni għandha tintradd lura lill-awtorità kompetenti bla dewmien.”.

(u)

ORO.MLR.100 (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Il-kontenut tal-OM għandu jirriflettu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness, fl-Anness IV (il-Parti-CAT), fl-Anness V (il-Parti-SPA), fl-Anness VI (il-Parti-NCC) u fl-Anness VIII (il-Parti-SPO), kif applikabbli, u ma għandux jikser il-kondizzjonijiet li hemm fl-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet mehumiżin maċ-ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (l-AOC), fl-awtorizzazzjoni SPO jew fid-dikjarazzjoni u l-lista ta’ approvazzjonijiet speċifiċi, kif applikabbli.”.

(v)

F’ORO.MLR.100, jiddaħħal il-punt (g1) li ġej:

“(g1)

Għall-awtorizzazzjoni ta’ detenturi tal-SPO, kwalunkwe emenda assoċjata mal-proċeduri operattivi standard awtorizzati, l-approvazzjoni minn qabel għandha tinkiseb qabel ma l-emenda ssir effettiva.”

(w)

F’ORO.MLR.100 (h), il-kliem “u l-punt (g1)” jiddaħħlu wara “Minkejja l-punt (g)”.

(x)

F’ORO.MLR.101, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Ħlief għal operazzjonijiet b’ajruplani b’magna waħda jaħdmu bl-iskrejjen b’MOPSC ta’ 5 jew ħelikopters mhux kumplessi b’magna waħda b’MOPSC ta’ 5, li jitilqu u jinżlu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat, skont il-VFR binhar, u għal operazzjonijiet bi glajders u bi blalen tal-arja, l-istruttura ewlenija tal-OM għandha tkun kif ġej:”.

(y)

ORO.MLR.115 (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Dawn ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-inqas 5 snin.

(1)

għall-operaturi tal-CAT ir rekords tal-attivitajiet imsemmija fil-ORO.GEN.200;

(2)

għal operaturi dikjarati, kopja tad-dikjarazzjoni tal-operatur, id-dettalji tal-approvazzjonijiet miżmuma u l-manwal tal-operat;

(3)

għad-detenturi ta’ awtorizzazzjoni SPO, minbarra (a)(2), ir-rekords relatati mal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont SPO.OP.230 u l-proċeduri operattivi standard relatati.”

(z)

F’ORO.MLR.115 (b)(4), virgola u l-kliem “jekk applikabbli’ jiżdied wara “oġġetti perikolużi”.

(aa)

F’ORO.SEC.100.A it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej

ORO.SEC.100   Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira – ajruplani”.

(ab)

F’ORO.SEC.100.H, it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej

ORO.SEC.105   Sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira – ħelikopters”.

(ac)

ORO.FC.005 huwa sostitwit b’dan li ġej:

ORO.FC.005   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-Subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-operatur b’rabta mat-taħriġ, mal-esperjenza u mal-kwalifiki tal-ekwipaġġ tat-titjira u hija kkostitwita minn:

(a)

TAQSIMA 1 li tispeċifika r-rekwiżiti komuni applikabbli kemm għal operazzjonijiet mhux kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni kif ukoll għal kwalunkwe operazzjoni kummerċjali;

(b)

TAQSIMA 2 li tispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali applikabbli għal operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bl-eċċezzjoni ta’:

(1)

operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi glajders u bi blalen tal-arja jew

(2)

operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ passiġġieri li jsiru skont il-VFR binhar, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudorm jew sit tal-operat u fi ħdan żona lokali speċifikata mill-awtorità kompetenti, bi

ajruplani b’magna waħda li jaħdmu bl-iskrejjen b’massa massima ta’ tlugħ iċċertifikata ta’ 5 700 kg jew inqas u b’MOPSC ta’ 5; jew

ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, b’magna waħda, u b’MOPSC ta’ 5.

(c)

TAQSIMA 3 li tispeċifika r-rekwiżiti addizzjonali għal operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u għal dawk imsemmija f’b(1) u (2).”.

(ad)

F’ORO.FC.105:

(i)

fil-punt (c), l-ewwel sentenza, jiddaħħlu fil-bidu l-kliem “Fil-każ ta’ operazzjonijiet kummerċjali ta’ ajruplani u ħelikopters,” segwiti minn virgola;

(ii)

(ii) il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Il-punt (c) ma għandux japplika fil-każ ta’:

(1)

ajruplani bil-klassi tal-prestazzjoni B involuti f’operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru skont il-VFR binhar; u

(2)

operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ta’ passiġġieri li jsiru skont il-VFR binhar, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudorm jew sit tal-operat u fi ħdan żona lokali speċifikata mill-awtorità kompetenti, b’ħelikopters li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni, b’magna waħda, b’MOPSC ta’ 5.”.

(ae)

ORO.FC.145(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

Fil-każ ta’ operazzjonijiet CAT, it-taħriġ u l-programmi ta’ verifika, inklużi s-sillabi u l-użu ta’ tagħmir individwali tat-taħriġ għas-simulazzjoni tat-titjir (FSTDs), għandhom ikunu approvati mill-awtorità kompetenti.”.

(af)

Wara ORO.FC.H.250, tiżdied it-TAQSIMA li ġejja:

TAQSIMA 3

Rekwiżiti addizzjonali għall-operazzjonijiet kummerċjali speċjalizzati u għal operazzjonijiet CAT imsemmija f’ORO.FC.005 b (1) u (2)

ORO.FC.330   Taħriġ u kontrolli perjodiċi — kontroll tal-profiċjenza tal-operatur

(a)

Kull membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun għadda mill-kontrolli tal-profiċjenza tal-operatur biex juri l-kompetenza tiegħu fit-twettiq ta’ proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza, li jkopru l-aspetti rilevanti assoċjati mal-kompiti speċjalizzati deskritti fil-manwal tal-operat.

(b)

Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa meta l-operazzjonijiet jitwettqu skont l-IFR jew billejl.

(c)

Il-perjodu ta’ validità tal-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur għandu jkun ta’ 12-il xahar tal-kalendarju. Il-perjodu ta’ validità għandu jibda jgħodd minn tmiem ix-xahar ta’ meta sar l-aħħar kontroll. Meta l-kontroll tal-profiċjenza tal-operatur isir fi żmien l-aħħar tliet xhur tal-perjodu ta’ validità, il-perjodu ta’ validità l-ġdid għandu jibda jgħodd mid-data tal-iskadenza oriġinali.”.

(ag)

F’ORO.CC.100 (a) it-tieni sentenza, jiddaħħlu fil-bidu l-kliem “Ħlief għal blalen tal-arja” segwiti minn virgola.

(ah)

L-Appendiċi I huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi I

Image Test ta 'immaġni

(4)

L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huma sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Jiżdied CAT.GEN.105 li ġej:

CAT.GEN.105   Touring motor gliders, il-glajders bil-mutur u l-blalen tal-arja mħallta

(a)

Il-glajders bil-mutur, esklużi t-TMGs, għandhom jitħaddmu u għandhom ikunu mgħammra b’konformità mar-rekwiżiti għall-glajders.

(b)

It-touring motor glajders (TMGs) għandhom jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti għal:

(1)

ajruplani meta jiħaddmu b’magna; u

(2)

glajders meta jitħaddmu mingħajr magna.

(c)

It-TMGs għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-ajruplani sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-CAT.IDE.A.

(d)

Il-blalen tal-arja mħallta għandhom ikunu operati skont ir-rekwiżiti għall-blalen tal-arja sħuna.”.

(c)

CAT.GEN.MPA.180 (a) (5) u (6) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(5)

kopja vera ċċertifikata taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC), inkluża traduzzjoni fl-Ingliż meta l-AOC jinħareġ f’lingwa oħra;

(6)

l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet rilevanti għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, maħruġin mal-AOC, inkluża traduzzjoni fl-Ingliż meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet jinħarġu f’lingwa oħra;”.

(d)

Fis-SUBPARTI A – REKWIŻITI ĠENERALI, tiddaħħal it-TAQSIMA li ġejja:

TAQSIMA 2

Inġenji tal-ajru li ma jaħdmux bil-magni

CAT.GEN.NMPA.100   Responsabbiltajiet tal-kmandant

(a)

Il-kmandant għandu:

(1)

ikun responsabbli għas-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha abbord, malli l-kmandant jasal abbord l-inġenju tal-ajru, sa ma l-kmandant iħalli l-inġenju tal-ajru fi tmiem it-titjira;

(2)

ikun responsabbli għall-operazzjoni u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru:

(i)

għall-blalen tal-ajru, mill-mument li fih jinbeda l-infiħ tal-envelopp sakemm titneħħa l-arja mill-envelopp, sakemm il-kmandant ma jkunx iddelega r-responsabbiltà lil persuna oħra kkwalifikata matul il-fażi ta’ mili sakemm il-kmandant jasal kif speċifikat fil-manwal tal-operat (OM);

(ii)

għall-glajders, mill-mument li fih tinbeda l-proċedura ta’ tluq sakemm il-glajder jieqaf fi tmiem it-titjira;

(3)

ikollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa sabiex jiggarantixxi s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni u/jew tal-proprjetà li jinġarru fih skont 7.c. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;

(4)

jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.

(5)

ma jħallix li persuna tittella’ fl-inġenju tal-ajru li tidher li tkun taħt l-influwenza ta’ alkoħol jew drogi sal-punt li aktarx li din tkun ta’ periklu għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu;

(6)

jiżgura li l-passiġġieri kollha rċevew struzzjonijiet dwar is-sikurezza;

(7)

jiżgura li tinżamm konformità mal-proċeduri operattivi u l-listi ta’ kontroll kollha skont il-manwal tal-operat;

(8)

jiżgura li l-ispezzjoni ta’ qabel it-titjira twettqet skont ir-rekwiżiti tal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;

(9)

ikun issodisfat li t-tagħmir ta’ emerġenza rilevanti għadu faċilment aċċessibbli biex jintuża minnufih;

(10)

jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-iskemi ta’ rapportar tal-okkorrenzi tal-operatur;

(11)

jikkonforma mal-limitazzjonijiet kollha tal-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz (FTL) u r-rekwiżiti tal-mistrieħ applikabbli għall-attivitjiet tiegħu;

(12)

meta jwettaq kompiti ma’ iktar minn operatur wieħed:

(i)

iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fir-rekwiżiti FTL applikabbli; u

(ii)

jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.

(b)

Il-kmandant ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:

(1)

meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew alkoħol jew meta ma jkunx f’sikktu minħabba korriment, għejja, mediċini, mard jew kawżi simili oħrajn;

(2)

sakemm jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien wara li jogħdos f’ilma fond jew wara li jagħti d-demm;

(3)

jekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti mediċi applikabbli;

(4)

jekk ikollu xi dubju dwar jekk hux se jkun kapaċi jwettaq id-dmirijiet assenjati lilu; jew

(5)

jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ, tant li t-titjira tista’ tiġi pperikolata.

(c)

Il-kmandant gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.

(d)

Il-kmandant ta’ ballun tal-arja għandu:

(1)

ikun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni ta’ qabel it-titjira lil dawk il-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja;

(2)

jiżgura li l-ebda persuna ma hi qed tpejjep abbord jew fil-viċinanzi tal-ballun tal-arja; u

(3)

jiżgura li l-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja jilbsu lbies protettiv.

CAT.GEN.NMPA.105   Membru tal-ekwipaġġ addizzjonali tal-ballun tal-arja

(a)

Meta ballun tal-arja jġorr iktar minn 19-il passiġġier, tal-inqas membru tal-ekwipaġġ addizzjonali b’esperjenza u taħriġ xierqa għandu jkun preżenti abbord biex jassisti lill-passiġġieri fil-każ ta’ emerġenza.

(b)

Il-membru tal-ekwipaġġ addizzjonali ma għandux iwettaq kompiti fuq ballun tal-arja:

(1)

meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew alkoħol;

(2)

meta ma jkunx f’sikktu minħabba korriment, għejja, mediċina, mard jew kawżi simili oħrajn; jew

(3)

sakemm jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien wara li jogħdos f’ilma fond jew wara li jagħti d-demm.

CAT.GEN.NMPA.110   Responsabbiltà tal-kmandant

L-operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-persuni kollha li jinġarru fl-inġenju tal-ajru jobdu l-ordnijiet legali kollha mogħtija mill-kmandant sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni jew il-proprjetà li jinġarru fih.

CAT.GEN.NMPA.115   Lingwa komuni

L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.

CAT.GEN.NMPA.120   Tagħmir elettroniku portabbli

L-operatur ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device - PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistemi u tat-tagħmir tal-ajruplan u għandu jieħu kull miżura raġonevoli biex jevita tali użu.

CAT.GEN.NMPA.125   Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord

L-operatur għandu jkollu dejjem disponibbli listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).

CAT.GEN.NMPA.130   Alkoħol u drogi

L-operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tidħol jew tkun f’inġenju tal-ajru waqt li tkun taħt l-influwenza ta’ alkoħol jew drogi sal-punt li aktarx li tkun fil-periklu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.

CAT.GEN.NMPA.135   Periklu għas-sikurezza

L-operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma taġixxi bi traskuraġni jew negliġenza jew tonqos milli taġixxi sabiex:

(a)

tipperikola inġenju tal-ajru jew persuna fih jew fuq l-art; jew

(b)

tikkawża jew tippermetti sabiex inġenju tal-ajru jipperikola kwalunkwe persuna jew proprjetà.

CAT.GEN.NMPA.140   Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord

(a)

Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

(1)

il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;

(2)

iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;

(3)

iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);

(4)

iċ-ċertifikat tal-istorbju, jekk applikabbli;

(5)

kopja taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru (AOC);

(6)

l-ispeċifikazzjonijiet tal-operazzjonijiet rilevanti għat-tip ta’ inġenju tal-ajru, maħruġin mal-AOC, jekk applikabbli;

(7)

il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;

(8)

iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;

(9)

il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;

(10)

il-logg tekniku tal-inġenju tal-ajru, b’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, jekk applikabbli;

(11)

il-MEL jew is-CDL, jekk applikabbli;

(12)

id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;

(13)

mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;

(14)

il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;

(15)

informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata;

(16)

l-avviżi xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);

(17)

l-informazzjoni meteoroloġika xierqa;

(18)

manifesti għall-passiġġieri, jekk applikabbli;

(19)

għal glajders, dokumentazzjoni dwar il-bilanċ u l-massa u għal blalen tal-arja, dokumentazzjoni dwar il-massa;

(20)

il-pjan tat-titjira operazzjonali, jekk dan ikun applikabbli; u

(21)

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.

(b)

Minkejja (a), id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni speċifikati hemm jistgħu jinġarru fil-vettura ta’ sejbien jew jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat għal titjiriet li:

(1)

it-tlugħ u l-inżul tagħhom huma ppjanati fl-istess ajrudrom/sit tal-operat; jew

(2)

jibqgħu fi ħdan żona lokali speċifikata fil-manwal tal-operat.

CAT.GEN.NMPA.145   Forniment ta’ dokumentazzjoni u ta’ rekords

Fi żmien raġenevoli minn meta jintalab minn persuna awtorizzata minn awtorità, il-kmandant għandu jagħmel disponibbli lil dik il-persuna d-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tinġarr abbord.

CAT.GEN.NMPA.150   Trasport ta’ oġġetti perikolużi

(a)

It-trasport ta’ oġġetti perikolużi ma għandux ikun permess, ħlief meta:

(1)

mhumiex soġġetti għall-Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport Sikur ta’ Oġġetti Perikolużi bl-Ajru (Dok 9284-AN/905 tal-ICAO) skont il-Parti 1 ta’ dawk l-Istruzzjonijiet; jew

(2)

dawn jinġarru mill-passiġġieri jew mill-membri tal-ekwipaġġ, jew ikunu f’bagalja, skont il-Parti 8 tal-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(b)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri li bihom jiżgura li jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat il-ġarr bi żball ta’ oġġetti perikolużi abbord.

(c)

L-operatur għandu jipprovdi lill-persunal bl-informazzjoni meħtieġa biex huma jkunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.”.

(e)

F’CAT.OP.MPA.151, jiddaħħal il-punt (a1) li ġej:

“(a1)

Minkejja CAT.OP.MPA.150 (b) sa (d), għal operazzjonijiet li jitilqu u jinżlu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat b’ajruplani ELA2 skont il-VFR binhar, l-operatur għandu jispeċifika l-fjuwil ta’ riżerva minimu finali fl-OM. Dan il-fjuwil ta’ riżerva minimu finali, ma jistax ikun inqas mill-ammont meħtieġ biex itir għal perjodu ta’ 45 minuta.”

(f)

Fis-SUBPARTI B – PROĊEDURI OPERATTIVI, tiddaħħal it-TAQSIMA li ġejja:

TAQSIMA 2

Inġenji tal-ajru li ma jaħdmux bil-magni

CAT.OP.NMPA.100   Użu ta’ ajrudromi u ta’ siti tal-operat

L-operatur gћandu juża biss ajrudromi u siti tal-operat li jkunu xierqa gћat-tip(i) ta’ inġenju tal-ajru u ta’ operazzjoni(jiet) konċernata(i).

CAT.OP.NMPA.105   Proċeduri għat-tnaqqis tal-istorbju – blalen tal-arja u glajders bil-mutur

Il-kmandant għandu jqis l-effett tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru filwaqt li jiżgura li s-sikurezza jkollha prijorità fuq it-tnaqqis tal-istorbju.

CAT.OP.NMPA.110   Provvista u ppjanar tal-fjuwil u tas-saborra - il-blalen tal-arja

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-fjuwil jew is-saborra li jinġarru huma biżżejjed għal kemm iddum it-titjira ppjanata b’żieda ta’ riżerva ta’ 30 minuta titjir.

(b)

Il-kalkoli tal-fjwuil jew tas-saborra għandhom ikunu bbażati mill-anqas fuq il-kundizzjonijiet operattivi li bihom għandha titwettaq it-titjira kif ġej:

(1)

id-dejta mogħtija mill-manifattur tal-ballun tal-arja;

(2)

il-mases antiċipati;

(3)

il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija; u

(4)

il-proċeduri u r-restrizzjonijiet tal-fornitur(i) tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

(c)

Il-kalkoli għandhom ikunu ddokumentati fi pjan operattiv tat-titjira.

CAT.OP.NMPA.115   Ġarr ta’ kategoriji speċjali ta’ passiġġieri (special categories of passengers - SCPs)

Il-persuni li jeħtieġu kundizzjonijiet, assistenza u/jew apparati speċjali meta jinġarru abbord titjira għandhom jitqiesu bħala SCPs u jinġarru bil-kundizzjonijiet li jiżguraw is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-okkupanti tiegħu skont il-proċeduri stabbiliti mill-operatur.

CAT.OP.NMPA.120   Struzzjonijiet lill-passiġġieri

L-operatur għandu jiżgura li l-passiġġieri jingħataw struzzjonijiet dwar is-sikurezza qabel jew, meta xieraq, matul it-titjira.

CAT.OP.NMPA.125   Preparazzjoni tat-titjira

Qabel ma jibda b’titjira, il-kmandant għandu:

(a)

jiżgura b’kull mezz raġonevoli disponibbli li l-faċilitajiet fl-art inklużi l-faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni disponibbli u meħtieġa b’mod dirett fuq tali titjira, għall-operat sikur tal-inġenju tal-ajru, huma adegwati għat-tip ta’ operazzjoni li għaliha se titwettaq it-titjira. u

(b)

ikun midħla tal-informazzjoni meteoroloġika disponibbli kollha xierqa għat-titjira ppjanata. Il-preparazzjoni tat-titjira lil hinn mill-viċinanza tal-post tat-tluq għandha tinkludi:

(1)

studju tar-rapporti u tat-tbassir tat-temp attwali disponibbli; u

(2)

l-ippjanar ta’ azzjoni alternattiva li tipprovdi għall-possibbiltà li t-titjira ma tkunx tista’ tintemm kif kienet ippjanata, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.

CAT.OP.NMPA.130   Preżentazzjoni tal-pjan tat-titjira tal-ATS

(a)

Jekk pjan tat-titjira tal-ATS ma jkunx ippreżentat għaliex mhuwiex meħtieġ mir-regoli tal-ajru, għandha tiġi ddepożitata informazzjoni adegwata sabiex is-servizzi ta’ twissija jkunu jistgħu jiġu attivati jekk ikun hemm bżonn.

(b)

Meta ssir operazzjoni minn sit fejn huwa impossibbli li jiġi ppreżentat pjan tat-titjira tal-ATS, il-pjan tat-titjira tal-ATS għandu jintbagħat malajr kemm jista’ jkun wara t-tlugħ mill-kmandant jew mill-operatur.

CAT.OP.NMPA.135   Għeluq sikur tal-kompartiment tal-passiġġieri u tal-bdoti - blalen tal-arja

Il-kmandant għandu jiżgura li qabel it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jqis li dan huwa neċessarju fl-interess tas-sikurezza:

(a)

it-tagħmir u l-bagalji kollha huma stivati b’mod sikur; u

(b)

għadu possibbli ssir evakwazzjoni f’emerġenza.

CAT.OP.NMPA.140   Tipjip abbord.

Għall-ebda presuna ma hu permess it-tipjip abbord glajder jew ballun tal-arja.

CAT.OP.NMPA.145   Kundizzjonijiet meteoroloġiċi

Il-kmandant għandu jibda b’titjira skont il-VFR jew għandu jkompli biha biss meta l-aktar informazzjoni meteorolġika riċenti disponibbli tkun turi li fil-ħin mistenni tal-użu, il-kundizzjonijiet tat-temp tul ir-rotta u fid-destinazzjoni ppjanata se jkunu fil-livell tal-valuri minimi operattivi applikabbli tal-VFR jew f’livell ogħla minnhom.

CAT.OP.NMPA.150   Silġ u kontaminanti oћrajn – il-proċeduri ta’ fuq l-art

Il-kmandant gћandu jagћti bidu gћat-tlugħ biss jekk l-inġenju tal-ajru ma jkollu l-ebda depożitu fuqu li jista’ jaffettwa b’mod ħażin il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew is-setgħa tal-kontroll tiegħu, ħlief hekk kif inhu permess skont l-AFM.

CAT.OP.NMPA.155   Kundizzjonijiet tat-tlugħ

Qabel ma jagħti bidu gћat-tlugħ, il-kmandant gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat mhux se jostakola tlugħ u tluq sikur.

CAT.OP.NMPA.160   Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir

Il-kmandant għandu jiżgura li meta jġorr passiġġieri ma jiġux simulati sitwazzjonijiet anormali jew ta’ emerġenza li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza.

CAT.OP.NMPA.165   Ġestjoni matul it-titjira tal-fjuwil jew tas-saborra - blalen tal-arja

Il-kmandant għandu jivverifika f’intervalli regolari li l-ammont ta’ fjuwil u saborra li jistgħu jintużaw u li fadal fit-titjira mhuwiex inqas mill-fjuwil u s-saborra meħtieġa sabiex ilesti t-titjira maħsuba u r-riżerva ppjanata għall-inżul.

CAT.OP.NMPA.170   Użu ta’ ossiġnu supplimentari

Il-kmandant gћandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu kompiti li jkunu essenzjali gћat-tћaddim sikur ta’ inġenju tal-ajru waqt it-titjira, jużaw ossiġnu supplimentari b’mod kontinwu kull meta l-altitudni taqbeż l-10 000 pied gћal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni taqbeż it-13 000 pied.

CAT.OP.NMPA.175   Kundizzjonijiet għall-avviċinament u għall-inżul

Qabel ma jibda l-avviċinament għall-inżul, il-kmandant gћandu jkun issodisfat li, skont l-informazzjoni disponibbli għalih, it-temp fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat u l-kundizzjoni tal-wiċċ ippjanat li jintuża ma għandhomx jostakolaw avviċinament u nżul sikuri.

CAT.GEN.NMPA.180   Limitazzjonijiet operattivi — il-blalen tal-arja sħuna

(a)

Ballun tal-arja sħuna ma għandux jinżel billejl, ħlief f’sitwazzjoni ta’ emerġenza.

(b)

It-tlugħ ta’ ballun tal-arja sħuna jista’ jsir billejl, sakemm jinġarr biżżejjed fjuwl għall-inżul binhar.

CAT.OP.NMPA.185   Limitazzjonijiet operattivi - glajders

glajder jista’ jkun operat biss binhar.”.

(g)

F’CAT.POL.A.240 (b) (4), “ORO.OPS” huwa sostitwit b’“ORO.FC”.

(h)

F’CAT.POL.A.310, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

(e) Ir-rekwiżiti f’(a)(3), (a)(4), (a)(5), (b)(2) u (c)(2) ma għandhomx ikunu applikabbli għal operazzjonijiet VFR binhar.”

(i)

F’CAT.POL.A.405 (b), ir-referenza għal “CAT.POL.A.405 (b) jew (c)” hija sostitwita b’referenza għal “CAT.POL.A.400 (b) jew (c)”.

(j)

Fis-SUBPARTI C – LIMITAZZJONIJIET OPERATTIVI U TA’ PRESTAZZJONI TAL-INĠENJU TAL-AJRU jiddaħħlu t-TAQSIMIET 4 u 5 li ġejjin:

TAQSIMA 4

Glajders

CAT.POL.S.100   Limitazzjonijiet operattivi

(a)

Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (centre of gravity - CG) tal-glajder għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM, jew fil-manwal tal-operat (OM), jekk dan ikun iktar restrittiv.

(b)

Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq il-glajder.

CAT.POL.S.105   Użin

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa u ċ-ċentru tal-gravità tal-glajder ikunu ġew stabbiliti permezz ta’ użin reali qabel ma jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. It-tali informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-kmandant. Il-glajder għandu jerġa’ jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf b’mod preċiż.

(b)

L-użin għandu jsir mill-manifattur tal-glajder jew skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 skont kif ikun applikabbli.

CAT.POL.S.110   Prestazzjoni

Il-kmandant għandu jħaddem il-glajder biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew is-siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.

TAQSIMA 5

Blalen tal-arja

CAT.POL.B.100   Limitazzjonijiet operattivi

(a)

Matul kull fażi tal-operazzjoni, it-tagħbija, il-massa tal-ballun tal-arja għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe limitazzjoni speċifikata fl-AFM, jew fil-manwal tal-operat (OM), jekk dan ikun iktar restrittiv.

(b)

Kartelluni, elenki, immarkar ta’ strumenti, jew taħlit ta’ dawn kollha, li fihom dawk il-limitazzjonijiet operattivi preskritti mill-AFM bl-iskop ta’ preżentazzjoni viżwali, għandhom jintwerew fuq il-ballun tal-arja.

CAT.POL.B.105   Użin

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa tal-ballun tal-arja tkun ġiet stabbilita permezz ta’ użin reali qabel ma’ jintuża għall-ewwel darba. L-effetti akkumulati tal-modifiki u t-tiswijiet fuq il-massa għandhom jitqiesu u jiġu ddokumentati kif xieraq. It-tali informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-kmandant. Il-ballun tal-arja għandu jerġa’ jintiżen jekk l-effett tal-modifiki fuq il-massa ma jkunx magħruf b’mod preċiż.

(b)

L-użin għandu jsir mill-manifattur tal-ballun tal-arja jew skont ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 skont kif ikun applikabbli.

CAT.POL.B.110   Sistema biex tiġi ddeterminata l-massa

(a)

L-operatur ta’ ballun tal-arja għandu jistabbilixxi sistema li tispeċifika kif l-affarijiet li ġejjin huma determinati bl-eżatt għal kull titjira sabiex il-kmandant ikun jista’ jivverifika li tinżamm konformità mal-limitazzjonijiet tal-AFM:

(1)

il-massa tal-ballun tal-arja bażi;

(2)

il-massa tat-tagħbija tat-traffiku (traffic load);

(3)

il-massa tat-tagħbija ta’ fjuwil jew saborra;

(4)

il-massa tat-tlugħ;

(5)

it-tagħbija tal-ballun tal-arja ssir taħt is-superviżjoni tal-kmandant jew persunal ikkwalifikat;

(6)

it-tħejjija u d-dispożizzjoni tad-dokumentazzjoni kollha.

(b)

Il-kalkolu tal-massa bbażat fuq kalkoli elettroniċi għandu jkun replikabbli mill-kmandant.

(c)

Id-dokumentazzjoni dwar il-massa għandha titħejja qabel kull titjira u tiġi ddokumentata fi pjan operattiv tat-titjira.

CAT.POL.B.115   Prestazzjoni

Il-kmandant għandu jħaddem il-ballun tal-arja biss jekk il-prestazzjoni tkun adegwata biżżejjed biex tikkonforma mar-regoli applikabbli tal-ajru u ma’ kwalunkwe restrizzjoni oħra applikabbli għat-titjira, għall-ispazju tal-ajru jew għall-ajrudromi jew is-siti tal-operat użati, billi titqies il-preċiżjoni fl-immappjar ta’ kwalunkwe ċart jew mappa użata.”.

(k)

F’CAT.IDE.A.100 (c), CAT.IDE.A.215 (d) u f’CAT.IDE.H.100 (c), il-kliem “għandu jiġi installat”, “iridu jinżammu” u “għandu jkun jista’ jintuża” huma sostitwiti ma’ “jiġi installat”, “jinżammu” u “għandu jintuża”.

(l)

F’CAT.IDE.A.260, il-Figura 1 hija sostitwita b’din il-figura li ġejja:

Figura 1

Image

(m)

Fis-SUBPARTI D – STRUMENTI, DEJTA U TAGĦMIR jiddaħħlu t-TAQSIMIET 3 u 4 li ġejjin:

TAQSIMA 3

Glajders

CAT.IDE.S.100   Strumenti u tagħmir – punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jikkontrollaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ CAT.IDE.S.140;

(3)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ CAT.IDE.S.145; jew

(4)

huma installati fil-glajder.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

id-dawl portabbli indipendenti;

(2)

arloġġ preċiż; u

(3)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjalar.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, jew minn dan it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira, sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-glajder, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ li jużah jinsab bilqiegħda.

(e)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

CAT.IDE.S.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti tal-glajder, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm il-glajder ma jkunx imħaddem skont il-lista ta’ tagħmir minimu (MEL):

CAT.IDE.S.110   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR — strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni

(a)

Il-glajders li jitħaddmu skont il-VFR binhar għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

fil-każ tal-glajders bil-mutur, id-direzzjoni manjetika;

(2)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi;

(3)

l-altitudni skont il-pressjoni; u

(4)

il-veloċità tal-ajru indikata.

(b)

Il-glajders li jitħaddmu f’kundizzjonijiet li fihom il-glajder ma jkunx jista’ jinżamm fil-passaġġ tat-titjira mixtieq mingħajr referenza għal strument addizzjonali wieħed jew aktar, minbarra (a), għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(1)

il-veloċità vertikali;

(2)

il-pożizzjoni jew id-dawran u ż-żliq; u

(3)

id-direzzjoni manjetika.

CAT.IDE.S.115   Titjir fil-livell tas-sħab – tagħmir tat-titjir u tan-navigazzjoni

Il-glajders li jittajru fil-livell tas-sħab għandhom ikunu mgħammra b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’ dawn li ġejjin:

(a)

id-direzzjoni manjetika;

(b)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi;

(c)

l-altitudni skont il-pressjoni;

(d)

il-veloċità tal-ajru indikata;

(e)

il-veloċità vertikali; u

(f)

il-pożizzjoni jew id-dawran u ż-żliq.

CAT.IDE.S.120   Sits u sistemi ta’ restrizzoni

(a)

Il-glajders għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sit għal kull persuna abbord; u

(2)

b’ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso skont l-AFM.

(b)

Iċ-ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta’ restrizzjoni għan-naħa ta’ fuq tat-torso għandu jkun jinfetaħ permezz ta’ molla waħda

CAT.IDE.S.125   Ossiġenu supplimentari

Il-glajders li jitħaddmu f’altitudnijiet tal-pressjoni ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam ossiġnu suffiċjenti biex jissupplixxi:

(a)

il-membri tal-ekwipaġġ għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u

(b)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun taqbeż it-13 000 pied.

CAT.IDE.S.130   Titjir fuq l-ilma

Il-kmandant ta’ glajder li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-glajder fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(a)

ġakketta tas-salvataġġ jew apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persuna li tkun abbord, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mis-sit jew mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti;

(b)

trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz; u

(c)

tagħmir sabiex ikunu jistgħu jsiru s-sinjali ta’ allarm, waqt titjira:

(1)

fuq l-ilma lil hinn mid-distanza ta’ gglajdjar mill-art: jew

(2)

fejn il-passaġġ tat-tlugħ jew tal-avviċinament ikun qiegħed b’tali mod fuq l-ilma li f’każ ta’ aċċident x’aktarx ikun se jkun hemm inżul ta’ emerġenza.

CAT.IDE.S.135   Tagħmir tas-sopravivenza

Il-glajders li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.

CAT.IDE.S.140   Tagħmir tal-komunikazzjoni permezz tar-radju

(a)

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-glajders għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.

(b)

It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.

CAT.IDE.S.145   Tagħmir tan-navigazzjoni

Il-glajders għandhom ikunu mgħammra bi kwalunkwe tagħmir tan-navigazzjoni neċessarju biex jipproċedu skont:

(a)

il-pjan tat-titjira tal-ATS, jekk dan ikun applikabbli; u

(b)

ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru applikabbli.

CAT.IDE.S.150   Transponder

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-glajders għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.

TAQSIMA 4

Blalen tal-arja

CAT.IDE.B.100   Strumenti u tagħmir – punti ġenerali

(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 748/2012, fil-każ li:

(1)

jintużaw mill-ekwipaġġ tat-titjira biex jiddeterminaw il-passaġġ tat-titjira;

(2)

jintużaw biex jikkonformaw ma’ CAT.IDE.B.155; jew

(3)

huma installati fil-ballun tal-arja.

(b)

L-oġġetti li ġejjin, meta meħtieġa minn din is-Subparti, ma jeħtiġux approvazzjoni ta’ tagħmir:

(1)

id-dawl portabbli indipendenti;

(2)

arloġġ preċiż;

(3)

il-kaxxa tal-ewwel għajnuna;

(4)

it-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjali;

(5)

b’sors alternattiv għall-ignixin;

(6)

bi gverta ta’ kontra n-nar jew għata ta’ materjal reżistenti għan-nar;

(7)

ħabel għall-inżul; u

(8)

sikkina.

(c)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti kif ukoll kull tagħmir ieħor li mhuwiex meħtieġ skont Annessi oħrajn, iżda li jinġarr fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, jew minn dan it-tagħmir ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira, sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ballun tal-arja, anki f’każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.

(d)

L-istrumenti u t-tagħmir għandhom ikunu operabbli jew aċċessibbli fil-pront minn dak il-post fejn il-membru tal-ekwipaġġ li jeħtieġ huwa assenjat.

(e)

It-tagħmir tal-emerġenza kollu meħtieġ għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

CAT.IDE.B.105   Tagħmir minimu għat-titjira

Meta kwalunkwe wieħed mill-istrumenti, mill-oġġetti tat-tagħmir jew mill-funzjonijiet tal-ballun tal-arja meħtieġa għat-titjira prevista ma jkunx qed jaħdem jew ikun nieqes, it-titjira ma għandhiex tinbeda, sakemm il-ballun ma jkunx imħaddem skont il-lista ta’ tagħmir minimu (MEL):

CAT.IDE.B.110   Dwal operattivi

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

bi dwal għal kontra l-kolliżjonijiet;

(b)

b’mezz li jipprovdi dawl xieraq għall-istrumenti u għat-tagħmir kollha essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ballun tal-arja; u

(c)

b’dawl portabbli indipendenti.

CAT.IDE.B.115   Operazzjonijiet ta’ titjir skont il-VFR – strumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u tagħmir assoċjat magħhom

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu skont il-VFR għandhom ikunu mgħammra:

(a)

b’mezz għall-wiri tad-direzzjoni tad-drift; u

(b)

b’mezz għall-kejl u għall-wiri ta’:

(1)

il-ħin f’sigħat, minuti u sekondi;

(2)

il-veloċità vertikali, jekk meħtieġ skont l-AFM, u

(3)

l-altitudni tal-pressjoni, jekk meħtieġ skont l-AFM, jekk meħtieġ skont ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru jew meta l-altitudni teħtieġ li tiġi kkontrollata għall-fini tal-użu tal-ossiġenu. u

(4)

ħlief fil-każ taL-blalen tal-arja tal-gass, il-pressjoni ta’ kull linja tal-provvista tal-gass imqabbda.

CAT.IDE.B.120   Sistemi ta’ trażżin

Il-blalen tal-arja b’kompartiment separat għall-kmandant għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ trażżin għall-kmandant.

CAT.IDE.B.125   Kaxex għall-ewwel għajnuna

(a)

Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’kaxex għall-ewwel għajnuna.

(b)

Fil-vettura ta’ sejbien għandha tinġarr kaxxa tal-ewwel għajnuna addizzjonali.

(c)

Il-kaxex għall-ewwel għajnuna għandhom:

(1)

ikunu faċilment aċċessibbli għall-użu; u

(2)

jinżammu f’kundizzjoni tajba.

CAT.IDE.B.130   Ossiġenu supplimentari

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu f’altitudnijiet tal-pressjoni ’l fuq minn 10 000 pied għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir tal-ossiġnu li jkun jista’ jaħżen u jqassam ossiġnu suffiċjenti biex jissupplixxi:

(a)

il-membri tal-ekwipaġġ għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun bejn l-10 000 u t-13 000 pied; u

(b)

il-membri tal-ekwipaġġ u l-passiġġieri kollha għal kwalunkwe perjodu li matulu l-altitudni tal-pressjoni tkun taqbeż it-13 000 pied.

CAT.IDE.B.135   Tagħmir portabbli għat-tifi tan-nar

Il-blalen tal-arja sħuna għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda għat-tifi tan-nar, kif meħtieġ skont il-kodiċi applikabbli tal-ajrunavigabbiltà.

CAT.IDE.B.140   Titjir fuq l-ilma

Il-kmandant ta’ ballun tal-arja li jitħaddem fuq l-ilma għandu jiddetermina r-riskji għas-sopravivenza tal-okkupanti tal-ballun tal-arja fil-każ ta’ nżul ta’ emerġenza, u fuq il-bażi ta’ dan huwa għandu jiddetermina l-ġarr ta’:

(a)

ġakketta tas-salvataġġ għal kull persuna li tkun abbord, jew apparat ekwivalenti li jżomm f’wiċċ l-ilma għal kull persona abbord li jkollha inqas minn 24 xahar, li għandhom jintlibsu jew ikunu stivati f’pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli mill-post tal-persuna li għaliha jkunu pprovduti:

(b)

trażmettitur għas-sejbien waqt emerġenza (ELT) jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (PLB), li jinġarr minn membru tal-ekwipaġġ jew minn passiġġier, li jkun jista’ jittrażmetti simultanjament fuq il-frekwenzi 121,5 MHz u 406 MHz; u

(c)

tagħmir sabiex isiru s-sinjali ta’ allarm.

CAT.IDE.B.145   Tagħmir tas-sopravivenza

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu fuq żoni li fihom it-tiftix u s-salvataġġ ikunu partikularment diffiċli, għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għas-sinjali u b’tagħmir li jsalva l-ħajja, skont kif ikun xieraq għaż-żona li fuqha se titwettaq it-titjira.

CAT.IDE.B.150   Tagħmir mixxellanju

(a)

Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’ingwanti protettivi għal kull membru tal-ekwipaġġ.

(b)

Il-blalen tal-arja sħuna għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sors alternattiv għall-ignixin;

(2)

b’mezz li jkejjel u jindika l-kwantità tal-fjuwil;

(3)

bi gverta ta’ kontra n-nar jew għata ta’ materjal reżistenti għan-nar; u

(4)

b’ħabel għall-inżul tat-tul ta’ mill-anqas 25 metru.

(c)

Il-blalen tal-gass għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sikkina; u

(2)

ħabel għall-inżul tat-tul ta’ mill-anqas 20 m magħmul minn fibra naturali jew materjal konduttiv elettrostatiku.

CAT.IDE.B.155   Tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju

(a)

Fejn ikun meħtieġ mir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru, il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju fil-post tal-bdot, li jkun jista’ jittrażmetti komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ dawk l-istazzjonijiet ajrunawtiċi jew f’dawk il-frekwenzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-ajru.

(b)

It-tagħmir għall-komunikazzjoni permezz tar-radju, jekk meħtieġ skont (a), għandu jippermetti l-komunikazzjoni fuq il-frekwenza għall-emerġenzi ajrunawtiċi 121,5 MHz.

CAT.IDE.B.160   Transponder

Fejn ikun meħtieġ mill-ispazju tal-ajru fejn jittajru, il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra bi transponder ta’ radar sekondarju ta’ sorveljanza (SSR) bil-kapaċitajiet kollha meħtieġa.”.

(5)

L-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huma sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

Fi SPA.GEN.100 (a)(1), jitħassru l-kliem “tat-trasport bl-ajru”.

(c)

SPA.DG.100 huwa sostitwit b’dan li ġej:

SPA.DG.100   Trasport ta’ oġġetti perikolużi

Ħlief kif stipulat fl-Anness IV (il-Parti-CAT), fl-Anness VI (il-Parti-NCC), l-Anness VII (il-Parti-NCO) u l-Anness VIII (il-Parti-SPO), l-operatur għandu jittrasporta biss oġġetti perikolużi bl-ajru jekk l-operatur ikun ġie approvat mill-awtorità kompetenti.”.

(6)

Fl-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, il-punt (b) ta’ NCC.POL.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Ħlief għal ajruplan mgħammar b’magni turboprop u b’massa massima tat-tlugħ ta’ jew inqas minn 5 700 kg, fil-każ ta’ ħsara fil-magna fit-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-ajruplan jista’:

(1)

iwaqqaf it-tlugħ u jieqaf fi ħdan id-distanza ta’ aċċelerazzjoni u waqfien disponibbli jew ir-‘runway’ disponibbli; jew

(2)

ikompli bit-tlugħ u jevita l-ostakli kollha mnejn se tgħaddi t-titjira b’marġni adegwat sakemm l-ajruplan ikun f’pożizzjoni li jikkonforma ma’ NCC.POL.130.”.

(7)

L-Anness VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Ir-referenzi kollha għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huma sostitwiti b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(b)

NCO.GEN.102 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Touring motor gliders (TMGs), glajders bil-mutur (powered sailplanes) u blalen tal-arja mħallta (mixed balloons)”;

(ii)

jiżdied il-punt (d) li ġej:

“(d)

Il-blalen tal-arja mħallta għandhom ikunu operati skont ir-rekwiżiti għall-blalen tal-arja sħuna.”.

(c)

Jiddaħħal il-punt NCO.GEN.103 li ġej:

NCO.GEN.103   Titjiriet introduttorji

It-titjiriet introduttorji msemmija fl-Artikolu 6 (5)(c) ta’ dan ir-Regolament meta jitwettqu skont dan l-Anness, għandhom:

(a)

jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat, ħlief għal blalen tal-arja u glajders;

(b)

ikunu operati skont il-VFR binhar;

(c)

ikunu sorvejlati minn persuna nominata responsabbli għas-sikurezza tagħhom; u

(d)

jikkonformaw ma’ kwalunkwe kundizzjoni oħra stipulata mill-awtorità kompetenti.”.

(d)

NCO.GEN.106 huwa sostitwit b’dan li ġej:

NCO.GEN.106   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand — blalen tal-arja

Minbarra l-punt NCO.GEN.105, il-bdot fil-kmand għandu:

(a)

ikun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni ta’ qabel it-titjira lil dawk il-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja;

(b)

jiżgura li l-ebda persuna ma hi qed tpejjep abbord jew fil-viċinanzi tal-ballun tal-arja; u

(c)

jiżgura li l-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja jilbsu lbies protettiv.”.

(e)

F’NCO.GEN.135 (a) (10), wara il-kliem “għar-rotta” jiddaħħal “għaż-żona”.

(f)

F’NCO.OP.110 (c), l-ewwel sentenza, il-kelma “biss” tiddaħħal wara “għandhom jintużaw”.

(g)

It-titlu ta’ NCO.OP.113 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Valuri minimi operattivi tal-ajrudrom — operazzjonijiet ta’ dawran fuq l-art bil-ħelikopters”.

(h)

F’NCO.OP.127 (a) u (b), jitħassru l-kliem “gass” u “tal-gass”.

(i)

NCO.OP.215 huwa sostitwit b’dan li ġej:

NCO.OP.215   Limitazzjonijiet operattivi — il-blalen tal-arja sħuna

(a)

Ballun tal-arja sħuna ma għandux jinżel billejl, ħlief f’emerġenza.

(b)

It-tlugħ ta’ ballun tal-arja sħuna jista’ jsir billejl, sakemm jinġarr biżżejjed fjuwl għall-inżul binhar.”.

(j)

NCO.POL.105 (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

L-użin għandu jitwettaq:

(1)

mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew minn organizzazzjoni tal-manutenzjoni approvata, fil-każ tal-ajruplani u tal-ħelikopters; u

(2)

għal glajders u blalen tal-arja, mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru jew skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003, skont kif applikabbli.”.

(k)

NCO.IDE.B.110 huwa sostitwit b’dan li ġej:

NCO.IDE.B.110   Dwal operattivi

Il-blalen tal-arja li jitħaddmu billejl għandhom ikunu mgħammra:

(a)

bi dwal għal kontra l-kolliżjonijiet;

(b)

b’mezz li jipprovdi dawl xieraq għall-istrumenti u għat-tagħmir kollha essenzjali għat-tħaddim sikur tal-ballun tal-arja; u

(c)

b’dawl portabbli indipendenti.”.

(l)

NCO.IDE.B.125 huwa sostitwit b’dan li ġej:

NCO.IDE.B.125   Ċilindri jew pompi tal-idejn għat-tifi tan-nar

Il-blalen tal-arja sħuna għandhom ikunu mgħammra tal-inqas b’ċilindru wieħed jew pompa waħda tal-idejn għat-tifi tan-nar, jekk meħtieġ skont l-ispeċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni applikabbli.”.

(m)

NCO.IDE.B.140 huwa sostitwit b’dan li ġej:

NCO.IDE.B.140   Tagħmir mixxellanju

(a)

Il-blalen tal-arja għandhom ikunu mgħammra b’ingwanti protettivi għal kull membru tal-ekwipaġġ.

(b)

Il-blalen tal-arja sħuna għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sors alternattiv għall-ignixin;

(2)

b’mezz li jkejjel u jindika l-kwantità tal-fjuwil;

(3)

bi gverta ta’ kontra n-nar jew għata ta’ materjal reżistenti għan-nar; u

(4)

b’ħabel għall-inżul tat-tul ta’ mill-anqas 25 metru.

(c)

Il-blalen tal-gass għandhom ikunu mgħammra:

(1)

b’sikkina; u

(2)

ħabel għall-inżul tat-tul ta’ mill-anqas 20 m magħmul minn fibra naturali jew materjal konduttiv elettrostatiku.”.

(n)

Tiżdied is-SUBPARTI E li ġejja:

“IS-SUBPARTI E

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI

TAQSIMA 1

Punti ġenerali

NCO.SPEC.100   Kamp ta’ applikazzjoni

Din is-subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu segwiti mill-bdot fil-kmand li jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b’inġenji tal-ajru li mhumiex kumplessi u li jaħdmu bil-magni.

NCO.SPEC.105   Lista ta’ kontroll

(a)

Qabel ma jibda operazzjoni speċjalizzata, il-bdot fil-kmand għandu jwettaq valutazzjoni tar-riskji, li fiha jivvaluta l-kumplessità tal-attività biex jiddetermina l-perikli u r-riskji assoċjati inerenti fl-operazzjoni u jistabbilixxi miżuri ta’ mitigazzjoni.

(b)

Operazzjoni speċjalizzata għandha ssir skont lista ta’ kontroll. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju, il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi lista ta’ kontroll xierqa għall-attività speċjalizzata u l-inġenju tal-ajru użat, filwaqt li jieħu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe taqsima ta’ din is-subparti.

(c)

Il-lista ta’ kontroll li hija rilevanti għad-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandha tkun disponibbli faċilment fuq kull titjira.

(d)

Il-lista ta’ kontroll għandha tkun riveduta u aġġornata regolarment, kif xieraq.

NCO.SPEC.110   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand

Kull meta membri tal-ekwipaġġ jew speċjalisti fil-kompitu jkunu involuti fl-operazzjoni, il-bdot fil-kmand

(a)

għandu jiżgura l-konformità tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu ma’ NCO.SPEC.115 u NCO.SPEC.120;

(b)

li ma jibdix b’titjira fil-każ li kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;

(c)

ikun responsabbli li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità ta’ kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ jew speċjalist fil-kompitu biex iwettaq il-kompiti tiegħu hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;

(d)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti f’kompiti jkunu konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.

(e)

għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni; u

(f)

għandu jiżgura li l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-membri tal-ekwipaġġ jużaw ossiġenu supplimentari kontinwament kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż l-10 000 pied għal perjodu ta’ iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina taqbeż it-13 000 pied.

NCO.SPEC.115   Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ

(a)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu: Il-kompiti tal-ekwipaġġ għandhom ikunu speċifikati fil-lista ta’ kontroll.

(b)

Ħlief għal blalen tal-arja, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-lista ta’ kontroll.

(c)

Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu.

(d)

Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin.

(e)

Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:

(1)

jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ biex iwettaq il-kompiti tiegħu; jew

(2)

meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew ta’ alkoħol jew għal raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt 7.g. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(f)

Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:

(1)

iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fl-Anness III (il-Parti-ORO), is-Subparti FTL tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, jekk ikun japplika; u

(2)

jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.

(g)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:

(1)

kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u

(2)

kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.

NCO.SPEC.120   Responsabbiltajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu

(a)

L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompitu tiegħu. Id-dmirijiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandhom ikunu speċifikati fil-lista ta’ kontroll.

(b)

Ħlief għal blalen tal-arja, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, l-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-lista ta’ kontroll.

(c)

L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jiżgura li jkun marbut meta jwettaq kompiti speċjalizzati b’bibien esterni miftuħin jew imneħħija.

(d)

L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:

(1)

kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u

(2)

kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.

NCO.SPEC.125   Istruzzjonijiet dwar is-sikurezza

(a)

Qabel it-tlugħ, il-bdot fil-kmand għandu jagħti struzzjonijiet lill-ispeċjalisti fil-kompitu dwar:

(1)

tagħmir u proċeduri ta’ emerġenza;

(2)

proċeduri operattivi assoċjati mal-kompitu speċjalizzat qabel kull titjira jew serje ta’ titjiriet

(b)

L-istruzzjonijiet imsemmija f’(a)(2) jistgħu ma jkunux meħtieġa jekk l-ispeċjalisti fil-kompitu jkunu ngħataw struzzjonijiet fuq il-proċeduri operattivi qabel ma beda l-istaġun operattiv f’dik is-sena kalendarja.

NCO.SPEC.130   Altitudnijiet minimi tad-distanza mill-ostakli — titjiriet IFR

Il-bdot fil-kmand għandu jistabbilixxi l-altitudnijiet minimi għal kull titjira li jipprovdu d-distanza meħtieġa mill-art għas-segmenti tar-rotot kollha li gћandhom jiġu koperti b’IFR. L-altitudnijiet minimi tat-titjira ma għandomx ikunu aktar baxxi minn dawk ippubblikati mill-Istat li fuqu tkun se tgħaddi t-titjira.

NCO.SPEC.135   Provvista ta’ fjuwil u ta’ żejt — l-ajruplani

NCO.OP.125 (a)(1)(i) ma japplikax għal irmunkar ta’ glajders, wirjiet tat-titjir, titjiriet ajrubatiċi jew titjiriet ta’ kompetizzjoni.

NCO.SPEC.140   Provvista ta’ fjuwil u ta’ żejt — il-ħelikopters

Minkejja NCO.OP.126(a)(1), il-bdot fil-kmand ta’ ħelikopter jista’ jibda titjira skont il-VFR binhar biss billi jibqa’ fi ħdan 25 mil nawtiku mill-ajrudrom/sit tal-operat tat-tluq bi fjuwil ta’ riżerva ta’ mhux inqas minn 10 minuti bil-veloċità ta’ awtonomija massima (best-range speed).

NCO.SPEC.145   Sitwazzjonijiet simulati waqt it-titjir

Sakemm ma jkunx hemm abbord l-inġenju tal-ajru speċjalist fil-kompitu għat-taħriġ, il-bdot fil-kmand, meta jġorr speċjalisti fil-kompitu, ma għandux jissimula:

(a)

sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-applikazzjoni ta’ proċeduri anormali jew ta’ emerġenza; jew

(b)

titjir f’kundizzjonijiet meteoroloġiċi bl-instrument (instrument meteorological conditions - IMC).

NCO.SPEC.150   Individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art

Jekk tkun installata, is-sistema ta’ twissija tal-individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li minħabba l-n-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza mill-art li tkun inqas minn dik li tiskatta s-sistema ta’ twissija tal-individwazzjoni tal-qrubija lejn l-art.

NCO.SPEC.155   Sistema għall-prevenzjoni tal-ħabtiet fl-ajru (Airborne collision avoidance system - ACAS II)

Minkejja NCO.OP.200, l-ACAS II tista’ tiġi diżattivata matul dawk il-kompiti speċjalizzati, li minħabba n-natura tagħhom jeħtieġu li l-inġenju tal-ajru jkun operat fi ħdan distanza minn xulxin li tiskatta l-ACAS.

NCO.SPEC.160   Rilaxx ta’ oġġetti perikolużi

Il-bdot fil-kmand ma għandux jopera inġenju tal-ajru fuq żoni ta’ bliet, irħula jew insedjamenti f’konġestjoni jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta’ persuni meta jirrilaxxa oġġetti perikolużi.

NCO.SPEC.165   Ġarr u użu ta’ armi

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li, meta jinġarru armi fuq titjira għall-fini ta’ kompitu speċjalizzat, dawn jinżammu b’mod sikur meta ma jkunux qed jintużaw.

(b)

L-ispeċjalist fil-kompitu li juża l-arma għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jevita milli jipperikola l-inġenju tal-ajru u l-persuni abbord jew fuq l-art.

NCO.SPEC.170   Prestazzjoni u kriterji operattivi — l-ajruplani

Meta jkun qed jiġi operat ajruplan f’għoli ta’ inqas minn 150 m (500 pied) fuq żona mhux f’konġestjoni, għal operazzjonijiet b’ajruplani li mhumiex kapaċi jsostnu titjira f’livell fil-każ ta’ ħsara kritika fil-magna, il-bdot fil-kmand għandu jkun:

(a)

stabbilixxa proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna; u

(b)

ta struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha abbord dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.

NCO.SPEC.175   Prestazzjoni u kriterji operattivi — il-ħelikopters

(a)

Il-bdot fil-kmand jista’ jopera inġenju tal-ajru fuq żoni f’konġestjoni diment li:

(1)

il-ħelikopter huwa ċċertifikat fil-kategorija A jew B; u

(2)

huma stabbiliti miżuri ta’ sikurezza biex jiġi evitat periklu żejjed għal persuni jew proprjetà fuq l-art

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun:

(1)

stabbilixxa proċeduri operattivi biex inaqqas kemm jista’ jkun il-konsegwenzi ta’ ħsara fil-magna; u

(2)

ta struzzjonijiet lill-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu kollha abbord dwar il-proċeduri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ nżul sfurzat.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu jiżgura li l-massa fit-tlugħ, l-inżul jew is-sospensjoni stazzjonarja ma taqbiżx il-massa massima speċifikata għal:

(1)

effett ta’ sospensjoni stazzjonarja mingħajr effett tal-art (HOGE) bil-magni kollha li joperaw bil-grad xieraq ta’ qawwa; jew

(2)

jekk jidher li se jkun hemm kundizzjonijiet li fihom aktarx li mhux se tiġi stabbilita HOGE, il-massa tal-ħelikopter ma għandhiex taqbeż il-massa massima speċifikata għal sospensjoni stazzjonarja b’effett tal-art (HIGE) bil-magni kollha li joperaw bil-grad xieraq ta’ qawwa, diment li l-kundizzjonijiet attwali jippermettu sospensjoni stazzjonarja b’effett tal-art bil-massa massima speċifikata.

TAQSIMA 2

Operazzjonijiet ta’ tagħbija esterna bi braga bil-ħelikopter (HESLO)

NCO.SPEC.HESLO.100   Lista ta’ kontroll

Il-lista ta’ kontroll għall-HESLO għandu jkun fiha:

(a)

il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;

(b)

id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;

(c)

it-tagħmir meħtieġ;

(d)

kwalunkwe limitazzjoni; u

(e)

ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu.

NCO.SPEC.HESLO.105   Tagħmir speċifiku għal HESLO

Il-ħelikopter għandu jkun mgħammar b’tal-inqas:

(a)

mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ(ijiet)/it-tagħbija; u

(b)

miżien wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija.

SPO.SPEC.HESLO.110   Trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi

L-operatur li jittrasporta l-oġġetti perikolużi lejn jew minn siti bla ekwipaġġ jew żoni remoti għandu japplika mal-awtorità kompetenti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Istruzzjonijiet Tekniċi jekk ikun beħsiebu ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dawk l-Istruzzjonijiet.

TAQSIMA 3

Operazzjonijiet bi bnedmin bħala merkanzija esterna (human external cargo operations - HEC)

NCO.SPEC.HEC.100   Lista ta’ kontroll

Il-lista ta’ kontroll għall-HEC għandu jkun fiha:

(a)

il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;

(b)

id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;

(c)

it-tagħmir meħtieġ;

(d)

kwalunkwe limitazzjoni; u

(e)

ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.

NCO.SPEC.HEC.105   Tagħmir speċifiku għall-HEC

(a)

Il-ħelikopters għandhom ikunu mgħammra:

(1)

tagħmir għall-operazzjonijiet bil-parank jew ganċ tal-merkanzija;

(2)

mera ta’ sikurezza waħda għall-merkanzija jew mezz alternattiv biex wieħed jara l-ganċ; u

(3)

miżien wieħed tat-tagħbija, sakemm ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġi ddeterminat il-piż tat-tagħbija.

(b)

L-installazzjoni tat-tagħmir kollu tal-parank u tal-ganċ tal-merkanzija u kwalunkwe modifika sussegwenti għandu jkollha approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà xierqa għall-funzjoni maħsuba.

TAQSIMA 4

Operazzjonijiet bil-paraxut (Parachute operations - PAR)

NCO.SPEC.PAR.100   Lista ta’ kontroll

Il-lista ta’ kontroll għall-PAR għandu jkun fiha:

(a)

il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;

(b)

id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;

(c)

it-tagħmir meħtieġ;

(d)

kwalunkwe limitazzjoni; u

(e)

ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.

NCO.SPEC.PAR.105   Ġarr ta’ membri tal-ekwipaġġ u ta’ speċjalisti fil-kompitu

Ir-rekwiżit stabbilit f’NCO.SPEC.120(c) ma għandux ikun applikabbli għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu qabżiet bil-paraxut.

NCO.SPEC.PAR.110   Sits

Minkejja NCO.IDE.A.140 (a)(1) u NCO.IDE.H.140 (a)(1), l-art tal-inġenju tal-ajru tista’ tintuża bħala sit, diment li hemm mezzi disponibbli li l-ispeċjalist fil-kompitu jista’ jżomm jew jintrabat magħhom.

SPO.SPEC.PAR.115   Ossiġenu supplimentari

Minkejja NCO.SPEC.110(f), ir-rekwiżit biex jintuża l-ossiġenu supplimentari ma għandux ikun applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ minbarra l-bdot fil-kmand u għall-ispeċjalisti fil-kompitu li jwettqu dmirijiet essenzjali għall-kompitu speċjalizzat, kull meta l-altitudni tal-kabina:

(a)

taqbeż it-13 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 6 minuti; jew

(b)

taqbeż il-15 000 pied, għal perjodu ta’ mhux iktar minn 3 minuti.

NCO.SPEC.PAR.120   Rilaxx ta’ oġġetti perikolużi

Minkejja NCO.SPEC.160, dawk li jużaw il-paraxut jistgħu joħorġu mill-inġenju tal-ajru għall-fini ta’ wirja bil-paraxut fuq żoni f’konġestjoni ta’ bliet, irħula jew insedjamenti jew fuq ġemgħa fil-miftuħ ta’ persuni filwaqt li jġorru apparati li jħallu d-duħħan warajhom, diment li dawn huma manifatturati għal dan l-għan.

TAQSIMA 5

Titjiriet ajrubatiċi (Aerobatic flights - ABF)

NCO.SPEC.ABF.100   Lista ta’ kontroll

Il-lista ta’ kontroll għall-ABF għandu jkun fiha:

(a)

il-proċeduri normali, anormali u ta’ emerġenza;

(b)

id-dejta rilevanti dwar il-prestazzjoni;

(c)

it-tagħmir meħtieġ;

(d)

kwalunkwe limitazzjoni; u

(e)

ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet tal-bdot fil-kmand, u, jekk applikabbli, il-membri tal-ekwipaġġ u l-ispeċjalisti fil-kompitu.

NCO.SPEC.ABF.105   Dokumenti u informazzjoni

Id-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin elenkati f’NCO.GEN.135 (a) ma hemmx bżonn li jinġarru matul titjiriet ajrubatiċi:

(a)

id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;

(b)

mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta/għaż-żona tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira; u

(c)

il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni.

NCO.SPEC.ABF.110   Tagħmir

Ma hemmx għaliex jiġu applikati r-rekwiżiti li ġejjin dwar it-tagħmir għal titjiriet ajrubatiċi:

(a)

kaxxa tal-ewwel għajnuna kif stabbilit f’NCO.IDE.A.145 u f’NCO.IDE.H.145;

(b)

apparati portabbli tat-tifi tan-nar kif stabbilit f’NCO.IDE.A.160 u f’NCO.IDE.H.180; u

(c)

trażmettituri għas-sejbien waqt emerġenza jew apparat ta’ sinjalar personalizzat għas-sejbien (personal locator beacons) kif stabbilit f’NCO.IDE.A.170 u NCO.IDE.H.170.”.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).


ANNESS II

“ANNESS VIII

OPERAZZJONIJIET SPEĊJALIZZATI

[PARTI-SPO]

SPO.GEN.005   Kamp ta’ applikazzjoni

(a)

Dan l-Anness japplika għal kwalunkwe operazzjoni speċjalizzata li fiha l-inġenju tal-ajru jintuża għall-attivitajiet speċjalizzati bħal agrikoltura, kostruzzjoni, fotografija, stħarriġ, osservazzjoni u pattulja, riklamar fl-ajru.

(b)

Minkejja (a), operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b’inġenji tal-ajru li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni għandhom jikkonformaw mal-Anness VII (il-Parti-NCO).

(c)

Minkejja (a), l-operazzjonijiet li ġejjin b’inġenji tal-ajru li mhumiex inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni jistgħu jsiru skont l-Anness VII (Parti-NCO):

(1)

titjiriet ta’ kompetizzjoni jew wirjiet tat-titjir, bil-kundizzjoni li r-remunerazzjoni jew kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ valur mogħtija għat-tali titjiriet tkun limitata għall-irkupru tal-ispejjeż diretti u kontribuzzjoni proporzjonata għall-ispejjeż annwali, kif ukoll premji ta’ mhux iktar minn valur speċifikat mill-awtorità kompetenti.

(2)

qbiż bil-paraxut, irmunkar ta’ glajders jew titjiriet ajrubatiċi mwettqa jew minn organizzazzjoni tat-taħriġ bis-sede prinċipali tagħha fi Stat Membru u approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011, jew inkella minn organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta’ divertiment, bil-kundizzjoni li l-inġenju tal-ajru jkun operat mill-organizzazzjoni fuq il-bażi ta’ sjieda jew kiri mingħajr ekwipaġġ, li t-titjira ma tiġġenerax profitti distribwiti barra l-organizzazzjoni, u li kull meta jkunu involuti nies li mhumiex membri tal-organizzazzjoni, it-tali titjiriet ikunu jirrappreżentaw biss attività marġinali tal-organizzazzjoni.

IS-SUBPARTI A

REKWIŻITI ĠENERALI

SPO.GEN.100   Awtorità kompetenti

L-awtorità kompetenti għandha tkun l-awtorità maħtura mill-Istat Membru li fih l-operatur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

SPO.GEN.101   Mezzi ta’ konformità

Operatur jista juża mezzi alternattivi ta’ konformità minn dawk adottati mill-Aġenzija biex jistabbilixxi l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

SPO.GEN.102   Touring motor glajders, glajders bil-mutur u blalen tal-arja mħallta

(a)

It-TMGs għandhom jitħaddmu f’konformità mar-rekwiżiti għal:

(1)

ajruplani meta jitħaddmu b’magna; u

(2)

glajders meta jitħaddmu mingħajr magna.

(b)

It-TMGs għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli għall-ajruplani sakemm mhux speċifikat mod ieħor fis-Subparti D.

(c)

Il-glajders bil-mutur, esklużi t-TMGs, għandhom jitħaddmu u għandhom ikunu mgħammra f’konformità mar-rekwiżiti għall-glajders.

(d)

Il-blalen tal-arja mħallta għandhom ikunu operati skont ir-rekwiżiti għal blalen tal-arja sħuna.

SPO.GEN.105   Responsabbiltajiet tal-ekwipaġġ

(a)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-kompiti tiegħu: Id-dmirijiet tal-ekwipaġġ għandhom ikunu speċifikati fil-proċeduri operattivi standard (SOP) u, fejn xieraq, fil-manwal tal-operat.

(b)

Ħlief għal blalen tal-arja, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, il-membru tal-ekwipaġġ għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SOP.

(c)

Matul it-titjira, il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li jkun f’postu.

(d)

Matul it-titjira, mill-inqas membru ikkwalifikat wieħed tal-ekwipaġġ tat-titjira għandu jibqa’ fil-kmand tal-inġenju tal-ajru f’kull ħin.

(e)

Il-membru tal-ekwipaġġ ma għandux iwettaq kompiti fuq inġenju tal-ajru:

(1)

jekk ikun jaf jew jissuspetta li qed ibati minn gћeja kbira, kif imsemmi fil-punt 7.f. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew jekk ma jkunx jiflaħ biex iwettaq il-kompiti tiegħu; jew

(2)

meta jkun taħt l-influwenza ta’ sustanzi psikoattivi jew ta’ alkoħol jew għal raġunijiet oħra kif imsemmi fil-punt 7.g. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(f)

Il-membru tal-ekwipaġġ li jwettaq kompiti ta’ aktar minn operatur wieħed għandu:

(1)

iżomm rekords individwali tiegħu rigward il-ħinijiet tat-titjir u tas-servizz u l-perjodi tal-mistrieħ kif imsemmija fl-Anness III (il-Parti-ORO), is-Subparti FTL tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, jekk ikun japplika; u

(2)

jagħti lil kull operatur id-dejta meħtieġa sabiex jiskeda l-attivitajiet skont ir-rekwiżiti applikabbli tal-FTL.

(g)

Il-membru tal-ekwipaġġ għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:

(1)

kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u

(2)

kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.

SPO.GEN.106   Responsabbiltajiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu

(a)

L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun responsabbli għat-twettiq tajjeb fil-kompitu tiegħu. Id-dmirijiet tal-ispeċjalisti fil-kompitu għandhom ikunu speċifikati fl-SOP.

(b)

Ħlief għal blalen tal-arja, matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira jew kull meta dan jitqies neċessarju mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, l-ispeċjalist fil-kompitu għandu jkun marbut fil-post assenjat lilu sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-SOP.

(c)

L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jiżgura li jkun marbut meta jwettaq kompiti speċjalizzati b’bibien esterni miftuħin jew imneħħija.

(d)

L-ispeċjalist fil-kompitu għandu jirrapporta lill-bdot fil-kmand:

(1)

kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta’ funzjonament jew difett li jemmen li jista’ jaffettwa l-ajrunavigabbiltà jew it-tħaddim sikur tal-inġenju tal-ajru, inklużi s-sistemi tal-emerġenza. kif ukoll u

(2)

kwalunkwe inċident li kien qed ipoġġi fil-periklu, jew li jista’ jpoġġi fil-periklu, is-sikurezza tal-operat.

SPO.GEN.107   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand

(a)

Il-bdot fil-kmand għandu jkun responsabbli:

(1)

għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, l-ispeċjalisti fil-kompitu u l-merkanzija abbord matul l-operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru;

(2)

għall-bidu, għall-kontinwazzjoni, għat-terminazzjoni jew għad-devjazzjoni ta’ titjira fl-interess tas-sikurezza;

(3)

għall-iżgurar li tinżamm konformità mal-proċeduri operattivi kollha u mal-listi ta’ kontroll skont il-manwal xieraq;

(4)

li jibda b’titjira biss jekk hu jkun sodisfatt li l-limitazzjonijiet operattivi kollha msemmija f’2.a.3. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 huma mħarsa, kif ġej:

(i)

l-ajruplan huwa ajrunavigabbli;

(ii)

l-inġenju tal-ajru huwa rreġistrat kif dovut;

(iii)

l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dik it-titjira huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm mhix permessa l-operazzjoni b’tagħmir mhux operattiv bil-lista ta’ tagħmir minimu (MEL) jew b’dokument ekwivalenti, kif mitlub fil-punt SPO.IDE.A.105, SPO.IDE.H.105, SPO.IDE.S.105 jew SPO.IDE.B.105;

(iv)

il-massa tal-inġenju tal-ajru u, għajr fil-każ tal-blalen tal-arja, il-punt taċ-ċentru tal-gravità huma tali li t-titjira tista’ tiġi eżegwita fil-limiti preskritti fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;

(v)

it-tagħmir u l-bagalji kollha tgħabbew u ġew stivati kif suppost; u

(vi)

il-limitazzjonijiet operattivi tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (aircraft flight manual - AFM) fl-ebda ħin ma huma se jinqabżu matul it-titjira;

(5)

li ma jibdix b’titjira fil-każ li hu, jew kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew speċjalist fil-kompitu ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu għal kwalunkwe raġuni bħal dannu, mard, għeja jew minħabba l-effetti ta’ kwalunkwe sustanza psikoattiva;

(6)

li ma jkomplix b’titjira li tmur lil hinn mill-eqreb ajrudrom jew sit tal-operat funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali, meta l-kapaċità tiegħu biex iwettaq il-kompiti hija mnaqqsa b’mod sinifikanti għal raġunijiet bħal għeja, mard jew nuqqas ta’ ossiġnu;

(7)

li jiddeċiedi li jaċċetta l-inġenju tal-ajru li jkollu ħsarat li ma jippermettulux li jaħdem tajjeb, skont il-lista ta’ devjazzjonijiet tal-konfigurazzjoni (configuration deviation list/CDL) jew il-lista ta’ tagħmir minimu (MEL), jekk applikabbli;

(8)

għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-utilizzazzjoni u tad-difetti kollha magħrufa jew suspettati fl-inġenju tal-ajru fit-tmiem tat-titjira, jew serje ta’ titjiriet, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew fil-ġurnal tal-vjaġġ għall-inġenju tal-ajru; u

(9)

li jiżgura li r-reġistraturi tat-titjira, meta jkunu installati:

(i)

ma jiġux diżattivati jew mitfija matul it-titjira; u

(ii)

fil-każ ta’ aċċident jew ta’ inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju:

(A)

li dawn ma jitħassrux apposta;

(B)

li dawn jiġu diżattivati minnufih wara li titlesta t-titjira; u

(C)

li dawn jerġgħu jiġu attivati biss bil-qbil mal-awtorità li tkun qed twettaq l-investigazzjoni;

(b)

Il-bdot fil-kmand għandu jkollu l-awtorità li jirrifjuta l-ġarr jew l-iżbark ta’ kwalunkwe persuna jew merkanzija li tista’ tirrappreżenta periklu potenzjali għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru jew tal-okkupanti tiegħu.

(c)

Il-bdot fil-kmand għandu, malajr kemm jista’ jkun, jirrapporta lill-unità xierqa tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS) dwar kwalunkwe kundizzjoni perikoluża tat-temp jew tat-titjira li magħha huwa ltaqa’ u li x’aktarx taffettwa s-sikurezza ta’ inġenji tal-ajru oħrajn.

(d)

Minkejja d-dispożizzjoni (a)(6), f’operazzjoni ta’ aktar minn ekwipaġġ wieħed, immexxija l-bdot fil-kmand jista’ jkompli titjira lil hinn mill-eqreb ajrudrom funzjonali li jista’ jintlaħaq fil-kundizzjonijiet tat-temp attwali meta jkunu fis-seħħ proċeduri ta’ mitigazzjoni adegwati.

(e)

Il-bdot fil-kmand gћandu, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza li teħtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjati, jieћu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fiċ-ċirkostanzi skont il-punt 7.d. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. F’dawn il-każijiet, huwa jista’ jiddevja mir-regoli u mill-proċeduri operattivi u mill-metodi stabbiliti fl-interess tas-sikurezza.

(f)

Il-bdot fil-kmand għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport ta’ att ta’ interferenza illegali lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-awtorità lokali maħtura.

(g)

Il-bdot fil-kmand għandu jinnotifika lill-eqreb awtorità xierqa bil-mezzi disponibbli l-aktar rapidi dwar kull aċċident li jinvolvi l-inġenju tal-ajru li jirriżulta f’dannu serju jew fil-mewt ta’ xi persuna jew fil-ħsara sostanzjali tal-inġenju tal-ajru jew ta’ proprjetà.

SPO.GEN.108   Responsabbiltajiet u awtorità tal-bdot fil-kmand — il-blalen tal-arja

Minbarra l-punt SPO.GEN.107, il-bdot fil-kmand ta’ ballun tal-arja għandu:

(a)

ikun responsabbli għall-għoti tal-informazzjoni ta’ qabel it-titjira lil dawk il-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja;

(b)

jiżgura li l-ebda persuna ma hi qed tpejjep abbord jew fil-viċinanzi tal-ballun tal-arja; u

(c)

jiżgura li l-persuni li jassistu fl-infazzjoni u fid-deflazzjoni tal-istruttura tal-ballun tal-arja jilbsu lbies protettiv.

SPO.GEN.110   Konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri

Il-bdot fil-kmand għandu jkun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri ta’ dawk l-Istati fejn l-operazzjonijiet isiru.

SPO.GEN.115   Lingwa komuni

L-operatur għandu jiżgura li l-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin b’lingwa komuni.

SPO.GEN.120   “Taxiing” tal-ajruplani

L-operatur għandu jiżgura li ajruplan jinsaq biss fiż-żona tal-moviment ta’ ajrudrom jekk il-persuna fil-post tal-kontroll:

(a)

tkun bdot ikkwalifikat b’mod xieraq; jew

(b)

tkun inħatret mill-operatur u:

(1)

tkun imħarrġa biex issuq l-inġenju tal-ajru;

(2)

tkun imħarrġa biex tuża t-telefonija bir-radju, fil-każ li komunikazzjonijiet bir-radju huma meħtieġa;

(3)

tkun irċeviet struzzjonijiet dwar it-tqassim tal-ajrudrom, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC), il-lingwaġġ u l-proċeduri; u

(4)

tkun kapaċi tikkonforma mal-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment sikur tal-ajruplan fl-ajrudrom.

SPO.GEN.125   Użu tar-rotor

Ir-rotor tal-ħelikopter għandu jitqabbad bil-magni biss għall-għanijiet ta’ titjira li fiha jkun hemm bdot ikkwalifikat fil-post tal-kontroll.

SPO.GEN.130   Tagħmir elettroniku portabbli

L-operatur ma għandu jippermetti l-ebda persuna milli tuża tagħmir elettroniku portabbli (portable electronic device - PED) abbord inġenju tal-ajru li jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni tas-sistem u tagħmir tal-ajruplan.

SPO.GEN.135   Informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord

L-operatur għandu jkollu listi bl-informazzjoni dwar it-tagћmir tal-emerġenza u tas-sopravivenza li jinġarr abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru tiegħu, li għandhom ikunu dejjem disponibbli sabiex jiġu kkomunikati minnufih liċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ (RCCs).

SPO.GEN.140   Dokumenti, manwali u informazzjoni li għandhom jinġarru abbord

(a)

Id-dokumenti, il-manwali u l-informazzjoni li ġejjin għandhom jinġarru abbord waqt kull titjira, bħala oriġinali jew kopji, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor hawn taħt:

(1)

il-manwal tat-titjir tal-inġenju tal-ajru (AFM), jew dokument/i ekwivalenti;

(2)

iċ-ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni;

(3)

iċ-ċertifikat oriġinali tal-ajrunavigabbilità (CofA);

(4)

iċ-ċertifikat tal-istorbju, jekk applikabbli;

(5)

kopja tad-dikjarazzjoni kif speċifikat f’ORO.DEC.100 u, jekk applikabbli, kopja tal-awtorizzazzjoni kif speċifikat f’ORO.SPO.110;

(6)

il-lista tal-approvazzjonijiet speċifiċi, jekk applikabbli;

(7)

il-liċenzja oriġinali tar-radju tal-inġenju tal-ajru, jekk ikun applikabbli;

(8)

iċ-ċertifikat(i) tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà fil-konfront ta’ terzi persuni;

(9)

il-ġurnal tal-vjaġġ tal-inġenju tal-ajru, jew dokument ekwivalenti;

(10)

il-logg tekniku tal-inġenju tal-ajru, b’konformità mal-Anness I (il-Parti-M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, jekk applikabbli;

(11)

id-dettalji tal-pjan tat-titjira tal-ATS li jkun ġie ffajljat, jekk ikun applikabbli;

(12)

mapep ajrunawtiċi attwali u xierqa għar-rotta/għaż-żona tat-titjira proposta u għar-rotot kollha li fuqhom wieħed jista’ jistenna b’mod raġonevoli li tista’ tiġi ddevjata t-titjira;

(13)

il-proċeduri u l-informazzjoni dwar is-sinjali viżwali għall-użu min-naħa ta’ inġenji tal-ajru interċettati u ta’ inġenji tal-ajru ta’ interċettazzjoni;

(14)

informazzjoni dwar is-servizzi ta’ tiftix u ta’ salvataġġ għaż-żona tat-titjira ppjanata;

(15)

il-partijiet attwali tal-manwal tal-operatu/jew tal-SOP jew tal-AFM li huma rilevanti għall-kompiti tal-membri tal-ekwipaġġ u tal-ispeċjalisti fil-kompitu, li għandhom ikunu aċċessibbli b’mod faċli għalihom;

(16)

il-MEL jew is-CDL, jekk applikabbli;

(17)

l-avviżi xierqa lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (NOTAMs) u d-dokumentazzjoni għall-għoti ta’ informazzjoni dwar is-servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS);

(18)

l-informazzjoni meteoroloġika xierqa, jekk applikabbli;

(19)

l-elenki tal-merkanzija, jekk applikabbli; u

(20)

kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jkun rilevanti għat-titjira jew li huwa meћtieġ mill-Istati li għandhom x’jaqsmu mat-titjira.

(b)

Minkejja (a), id-dokumenti u l-informazzjoni f’(a)(2) sa (a)(11) u (a)(14), (a)(17), (a)(18) u (a)(19) jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat għat-titjiriet:

(1)

li t-tlugħ u l-inżul tagħhom huma ppjanati fl-istess ajrudrom/sit tal-operat; jew

(2)

li jibqgħu f’distanza jew f’żona kif determinata mill-awtorità kompetenti, skont ARO.OPS.210.

(c)

Minkejja l-punt (a), għal titjiriet f’blalen tal-arja jew fuq glajders, esklużi t-TMGs, id-dokumenti u l-informazzoni fil-punti (a)(1) sa (a)(10) u (a)(13) sa (a)(19) jistgħu jinġarru fuq il-vettura li tiġbor kollox lura.

(d)

F’każ ta’ telf jew ta’ serq tad-dokumenti speċifikati fil-punt (a)(2) sal-punt (a)(8), l-operazzjoni tista’ titkompla sakemm it-titjira tilħaq id-destinazzjoni tagħha jew post fejn ikunu jistgħu jingħataw dokumenti ta’ sostituzzjoni.

(e)

Fi żmien raġenevoli minn meta jintalab mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu jagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tinġarr abbord.

SPO.GEN.145   Preservazzjoni, produzzjoni u użu tar-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tat-titjiriet — operazzjonijiet b’inġenji tal-ajru kumplessi u li jaħdmu bil-magni

(a)

Wara aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rappurtar obbligatorju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru gћandu jippreserva d-dejta oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћal perjodu ta’ 60 jum, sakemm l-awtorità li tkun qed twettaq l-investigazzjoni ma tkunx ordnatlu jagħmel mod ieћor.

(b)

L-operatur għandu jwettaq kontrolli u evalwazzjonijiet operattivi fuq ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tad-dejta tat-titjira (FDR), ir-reġistrazzjonijiet tar-reġistratur tal-vuċi fil-kabina tal-pilota (CVR) u r-reġistrazzjonijiet tal-kollegamenti bejn id-dejta biex jiżgura l-funzjonament tajjeb kontinwu tar-reġistraturi.